Proċedura : 2015/0101(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2016

Testi mressqa :

A8-0154/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2016 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0238

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 584kWORD 84k
27.4.2016
PE 567.603v03-00 A8-0154/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, sa fejn huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li ma jaqgħux taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(0000/2016– C8-0000/2016 – 2015/0101(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Adam Szejnfeld

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk, sa fejn huma kkonċernati d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li ma jaqgħux taħt it-Titolu V tal-Parti III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(C8-0000/2016 – 2015/0101(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14384/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (15044/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 33, 113, 114, 207, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0118/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0154/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ("FCTC") hija l-ewwel trattat internazzjonli dwar is-saħħa. Hija ġiet żviluppata bħala reazzjoni għall-epidemija globali tat-tabakk u għandha l-għan li tindirizza wħud mill-kawżi tagħha, inkluż il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk. Daħlet fis-seħħ fis-27 ta' Frar 2005 u bħalissa hemm 180 Parti għall-Konvenzjoni.

Il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk ("Protokoll FCTC") huwa bbażat fuq l-Artikolu 15 tal-FCTC, u ġie adottat mill-Konferenza tal-Partijiet fit-12 ta' Novembru 2012 f'Seoul. Dan il-Protokoll bħalissa jikkostitwixxi l-unika inizjattiva regolatorja multilaterali f'dan il-qasam. L-UE ffirmat il-Protokoll FCTC fl-20 ta' Diċembru 2013. Il-Protokoll jeħtieġ li jiġi rratifikat minn 40 parti sabiex jidħol fis-seħħ u r-ratifika tiegħu, mingħajr dewmien, mill-Unjoni Ewropea (u mill-Istati Membri tagħha) għandha tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għad-dħul fis-seħħ rapidu u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll FCTC.

Il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari l-kuntrabandu tas-sigarretti, huwa attività kriminali li tirrappreżenta theddida serja għas-saħħa pubblika(1) għaliex timmina l-politiki dwar il-kontroll tat-tabakk u żżid l-aċċess għal prodotti tat-tabakk li ħafna drabi jkunu irħas. Barra minn hekk, tikkawża telf enormi fid-dħul għall-UE f'termini ta' taxxi u dazji doganali mhux imħallsa. L-estimi jindikaw aktar minn EUR 10 biljun f'telf ta' dħul kull sena għall-UE u l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom dħul fiskali mill-bejgħ legali tat-tabakk ta' aktar minn EUR 90 biljun fis-sena. Dan ifisser li, bejn wieħed u ieħor, wieħed minn kull 10 sigaretti jinbiegħ illegalment. Filwaqt li 15-il sena ilu, is-suq illeċitu ta' prodotti tat-tabakk fl-UE kien iddominat minn kuntrabandu ta' prodotti ta' manifatturi ewlenin li jiddaħħlu b'kuntrabandu fl-UE, din ix-xejra qiegħda tonqos u fis-suq tal-lum hemm sehem li dejjem qiegħed jikber ta' "cheap whites" (sigaretti ta' marki oħra mixtrija f'pajjiżi li mhumiex fl-UE u li jiddaħħlu fl-UE mingħajr ma jitħallsu taxxi u dazji doganali; tipikament ma jkun hemm l-ebda netwerk ta' distribuzzjoni legali għal dawn il-prodotti fl-UE). Parti sostanzjali tal-prodotti illeċiti tat-tabakk fl-UE toriġina minn pajjiżi terzi. Għalhekk reġim globali effikaċi huwa l-aqwa għażla ta' politika għall-ġlieda kontra dan il-fenomenu transfruntier.

Il-Protokoll FCTC huwa l-inizjattiva internazzjonali ewlenija f'dan il-qasam. Il-Protokoll jinkludi sett kumpless ta' miżuri, regoli u politiki fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' prodotti tat-tabakk. Huwa għandu l-għan li jagħmel il-katina tal-provvista tat-tabakk, tal-prodotti tat-tabakk u tat-tagħmir tal-manifattura sikura, billi jistabbilixxi sistema internazzjonali ta' traċċar u rintraċċar. Dispożizzjonijiet oħra li jiżguraw il-kontroll jinkludu l-liċenzjar, ir-rekwiżiti ta' żamma tar-rekords, ir-regolamentazzjoni tal-bejgħ fuq l-internet, il-bejgħ ħieles mid-dazju u tranżitu internazzjonali. Il-Protokoll jistabbilixxi reati, jindirizza r-responsabbiltà u pagamenti ta' sekwestri kif ukoll it-tneħħija tal-prodotti konfiskati. Għandu l-għan ukoll li jagħti spinta lill-kooperazzjoni internazzjonli, inkluż permezz ta' assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali(2).

Hemm strateġija komprensiva tal-UE(3) fis-seħħ sa mill-2013, dwar il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti. Din tipproponi azzjonijiet f'4 oqsma ewlenin: a) jitnaqqsu l-inċentivi għall-kuntrabandu; b) tittejjeb is-sigurtà tal-katina tal-provvista (b'mod partikolari bir-ratifika tal-Protokoll FCTC); c) infurzar aktar b'saħħtu mill-awtoritajiet tat-taxxa, tad-dwana, tal-pulizija u tal-fruntieri; d) tisħiħ tas-sanzjonijiet. L-UE għandha wkoll bażi leġiżlattivia rinfurzata fil-forma ta' Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk(4), li hija kkomplementata bi ftehimiet kontra l-frodi li huma vinkolanti u infurzabbli bejn l-UE, l-Istati Membri u erba' manifatturi ewlenin tat-tabakk (Philip Morris, Japan Tobacco International, British American Tobacco (Holdings) Limited, Imperial Tobacco Limited). Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk diġà għandha dispożizzjonijiet ta' traċċar u rintraċċar, li d-diċitura tagħhom hija konformi mal-Protokoll FCTC.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li r-ratifika tal-Protokoll FCTC se tkun ta' benefiċċju għas-saħħa pubblika u se tgħin fil-ġlieda internazzjonali kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, l-evażjoni tat-taxxa u l-kriminalità organizzata.

(1)

Kull sitt sekondi, bejn wieħed u ieħor, persuna tmut minħabba mard relatat mat-tabakk, li jfisser madwar 6 miljun persuna fis-sena. Din iċ-ċifra mistennija tiżdied għal aktar minn 8 miljun persuna fis-sena sal-2030, b'aktar minn 80 % ta' dawn l-imwiet li jistgħu jiġu evitati fost persuni li jgħixu f'pajjiżi b'introjtu baxx jew medju.

(2)

Għandu jiġi sottolinjat li l-UE, minbarra l-adeżjoni għall-Protokoll FCTC, għandha wkoll tikkunsidra li żżid ir-riżorsi allokati għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, bħall-programm Hercule III, li, de facto, huwa l-uniku fond tal-UE li jappoġġja finanzjarjament lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tat-tabakk u l-prodotti tat-tabakk, li ġie allokat baġit ta' EUR 104,9 miljun biss għall-perjodu 2014-2020.

(3)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta' kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk - Strateġija komprensiva tal-UE (COM(2013)324).

(4)

Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 27/1, 29.4.2014, p 1).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Jude Kirton-Darling, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Danuta Maria Hübner, Agnes Jongerius, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Judith Sargentini, József Szájer, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Emilian Pavel, Maurice Ponga, Marco Valli, Axel Voss

Avviż legali