Proċedura : 2015/2169(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0134/2016

Testi mressqa :

A8-0134/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.48
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0184

RAPPORT     
PDF 703kWORD 114k
7.4.2016
PE 569.762v02-00 A8-0134/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2169(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016–C80067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016–C80067/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2169(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0134/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien EUR 17 256 026, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,17 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 għall-baġit tal-Aġenzija kienet tammonta għal EUR 14 987 210, li jfisser tnaqqis ta' 4,02 % meta mqabbel mal-2013,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' żewġ kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, kienu ttieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti issa huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "mhux applikabbli";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,65 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,59 %;

Impenji u riporti

3.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2015 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' EUR 443 412 jew 34 %; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma marbuta prinċipalment max-xiri ta' oġġetti u servizzi, kif ippjanat, fi tmiem is-sena b'rabta mas-sistemazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Aġenzija, it-tiġdid ta' kuntratti annwali tal-IT u l-ispiża tas-servizzi ta' awditjar;

4.  Jinnota li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 4 384 922; jinnota b'sodisfazzjon li ġew ikkanċellati 1,96 % biss tar-riporti tal-2013;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji bħal fis-sena ta' qabel;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li l-Aġenzija kkompletat ħames proċeduri ta' reklutaġġ fl-2014, b'waħda minnhom għadha għaddejja u tlieta oħra ppjanati għall-2015; jirrikonoxxi li kull reklutaġġ preżenti huwa jew biex jissostitwixxi persunal li se jitlaq jew kuntratti temporanji li jkopru mard fit-tul jew liv tal-maternità; jinnota li fir-rapport annwali tagħha għall-2014, il-Qorti ma għamlet l-ebda kumment dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jirrikonoxxi li, b'segwitu għall-adozzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess tal-Aġenzija f'Novembru 2014, ma ġiet identifikata l-ebda sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess;

8.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra tagħha, permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u b'regoli aktar stretti dwar il-kunflitt ta' interessi, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u l-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għal miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

9.  Ifakkar li l-proċeduri eżistenti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija qegħdin jiġu riveduti u li dawn kellhom jitlestew fl-2015; jinnota li r-reviżjoni tar-regoli għadha għaddejja u jappella lill-Aġenzija ttemm dan il-proċess malajr kemm jista' jkun u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati;

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Kontrolli interni

11.  Jieħu nota tal-fatt li fil-pjan ta' ġestjoni annwali tal-2014, l-Aġenzija qablet dwar miżuri intiżi biex itejbu aktar l-effikaċja tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) tal-Aġenzija f'diversi oqsma; jinnota li, minħabba l-ambitu tal-oqsma identifikati, tħejja pjan ta' azzjoni pluriennali; jinnota, barra minn hekk, li f'Ġunju 2014, id-Direttur tal-Aġenzija adotta politika ta' kontroll intern li tinkludi proċedura speċifika dwar l-awtovalutazzjoni tal-ICS, li hija bbażata fuq prattika stabbilita fl-Aġenzija, tagħti rendikont tas-sistemi ta' kontroll intern fis-seħħ u tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabilitajiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proċedura;

Awditjar intern

12.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iservi bħala l-awditur intern tal-Aġenzija u jwettaq awditi fl-Aġenzija abbażi ta pjan strateġiku għall-awditjar intern (SIAP); jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, l-IAS ma wettaqx awditi ġodda u l-awditu sussegwenti fil-qafas tal-SIAP twettaq f'April 2015;

Kummenti oħra

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'segwitu għall-emendar tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(13), dawn inkludew dispożizzjonijiet biex ir-rimunerazzjoni futura tal-uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma tkunx inqas minn dik skont ir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li dan ma tħarisx u li, fil-każ ta' wieħed mis-26 uffiċjal impjegat dak iż-żmien, dan wassal għal pagament inqas ta' EUR 5 300 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirranġa din il-kwistjoni;

14.  Jinnota li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn il-bini l-ġdid tagħha tlestiet tard fl-2013 iżda ġiet implimentata bis-sħiħ fl-2014; jilqa' l-fatt li l-bini l-ġdid joffri aktar spazju lill-persunal u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, kif ukoll faċilitajiet aħjar biex jintlaqgħu l-viżitaturi; jinnota b'sodisfazzjon li r-rilokazzjoni ssarrfet f'iffrankar sostanzjali fuq il-kera; jilqa' l-fatt li l-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Spanjoli jiżgura post għall-Aġenzija fuq terminu twil.

15. Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

16.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali 2014-2020;

17.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija għas-snin 2014 sa 2020; japprezza l-indikazzjonijiet pożittivi dwar il-kisbiet tal-Aġenzija matul l-ewwel sena tal-istrateġija f'dawn l-oqsma ta' prijorità definiti fl-istrateġija: l-antiċipazzjoni tal-bidla, il-fatti u ċ-ċifri, l-għodod ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, is-sensibilizzazzjoni, in-netwerking tal-għarfien u l-komunikazzjoni korporattiva;

18.  Jilqa' l-kooperazzjoni attiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti;

19.  Ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija fl-iżvilupp ta' għodda interattiva onlajn ta' valutazzjoni tar-riskji u l-isforzi tagħha permezz ta' kampanja Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tar-riskji u jiġi promoss ambjent tax-xogħol b'saħħtu u sostenibbli;

°

°  °

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2169(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: David Casa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2013 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020;

3.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-programm strateġiku pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija għas-snin 2014-2020; japprezza l-indikazzjonijiet pożittivi dwar il-kisbiet tal-Aġenzija matul l-ewwel sena tal-istrateġija f’dawn l-oqsma ta’ prijorità definiti fl-istrateġija: l-antiċipazzjoni tal-bidla, il-fatti u ċ-ċifri, l-għodod ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, is-sensibilizzazzjoni, in-netwerking tal-għarfien u l-komunikazzjoni korporattiva;

4.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-koperazzjoni attiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti;

5.  Jirrikonoxxi li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit baqgħet għolja fl-2014 (99 %), b'mod li jindika li l-impenji twettqu f’waqthom; jinnota, madankollu, il-livell ta' riporti fit-Titolu II (34 %) li kompla jiżdied mis-sena ta’ qabel, u dan irriżulta l-aktar mix-xiri ta’ oġġetti u servizzi fi tmiem is-sena b'rabta mas-sistemazzjoni tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija,, mat-tiġdid tal-kuntratti annwali tal-IT kif ukoll l-ispiża għas-servizzi ta' awditjar;

6.  Jilqa’ l-inawgurazzjoni tal-bini l-ġdid tal-Aġenzija, li jipprovdi lill-persunal b’aktar spazju u kondizzjonijiet ta’ xogħol aħjar u lill-viżitaturi b’faċilitajiet aħjar għal-laqgħat; u li barra minn hekk dan wassal biex ikun iffrankat ammont sostanzjali fuq il-kera; jilqa’ l-fatt li l-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Spanjoli jiżgura post għall-Aġenzija fuq terminu twil.

7.  Ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija fl-iżvilupp ta’ għodda interattiva onlajn ta’ valutazzjoni tar-riskji u l-isforzi tagħha permezz tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu biex issaħħaħ il-prevenzjoni tar-riskji u tippromwovi ambjent tax-xogħol b’saħħtu u sostenibbli.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Jane Collins, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Thomas Händel, Marian Harkin, Czesław Hoc, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Michaela Šojdrová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anneli Jäätteenmäki

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 284.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).

(14)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali