Proċedura : 2015/2194(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0133/2016

Testi mressqa :

A8-0133/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0166

RAPPORT     
PDF 821kWORD 117k
8.4.2016
PE 569.744v01-00 A8-0133/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2194(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0092/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0092/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0133/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 15 663 975; billi 94 % tal-baġit tal-Uffiċċju huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti rispettivament hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja"; jinnota, barra minn hekk, li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapporti 2012 u 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja" filwaqt li l-azzjoni korrettiva għal tliet kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

-  inkluda l-informazzjoni dwar id-dovuti għall-ispejjeż tal-persunal fil-formoli xierqa, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet meħtieġa għas-sena finanzjarja 2014;

-  ġew stabbiliti miżuri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rikorrenti ta' stima ħażina tal-ħtiġijiet baġitarji u l-pagamenti tard kif ukoll il-kwistjonijiet ta' trasparenza u kunflitti ta' interess;

-  ġiet approvata politika dwar il-kunflitt ta' interess mill-Bord ta' Tmexxija sa tmiem l-2013 u l-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv iffirmaw il-formola tal-kunflitt ta' interess tal-Uffiċċju u kkonfermaw in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju għamel riport ta' EUR 1 300 000 bħala impenji baġitarji li ma kinux koperti minn impenji legali; ifakkar lill-Uffiċċju li dan jikkontradixxi r-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-Uffiċċju li jikkoreġi dawn ir-riporti irregolari fis-sistema ta' ġestjoni baġitarja fl-2015, minħabba li l-perjodu finanzjarju diġà ngħalaq għas-sena finanzjarja 2014;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 84,69 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,65 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,33 %, li tfisser tnaqqis ta' 15,85 % meta mqabbla mal-2013;

5.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 1 062 pagament, li jirrappreżentaw 28,6 %, saru wara l-limitu taż-żmien stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, u jirrappreżentaw żieda ta' 10,6 % meta mqabbla mal-2013; jinnota bi tħassib li d-dewmien medju għall-pagamenti tard żdied bi tlett ijiem għal 24 jum mill-2013 għall-2014; jinnota mill-Uffiċċju li ġiet introdotta sensiela ta' miżuri maħsuba biex inaqqsu l-pagamenti tard kif ukoll li r-rata ta' pagamenti tard fl-2015 tnaqqset fl-2015; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw din il-kwistjoni;

6.  Jinnota mill-Uffiċċju li, mit-tieni tliet xhur tal-2015 'il quddiem, se jagħmel rieżami tal-baġit annwali tiegħu mill-anqas darbtejn fis-sena, bil-għan li jtejjeb l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta' implimentazzjoni, kif ukoll li jnaqqas l-ammont sproporzjonat ta' riporti; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju introduċa format ġdid għar-rapporti dwar l-istatus tal-baġit ta' kull xahar kif ukoll sessjonijiet ta' ħidma interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda;

Impenji u riporti

7.  Jieħu nota li 21,2 % (EUR 146 417) tal-approprjazzjonijiet impenjati mhux differenzjati riportati mill-2013 ġew ikkanċellati fl-2014, rata li tirrappreżenta żieda ta' 4,7 % meta mqabbla mal-2013; josserva li dawn il-kanċellazzjonijiet huma prinċipalment relatati ma' servizzi interim, korsijiet ta' taħriġ tal-persunal, appoġġ amministrattiv u spejjeż għat-traduzzjoni; ifakkar lill-Uffiċċju li dawn il-kanċellazzjonijiet mhumiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità u li ammont għoli ta' kanċellazzjonijiet ta' riporti mis-sena preċedenti jindika dgħufijiet fl-ippjanar baġitarju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li ġew stabbiliti miżuri biex jittejbu l-ippjanar baġitarju u l-proċess ta' implimentazzjoni tiegħu u biex jitnaqqas kwalunkwe riport sproporzjonat fi tmiem is-sena finanzjarja;

8.  Jieħu nota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) li ġie riportat għall-2015 kien għoli, fil-livell ta' 27,9 %; jinnota li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mas-servizzi konsultattivi u ta' konsulenza tal-IT li saru fl-2014 minkejja li ma ġewx fatturati jew ma sarux matul l-2015;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

9.  Jieħu nota tal-politika aġġornata ta' reklutaġġ li tirrifletti l-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li fl-2015 huwa rreveda l-linji gwida tar-reklutaġġ u tas-selezzjoni billi introduċa passi u kontrolli ulterjuri biex jiżgura t-trasparenza u t-trattament ugwali; jinnota bi tħassib li l-azzjoni korrettiva għall-kumment dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, imqajjem fir-rapport 2012 tal-Qorti, hija mmarkata bħala "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jipprovdi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jistenna bil-ħerqa l-awditu li jmiss tal-Qorti u l-evalwazzjoni tagħha fir-rigward tal-azzjonijiet korrettivi meħuda;

10.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Uffiċċju għandu rata għolja ta' bidla fil-persunal, b'14-il membru tal-persunal li telqu fl-2014, inklużi erbgħa f'pożizzjonijiet ewlenin; jaqbel mal-Qorti li din ir-rata għolja ta' bidla fil-persunal tirrappreżenta riskju konsiderevoli għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-programm annwali u multiannwali tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li huwa impjega sostituti għall-membri tal-persunal li telqu fl-2014, kif ukoll li issa jew il-karigi kollha huma okkupati jew il-proċeduri ta' reklutaġġ qegħdin jitwettqu; jitlob lill-Uffiċċju jinvestiga r-raġunijiet għal-livell għoli ta' bidla fil-persunal u jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda biex jindirizza dan il-fatt;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju naqas milli jagħmel disponibbli pubblikament kemm il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif ukoll il-formoli tal-kunflitt ta' interess iffirmati mill-membri tal-Bord ta' Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jtemm din l-azzjoni malajr kemm jista' jkun;

12.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

13.  Jitlob lill-Aġenzija tadotta regoli ċari dwar l-informaturi u kontra każijiet ta' "revolving doors";

Kontrolli interni

14.  Jieħu nota li mis-sitt Standards ta' Kontroll Intern pendenti u mhux implimentati bis-sħiħ, tnejn ġew implimentati; jikkonstata li l-implimentazzjoni tal-erba' Standards ta' Kontroll Intern li fadal għadha għaddejja b'assistenza minn konsulenza esterna; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istandards ta' Kontroll Intern pendenti;

Awditu intern

15.  Jieħu nota li, wara r-rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, ħdax-il rakkomandazzjoni ġew innotati bħala implimentati b'mod adegwat u kellhom jingħalqu mill-IAS; jinnota, barra minn hekk, li seba' rakkomandazzjonijiet minn snin preċedenti baqgħu miftuħa, erbgħa mmarkati bħala "importanti ħafna", u tlieta bħala "importanti"; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

Kummenti oħra

16.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kriżi attwali tar-rifuġjati; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kompiti tal-Aġenzija aktarx se jkomplu jiżdiedu u li konsegwentement se jkun meħtieġ li jiżdiedu l-baġit u l-livelli tal-persunal tagħha; jitlob, għaldaqstant, lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u ttejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, kif ukoll tippreżenta pjan ta' azzjoni biex tkun tista' taħdem bl-aħjar mod fis-snin li ġejjin;

°

°  °

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu [tal-xx xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

18.2.2016

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2194(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-aġenzija fl-2014 kellha riport ta' madwar EUR 1,3 miljun f'termini ta' impenji baġitarji li ma kinux koperti minn impenji legali; jinnota li 28,6 % tal-pagamenti tal-Aġenzija saru wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jinnota li 21,2 % tal-apprporjazzjonijiet ta' impenn mhux differenzjati riportati fl-2014 ġew imħassra, rata ogħla minn dik tal-2013 (16,5 %); jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li dan jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit tal-Aġenzija u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, filwaqt li jirrikonoxxi li, f'xi każijiet, ir-riporti jistgħu jkunu dovuti għan-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, il-proċeduri tal-akkwist jew il-proġetti;.

2.   Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2014 u li t-tranżazzjonijiet tiegħu huma legali u regolari;

3.  Jinnota li ċ-ċaqliq għoli tal-persunal fl-2014, b'14-il membru tal-persunal jħallu l-Aġenzija, inklużi 4 f'karigi ewlenin; jaqbel mal-Qorti li dan jirrappreżenta riskju konsiderevoli għall-kisba tal-għanijiet stipulati fil-programm ta' ħidma annwali u pluriennali;

4.  Jieħu nota tal-kwistjoni kontinwa mqajma mill-Qorti tal-Awdituri fl-2013, b'rabta mal-fatt li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet ġew imfassla wara l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet individwali, li wassal għas-suppożizzjoni li dawn ġew influwenzati minnhom; jinnota bi tħassib f'din il-kwistjoni li l-kumitati tal-għażla mhux dejjem taw punteġġi lill-kriterji tal-għażla kollha inklużi fl-avviżi ta' postijiet battala; iħeġġeġ lill-Aġenzija sabiex minnufih tirrimedja l-proċedura ta' reklutaġġ;

5.   Jilqa' l-adozzjoni ta' politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni f'Diċembru 2013 u jħeġġeġ lill-Aġenzija tippubblika din il-politika flimkien mas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess u tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'rekord tal-każijiet identifikati ta' kunflitti ta' interess; jitlob lill-Aġenzija biex tadotta regoli ċari dwar informaturi u kontra każijiet ta' "revolving doors";

6.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati attwali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-kompiti tal-Aġenzija aktarx li se jiżdiedu aktar u li konsegwentement se jkun meħtieġ li jiżdiedu l-baġit u l-livelli tal-persunal tagħha; jitlob għalhekk lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha u ttejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha u tressaq pjan ta' azzjoni biex tkun tista' taħdem bl-aħjar mod fis-snin li ġejjin.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

16.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 102.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali