Proċedura : 2015/2339(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0152/2016

Testi mressqa :

A8-0152/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0141

RAPPORT     
PDF 497kWORD 72k
26.4.2016
PE 578.716v02-00 A8-0152/2016

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha

(2015/2339(IMM))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Gilles Lebreton

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha

(2015/2339(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha, imressqa fid-29 ta' Ottubru 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, b'rabta mal-proċedura għal azzjoni legali mill-Ispettur Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk (taħt ir-referenza Nru CAN-PST-SCW.7421.653220.2014.13.A.0475), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-23 ta' Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-fatt li Bolesław G. Piecha rrinunzja d-dritt tiegħu li jinstema' skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 105(2) u 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) tal-Att tal-Polonja tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tad-dmirijiet ta' Membru tal-Parlament u ta' Senatur Pollakk,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0152/2016),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja ressaq talba tal-Ispettur Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk li fiha talab it-tneħħija tal-immunità ta' Bolesław G. Piecha, Membru tal-Parlament Ewropew elett għall-Polonja, b'rabta ma' ksur skont l-Artikolu 92(a) tal-kodiċi tar-reati minuri tal-20 ta' Mejju 1971, b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku tat-Triq tal-20 ta' Ġunju 1997; billi, b’mod partikolari, il-ksur allegat jikkorrispondi għall-fatt li l-veloċità awtorizzata f'agglomerazzjoni nqabżet;

B.  billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;

C.  billi l-Artikolu 105(2) u l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jiddikjaraw li deputat jew senatur m’għandux jiġi soġġett għal responsabilità penali ħlief bil-kunsens tas-Sejm Pollakk jew tas-Senat Pollakk rispettivament;

D.   billi għalhekk ir-responsabilità taqa' fuq il-Parlament Ewropew li jiddeċiedi jekk l-immunità ta' Bolesław G. Piecha għandhiex titneħħa jew le;

E.  billi l-ksur allegat seħħ qabel ma Bolesław G. Piecha sar Membru tal-Parlament Ewropew; billi l-ksur allegat seħħ meta Bolesław G. Piecha kien Senatur Pollakk; billi għalhekk dan il-ksur m'għandux rabta diretta jew evidenti mat-twettiq tad-dmirijiet ta' Bolesław G. Piecha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

F.  billi Bolesław G. Piecha bagħat lill-Ispettorat Ġenerali tat-Traffiku tat-Triq Pollakk dikjarazzjoni bħala tweġiba għaċ-ċitazzjoni mibgħuta mill-Ispettur Ġenerali tal-imsemmi Spettorat fejn aċċetta li jħallas il-multa b’rabta mal-ksur imsemmi fl-Artikolu 92a tal-kodiċi tar-reati minuri; billi huwa konsegwentement diffiċli jiġi stabbilit li kien hemm fumus persecutionis, jiġifieri biżżejjed suspett serju u preċiż li t-talba saret bl-intenzjoni li tiġi kkawżata ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Bolesław G. Piecha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Bolesław G. Piecha.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

8

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Evelyn Regner

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki

(1)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

Avviż legali