Proċedura : 2015/0199(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0197/2016

Testi mressqa :

A8-0197/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2016 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0295

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 604kWORD 106k
2.6.2016
PE 573.186v02-00 A8-0197/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12099/2015 – C8-0143/2016 – 2015/0199(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12099/2015 – C8-0143/2016 – 2015/0199(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12099/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (xxx/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0143/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0197/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Perù.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim

Fil-qafas tal-emendar tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 permezz tar-Regolament Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Repubblika tal-Perù ġiet ittrasferita għall-Anness II, li jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta' viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Ir-Regolament Nru 539/2001 emendat jiġi applikat fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda u tar-Renju Unit.

Il-premessa 5 tar-Regolament li jemenda (UE) Nru 509/2014 uriet il-ħtieġa li tiġi evalwata iktar is-sitwazzjoni ta' dan il-pajjiż fid-dawl tal-kriterji applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament, qabel il-ftuħ tan-negozjati dwar ftehimiet bilaterali ta' eżenzjoni mill-viża mal-Perù. F'Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat rapport(1) akkumpanjat minn dokument ta' ħidma(2) li jeżamina fid-dettall is-sitwazzjoni tal-Perù skont dawn il-kriterji u jevalwa wkoll ix-xenarji ta' riskju li jistgħu jirriżultaw mill-irtubija tar-reġim tal-viża.

Fid-dawl tal-evalwazzjoni ġeneralment pożittiva tal-Perù, fid-9 ta' Mejju 2015 il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù. In-negozjati saru fl-20 ta' Mejju 2015 u l-Ftehim ġie inizjalat min-negozjaturi ewlenin fid-9 ta' Ġunju 2015. Ċerimonja uffiċjali saret waqt is-Summit UE-CELAC fl-10 ta' Ġunju 2015. Il-ftehim ġie ffirmat fl-14 ta' Marzu 2016 fi Brussell. Minn dik id-data 'l quddiem, il-ftehim japplika fuq bażi proviżorja, fl-istennija tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-ftehim jipprevedi reġim ta' spostament bla obbligu ta' viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Perù meta dawn jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-parti kontraenti l-oħra għal soġġorn ta' tul massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. L-eżenzjoni mill-viża tibbenefika lill-kategoriji kollha ta' persuni (detenturi ta' passaport ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/uffiċjali jew speċjali) li jivvjaġġaw għal kwalunkwe raġuni, ħlief biex jeżerċitaw attività remunerata.

**

Ġustifikazzjoni tar-rapporteur

Dan il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra jikkostitwixxi suċċess fl-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù kif ukoll mezz supplementari biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u biex jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar diversi kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Dan il-ftehim se jagħmilha wkoll possibbli li tissaħħaħ il-koerenza reġjonali, billi l-Perù jagħmel parti minn minoranza ta' pajjiżi tal-Amerika Latina li ċ-ċittadini tagħhom għadhom jeħtieġu viża u jibqa' mutur sinifikanti għat-tqarrib tal-popli Ewropej u Peruvjani.

Dan il-ftehim se jagħti spinta lit-turiżmu u se jgħin biex jittejbu r-relazzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment. Il-Perù esperjenza wieħed mill-ogħla tkabbir ekonomiku fl-Amerika Latina (5 % fl-2013 u 2.4 % fl-2014). Il-pajjiż kellu tkabbir kontinwu f'dawn l-aħħar għaxar snin b'aktar minn 80 %, ħaġa li tpoġġih fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja li rreġistraw l-ikbar tkabbir matul dan il-perjodu. Dwar il-kummerċ, l-UE hija t-tielet l-ikbar sieħeb kummerċjali tal-Perù f'termini ta' importazzjonijiet (prinċipalment ta' makkinarju u tagħmir tat-trasport) u d-destinatarju prinċipali tal-esportazzjonijiet tiegħu (prodotti agroalimentari u tal-minjieri). Barra minn hekk, l-UE għadha l-ikbar investitur fil-Perù, billi tirrappreżenta iktar minn 50 % mit-total tal-investiment dirett barra l-pajjiż, f'oqsma bħalma huma l-industriji tal-estrazzjoni, il-banek u l-finanzi. Il-pajjiż jippromwovi bosta proġetti ta' investiment, b'mod partikolari fl-infrastrutturi fis-setturi tal-ilma, tat-trasport u anke tal-enerġija. Fl-aħħar nett, il-pajjiż għadu dipendenti ħafna fuq is-settur tiegħu tal-minjieri, iżda qed jagħmel sforzi ta' diversifikazzjoni biex idur iktar lejn it-turiżmu. F'dan is-sens, is-settur tat-turiżmu qed jesperjenza espansjoni qawwija ħafna u fl-2012 sar it-tieni l-akbar settur tal-ekonomija Peruvjana.

Dwar is-sitwazzjoni politika u istituzzjonali, ir-Repubblika tal-Perù hija demokrazija relattivament stabbli li, l-istess bħall-Unjoni Ewropea, tiddefendi l-valuri u l-prinċipji tad-demokrazija, tal-governanza tajba, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u f'dan is-sens tibqa' sieħba importanti fl-Amerika Latina. Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma elementi essenzjali tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiż Andin. Il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem jibqgħu prijorità għall-Perù u l-ftehim ta' liberalizzazzjoni tal-viżi se jagħmilha possibbli li jkun hemm djalogu politiku bbilanċjat, regolari u fil-fond fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u dwar suġġetti konkreti, bħas-sitwazzjoni tan-nisa.

Fir-rigward tal-mobilità, id-data dwar il-każijiet ta' rifjut ta' dħul, l-arresti u r-ritorni juru li l-Perù dawn l-aħħar snin preżenta riskji mill-perspettiva tal-migrazzjoni irregolari. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li s-sitwazzjoni tjiebet konsiderevolment. Il-maġġoranza kbira ta' dawk li talbu viża Schengen fil-parti l-kbira tal-każi jiksbu viża għal soġġorn qasir, filwaqt li r-rata ta' rifjut ta' viża kienet ta' madwar 6.1 % fl-2014 u 3 % fl-2015. Barra minn hekk, 43 % ta' dawk li talbu viża fl-2014 ingħataw viżi ta' dħul multipli. Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw fiduċja miżjuda tal-Istati Membri fir-rigward tagħhom. Il-proporzjon ta' ritorn tjieb ukoll mill-2010 u l-gvern Peruvjan qed ikompli bl-isforzi tiegħu f'din id-direzzjoni. Id-diffikultajiet iffaċċjati inizjalment fit-twaqqif ta' passaporti bijometriċi ingħelbu iżda dan il-proċess għandu jiġi mmonitorjat b'attenzjoni, Ir-rapporteur tinnota l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Perù fil-qasam tal-migrazzjoni irregolari. Il-ftehim, barra minn hekk, fih dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni irregolari fejn l-UE u l-Perù jiftakru fl-impenn tagħhom f'dak li jikkonċerna r-riammissjoni tal-migranti irregolari tagħhom. Ir-rapporteur tilqa' wkoll il-kampanja ta' informazzjoni li l-gvern Peruvjan qed imexxi fil-pajjiż sabiex jispjega aħjar liċ-ċittadini tiegħu d-dispożizzjonijiet prinċipali ta' dan il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża, u li tista' tkun għodda addizzjonali biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni irregolari.

Il-Perù jista' wkoll isir sieħeb ewlieni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment it-traffikar tad-drogi u t-traffikar tal-bnedmin, li jistgħu jirrappreżentaw aspetti sinifikanti tal-kooperazzjoni. L-interess li dan il-pajjiż wera biex jiffirma ftehim ta' kooperazzjoni strateġika mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) huwa sinjal pożittiv u jista' jirrappreżenta pass importanti fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Perù fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù jikkondividu tant sfidi, ħaġa li tiġġustifika l-importanza u l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir.

Implimentazzjoni u segwitu tal-ftehim

Mil-lat tal-implimentazzjoni u s-segwitu tal-ftehim, ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tosserva l-iżviluppi li jistgħu jseħħu f'dak li jirrigwarda l-kriterji li inizjalment wasslu għat-trasferiment mill-Anness I għalll-Anness II tar-Regolament Nru 509/2014. Dawn il-kriterji jinkludu mhux biss l-immigrazzjoni klandestina, l-ordni pubbliku u s-sigurtà, iżda wkoll ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati inklużi, b'mod partikolari, kunsiderazzjonijiet marbuta mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Perù jiżguraw ir-reċiproċità sħiħa tal-eżenzjoni mill-viża li għandha tippermetti l-ugwaljanza ta' trattament taċ-ċittadini kollha, b'mod partikolari fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni.

Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li fil-Kumitat Konġunt għall-Ġestjoni tal-Ftehim (l-Artikolu 6), l-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata biss mill-Kummissjoni Ewropea. Bħala istituzzjoni direttament eletta miċ-ċittadini Ewropej u difensur tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jista' jiġi involut fil-ħidmiet tal-Kumitat Konġunt. Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew terġa' tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-kumitati konġunti ta' ġestjoni għall-ftehimiet futuri.

Bl-istess mod, ir-rapporteur tesprimi tħassib dwar il-prattika tal-iffirmar tal-ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża u l-applikazzjoni proviżorja tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur tirrimarka li din il-prattika għandha t-tendenza li tnaqqas il-marġini ta' manuvrar tal-Parlament Ewropew u huwa bl-istess mod aktar problematiku li l-Parlament ma jiġix informat fil-ħin dwar il-progressjoni tan-negozjati bilaterali.

**

Dispożizzjonijiet partikolari

Fil-premessi tal-ftehim konkluż titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda. Għalhekk ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-assoċjazzjoni stretta tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen qed tiġi wkoll evokata f'dikjarazzjoni konġunta annessa mal-ftehim. Id-dikjarazzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu mill-aktar fis possibbli ftehimiet bilaterali mar-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir f'termini simili għal dan il-Ftehim.

Il-ftehim fih dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni territorjali tiegħu: f'dak li jirrigwarda lil Franza u n-Netherlands, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim japplikaw biss għat-territorji Ewropej ta' dawn iż-żewġ Stati Membri.

**

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tirrakkomanda lill-Membri tal-Kumitat Parlamentari għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

(1)

  COM(2014) 663, 29.10.2014

(2)

  SWD(2014) 328 finali


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Claude Moraes, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Angelika Mlinar, Artis Pabriks, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emil Radev, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miroslav Poche


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström,

ECR

Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Laura Agea, Laura Ferrara, Kristina Winberg, Beatrix von Storch

EFN

Lorenzo Fontana

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Martina Anderson, Malin Björk, Barbara Spinelli

PPE

Carlos Coelho, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Barbara Matera, Nuno Melo, Artis Pabriks, Emil Radev, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Hugues Bayet, Caterina Chinnici, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Claude Moraes, Miroslav Poche, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini, Bodil Valero

1

-

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali