Proċedura : 2015/0310(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0200/2016

Testi mressqa :

A8-0200/2016

Dibattiti :

PV 05/07/2016 - 11
CRE 05/07/2016 - 11

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0305

RAPPORT     ***I
PDF 1982kWORD 1746k
3.6.2016
PE 578.803v02-00 A8-0200/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE

(COM(2015)0671 – C8-0408/2015 – 2015/0310(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Artis Pabriks

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE

(COM(2015)0671 – C8-0408/2015 – 2015/0310(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0671),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0408/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għas-Sajd (A8-0200/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015,12 il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal sforzi usa’ biex tiġi riżolta l-kriżi tal-migranti b’mod komprensiv, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji mħallta li qegħdin jiżdiedu. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Settembru 2015,13 il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni drammatika fil-fruntieri esterni kif ukoll li jissaħħu l-kontrolli f’dawk il-fruntieri, b’mod partikolari permezz ta’ riżorsi addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol, b’riżorsi umani u kontribuzzjonijiet tekniċi mill-Istati Membri.

(1)  Fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015,12 il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal sforzi usa’ biex jiġu riżolti l-flussi migratorji bla preċedent b’mod komprensiv, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji mħallta li qegħdin jiżdiedu. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Settembru 2015,13 il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni drammatika fil-fruntieri esterni kif ukoll li jissaħħu l-kontrolli f’dawk il-fruntieri, b’mod partikolari permezz ta’ riżorsi addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol, b’riżorsi umani u kontribuzzjonijiet tekniċi mill-Istati Membri.

__________________

__________________

12  Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, Konklużjonijiet tal-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015.

12  Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, Konklużjonijiet tal-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015.

13  Laqgħa informali tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-UE dwar il-migrazzjoni, Dikjarazzjoni tat-23 ta’ Settembru 2015.

13  Laqgħa informali tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-UE dwar il-migrazzjoni, Dikjarazzjoni tat-23 ta’ Settembru 2015.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiżviluppa u timplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri hija essenzjali għat-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni.

(2)  L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiżviluppa u timplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, bil-ħsieb li jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti l-qsim tal-fruntieri esterni u li jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transkonfinali u li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ objettivi oħra ta’ politika, inkluż it-tħaddim xieraq tat-trasport transfruntier.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, għandha tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta, li tinkludi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, tiddependi fuq l-użu komuni ta’ informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-reazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta fil-livell tal-Unjoni.

(4)  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, għandha tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li tinkludi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, tiddependi fuq l-użu komuni ta’ informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-reazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)   Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri hija responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri. Filwaqt li l-Istati Membri jżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-parti tagħhom tal-fruntieri esterni fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi ssaħħaħ, tivvalaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri.

(5)  Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri hija responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta’ kontroll tal-fruntieri. Filwaqt li l-Istati Membri jżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-parti tagħhom tal-fruntieri esterni fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi ssaħħaħ, tivvalaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għal strateġija ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri billi tistabbilixxi linji gwida ġenerali, l-objettivi li għandhom jintlaħqu u l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu sabiex tiġi stabbilita sistema ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri li tiffunzjona bis-sħiħ.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)   L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, b’mod komuni msejħa Frontex, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/14 Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Mejju 2005, din irnexxilha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, kif ukoll fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta’ informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u fir-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn illegali fit-territorju tal-Istati Membri.

(7)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, b’mod komuni msejħa Frontex, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. 14 Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Mejju 2005, din irnexxilha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, kif ukoll fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta’ informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u fir-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament u tal-Kunsill14a.

___________________

___________________

14  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

14  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

 

14a  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 21.12.2008, p. 98).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Wara li kkunsidraw il-pressjonijiet migratorji li qegħdin jiżdiedu fil-fruntieri esterni, għall-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni u biex jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen kif ukoll il-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi jinbena fuq il-ħidma tal-Frontex u tiġi żviluppata iktar f’Aġenzija b’responsabbiltà kondiviża għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

(8)  Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b’mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni u li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u rrispettat il-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà. Fid-dawl ta' dan, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi jinbena fuq il-ħidma tal-Frontex u din tiġi żviluppata iktar f’Aġenzija b’responsabbiltà kondiviża għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)   Il-kompiti tal-Frontex għandhom għalhekk jiġu estiżi u biex jirriflettu dawn il-bidliet, għandha tingħata isem ġdid ta’ Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. Ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkun li tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi iktar assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, u biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f’każ ta’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, kif ukoll li torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

(9)  Il-kompiti tal-Frontex għandhom għalhekk jiġu estiżi u biex jirriflettu dawn il-bidliet, għandha tingħata isem ġdid ta’ Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija għandu jkun li tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi iktar assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, u biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f’każ ta’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, u assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ ta’ persuni li jkunu jinsabu f’diffikultajiet fuq il-baħar, kif ukoll biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Minħabba l-attività tagħha fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ reati serji b’dimensjoni transfruntiera, bħalma huma l-kuntrabandu kriminali ta’ persuni, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Hija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Il-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija għandhom ikunu bbilanċjati b’salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali u aktar responsabbiltà.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat, li għandha titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni u intelligence adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, movimenti irregolari sekondarji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi ġirien, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

(11)  L-Aġenzija għandha tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat, li għandha titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni u intelligence adegwati li jkopru l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi ġirien, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkun li timmonitorja regolarment il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta’ analiżi tar-riskju, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-Eurosur, iżda anki permezz tal-preżenza ta’ esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. L-Aġenzija għandha għalhekk tkun tista’ tibgħat uffiċjali ta’ kollegament fi Stati Membri speċifiċi għal perjodu ta’ żmien li matulu l-uffiċjal ta’ kollegament jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv. Ir-rapport tal-uffiċjali ta’ kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

(12)  Fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija għandu jkun li timmonitorja regolarment il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta’ analiżi tar-riskju, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-Eurosur, iżda anki permezz tal-preżenza ta’ esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. L-Aġenzija għandha għalhekk tkun tista’ tibgħat uffiċjali ta’ kollegament fl-Istati Membri kollha għal perjodu ta’ żmien li matulu l-uffiċjal ta’ kollegament jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv. Ir-rapport tal-uffiċjali ta’ kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà biex tivvaluta l-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom, inkluż billi tivvaluta t-tagħmir u r-riżorsi tal-Istati Membri kif ukoll il-pjani ta’ kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f’din il-valutazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv, fuq parir tal-Bord ta’ Superviżjoni mwaqqaf fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, għandu jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru konċernat u għandu jistabbilixxi terminu sa meta għandhom jittieħdu dawn il-miżuri. Din id-deċiżjoni għandha tkun torbot fuq dak l-Istat Membru u fejn il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sat-terminu stabbilit, il-kwistjoni tkun trid tiġi riferuta lill-Bord Maniġerjali għal deċiżjoni ulterjuri.

(13)  L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom, inkluż billi tivvaluta t-tagħmir, l-infrastruttura, il-persunal, il-baġit u r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni korrettiva biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f’din il-valutazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv, fuq parir tal-Bord Konsultattiv imwaqqaf fi ħdan l-Aġenzija, għandu jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru konċernat u għandu jistabbilixxi terminu sa meta għandhom jittieħdu dawn il-miżuri. Din id-deċiżjoni għandha tkun torbot fuq dak l-Istat Membru, u fejn il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sat-terminu stabbilit, il-kwistjoni tkun trid tiġi riferuta lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandha tkun miżura preventiva mwettqa mill-Aġenzija fuq bażi kontinwa, li tikkomplementa l-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/20131a. L-informazzjoni miksuba matul il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandha tintuża wkoll għall-finijiet ta' dak il-mekkaniżmu, b’mod partikolari meta tittieħed deċiżjoni dwar il-programm ta’ evalwazzjoni multiannwali u dak annwali.

 

_____________

 

1a  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ valutazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni, u jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-immigrazzjoni irregolari jew kriminalità transfruntiera. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tuża Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta kif ukoll it-tagħmir tekniku meħtieġ u tista' tuża esperti mill-persunal tagħha stess.

(14)  L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni, u jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-migrazzjoni irregolari jew kriminalità transfruntiera. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tuża Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll it-tagħmir tekniku meħtieġ u tista' tuża esperti mill-persunal tagħha stess.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)   F’każijiet fejn hemm pressjoni speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tuża t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta minn pula ta’ riżerva ta' intervent rapidu kif ukoll tagħmir tekniku. Interventi rapidi fil-fruntiera għandhom jipprovdu tisħiħ f’sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Biex jiġi żgurat l-operat effettiv ta’ dan l-intervent, l-Istati Membri għandhom jqiegħdu għad-dispożizzjoni gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor għall-pula ta’ riżerva rapida.

(15)  F’każijiet fejn hemm pressjoni speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tuża t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta minn pula ta’ reazzjoni rapida kif ukoll tagħmir tekniku. Interventi rapidi fil-fruntiera għandhom jipprovdu tisħiħ f’sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Biex jiġi żgurat l-operat effettiv ta’ dan l-intervent, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor għall-pula ta’ reazzjoni rapida u jipprovdu t-tagħmir tekniku neċessarju. L-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jiftiehmu dwar pjan operazzjonali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)   F’żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jaffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati karatterizzati minn influssi kbar ta’ flussi migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspots, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ operazzjonali u tekniku miżjud tat-timijiet ta’ appoġġ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta’ esperti skjerati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u mill-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post.

(16)  Meta l-Istati Membri jaffaċċjaw sfidi sproporzjonati karatterizzati minn influssi kbar ta’ flussi migratorji mħallta, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ operazzjonali u tekniku miżjud fiż-żoni hotspot mit-timijiet ta’ appoġġ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta’ esperti skjerati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u mill-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Fiż-żoni hotspot l-aġenziji differenti u l-Istati Membri għandhom joperaw fil-limiti tal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom. Filwaqt li l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil għandu jgħin biex tittejjeb l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u jappoġġja lill-Istati Membri fi kwistjonijiet relatati mal-asil, il-Europol għandu jipprovdi għarfien espert, analiżi strateġika u operazzjonali dwar il-kriminalità organizzata transfruntiera u dwar iż-żarmar tan-netwerks tal-kuntrabandu, u l-Eurojust għandha tappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u dawk ta' prosekuzzjoni. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet sostantivi dwar l-applikazzjonijiet tal-asil u r-ritorn.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)   F’każijiet fejn Stat Membru ma jiħux l-azzjoni korrettiva meħtieġa f’konformità mal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew fil-każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni, li tirrendi l-kontroll fil-fruntiera esterna ineffettiv sal-punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, rispons unifikat, rapidu u effettiv għandu jingħata fil-livell tal-Unjoni. Għal dan l-għan, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u titlob lill-Istat Membru konċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha mbagħad tiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u għandu jitfassal pjan operazzjonali mal-Istat Membru konċernat.

(17)  F’każijiet fejn Stat Membru ma jiħux l-azzjoni korrettiva meħtieġa f’konformità mal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew fil-każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni, li tirrendi l-kontroll fil-fruntiera esterna ineffettiv sal-punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen bħala żona mingħajr kontroll intern tal-fruntieri, għandu jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għal dan l-għan, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija. Għall-adozzjoni ta’ tali miżuri, meta jitqiesu l-aspetti relatati mas-sovranità u n-natura politikament sensittiva tagħhom, li għandhom x'jaqsmu mas-setgħat eżekuttivi u ta’ infurzar nazzjonali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill, li għandu jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. L-Istat Membru konċernat għandu jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. L-Aġenzija għandha mbagħad tiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill, u għandu jiġi miftiehem pjan operazzjonali mal-Istat Membru konċernat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkollha t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġu skjerati f’operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. Għal dan il-għan, meta jitniedu interventi rapidi fil-fruntiera fuq talba ta’ Stat Membru jew fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tkun tista’ tagħmel użu mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta minn pula ta’ riżerva rapida li għandha tkun korp permanenti magħmul minn perċentwal żgħir tan-numru totali ta’ gwardji tal-fruntiera fl-Istati Membri, li għandu mill-inqas ikun ta' 1 500. L-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula ta’ riżerva rapida għandu jkun kumplimentat immedjatament minn Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq.

(18)  L-Aġenzija għandu jkollha t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġu skjerati f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. Għal dan il-għan, meta jitniedu interventi rapidi fil-fruntiera fuq talba ta’ Stat Membru jew fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun tista’ tagħmel użu mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta minn pula ta’ reazzjoni rapida li għandha tkun korp permanenti magħmul minn perċentwal żgħir tan-numru totali ta’ gwardji tal-fruntiera fl-Istati Membri, li għandu mill-inqas ikun ta' 1 500. L-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta’ reazzjoni rapida għandu jkun kumplimentat immedjatament minn Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali fejn ikun meħtieġ.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill Ewropew sejjaħ sabiex jitkabbar il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex tassisti lill-Istati Membri biex jiġi żgurat ir-ritorn effettiv ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, inkluż billi jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ ritorn fuq inizjattiva proprja u t-tisħiħ tar-rwol tagħha fil-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. Għal dan il-għan, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għat-twaqqif ta’ Uffiċċju tar-Ritorn fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta li għandu jingħata l-kompitu li jikkoordina l-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tar-ritorn.

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b'soġġorn

illegali, soġġett għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u f’konformità mad-Direttiva 2008/115/

KE

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.15 B’mod partikolari, din għandha tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta’ ritorn minn Stat Membru wieħed jew iktar u għandha

torganizza u twettaq interventi ta’ ritorn sabiex issaħħaħ is-sistema ta’ ritorn

ta’ Stati Membri li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali meta jikkonformaw

malobbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn

illegali skont dik id-Direttiva.

 

(21)  L-Aġenzija għandha żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b'soġġorn irregolari, soġġett għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE15. B’mod partikolari, din għandha tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta’ ritorn minn Stat Membru wieħed jew iktar u għandha torganizza u twettaq interventi ta’ ritorn sabiex issaħħaħ is-sistema ta’ ritorn tal-Istati Membri li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali meta jkunu qed jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn irregolari skont dik id-Direttiva.

___________

 

15Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 21.12.2008, p. 98).

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn ta' migranti irregolari, mingħajr ma tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-Istati Membri, u b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  L-eżistenza possibbli ta’ arranġament bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jeħlisx lill-Aġenzija jew lill-Istati Membri mill-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta’ non-refoulement, meta jkunu konxji jew imisshom ikunu konxji li nuqqasijiet sistemiċi fil-proċedura tal-asil u fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-persuni li jfittxu asil f'dak il-pajjiż terz jammontaw għal raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li min ifittex asil jiffaċċja riskju reali li jkun soġġett għal trattament inuman jew degradanti jew fejn ikunu konxji jew imisshom ikunu konxji li dak il-pajjiż terz iwettaq prattiki bi ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest tal-operazzjonijiet u interventi ta’ ritorn, huwa essenzjali li wieħed itenni l-prinċipji ta’ gwida li fuqhom kwalunkwe ritorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jista' jitwettaq. Abbażi tal-Premessa 13 tar-Regolament (UE) Nru 656/2014 li jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali koordinata mill-Frontex.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tistabbilixxi puli ta’ spetturi ta’ ritorn sfurzat, esperti ta’ ritorn sfurzat u speċjalisti tar-ritorn li jkunu disponibbli mill-Istati Membri, li għandhom jiġu skjerati matul operazzjonijiet ta’ ritorn u li għandhom jifformaw parti mit-Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn magħmula apposta u li jiġu skjerati f’interventi ta’ ritorn. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tagħtihom it-taħriġ meħtieġ.

(22)  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi puli ta’ spetturi ta’ ritorn sfurzat, esperti ta’ ritorn sfurzat u speċjalisti tar-ritorn li jkunu disponibbli mill-Istati Membri, li għandhom jiġu skjerati matul operazzjonijiet ta’ ritorn u li għandhom jifformaw parti mit-Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn magħmula apposta u li jiġu skjerati f’interventi ta’ ritorn. Il-puli għandhom jinkludu persunal b’għarfien espert speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal. L-Aġenzija għandha tagħtihom it-taħriġ meħtieġ.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Għandha jsir provvediment speċjali għall-membri tal-persunal involuti f’attivitajiet relatati mar-ritorn biex jispeċifikaw il-kompiti, il-poteri u r-responsabbiltajiet tagħhom. Għandhom jinħarġu wkoll istruzzjonijiet speċjali fir-rigward tas-setgħa tal-piloti responsabbli mill-inġenji tal-ajru u l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni kriminali tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru taħt il-liġi tal-avjazzjoni internazzjonali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiżviluppa għodod speċifiċi ta’ taħriġ u għandha tipprovdi taħriġ f’livell tal-Unjoni għall-ħarrieġa nazzjonali tal-gwardji tal-fruntiera kif ukoll taħriġ u seminars addizzjonali lill-uffiċjali tal-korpi nazzjonali kompetenti dwar il-kontroll fil-fruntieri esterni u r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu fit-territorju ta' Stati Membri illegalment. L-Aġenzija għandha tkun awtorizzata torganizza attivitajiet ta’ taħriġ f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

(23)  L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod speċifiċi ta’ taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal, u għandha tipprovdi taħriġ f’livell tal-Unjoni għall-ħarrieġa nazzjonali tal-gwardji tal-fruntiera kif ukoll taħriġ u seminars addizzjonali dwar kompiti ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri, inkluż lill-uffiċjali tal-korpi nazzjonali kompetenti. L-Aġenzija għandha tkun awtorizzata torganizza attivitajiet ta’ taħriġ f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha timmonitorja u tikkontribwixxi għall-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għall-kontroll tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza avvanzata u għandha tqassam din l-informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

(24)  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi għall-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u għandha tqassam din l-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-aġenziji relevanti tal-Unjoni, lill-korpi u l-uffiċċji, u lill-pubbliku.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni teħtieġ skambju regolari, rapidu u affidabbli ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiżviluppa u topera sistemi ta’ informazzjoni li jiffaċilitaw tali skambju skont il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni.

(25)  L-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni teħtieġ skambju regolari, rapidu u affidabbli ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u topera sistemi ta’ informazzjoni li jiffaċilitaw tali skambju skont il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni. Huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu lill-Aġenzija fil-pront informazzjoni kompleta u preċiża meħtieġa biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ kompiti, inkluż iżda mhux limitat għas-sigurtà marittima, is-sikurezza, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar ġenerali tal-liġi u l-protezzjoni ambjentali. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 16 u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għalhekk għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom kemm ma’ xulxin kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta biex jiżdied l-għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima kif ukoll biex tiġi appoġġjata azzjoni koerenti u kosteffiċjenti.

(27)  L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ kompiti, inkluż iżda mhux limitat għas-sigurtà marittima, is-sikurezza, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar ġenerali tal-liġi u l-protezzjoni ambjentali. L-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 16 u l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 għalhekk għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom kemm ma’ xulxin kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta biex jiżdied l-għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima kif ukoll biex tiġi appoġġjata azzjoni koerenti u kosteffiċjenti. Is-sinerġiji ta’ bejn id-diversi atturi fl-ambjent marittimu għandhom ikunu konformi mal-istrateġija ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u l-istrateġija għas-sigurtà marittima.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU 128, 21.5.2005, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU 128, 21.5.2005, p. 1).

17 Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

17 Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, b’mod partikolari permezz ta’ kollaborazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, ma għandhiex taffettwa t-tqassim tas-setgħat bejn l-aġenziji fir-rigward tad-definizzjoni tal-missjonijiet tagħhom u ma għandhiex taffettwa l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-kompiti inizjali tagħhom. Din il-kooperazzjoni hija maħsuba wkoll biex tippermetti l-ħolqien ta’ sinerġiji bejniethom, mingħajr ma tbiddel id-dikjarazzjonijiet tal-missjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta ma għandhiex il-għan li tnaqqas is-setgħat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima jew tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Il-kooperazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ din il-missjoni primarja tal-aġenziji filwaqt li tistabbilixxi sinerġiji, b'tali mod li jittejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima u l-kapaċità ta’ reazzjoni tal-UE fuq il-baħar.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż billi tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u billi tiskjera uffiċjali ta’ kollegament għal pajjiżi terzi, kif ukoll billi tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. Fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi.

(28)  L-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż billi tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u billi tiskjera uffiċjali ta’ kollegament għal pajjiżi terzi, kif ukoll billi tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ non-refoulement f’kull mument u anke meta l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi. Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-Aġenzija għandha tirrapporta dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fir-rapport annwali tagħha.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 28 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-obbligi marbuta mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi. F’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dawk id-dispożizzjonijiet, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ sabiex tipproteġi u ssalva l-ħajjiet kulmeta u kulfejn ikun hemm bżonn.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  Minħabba ż-żieda fil-għadd tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija biex tissorvelja u tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Għal dak il-għan għandha tipprovdi lill-Uffiċjal tagħha għad-Drittijiet Fundamentali riżorsi u persunal adegwati li jikkorrispondu għall-mandat u d-daqs tagħha. L-Aġenzija għandha tuża r-rwol tagħha li tippromwovi b’mod attiv l-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 28c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)  Skont il-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni ewlenija fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)   Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, b’kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, biex jimmonitorja u jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan għandu jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli biex jimmaniġġa l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu janalizza l-ammissibbiltà tal-ilment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti dwar gwardji tal-fruntiera lill-Istat Membru tal-domiċilju u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Investigazzjonijiet kriminali għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

(30)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti indipendenti għall-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, biex jimmonitorja u jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan għandu jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli biex jimmaniġġa l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu janalizza l-ammissibbiltà tal-ilment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti dwar gwardji tal-fruntiera lill-Istat Membru tal-domiċilju u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Investigazzjonijiet kriminali għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Il-mekkaniżmu għandu jkun effettiv, filwaqt li jiżgura li l-ilmenti jiġu segwiti kif jixraq u jwassal għal sanzjonijiet f’każijiet ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali. Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-Aġenzija għandha tirrapporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza tal-linji politiċi u l-politika fuq l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. Fejn ikun possibbli, il-Bord għandu jikkonsisti mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Dan il-Bord għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta’ ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija għandha tkun irregolata u operata skont il-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(33)  Il-Bord Maniġerjali għandu jissorvelja l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, il-Bord għandu jikkonsisti mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Dan il-Bord għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Fondazzjoni u jaħtar id-Direttur. L-Aġenzija għandha tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu jinkludi l-konklużjoni ta’ ftehim dwar kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Sabiex l-awtonomija tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta tkun iggarantita, għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli sa fejn għandhom x’jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(34)  Sabiex l-awtonomija tal-Aġenzija tkun iggarantita, għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli sa fejn għandhom x’jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit adottat mill-Bord Maniġerjali għandu jkun ibbilanċjat f'dak li għandu x'jaqsam mal-indirizzar tal-aspetti differenti tal-attivitajiet tal-Aġenzija, fosthom li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu japplika għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta.

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 dwar l-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tkun trasparenti kemm jista’ jkun dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Hija għandha tippubblika l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-attivitajiet kollha tagħha, u għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw b’mod rapidu informazzjoni fir-rigward tal-ħidma tagħha.

__________________

__________________

21  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

21  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)   Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni, u b’hekk l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen ukoll, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b’mod mhux koordinat iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni u fid-dawl tal-pressjonijiet sostanzjali ta’ migrazzjoni fil-fruntieri esterni u l-ħtieġa li jiġi salvagwardjat livell għoli ta’ sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(39)  Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni, u b’hekk l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen ukoll, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b’mod mhux koordinat iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni u fid-dawl tal-isfidi sostanzjali ta’ migrazzjoni fil-fruntieri esterni u l-ħtieġa li jiġi mmonitorjat b’mod effiċjenti l-qsim ta' dawn il-fruntieri, u b'hekk jingħata kontribut lil-livell għoli ta’ sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 46 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)  Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew inkella huwa relatat miegħu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 46b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46b)  Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 46c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46c)  Fir-rigward ta' Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella huwa relatat miegħu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’dan qiegħda titwaqqaf Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta biex tiżgura l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni bil-ħsieb li l-migrazzjoni tiġi ġestita b’mod effettiv u tiżgura livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, filwaqt li tissalvagwardja l-moviment liberu tal-persuni fiha.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni bil-ħsieb li jsir monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni, u jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex jiġu indirizzati l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera u jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fiha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri tal-art u tal-baħar tal-Istati Membri u l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38;

(1)  “fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri esterni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għalih japplika it-Titolu II tiegħu38;

__________

__________

38  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

38  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  "żona hotspot" tfisser żona fi fruntiera esterna fejn Stat Membru jiffaċċja pressjonijiet migratorji sproporzjonati u fejn Aġenziji tal-Unjoni rilevanti jassistu lill-Istat Membru b’mod integrat;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  “persuna ripatrijata” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed hemm illegalment soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn;

(12)  “persuna ripatrijata” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed hemm b'mod irregolari u li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  “operazzjoni ta’ ritorn” tfisser operazzjoni biex jiġu ritornati ċittadini minn pajjiżi terzi li kienu qegħdin jissoġġornaw illegalment, li tkun koordinata mill-Aġenzija u tinvolvi tisħiħ tekniku u operazzjonali li jiġi pprovdut minn Stat Membru wieħed jew iktar li fiha persuni ripatrijati minn Stat Membru wieħed jew iktar jiġu ripatrijati jew permezz ta’ ritorn sfurzat jew b’konformità volontarja mal-obbligu ta’ ritorn;

(13)  “operazzjoni ta’ ritorn” tfisser operazzjoni biex jiġu ritornati ċittadini minn pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE, li tkun koordinata mill-Aġenzija u tinvolvi tisħiħ tekniku u operazzjonali li jiġi pprovdut minn Stat Membru wieħed jew iktar li fiha persuni ripatrijati minn Stat Membru wieħed jew iktar jiġu ripatrijati jew permezz ta’ ritorn sfurzat jew b’konformità volontarja mal-obbligu ta’ ritorn;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  “intervent ta’ ritorn” tfisser operazzjoni biex jiġu ripatrijati ċittadini minn pajjiżi terzi b’soġġorn illegali li jipprovdi assistenza teknika u operazzjonali msaħħa u li tikkonsisti fl-iskjerament ta’ Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn fl-Istati Membri u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn.

(14)  “intervent ta’ ritorn” tfisser operazzjoni biex jiġu ripatrijati ċittadini minn pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE, li tipprevedi assistenza teknika u operazzjonali msaħħa u li tikkonsisti fl-iskjerament ta’ Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn fl-Istati Membri u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  “funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta” tfisser ġbir ta' fatti, monitoraġġ, ippjanar u organizzazzjoni ta’ missjonijiet u operazzjonijiet fdati f’idejn l-awtorità lokali, reġjonali, nazzjonali jew awtorità tal-Unjoni bis-setgħat meħtieġa biex iwettqu sorveljanza marittima li tinvolvi, b’mod partikolari, is-sikurezza, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll tal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar ġenerali tal-liġi u l-protezzjoni ambjentali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  “tfal” tfisser persuni fiżiċi taħt l-età ta’ 18-il sena sakemm, skont il-liġi applikabbli għat-tfal, l-età adulta ma tintlaħaqx qabel;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  “terza parti” tfisser entità ġuridika rikonoxxuta bħala tali minn Stat Membru jew minn organizzazzjoni internazzjonali.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, jikkostitwixxu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta.

1.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, jikkostitwixxu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

 

1a.  Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal strateġija ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. L-istrateġija għandha tistabbilixxi linji gwida ġenerali, l-objettivi li għandhom jintlaħqu u l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu sabiex jiġi stabbilit il-funzjonament sħiħ tas-sistema tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. L-istrateġija ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiġi riveduta kulmeta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan.

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. Hija għandha tippromwovi u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fl-Istati Membri kollha.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, filwaqt li tqis, fejn ikun xieraq, is-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri. Hija għandha tippromwovi u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fl-Istati Membri kollha.

 

2a.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura l-applikazzjoni kostanti u uniformi tad-dritt tal-UE, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar tad-drittijiet tal-bniedem, mal-fruntieri esterni kollha tal-UE.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu koerenti mal-istrateġija msemmija fil-paragrafu 2.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu koerenti mal-istrateġija msemmija fil-paragrafi 1a u 2.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)  il-kontroll tal-fruntieri, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, il-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-kriminalità transfruntiera, fejn ikun xieraq;

(a)  il-kontroll tal-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u miżuri relatati mal-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera, bħall-kuntrabandu kriminali tal-persuni, fejn ikun xieraq;

 

(aa)  operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ għall-persuni li jinsabu fil-periklu fuq il-baħar skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u skont id-dritt internazzjonali;

 

(ab)  l-identifikazzjoni, l-għoti ta' informazzjoni inizjali, u r-riferiment tal-persuni li jaslu fil-fruntieri esterni li jkollhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha;

(b)  analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(b)  analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(c)  kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħra mwettqa fuq il-fruntiera u fost l-istituzzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi u l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni; inkluż l-iskambju regolari ta’ informazzjoni permezz ta’ għodod eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni, u b’mod partikolari, is-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (“Eurosur”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c)  kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħra mwettqa fuq il-fruntiera u fost l-istituzzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi u l-uffiċċji rilevanti tal-Unjoni; inkluż l-iskambju regolari ta’ informazzjoni permezz ta’ għodod eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni, u b’mod partikolari, is-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (“Eurosur”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; 39

(d)  kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq pajjiżi ġirien u dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta’ analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu għall-immigrazzjoni irregolari;

(d)  kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq pajjiżi ġirien u dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta’ analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu għall-migrazzjoni irregolari, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni u mas-SEAE;

(e)  miżuri tekniċi u operazzjonali fil-qasam tal-moviment liberu li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri u maħsuba biex jipprevjenu l-immigrazzjoni irregolari u biex jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera;

(e)  miżuri tekniċi u operazzjonali fil-qasam tal-moviment liberu li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri u maħsuba biex jimmaniġġjaw aħjar il-migrazzjoni irregolari u biex jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera;

(f) ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jissoġġornaw illegalment fit-territorju tal-Istati Membri;

(f)  ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE;

(g)  l-użu tal-aħħar teknoloġija inklużi sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira;

(g)  l-użu tal-aħħar teknoloġija inklużi sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira;

(h)  mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità li jiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

(h)  mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità li jiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri.

_________

_________

39  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

39  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha timplimenta l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri.

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha timplimenta l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu operazzjonijiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta’ kontroll tal-fruntieri. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tas-sezzjoni tagħhom tal-fruntiera esterna.

2.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u l-Kosta għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz tat-tisħiħ, il-valutazzjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, u fir-ritorn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tat-taqsima tagħhom tal-fruntieri esterni, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, f’konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz tat-tisħiħ, il-valutazzjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, u fir-ritorn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tat-taqsima tagħhom tal-fruntieri esterni, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, f’konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom ukoll, fl-interess tagħhom stess u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, idaħħlu d-dejta fil-bażijiet ta' dejta Ewropej u jiżguraw li d-dejta tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment.

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u l-Kosta għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni fil-każijiet previsti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn il-miżuri korrettivi meħtieġa bbażati fuq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ma jitteħdux jew f’każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata, li tirrendi l-kontroll tal-fruntieri esterni ineffettiv b’tali mod li jkun hemm riskju li l-funzjonament taż-żona Schengen jitpoġġa f’periklu.

3.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni fil-każijiet previsti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn il-miżuri korrettivi meħtieġa bbażati fuq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà ma jitteħdux jew f’każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata, li tirrendi l-kontroll tal-fruntieri esterni ineffettiv b’tali mod li jkun hemm riskju li l-funzjonament taż-żona Schengen jitpoġġa f’periklu.

 

3a.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta’ Schengen u għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea koerenti tal-fruntieri esterni kollha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tirrendi iktar effettiv l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b’mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 562/2006.

1.  Biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea koerenti tal-fruntieri esterni kollha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tirrendi iktar effettiva l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b’mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2016/399. Għandha wkoll tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni, l-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki u tippromwovi liġijiet u standards tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Responsabbiltà

 

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f'konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fid-dawl li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll tal-fruntieri u r-ritorn, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

1.  Fid-dawl tal-fatt li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll tal-fruntieri u r-ritorn, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)  tistabbilixxi ċentru ta’ monitoraġġ u analiżi tar-riskju bil-kapaċità li jimmonitorja l-flussi migratorji u biex iwettaq analiżi tar-riskju rigward l-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

(a)  timmonitorja l-flussi migratorji u twettaq analiżi tar-riskju rigward l-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

(b)  twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

(b)  twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom u ta' kemm huma mħejjija għalihom;

 

(ba)  tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri;

(c)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar;

(c)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali;

(d)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tniedi interventi rapidi fil-fruntiera esterna ta’ dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar;

(d)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tniedi interventi rapidi fil-fruntiera esterna ta’ dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta’ salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali;

 

(da)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ tfittix u salvataġġ ta’ persuni li jinsabu fil-periklu fuq il-baħar skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali;

(e)  tistabbilixxi u tiskjera Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta, inkluż pula ta’ riżerva rapida, li jiġu skjerati matul operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(e)  tistabbilixxi u tiskjera Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż pula ta’ reazzjoni rapida, li jiġu skjerati matul operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(f)  tistabbilixxi pula ta’ tagħmir tekniku li jiġi skjerat f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn;

(f)  tistabbilixxi pula ta’ tagħmir tekniku li jiġi skjerat f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn;

(g)  tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta u t-tagħmir tekniku biex tipprovdi assistenza fl-iskrinjar, l-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot;

(g)  tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta u t-tagħmir tekniku biex tipprovdi assistenza fl-iskrinjar, l-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba u tistabbilixxi mekkaniżmi għall-identifikazzjoni, għall-għoti ta’ informazzjoni lill-persuni li jeħtieġu jew jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u għar-riferiment ta’ dawn l-istess persuni fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot b’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-awtoritajiet nazzjonali;

(h)  tappoġġja l-iżvilupp ta’ standards tekniċi għat-tagħmir, speċjalment għall-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni fil-livell tattiku kif ukoll is-sorveljanza teknika li tiżgura l-interoperabbiltà fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)  tappoġġja l-iżvilupp ta’ standards tekniċi komuni għat-tagħmir, speċjalment għall-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni fil-livell tattiku kif ukoll is-sorveljanza teknika biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali;

(i)  tiskjera t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għall-pula ta’ riżerva rapida għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu f’sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni;

(i)  tiskjera t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għall-pula ta’ reazzjoni rapida għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu f’sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni;

(j)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u assistenza operazzjonali miżjuda għall-implimentazzjoni tal-obbligu li jiġu ripatrijati ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, inkluż permezz tal-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn;

(j)  tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u assistenza operazzjonali miżjuda għall-implimentazzjoni tal-obbligu li jiġu ripatrijati dawk iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE, inkluż permezz tal-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn;

 

(ja)  tappoġġja lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u t-terroriżmu, b’kooperazzjoni mal-Europol u l-Eurojust;

(k)  twaqqaf puli ta’ spetturi għar-ritorn sfurzat, skorti ta’ ritorn sfurzat u speċjalisti tar-ritorn;

(k)  twaqqaf puli ta’ spetturi għar-ritorn sfurzat, skorti ta’ ritorn sfurzat u speċjalisti tar-ritorn;

(l)  tistabbilixxi u tiskjera Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta' Ritorn matul interventi ta’ ritorn;

(l)  tistabbilixxi u tiskjera Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta' Ritorn matul interventi ta’ ritorn;

(m)  tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera u l-esperti tar-ritorn, inkluż l-istabbiliment ta’ standards komuni ta’ taħriġ;

(m)  tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera u l-esperti tar-ritorn, inkluż l-istabbiliment ta’ standards komuni ta’ taħriġ;

(n)  tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza avvanzata bħal sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament;

(n)  timmonitorja u tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament;

(o)  jiġu żviluppati u jitħaddmu, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta’ informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, immigrazzjoni irregolari u r-ritorn, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-aġenziji, l-entitajiet u l-uffiċċji tal-Unjoni kif ukoll in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

(o)  tiżviluppa u tħaddem, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta’ informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-aġenziji, l-entitajiet u l-uffiċċji tal-Unjoni kif ukoll in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

(p)  tipprovdi l-għajnuna meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri u, kif xieraq, għall-iżvilupp ta’ ambjent komuni għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà ta’ sistemi, b’mod partikolari billi jiġi żviluppat, miżmum u koordinat il-qafas tal-Eurosur skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(p)  tipprovdi l-għajnuna meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri u, kif xieraq, għall-iżvilupp ta’ ambjent komuni għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà ta’ sistemi, b’mod partikolari billi jiġi żviluppat, miżmum u koordinat il-qafas tal-Eurosur skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

 

  tadotta u tippromwovi l-ogħla standards għall-prattiki tal-ġestjoni tal-fruntieri, sabiex ikun hemm trasparenza u skrutinju pubbliku u jiġu żgurati r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

(q)  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet b’diversi għanijiet;

(q)  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, kull waħda skont il-mandat tagħha, sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet b’diversi għanijiet;

(r)  tassisti lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali bejniethom fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn.

(r)  tassisti lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejniethom fil-kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha;

 

(ra)  tassisti fil-qsim tal-informazzjoni, tat-tagħmir u tal-kapaċitajiet l-oħrajn kollha tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, jekk ikun meħtieġ l-appoġġ tagħhom sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi bħalma huma, imma mhux limitati għalihom, it-tfittxija u s-salvataġġ.

2.  L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f’livell operazzjonali ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż operazzjonijiet militari fuq missjoni ta’ infurzar tal-liġi u fil-qasam tar-ritorn, fejn tali kooperazzjoni hija kompatibbli mal-azzjoni tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista’ tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew li jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

2.  L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f’livell operazzjonali ma’ Stati Membri oħra fejn tali kooperazzjoni hija kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista’ tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew li jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (“id-Direttur Eżekuttiv”) għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija (“il-Bord Maniġerjali”) dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (“id-Direttur Eżekuttiv”) għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija (“il-Bord Maniġerjali”) dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena.

3.  L-Aġenzija tista’ twettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq inizjattiva proprja fl-oqsma taħt il-mandat tagħha. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali.

3.  L-Aġenzija għandha twettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni fl-oqsma taħt il-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża u dettaljata dwar l-attivitajiet tagħha. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari bl-iżvelar ta' informazzjoni operazzjonali li, jekk ikun disponibbli għall-pubbliku, jista’ jippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u tixrid adottati mill-Bord Maniġerjali.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta’ kooperazzjoni in bona fede, u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni.

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u għar-ritorni, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta’ kooperazzjoni in bona fede, u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sakemm sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom jipprovdu lill-Aġenzija fil-ħin u b’mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Aġenzija biex twettaq il-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex l-Aġenzija timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni, biex twettaq analiżi tar-riskju u biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

Skont l-artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, għandhom jipprovdu lill-Aġenzija fil-ħin u b’mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Aġenzija biex twettaq il-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex l-Aġenzija timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni, biex twettaq analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament u biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

 

Jekk l-Aġenzija ma tingħatax informazzjoni preċiża u rapida, hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt meta twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, sakemm ma jiġux ipprovduti raġunijiet debitament ġustifikati biex id-dejta tinżamm milli tingħata.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi ċentru ta’ monitoraġġ u ta’ analiżi tar-riskju bil-kapaċità li jimmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u l-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fi ħdan l-Unjoni u tbassar sitwazzjonijiet, xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa mudell ta’ analiżi komuni u integrat tar-riskji, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri, u twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 12.

2.  L-Aġenzija għandha tħejji analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta u tippreżentaha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

2.  L-Aġenzija għandha tħejji analiżijiet tar-riskju ġenerali u mfassla apposta u tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn ikun xieraq, tali analiżijiet tar-riskji għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni ma’ aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, bħal, pereżempju, l-EASO u l-Europol.

3.  L-analiżi tar-riskju mħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, b’mod partikolari l-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, movimenti sekondarji irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, kif ukoll is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi ġirien bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta’ twissija minn qabel li janalizza l-flussi migratorji lejn l-Unjoni.

3.  L-analiżi tar-riskju mħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta’ twissija minn qabel.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment jew fuq talba tal-Aġenzija jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal dejta statistika u operazzjonali miġbura b’rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen kif ukoll informazzjoni u intelligence derivati mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment jew fuq talba tal-Aġenzija jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal dejta statistika u operazzjonali miġbura b’rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen kif ukoll informazzjoni u intelligence derivati mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013.

5.  Ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju għandhom jiġu sottomessi lill-Bord ta’ Superviżjoni u lill-Bord Maniġerjali.

5.  Ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju għandhom jiġu sottomessi lill-Bord Konsultattiv u lill-Bord Maniġerjali.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju meta jippjanaw l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fil-fruntieri esterni kif ukoll l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-ritorn.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju meta jippjanaw l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fil-fruntieri esterni kif ukoll l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-ritorn.

7.  L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta’ mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat fl-iżvilupp tal-kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u tal-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn.

7.  L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta’ mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat fl-iżvilupp tal-kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u tal-persunal involut.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri kollha.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal tal-Aġenzija biex jiġu skjerati bħala uffiċjali ta’ kollegament. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, abbażi tal-analiżi tar-riskju u b’konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, jiddetermina n-natura tal-iskjerament, l-Istat Membru li fih jista' jintbgħat l-uffiċjal ta’ kollegament u t-tul tal-iskjerament. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru konċernat bil-ħatra u jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru, il-post tal-iskjerament.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal tal-Aġenzija biex jiġu skjerati bħala uffiċjali ta’ kollegament. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, abbażi tal-analiżi tar-riskju u b’konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, jiddetermina n-natura tal-impjieg. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru konċernat bil-ħatra u jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru, il-post tal-iskjerament.

3.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jaġixxu f’isem l-Aġenzija u r-rwol tagħhom għandu jkun li jrawmu kooperazzjoni u dialogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom, b’mod partikolari:

3.  L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jaġixxu f’isem l-Aġenzija u r-rwol tagħhom għandu jkun li jrawmu kooperazzjoni u dialogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom, b’mod partikolari:

(a)   jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri;

(a)  jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri;

 

(aa)  jappoġġjaw il-ġbir ta’ informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-migrazzjoni irregolari u l-analiżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10;

(b)   jappoġġjaw il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12;

(b)  jappoġġjaw il-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12;

(c)   jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fil-partijiet tal-fruntiera li jkunu ġie attribwiti livell ta’ impatt għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(c)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fil-partijiet tal-fruntiera li jkunu ġew attribwiti livell ta’ impatt għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

 

(ca)  josservaw u jissorveljaw l-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni internazzjonali;

(d)   jassistu lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom;

(d)  jassistu lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom;

 

(da)  jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija, jaqsmu informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija mal-Istat Membru, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;

(e)   jirrapportaw regolarment għand id-Direttur Eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera esterna u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b’mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni;

(e)  jirrapportaw regolarment għand id-Direttur Eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera esterna u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b’mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni;

(f)   jimmonitorja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

(f)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-uffiċjal ta’ kollegament għandu, inter alia:

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-uffiċjal ta’ kollegament għandu, inter alia:

(a)   ikollu aċċess illimitat għaċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(a)   ikollu aċċess illimitat għaċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(b)   ikollu aċċess għal sistemi nazzjonali u Ewropej ta’ informazzjoni disponibbli fiċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, bil-kundizzjoni li hu/hi j/tkun konformi mar-regoli ta’ sigurtà u protezzjoni tad-dejta nazzjonali u tal-UE;

(b)  ikollu aċċess, fejn meħtieġ, għal sistemi Ewropej ta’ informazzjoni disponibbli fiċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, bil-kundizzjoni li hu/hi j/tkun konformi mar-regoli ta’ sigurtà u protezzjoni tad-dejta nazzjonali u tal-UE;

(c)   iżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, filwaqt li jżomm informat lill-kap taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

(c)  iżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, filwaqt li jżomm informat lill-kap taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

5.  Ir-rapport tal-uffiċjal ta’ kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12.

5.  Ir-rapport tal-uffiċjal ta’ kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Istat Membru kkonċernat.

6.  Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.

6.  Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tivvaluta t-tagħmir tekniku, is-sistemi, il-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-Istati Membri għall-kontroll tal-fruntieri. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru u mill-uffiċjal ta’ kollegament, fuq informazzjoni derivata mill-Eurosur, b’mod partikolari il-livelli tal-impatt attribwiti lill-partijiet tal-fruntieri esterni tal-art u l-baħar ta’ kull Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, u fuq ir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u attivitajiet oħra tal-Aġenzija.

1.  Bħala miżura preventiva komplementari għall-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Aġenzija għandha, fuq bażi kontinwa, tissorvelja t-tħejjija u l-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri.

 

L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità tal-Istati Membri u kemm huma mħejjija biex jaffaċċjaw l-isfidi li ġejjin, inklużi t-theddidiet u l-pressjonijiet tal-preżent u tal-futur fil-fruntieri esterni, biex tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi sussegwenti fuq il-funzjonament taż-żona Schengen, u li tivvaluta l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-pula ta' reazzjoni rapida kif imsemmi fl-Artikolu 19(5).

 

L-elementi li għandhom jiġu sorveljati għandhom jinkludu l-kapaċità li tiġi ġestita l-wasla potenzjali ta’ għadd kbir ta’ persuni, li ħafna minnhom jistgħu jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, b’mod uman u b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, u d-disponibbiltà ta’ tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura u persunal ikkwalifikat u mħarreġ b’mod edegwat u f’numru suffiċjenti.

 

Abbażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija skont l-Artikolu 10(3), id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord Amministrattiv proposta għal deċiżjoni li tistabbilixxi kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il-kriterji abbażi ta' din il-proposta.

 

1a.  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru u mill-uffiċjal ta’ kollegament, fuq informazzjoni derivata mill-Eurosur, b’mod partikolari l-livelli tal-impatt attribwiti lis-sezzjonijiet tal-art u tal-baħar tal-fruntieri esterni ta’ kull Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, u fuq ir-rapporti u l-evalwazzjonijiet ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u attivitajiet oħra tal-Aġenzija.

2.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri u għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u r-riżorsi finanzjarji u l-elementi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri u għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

3.  L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u r-rieda tal-Istati Membri biex jaffaċċjaw l-isfidi li ġejjin, inkluż it-theddid u l-pressjonijiet tal-preżent u tal-futur fil-fruntieri esterni, biex tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi sussegwenti fuq il-funzjonament taż-żona Schengen, u biex tivvaluta l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-pula ta’ riżerva rapida msemmija fl-Artikolu 19(5). Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

 

4.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu sottomessi lill-Bord ta’ Superviżjoni, li għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

4.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu sottomessi lill-Bord Konsultattiv, li għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru konċernat, inkluż billi jintużaw riżorsi taħt l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha torbot lill-Istat Membru u għandha tistabbilixxi t-terminu sa meta għandhom jittieħdu l-miżuri.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru konċernat, inkluż billi jintużaw riżorsi taħt l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha torbot lill-Istat Membru u għandha tistabbilixxi t-terminu sa meta għandhom jittieħdu l-miżuri.

6.   Meta Stat Membru ma jadottax il-miżuri korrettivi meħtieġa sat-terminu stabbilit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Bord Maniġerjali u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri korrettivi meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru konċernat, inkluż it-terminu sa meta għandhom jittieħdu dawn il-miżuri. Jekk l-Istat Membru ma jiħux il-miżuri sat-terminu previst fl-imsemmija deċiżjoni, tista’ tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18.

6.  Meta Stat Membru ma jadottax il-miżuri korrettivi meħtieġa sat-terminu stabbilit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kummissjoni. Tista' tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18.

 

6a.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu trażmessi fuq bażi regolari u tal-inqas kull sitt xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 18.

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 18.

2.   L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istat Membru ospitanti u tista’ tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:

2.  L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istat Membru ospitanti u tista’, filwaqt li taġixxi skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluż il-prinċipju tan-non-refoulement, tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)   tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta;

(a)  tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta;

(b)   torganizza interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula tar-riżerva rapida, u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq;

(b)  torganizza interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta’ reazzjoni rapida, u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq;

(c)   tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi ġirien;

(c)  tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi ġirien;

(d)   tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f’hotspots;

(d)  tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f’hotspots;

 

(da)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu fil-periklu fuq il-baħar skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali;

(e)   tiskjera l-esperti tagħha stess kif ukoll membri tat-timijiet li kienu ġew issekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri involuti għall-perjodu xieraq;

(e)  tiskjera l-esperti tagħha stess kif ukoll membri tat-timijiet li kienu ġew issekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri involuti għall-perjodu xieraq;

(f)   tiskjera tagħmir tekniku.

(f)  tuża tagħmir tekniku.

3.   L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 2 b’għotijiet mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

3.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 2 mill-baġit tagħha u permezz ta’ kuntratti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

 

3a.  Jekk ikun hemm bżonn finanzjarju akbar minħabba sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bidu ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri esterni

Bidu ta' operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tniedi operazzjonijiet konġunti biex jaffaċċjaw l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluż it-theddid tal-preżent jew tal-futur fil-fruntieri esterni li jirriżulta mill-immigrazzjoni irregolari jew il-kriminalità transfruntiera, jew biex tipprovdi iktar assistenza teknika u operazzjonali meta dawn jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni.

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċjaw l-isfidi li jkunu ġejjin, inklużi l-migrazzjoni irregolari, it-theddid tal-preżent jew tal-futur fil-fruntieri esterni jew il-kriminalità transfruntiera, bħall-kuntrabandu kriminali ta' persuni, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, jew biex tipprovdi iktar assistenza teknika u operazzjonali meta dawn jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni.

2.  Fuq talba ta’ Stat Membru li jkun qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni speċifika u sproporzjonata, speċjalment il-wasla f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru illegalment, l-Aġenzija tista’ tiskjera intervent rapidu fil-fruntiera għal perjodu limitat ta’ żmien fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ospitanti.

 

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina proposti għal operazzjonijiet konġunti li jsiru minn Stati Membri. Operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa, affidabbli u aġġornata, biex b’hekk tippermetti lill-Aġenzija tistabbilixxi ordni ta’ prijorità għall-operazzjonijiet konġunti proposti u interventi rapidi fil-fruntiera, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tal-impatt għall-partijiet tal-fruntiera esterna skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina proposti għal operazzjonijiet konġunti li jsiru minn Stati Membri. Operazzjonijiet konġunti għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa, affidabbli u aġġornata, biex b’hekk l-Aġenzija tkun tista’ tistabbilixxi ordni ta’ prijorità għall-operazzjonijiet konġunti proposti, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tal-impatt għall-partijiet tal-fruntiera esterna skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fuq parir tal-Bord ta’ Superviżjoni bbażat fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, u b’kunsiderazzjoni tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. L-Aġenzija għandha tqiegħed it-tagħmir tekniku tagħha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri ospitanti jew parteċipanti.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fuq parir tal-Bord Konsultattiv ibbażat fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, u b’kunsiderazzjoni tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti. L-Aġenzija għandha tqiegħed it-tagħmir tekniku tagħha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri ospitanti jew parteċipanti.

5.  L-għanijiet ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ intervent rapidu fil-fruntiera jistgħu jinkisbu bħala parti minn operazzjoni b’diversi għanijiet li tista’ tinvolvi s-salvataġġ ta’ persuni fil-periklu fuq il-baħar jew funzjonijiet oħra ta’ gwardja tal-kosta, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-migranti jew it-traffikar tal-bnedmin, operazzjonijiet ta’ kontroll ta’ traffikar tad-droga, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, id-debriefing u r-ritorn.

5.  L-għanijiet ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ intervent rapidu fil-fruntiera jistgħu jinkisbu bħala parti minn operazzjoni b’diversi għanijiet li tista’ tinvolvi s-salvataġġ ta’ persuni fil-periklu fuq il-baħar jew funzjonijiet oħra ta’ gwardja tal-kosta, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu kriminali tal-persuni jew it-traffikar tal-bnedmin, operazzjonijiet ta’ kontroll ta’ traffikar tad-droga, b’kooperazzjoni mal-Europol, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, id-debriefing u r-ritorn.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   deskrizzjoni tal-kompiti u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta’ bażijiet ta’ dejta u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti;

(d)  deskrizzjoni tal-kompiti, tar-responsabbiltajiet u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta’ bażijiet ta’ dejta u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali u r-riskji tal-operazzjonijiet konġunti;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)   skema ta’ rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali;

(i)  skema ta’ rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fuq talba ta’ Stat Membru li jkun qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni speċifika u sproporzjonata, speċjalment il-wasla f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru illegalment, l-Aġenzija tista’ tiskjera forzi ta’ intervent rapidu fil-fruntiera għal perjodu limitat ta’ żmien fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ospitanti.

1.  Talba minn Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti. Jekk ikun meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jibgħat immedjatament esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru konċernat.

1.  Talba minn Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti. Jekk ikun meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jibgħat immedjatament esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru konċernat.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Bord Maniġerjali b’talba ta’ Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Bord Maniġerjali b’talba ta’ Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera.

3.  Meta jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Stat Membru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkunsidra s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 kif ukoll ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12 u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru konċernat jew minn Stat Membru ieħor.

3.  Meta jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Stat Membru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkunsidra s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 kif ukoll ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 12 u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru konċernat jew minn Stat Membru ieħor.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għat-tnedija ta’ intervent rapidu fil-fruntiera fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istat Membru konċernat u lill-Bord Maniġerjali bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tagħti r-raġunijiet ewlenin li tkun ġiet ibbażata fuqhom.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għat-tnedija ta’ intervent rapidu fil-fruntiera fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istat Membru konċernat u lill-Bord Maniġerjali bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tagħti r-raġunijiet ewlenin li tkun ġiet ibbażata fuqhom.

5.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jniedi intervent rapidu fil-fruntiera, huwa jew hija għandu/għandha jiskjera/tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula ta’ riżerva rapida skont l-Artikolu 19(5), u fejn meħtieġ, huwa jew hija għandu/għandha jiddeċiedi/tiddeċiedi dwar it-tisħiħ immedjat mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta, skont l-Artikolu 19(6).

5.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jniedi intervent rapidu fil-fruntiera, huwa jew hija għandu/għandha jiskjera/tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta’ reazzjoni rapida skont l-Artikolu 19(5), u fejn meħtieġ, huwa jew hija għandu/għandha jiddeċiedi/tiddeċiedi dwar it-tisħiħ immedjat mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, skont l-Artikolu 19(6).

6.  Id-Direttur Eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandu jfassal pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) immedjatament u fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tliet ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandu jfassal pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) immedjatament u fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tliet ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

7.  Hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-pjan operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lill-Istati Membri biex jiskjeraw immedjatament l-gwardji tal-fruntiera li jiffurmaw parti mill-pula ta’ riżerva rapida. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jindika l-profili u n-numri ta’ gwardji tal-fruntiera, meħtieġa minn kull Stat Membru minn fost dawk identifikati fil-pula ta’ riżerva rapida eżistenti.

7.  Hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-pjan operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lill-Istati Membri biex jiskjeraw immedjatament l-gwardji tal-fruntiera li jiffurmaw parti mill-pula ta’ riżerva rapida. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jindika l-profili u n-numri ta’ gwardji tal-fruntiera, meħtieġa minn kull Stat Membru minn fost dawk identifikati fil-pula ta’ riżerva rapida eżistenti.

8.  B’mod parallel, u fejn meħtieġ, biex jiżgura l-rinfurzar immedjat tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta skjerati mill-pula ta’ riżerva rapida, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri dwar in-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mitluba li għandhom jiġu skjerati addizzjonalment. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandu jiġi pprovdut lilhom ukoll.

8.  B’mod parallel, u fejn meħtieġ, biex jiżgura l-rinfurzar immedjat tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta skjerati mill-pula ta’ reazzjoni rapida, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri dwar in-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mitluba li għandhom jiġu skjerati addizzjonalment. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandu jiġi pprovdut lilhom ukoll.

9.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, id-deċiżjonijiet relatati mal-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida u kwalunkwe skjerament addizzjonali ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta għandhom jittieħdu mil-viċi Direttur Eżekuttiv.

9.  Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, id-deċiżjonijiet relatati mal-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida u kwalunkwe skjerament addizzjonali ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jittieħdu mil-viċi Direttur Eżekuttiv.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera assenjati lill-pula ta’ riżerva rapida huma immedjatament u mingħajr eċċezzjoni disponibbli għall-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu gwardji addizzjonali tal-fruntiera disponibbli għall-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fuq talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux qegħdin jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostenzjalment it-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera assenjati lill-pula ta' reazzjoni rapida huma immedjatament u mingħajr eċċezzjoni disponibbli għall-Aġenzija sabiex jiġi żgurat skjerament komplet fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu gwardji addizzjonali tal-fruntiera disponibbli għall-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fuq talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux qegħdin jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostenzjalment it-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

11.  L-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida għandu jsir sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. L-iskjerament addizzjonali ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jsir fejn meħtieġ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida.

11.  L-iskjerament tal-pula ta’ reazzjoni rapida għandu jsir sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. L-iskjerament addizzjonali ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jsir fejn meħtieġ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn Stat Membru jaffaċċja pressjonijiet migratorji sproporzjonati f’hotspots partikolari fil-fruntieri esterni tiegħu, karatterizzati minn influssi kbar ta’ flussi migratorji mħallta, dak l-Istat Membru jista’ jitlob it-tisħiħ operazzjonali u tekniku minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jissottometti talba għal tisħiħ u valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu lill-Aġenzija u l-Aġenziji l-oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol.

1.  Fejn Stat Membru jaffaċċja pressjonijiet migratorji sproporzjonati f’hotspots partikolari fil-fruntieri esterni tiegħu, karatterizzati minn influssi kbar ta’ flussi migratorji mħallta, dak l-Istat Membru jista’ jitlob it-tisħiħ operazzjonali u tekniku minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jissottometti talba għal tisħiħ u valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu lill-Aġenzija u l-Aġenziji l-oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-EASO u l-Europol.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv, f’koordinazzjoni ma’ Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għandu jivvaluta t-talba għall-assistenza ta’ Stat Membru u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu sabiex jiġi definit il-pakkett komprensiv ta’ tisħiħ li jikkonsisti minn diversi attivitajiet koordinati mill-Aġenziji tal-Unjoni rilevanti li jrid jintlaħaq ftehim dwarhom mal-Istat Membru konċernat.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv, f’koordinazzjoni ma’ Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għandu jivvaluta t-talba għall-assistenza ta’ Stat Membru u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu sabiex jiġi definit il-pakkett komprensiv ta’ tisħiħ li jikkonsisti minn diversi attivitajiet koordinati mill-Aġenziji tal-Unjoni rilevanti li jrid jintlaħaq ftehim dwarhom mal-Istat Membru konċernat.

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni rapida bejn l-aġenziji differenti u t-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

3.  It-tisħiħ operazzjonali u tekniku provdut mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta, it-Timijiet ta’ Intervent Ewropew għar-Ritorn u l-esperti mill-persunal tal-Aġenzija fil-qafas tal-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jista’ jinkludi:

3.  It-tisħiħ operazzjonali u tekniku provdut mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta, it-Timijiet ta’ Intervent Ewropew għar-Ritorn u l-esperti mill-persunal tal-Aġenzija fil-qafas tal-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jista’ jinkludi:

(a)  l-iskrinjar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u d-debriefing ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(a)  l-għoti ta’ assistenza fl-iskrinjar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u d-debriefing ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, it-teħid tal-marki tas-swaba ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iskop u l-eżiti tal-proċeduri kollha;

(b)   l-għoti ta’ informazzjoni lil dawk il-persuni li jinsabu fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali jew lill-applikanti jew applikanti potenzjali għal rilokazzjoni;

 

 

(ba)  ir-riferiment ta’ persuni li jixtiequ japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali ta’ esperti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-EASO;

(c)   assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn.

(c)  assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn.

 

3a.  It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu esperti fil-protezzjoni tat-tfal, it-traffikar tal-bnedmin, il-protezzjoni kontra l-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess u d-drittijiet fundamentali.

4.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, b’kooperazzjoni mal-Aġenziji rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

4.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, b’kooperazzjoni mal-Aġenziji rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

 

4a.  L-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-EASO, l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità ta' dawn l-attivitajiet mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u d-drittijiet fundamentali. Dan jinkludi l-għoti ta' kenn, kundizzjonijiet iġjeniċi u faċilitajiet li jirrispettaw il-bżonnijiet tan-nisa u t-tfal f'żoni hotspot.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta Stat Membru ma jiħux il-miżuri korrettivi meħtieġa skont deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali msemmija fl-Artikolu 12(6) jew fil-każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata fuq il-fruntiera esterna, li tirrendi l-kontroll tal-fruntieri esterni ineffettiv b’tali mod li jista’ jpoġġi f’periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, tista’ tirrakkomanda, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u tirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat biex jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Dan se jinvolvi deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni sabiex tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija tal-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta kif spjegat f’dan ir-Regolament u li titlob lill-Istat Membru konċernat biex jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 79(2).

1.  Meta Stat Membru ma jiħux il-miżuri korrettivi meħtieġa skont deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) jew fil-każ ta’ pressjoni migratorja sproporzjonata fuq il-fruntiera esterna, li tirrendi l-kontroll tal-fruntieri esterni ineffettiv b’tali mod li jista’ jpoġġi f’periklu l-funzjonament taż-żona Schengen bħala żona mingħajr kontroll intern tal-fruntieri, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, tista’ tippreżenta proposta lill-Kunsill għal-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, billi tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u titlob lill-Istat Membru konċernat biex jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata.

Għal raġunijiet imperattivi u debitament ġustifikati ta’ urġenza relatata mal-funzjonament taż-żona Schengen, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japplikaw immedjatament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(5).

 

 

Il-Kunsill għandu jiltaqa' immedjatament wara li jirċievi l-proposta tal-Kummissjoni.

 

1a.  Jekk tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien u għandu jiġi infurmat ukoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b’reazzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

(a)   torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula ta’ riżerva rapida, u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq;

(a)  torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta' reazzjoni rapida, u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq;

(b)   tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f’hotspots;

(b)  tiskjera t-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f’hotspots;

(c)   tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi ġirien;

(c)  tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi ġirien;

(d)   tiskjera tagħmir tekniku;

(d)  tagħmel użu minn tagħmir tekniku;

(e)   torganizza interventi ta’ ritorn.

(e)  torganizza interventi ta’ ritorn.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u fuq parir tal-Bord ta’ Superviżjoni, jiddetermina l-azzjonijiet meħtieġa li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, inkluż l-apparat tekniku kif ukoll in-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik id-deċiżjoni.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, u fuq parir tal-Bord Konsultattiv:

 

(a)  jiddetermina l-azzjonijiet meħtieġa li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill, inkluż it-tagħmir tekniku kif ukoll in-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik id-deċiżjoni;

 

(b)  jissottometti abbozz ta' pjan operazzjonali lill-Istat Membru kkonċernat.

4.  B’mod parallel u fl-istess jumejn tax-xogħol, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti abbozz ta’ pjan operazzjonali lill-Istat Membru konċernat. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru konċernat għandu jfassal il-pjan operazzjonali fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tas-sottomissjoni tiegħu.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru konċernat għandu jfassal il-pjan operazzjonali fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tas-sottomissjoni tiegħu.

5.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tiskjera t-tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġa mill-pula ta’ riżerva rapida msemmija fl-Artikolu 19(5) għat-twettiq prattiku tal-miżuri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Tagħmir tekniku addizzjonali u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali għandhom jiġu skjerati kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-iskjerament tal-pula ta’ riżerva rapida.

5.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tiskjera t-tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġa mill-pula ta’ reazzjoni rapida msemmija fl-Artikolu 19(5) għat-twettiq prattiku tal-miżuri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kunsill. Tagħmir tekniku addizzjonali u Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali għandhom jiġu skjerati kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-iskjerament tal-pula ta' reazzjoni rapida.

6.  L-Istat Membru konċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f’din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-Direttur Eżekuttiv.

6.  L-Istat Membru konċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kunsill u għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f’din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-Direttur Eżekuttiv.

7.  L-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv skont il-paragrafu 2. L-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 19(3) u (6).

7.  L-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv skont il-paragrafu 2. L-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 19(3) u (6).

 

7a.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill u l-azzjonijiet meħuda, għal dak il-għan, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri sabiex tiżgura ġestjoni Ewropea tal-fruntieri xierqa.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tiskjera gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor bħal membri tat-Timijiet Ewropej ta’ gwardji tal-fruntiera u l-Kosta f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-Aġenzija tista’ wkoll tiskjera esperti mill-persunal tagħha stess.

1.  L-Aġenzija għandha tiskjera gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor bħal membri tat-Timijiet Ewropej ta’ gwardji tal-fruntiera u tal-Kosta f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-Aġenzija tista’ wkoll tiskjera esperti mill-persunal tagħha stess.

2.  Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta permezz ta’ pula nazzjonali bbażata fuq il-profili differenti definiti billi jinħatru gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.

2.  Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta permezz ta’ pula nazzjonali bbażata fuq il-profili differenti definiti billi jinħatru gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.

3.  Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri fir-rigward tal-gwardji tal-fruntiera tagħhom għal operazzjonijiet konġunti speċifiċi għas-sena ta’ wara għandha tiġi ppjanata fuq il-bażi ta’ negozjati bilaterali annwali u ftehimiet bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-iskjerament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talba bħal din għandha ssir ta’ mill-inqas 21 jum ta’ xogħol qabel l-iskerjament previst.

3.  Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri fir-rigward tal-gwardji tal-fruntiera tagħhom għal operazzjonijiet konġunti speċifiċi għas-sena ta’ wara għandha tiġi ppjanata fuq il-bażi ta’ negozjati bilaterali annwali u ftehimiet bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-iskjerament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talba bħal din għandha ssir ta’ mill-inqas 21 jum ta’ xogħol qabel l-iskerjament previst. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti informazzjoni u raġunijiet dettaljati dwar is-sitwazzjoni permezz ta’ ittra lill-Aġenzija, li l-kontenut tagħha għandu jiġi inkluż fir-rapport msemmi fil-paragrafu 9.

4.  Fir-rigward ta’ interventi rapidi fil-fruntiera, wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi bi tliet kwarti maġġoranza fuq il-profili u n-numru minimu ta’ gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għall-pula ta’ riżerva rapida tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta’ gwardji tal-fruntiera tal-pula tar-riżerva rapida. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula ta’ riżerva rapida permezz ta’ pula ta’ esperti nazzjonali abbażi tal-profili differenti definiti billi jinnominaw gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.

4.  Fir-rigward ta’ interventi rapidi fil-fruntiera, wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi bi tliet kwarti maġġoranza fuq il-profili u n-numru minimu ta’ gwardji tal-fruntiera li għandhom ikunu disponibbli għall-pula ta’ reazzjoni rapida tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta’ gwardji tal-fruntiera tal-pula ta’ reazzjoni rapida. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula ta’ reazzjoni rapida permezz ta’ pula ta’ esperti nazzjonali abbażi tal-profili differenti definiti billi jinnominaw gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.

5.  Il-pula ta’ riżerva rapida għandha tkun korp permanenti għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija u li jista’ jiġi skjerat minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jagħmel disponibbli għall-Aġenzija numru ta’ gwardji tal-fruntiera proporzjonat għal mill-inqas 3% tal-persunal tal-Istati Membri mingħajr fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u 2% tal-persunal tal-Istati Membri bi fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u li għandu jkun ta' mill-inqas 1 500 gwardja tal-fruntiera, li jikkorrispondu għall-profili identifikati mid-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali.

5.  Il-pula ta’ reazzjoni rapida għandha tkun korp permanenti għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija u li jista’ jiġi skjerat minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jagħmel disponibbli għall-Aġenzija numru ta’ gwardji tal-fruntiera proporzjonat għal mill-inqas 3% tal-persunal tal-Istati Membri mingħajr fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u 2% tal-persunal tal-Istati Membri bi fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u li għandu jkun ta' mill-inqas 1 500 gwardja tal-fruntiera, li jikkorrispondu għall-profili identifikati mid-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali. L-Aġenzija għandha tevalwa jekk il-gwardji tal-fruntiera proposti mill-Istati Membri jikkorrispondux għall-profili definiti u għandha tiddeċiedi dwar il-gwardji tal-fruntiera li għandhom jintgħażlu għall-pula ta’ reazzjoni rapida. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li tneħħi gwardja tal-fruntiera mill-pula f’każ ta’ mġiba ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli.

6.  Fejn meħtieġ, l-iskjerament ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula ta’ riżerva rapida għandu jiġi immedjatament kumplimentat b’Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jikkomunikaw immedjatament in-numru, l-ismijiet u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mill-pula nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jagħmlu disponibbli fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-bidu tal-intervent rapidu fil-fruntiera. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-iskjerament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

6.  Fejn meħtieġ, l-iskjerament ta’ Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta’ reazzjoni rapida għandu jiġi immedjatament kumplimentat b’Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jikkomunikaw immedjatament in-numru, l-ismijiet u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mill-pula nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jagħmlu disponibbli fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-bidu tal-intervent rapidu fil-fruntiera. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera għall-iskjerament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti informazzjoni u raġunijiet dettaljati dwar is-sitwazzjoni permezz ta' ittra lill-Aġenzija, li l-kontenut tagħha għandu jiġi inkluż fir-rapport msemmi fil-paragrafu 9.

 

 

 

 

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord Maniġerjali. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord Maniġerjali. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.

8.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta bi gwardji tal-fruntiera kompetenti sekondati mal-Aġenzija mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali. Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għal sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F’tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jseħħu lura lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati.

8.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta bi gwardji tal-fruntiera kompetenti sekondati mal-Aġenzija mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali. Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta’ wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għal sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F’tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jsejħu lura lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati.

Tali sekondar jista’ jkun għal 12-il xahar jew iktar iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun inqas minn tliet xhur. Il-gwardji tal-fruntiera sekondati għandhom jiġu kunsidrati bħala membri tat-timijiet u għandu jkollhom il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun sekonda l-gwardji tal-fruntiera għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta’ oriġini.

Tali sekondar jista’ jkun għal 12-il xahar jew iktar iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun għal inqas minn tliet xhur. Il-gwardji tal-fruntiera sekondati għandhom jiġu kunsidrati bħala membri tat-timijiet u għandu jkollhom il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun sekonda l-gwardji tal-fruntiera għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta’ oriġini. Il-proċedura dixxiplinarja tal-Aġenzija għandha tapplika wkoll għall-gwardji tal-fruntiera sekondati.

Persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija fuq bażi temporanja li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta’ kontrolli fuq il-fruntiera għandu jiġi skjerat biss matul operazzjonijiet konġunti għal kompiti ta’ koordinazzjoni u ma għandhomx jiffurmaw parti mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija fuq bażi temporanja li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta’ kontrolli fuq il-fruntiera għandu jiġi skjerat biss matul operazzjonijiet konġunti għal kompiti ta’ koordinazzjoni u ma għandhomx jiffurmaw parti mit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta.

9.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar in-numru ta’ gwardji tal-fruntiera li kull Stat Membru jkun impenja għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan l-Artikolu.

9.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar in-numru ta’ gwardji tal-fruntiera li kull Stat Membru jkun impenja u n-numru ta' gwardji tal-fruntiera li attwalment huma skjerati mat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan l-Artikolu. Dan ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 6 fis-sena preċedenti u jinkludi r-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Aġenzija, permezz tal-Uffiċjal tal-Koordinazzjoni tagħha, tista’ tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta. F’dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawk il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

2.  L-Aġenzija, permezz tal-Uffiċjal tal-Koordinazzjoni tagħha, tista’ tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lit-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib fir-rigward tal-istruzzjonijiet maħruġa mit-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, hija għandha tikkomunika l-fehmiet tagħha, li l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra u jsegwi sa fejn ikun possibbli.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, iħarsu b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aċċess għall-proċeduri tal-asil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat għandha tkun proporzjonata mal-finijiet ta’ tali miżuri. Waqt li jkunu qegħdin iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, iħarsu b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aċċess għall-proċeduri tal-asil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat għandha tkun proporzjonata mal-finijiet ta’ tali miżuri. Waqt li jkunu qegħdin iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ ġeneru, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali;

(b)  jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali, inkluż dwar il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-aspetti relatati mal-għoti ta’ garanziji suffiċjenti mill-Istat Membru ospitanti li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali matul l-operazzjoni konġunta jew l-intervent rapidu fil-fruntiera;

(d)  josserva u jippromwovi l-applikazzjoni ta’ miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u mar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-aspetti relatati mal-għoti ta’ garanziji suffiċjenti mill-Istat Membru ospitanti għall-iżgurar tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali matul it-twettiq kollu tal-operazzjoni konġunta jew tal-intervent rapidu fil-fruntiera, u jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-aspetti relatati mal-għoti ta’ garanziji suffiċjenti mill-Istat Membru ospitanti li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali matul l-operazzjoni konġunta jew l-intervent rapidu fil-fruntiera;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Regoli dettaljati dwar il-gratifika għas-sussistenza għal kull jum tal-membri tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta għandhom jiġu stabbiliti u aġġornati kif meħtieġ mill-Bord Maniġerjali.

2.  Regoli dettaljati dwar il-gratifika għas-sussistenza għal kull jum tal-membri tat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu stabbiliti u aġġornati kif meħtieġ mill-Bord Maniġerjali fuq proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sospensjoni jew terminazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera

Sospensjoni jew terminazzjoni ta’ attivitajiet

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirtira l-finanzjament ta’ operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntiera, jissospendi jew iwaqqaf, kompletament jew parzjalment, operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntiera jekk huwa jew hija jqis/tqis li hemm ksur ta’ drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali li huma ta’ natura gravi jew li aktarx jippersistu.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, għandu jirtira l-finanzjament ta’ operazzjoni konġunta, jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn, intervent ta' ritorn jew arranġament ta' ħidma jew jissospendi jew iwaqqaf, kompletament jew parzjalment tali attivitajiet, jekk huwa jew hija jqis/tqis li hemm ksur ta’ drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali li huma ta’ natura gravi jew li x'aktarx jippersistu. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippubblika l-kriterji li jwasslu għal deċiżjoni dwar is-sospensjoni, it-terminazzjoni jew l-irtirar tal-finanzjament għall-attivitajiet imsemmija hawn fuq.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera

Evalwazzjoni tal-attivitajiet

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera u jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-proġetti lill-Bord Maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera futuri, u għandha tinkludiha fir-rapport konsolidat tagħha ta’ attività annwali.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, il-proġetti pilota, it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-operazzjonijiet ta’ ritorn, l-interventi ta’ ritorn u l-kooperazzjoni operazzjonali ma’ pajjiżi terzi u jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta’ dawk l-attivitajiet lill-Bord Maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandha tinkludiha fir-rapport tagħha ta’ attività annwali.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Uffiċċju tar-Ritorn

Ritorn

1.  L-Uffiċċju tar-Ritorn għandu jkun responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet relatati mar-ritorn tal-Aġenzija, skont id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi tad-drittijiet umani. L-Uffiċċju tar-Ritorn għandu, b’mod partikolari:

1.  Fir-rigward tar-ritorn, l-Aġenzija għandha, skont ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-dritt internazzjonali, inklużi l-protezzjoni tar-refuġjati u tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari:

(a)   jikkoordina fil-livell tekniku u operazzjonali l-attivitajiet ta’ ritorn tal-Istati Membri, sabiex tinħoloq sistema integrata ta’ ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi u partijiet interessati rilevanti oħra;

(a)  jikkoordina fil-livell tekniku u operazzjonali l-attivitajiet ta’ ritorn tal-Istati Membri, inklużi r-ritorni volontarji, sabiex tinħoloq sistema integrata ta’ ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi u partijiet interessati rilevanti oħra;

(b)   jagħti appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi ta’ ritorn tagħhom;

(b)  jagħti appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi ta’ ritorn tagħhom;

(c)   jikkoordina l-użu ta’ sistemi tal-Informatika rilevanti u jipprovdi appoġġ lill-kooperazzjoni konsulari għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, jorganizza u jikkoordina operazzjonijiet ta’ ritorn u jipprovdi appoġġ għat-tluq volontarju;

(c)  jikkoordina l-użu ta’ sistemi tal-Informatika rilevanti u jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fir-rigward tal-kooperazzjoni konsulari għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, mingħajr ma jiżvela jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunux talbu asil, jorganizza u jikkoordina operazzjonijiet ta’ ritorn u jipprovdi appoġġ għat-tluq volontarju b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(d)   jikkoordina l-attivitajiet relatati mar-ritorn tal-Aġenzija kif stabbilit f’dan ir-Regolament;

 

(e)   jorganizza, jippromwovi u jikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-identifikazzjoni u skambji tal-aħjar prattiki fi kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-ritorn bejn l-Istati Membri;

(e)  jorganizza, jippromwovi u jikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-identifikazzjoni u skambji tal-aħjar prattiki fi kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-ritorn bejn l-Istati Membri;

(f)   jiffinanzja jew jikkofinanzja l-operazzjonijiet, l-interventi u l-azzjonijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu b’għoti ta’ flus mill-baġit tiegħu, skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

(f)  jiffinanzja jew jikkofinanzja l-operazzjonijiet, l-interventi u l-attivitajiet imsemmija f’dan il-Kapitolu mill-baġit tiegħu, u permezz ta' kuntratti, skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

2.   L-appoġġ operazzjonali msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi azzjoni biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta’ ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b’mod partikolari:

2.  L-appoġġ operazzjonali msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi azzjoni biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta’ ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b’mod partikolari:

(a)   servizzi ta’ interpretazzjoni;

(a)  servizzi ta’ interpretazzjoni;

(b)   informazzjoni dwar il-pajjiżi terzi ta’ ritorn;

(b)  informazzjoni dwar pajjiżi terzi tar-ritorn, b’kooperazzjoni ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni inkluż tal-EASO;

(c)   pariri dwar il-maniġġ u l-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE;

(c)  pariri dwar il-maniġġ u l-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE;

(d)   għajnuna dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ persuni rimpatrijati għal skopijiet ta’ ritorn u jevitaw li dawn il-persuni jaħarbu.

(d)  għajnuna dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ persuni rimpatrijati għal skopijiet ta’ ritorn u jevitaw li dawn il-persuni jaħarbu, f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali.

3.  L-Uffiċċju tar-Ritorn għandu l-għan li joħloq sinerġiji u jikkonnessjan-netwerks u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u n-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni.

3.  L-Aġenzija għandha l-għan li toħloq sinerġiji u tikkonnettja n-netwerks u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u n-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni.

4.  L-Aġenzija tista’ tagħmel użu mill-mezzi finanzjarji tal-Unjoni li huma disponibbli fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta’ għotja mal-Istati Membri, kull appoġġ finanzjarju jkun soġġett għall-ħarsien sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.  L-Aġenzija tista’ tagħmel użu mill-mezzi finanzjarji tal-Unjoni li huma disponibbli fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta’ għotja mal-Istati Membri, kull appoġġ finanzjarju jkun soġġett għall-ħarsien sħiħ tal-Karta.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Skont id-Direttiva 2008/115/KE, u mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa u, fuq talba ta’ wieħed jew diversi Stati Membri parteċipanti, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, inkluż permezz ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru għall-iskop ta’ tali operazzjonijiet. L-Aġenzija tista’, fuq inizjattiva proprja, tipproponi lill-Istati Membri biex jikkoordinaw jew jorganizzaw operazzjonijiet ta’ ritorn.

1.  Skont id-Direttiva 2008/115/KE, u mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa u, fuq talba ta’ wieħed jew diversi Stati Membri parteċipanti, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, inkluż permezz ta’ kiri ta’ inġenji tal-ajru għall-iskop ta’ tali operazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom mill-inqas fuq bażi ta’ kull xahar jinformaw lill-Aġenzija dwar l-operazzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ ritorn ippjanati, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal pjan operazzjonali sabiex tipprovdi lill-Istati Membri li qegħdin jagħmlu t-talba bit-tisħiħ operazzjonali meħtieġ, inkluż it-tagħmir tekniku. L-Aġenzija tista’, fuq inizjattiva proprja, tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn li hija tqis bħala meħtieġa, abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

2.  L-Istati Membri għandhom mill-inqas fuq bażi ta’ kull xahar jinformaw lill-Aġenzija dwar l-operazzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ ritorn ippjanati, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal pjan operazzjonali sabiex tipprovdi lill-Istati Membri li qegħdin jagħmlu t-talba bit-tisħiħ operazzjonali meħtieġ, inkluż it-tagħmir tekniku. L-Aġenzija tista’, fuq inizjattiva proprja, tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn li hija tqis bħala meħtieġa, abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

3.  L-Aġenzija tista’ tipprovdi l-assistenza meħtieġa u tiżgura, fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti, jew tipproponi fuq l-inizjattiva proprja, il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, li għalihom il-mezz ta’ trasport u l-iskorti tar-ritorn sfurzat jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn pajjiż terz tar-ritorn (“operazzjonijiet ta’ ritorn bi ġbir”). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-użu proporzjonat ta’ mezzi ta’ restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta’ tneħħija kollha. Mill-inqas rappreżentant ta’ Stat Membru u spettur ta’ ritorn sfurzat mill-pula stabbilita skont l-Artikolu 28 għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha tar-ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta’ ritorn.

3.  L-Aġenzija tista’ tipprovdi l-assistenza meħtieġa u tiżgura, fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti, jew tipproponi fuq l-inizjattiva proprja, il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, li għalihom il-mezz ta’ trasport u l-iskorti tar-ritorn sfurzat jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn pajjiż terz tar-ritorn (“operazzjonijiet ta’ ritorn bi ġbir”). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, u l-użu proporzjonat ta’ mezzi ta’ restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta’ tneħħija kollha. Mill-inqas rappreżentant ta’ Stat Membru u spettur ta’ ritorn sfurzat mill-pula stabbilita skont l-Artikolu 28 għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha tar-ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta’ ritorn.

4.  L-Aġenzija tista’ tipprovdi l-assistenza meħtieġa u tiżgura, fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew ta' pajjiż terz, jew tipproponi fuq inizjattiva proprja tagħha, il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, li matulhom għadd ta’ persuni ripatrijati li jkunu soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn ta’ pajjiż terz jingħaddu minn dan il-pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor ta’ ritorn (“operazzjonijiet ta’ ritorn imħallta”), sakemm il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-deċiżjoni ta’ ritorn ikun marbut bil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-użu proporzjonat ta’ mezzi ta’ restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni kollha ta’ tneħħija, b’mod partikolari bil-preżenza tal-ispetturi tar-ritorn sfurzat u tal-iskorti tar-ritorn sfurzat ta’ pajjiż terz.

 

5.  Kull operazzjoni ta’ ritorn għandha tkun monitorjata skont l-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ ritorn għandu jitwettaq fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta’ ritorn kollha mill-fażi ta’ qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni ripatrijati fil-pajjiż terz ta’ ritorn.

5.  Kull operazzjoni ta’ ritorn għandha tkun monitorjata skont l-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ ritorn sfurzat għandu jitwettaq mill-ispettur tar-ritorn sfurzat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta’ ritorn kollha mill-fażi ta’ qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni ripatrijati fil-pajjiż terz ta’ ritorn. L-ispettur tar-ritorn sfurzat għandu jressaq rapport dwar operazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f’dik l-operazzjoni. Kwalunkwe segwitu xieraq għandu jiġi żgurat mid-Direttur Eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-operazzjonijiet ta’ ritorn b’għotjiet mill-baġit tagħha, skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk mwettqa minn Stat Membru wieħed jew iktar, jew minn hotspots.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-operazzjonijiet ta’ ritorn mill-baġit tagħha u permezz ta' kuntratti, skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk mwettqa minn Stat Membru wieħed jew iktar, jew minn żoni hotspots.

 

6a.  L-Aġenzija ma għandha tikkoordina, torganizza jew tipproponi operazzjonijiet ta’ ritorn jew interventi ta’ ritorn lejn l-ebda pajjiż terz fejn ikunu ġew identifikati riskji ta’ ksur jew nuqqasijiet serji tad-drittijiet fundamentali permezz ta’ analiżi tar-riskji jew rapporti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, is-SEAE jew l-Aġenziji tal-UE.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha toħloq pula ta’ skorti ta’ ritorn sfurzat minn korpi nazzjonali kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ritorn skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu skont l-Artikolu 35.

1.  L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, toħloq pula ta’ spetturi tar-ritorn sfurzat minn korpi nazzjonali kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ritorn skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu skont l-Artikolu 35.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-iskorti tar-ritorn sfurzat biex ikunu disponibbli għal dik il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw l-iskorti tar-ritorn sfurzat li jikkorrispondu għall-profil definit.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal- ispetturitar-ritorn sfurzat li għandhom ikunu disponibbli għal dak il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw l-ispetturi tar-ritorn sfurzat li jikkorrispondu għall-profil definit. L-ispetturi tar-ritorn sfurzat b’kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fil-pula.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli dawn l-iskorti, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti sabiex jeskortaw persuni ripatrijati f’isimhom u biex jieħdu sehem fl-interventi ta’ ritorn.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-ispetturi tar-ritorn sfurzat, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti biex jimmonitorjaw, f’isimhom, l-implimentazzjoni korretta tal-operazzjoni ta’ ritorn u biex jieħdu sehem fl-interventi ta’ ritorn. Hija għandha tagħmel disponibbli spetturi tar-ritorn sfurzat b’kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta’ ritorn li tinvolvi t-tfal.

 

3a.  L-ispetturi tar-ritorn sfurzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom huma u għaddejja operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta' ritorn.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha toħloq pula ta’ skorti ta’ ritorn sfurzat minn korpi nazzjonali kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ritorn skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu skont l-Artikolu 35.

1.  L-Aġenzija għandha toħloq pula ta’ skorti ta’ ritorn sfurzat minn korpi nazzjonali kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ritorn skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu skont l-Artikolu 35.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-iskorti tar-ritorn sfurzat biex ikunu disponibbli għal dik il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw l-iskorti tar-ritorn sfurzat li jikkorrispondu għall-profil definit.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-iskorti tar-ritorn sfurzat biex ikunu disponibbli għal dik il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw l-iskorti tar-ritorn sfurzat li jikkorrispondu għall-profil definit. L-iskorti tar-ritorn sfurzat b’kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fil-pula.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli dawn l-iskorti, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti sabiex jeskortaw persuni ripatrijati f’isimhom u biex jieħdu sehem fl-interventi ta’ ritorn.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli dawn l-iskorti, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti sabiex jeskortaw persuni ripatrijati f’isimhom u biex jieħdu sehem fl-operazzjonijiet u fl-interventi ta’ ritorn. Hija għandha tagħmel disponibbli spetturi tar-ritorn sfurzat b’kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta’ ritorn li tinvolvi t-tfal.

 

3a.  L-iskorti tar-ritorn sfurzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom waqt li jkunu għaddejja operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta' ritorn.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tikkostitwixxi pula ta’ speċjalisti tar-ritorn mill-korpi nazzjonali kompetenti u mill-persunal tal-Aġenzija, li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa biex iwettqu attivitajiet relatati mar-ritorn u li tħarrġu skont l-Artikolu 35. Dawk l-ispeċjalisti għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti speċifiċi, bħall-identifikazzjoni ta’ gruppi partikolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni konsulari.

1.  L-Aġenzija għandha tikkostitwixxi pula ta’ speċjalisti tar-ritorn mill-korpi nazzjonali kompetenti u mill-persunal tal-Aġenzija, li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa biex iwettqu attivitajiet relatati mar-ritorn u li tħarrġu skont l-Artikolu 35. Dawk l-ispeċjalisti għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti speċifiċi, bħall-identifikazzjoni ta’ gruppi partikolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni konsulari.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-iskorti tar-ritorn sfurzat biex ikunu disponibbli għal dik il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw speċjalisti li jikkorrispondu għall-profil definit.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-iskorti tar-ritorn sfurzat biex ikunu disponibbli għal dik il-pula. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numru. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula billi jinnominaw speċjalisti li jikkorrispondu għall-profil definit. L-iskorti tar-ritorn sfurzat b’kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fil-pula.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-ispeċjalisti, fuq talba, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ta’ ritorn u biex dawn jieħdu sehem fl-interventi ta’ ritorn.

3.  L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-ispeċjalisti, fuq talba, lill-Istati Membri. Hija għandha tagħmel disponibbli speċjalisti tar-ritorn b’kompetenzi speċifiċi fil-protezzjoni tat-tfal għal kwalunkwe operazzjoni ta’ ritorn li tinvolvu t-tfal.

 

3a.  L-ispeċjalisti tar-ritorn għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji jew tal-Aġenzija jew tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom waqt li jkunu għaddejja operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta' ritorn.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri jkunu qegħdin jaffaċċjaw piż kbir meta jimplimentaw l-obbligu ta’ ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’soġġorn illegali skont id-Direttiva 2008/115/KE, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta’ intervent ta’ ritorn. Dan l-intervent jista’ jikkonsisti fl-isjkerament ta’ Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn għall-Istati Membri ospitanti u fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri ospitanti. L-Istati Membri għandhom regolarment jinformaw lill-Aġenzija dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza teknika u operazzjonali, u l-Aġenzija għandha tfassal pjan kontinwu għal interventi ta’ ritorn fuq din il-bażi.

1.  F’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri jkunu qegħdin jiffaċċjaw piż kbir meta jimplimentaw l-obbligu ta’ ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta’ intervent ta’ ritorn. Dan l-intervent jista’ jikkonsisti fl-iskjerament jew l-iskjerament rapidu ta’ Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn għall-Istati Membri ospitanti u fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri ospitanti. L-Istati Membri għandhom regolarment jinformaw lill-Aġenzija dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza teknika u operazzjonali, u l-Aġenzija għandha tfassal pjan kontinwu għal interventi ta’ ritorn fuq din il-bażi.

2.  F’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri jkunu qegħdin jaffaċċjaw pressjoni speċifika u sproporzjonata meta jimplimentaw l-obbligi tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b’soġġorn illegali skont id-Direttiva 2008/115/KE, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta’ intervent ta’ ritorn rapidu. L-Aġenzija tista’ tipproponi fuq inizjattiva proprja biex tipprovdi lill-Istati Membri b'dik l-assistenza teknika u operazzjonali. Intervent ta’ ritorn rapidu jista’ jikkonsisti fl-iskjerament rapidu ta’ Timijiet Ewropej ta’ Intervent ta’ Ritorn għall-Istati Membri ospitanti u fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri ospitanti.

 

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali mingħajr dewmien, bi ftehim mal-Istati Membri ospitanti u l-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw f’intervent ta’ ritorn.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali mingħajr dewmien, bi ftehim mal-Istati Membri ospitanti u l-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw f’intervent ta’ ritorn. L-Artikolu 15 għandu japplika mutatis mutandis.

4.  Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istati Membri ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti, u għandu jkopri l-aspetti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-intervent ta’ ritorn, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, l-għanijiet, il-bidu u d-dewmien previst tal-intervent, il-kopertura ġeografika u l-iskjerament possibbli f'pajjiżi terzi, il-kompożizzjoni tat-Tim Ewropew ta’ Intervent ta’ Ritorn, il-loġistika, il-provvedimenti finanzjarji, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti. Għal kwalunkwe emenda fil-pjan operazzjonali jew adattament tiegħu għandu jkun hemm ftehim bejn id-Direttur Eżekuttiv, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat għandha tintbagħat minnufih mill-Aġenzija lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Bord Maniġerjali.

4.  Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istati Membri ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti, u għandu jkopri l-aspetti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-intervent ta’ ritorn, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, l-għanijiet, il-bidu u d-dewmien previst tal-intervent, il-kopertura ġeografika u l-iskjerament possibbli f'pajjiżi terzi, il-kompożizzjoni tat-Tim Ewropew ta’ Intervent ta’ Ritorn, il-loġistika, il-provvedimenti finanzjarji, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti. Għal kwalunkwe emenda fil-pjan operazzjonali jew adattament tiegħu għandu jkun hemm ftehim bejn id-Direttur Eżekuttiv, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat għandha tintbagħat minnufih mill-Aġenzija lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Bord Maniġerjali.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-pjan operazzjonali kemm jista’ jkun malajr u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih bil-miktub lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Bord Maniġerjali.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-pjan operazzjonali kemm jista’ jkun malajr u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih bil-miktub lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Bord Maniġerjali.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta’ ritorn b’għotjiet mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha u permezz ta' kuntratti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement. Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali.

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Karta, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, id-dritt internazzjonali rilevanti, inklużi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, il-Protokoll tal-1967 tiegħu u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement.

 

Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

 

Hija għandha tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal biex jiġi żgurat li fl-attivitajiet kollha tagħha jiġu rispettati l-aħjar interessi tat-tfal.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi,sfurzata tidħol, imwassla jew b’xi mod mgħoddija jew ritornata lill-awtoritajiet ta’ pajjiż f’kontravenzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta’ espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f’kontravenzjoni ta’ dak il-prinċipju.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi,sfurzata tidħol, imwassla jew b’xi mod mgħoddija jew ritornata lill-awtoritajiet ta’ pajjiż f’kontravenzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta’ espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f’kontravenzjoni ta’ dak il-prinċipju.

3.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f’diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

3.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f’diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

4.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-Forum Konsultattiv u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

4.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-Forum Konsultattiv u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa iktar il-Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ kontroll tal-fruntieri kkoordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b’mod partikolari lejn minorenni mhux akkumpanjati u persuni li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali, applikabbli għall-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

1.  L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa iktar il-Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ kontroll tal-fruntieri kkoordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b’mod partikolari lejn persuni vulnerabbli, inklużi t-tfal, minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali, applikabbli għall-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’soġġorn illegali, li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn li jiġu kkoordinati jew organizzati mill-Aġenzija. Dak il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jiddeskrivi proċeduri standardizzati komuni biex jissimplifikaw l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn, u jiżguraw ritorn b’mod uman u b’ħarsien sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u n-nondiskriminazzjoni.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa u regolarment taġġorna Kodiċi ta’ Kondotta għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE, li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha ta’ ritorn u ritorn interventi kkoordinati u organizzati mill-Aġenzija. Dak il-Kodiċi ta’ Kondotta għandu jiddeskrivi proċeduri standardizzati komuni biex jissimplifikaw l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn, u jiżguraw ritorn b’mod uman u b’ħarsien sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni ma’ entitajiet ta’ taħriġ xierqa tal-Istati Membri, tiżviluppa l-għodda ta’ taħriġ u tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma membri tat-Timijiet tal-Gwardji tal-Kosta u tal-Fruntieri Ewropej taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u poteri tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji b’mod regolari ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija.

1.  L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni ma’ entitajiet xierqa ta’ taħriġ tal-Istati Membri, l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiżviluppa għodod speċifiċi ta’ taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u ta' persuni oħra li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, u tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma membri tat-Timijiet tal-Gwardji tal-Kosta u tal-Fruntieri Ewropej taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u poteri tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji b’mod regolari ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja l-100 % tat-taħriġ meħtieġ għall-gwardji tal-fruntieri inklużi fil-pula ta’ reazzjoni rapida msemmija fl-Artikolu 19(5), sa fejn dan it-taħriġ huwa meħtieġ għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din il-pula.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura taħriġ għall-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn biex ikunu parti mill-puli msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal kollu li jipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ ritorn u f’interventi ta’ ritorn, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura taħriġ għall-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn biex ikunu parti mill-puli msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal kollu li jipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ ritorn u f’interventi ta’ ritorn, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-aċċess għall-mekkaniżmi ta’ riferiment għall-persuni vulnerabbli.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f’livell Ewropew għall-ħarrieġa tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tal-Istati Membri, anki fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u tal-liġi marittima rilevanti. L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikuli bażiċi komuni fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom u l-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn.

4.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f’livell Ewropew għall-ħarrieġa tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tal-Istati Membri, anki fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u tal-liġi marittima rilevanti. Il-kurrikuli bażiċi għandhom jimmiraw li jippromwovu l-ogħla standards u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri. L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikuli bażiċi komuni fit-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom u l-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi proattivament għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza avvanzata bħal sistemi ta’ inġenji tal-ajru pilotati mill-bogħod, u għar-ritorn. L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta’ dik ir-riċerka lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Hija tista’ tuża dawk ir-riżultati kif xieraq f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi proattivament għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta’ dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Hija tista’ tuża dawk ir-riżultati kif xieraq f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u t-twettiq tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

2.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u t-twettiq tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Aġenzija tista’ tixtri tagħmir tekniku, bħal tagħmir ta’ teħid tal-marki tas-swaba, b’deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv f’konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti lill-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u l-ispiża/benefiċċju. Kull infiq bħal dan għandu jkun previst fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-Bord Maniġerjali.

2.  L-Aġenzija tista’ tixtri tagħmir tekniku b’deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv b’konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti għall-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u l-ispiża/benefiċċju u għandħa tittieħed deċiżjoni dwaru mill-Bord Maniġerjali. Kull infiq bħal dan għandu jkun previst fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-Bord Maniġerjali.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fejn l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku importanti bħal pereżempju bastimenti tal-għassa fuq il-baħar u tal-għassa kostali, ħelikopters jew inġenji oħra tal-ajru jew vetturi oħra, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

3.  Fejn l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku importanti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin :

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fuq il-bażi ta’ mudell ta’ ftehim imfassal mill-Aġenzija, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet b'mod li jiżguraw il-perjodi ta’ disponibbiltà sħiħa tal-assi f’koproprjetà għall-Aġenzija, kif ukoll dwar it-termini għall-użu tat-tagħmir. Tagħmir tekniku li jkun proprjetà sħiħa tal-Aġenzija għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 38(4).

4.  Fuq il-bażi ta’ mudell ta’ ftehim imfassal mill-Aġenzija, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet b'mod li jiżguraw il-perjodi ta’ disponibbiltà sħiħa tal-assi f’koproprjetà għall-Aġenzija, kif ukoll dwar it-termini għall-użu tat-tagħmir. Tagħmir tekniku li jkun proprjetà sħiħa tal-Aġenzija għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha fi kwalunkwe ħin u l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 38(4).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm rekords ċentralizzati tat-tagħmir f’pula ta’ tagħmir tekniku magħmul minn tagħmir li huwa proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u tagħmir li jkun koproprjetà tal-Istati Membri u l-Aġenzija għall-kontroll tal-fruntieri esterni jew skopijiet ta’ ritorn.

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm rekords ċentralizzati tat-tagħmir f’pula ta’ tagħmir tekniku magħmul minn tagħmir li huwa proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u tagħmir li jkun koproprjetà tal-Istati Membri u l-Aġenzija għall-kontroll tal-fruntieri esterni, is-sorveljanza tal-fruntieri, it-tiftix u s-salvataġġ jew skopijiet ta’ ritorn.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  It-tagħmir li huwa l-proprjetà tal-Aġenżija għandu jkun għalkollox disponibbli għall-użu fi kwalunkwe ħin kif imsemmi fl-Artikolu 37(4).

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  It-tagħmir li jkun koproprjetà tal-Aġenzija b’sehem tagħha ta’ aktar minn 50 % għandu wkoll ikun għalkollox disponibbli għall-użu fi kwalunkwe ħin.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-kompatibilità u l-interoperabilità tat-tagħmir elenkat fil-pula ta’ tagħmir tekniku.

 

Għal dak il-għan hija għandha tiddefinixxi l-istandards tekniċi li għandhom ikunu ssodisfati mit-tagħmir li għandu jiġi akkwistat, totalment jew parzjalment, mill-Aġenzija u dawk tat-tagħmir li hu propretà tal-Istati Membri li hu elenkat fil-pula ta’ tagħmir tekniku.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  It-tagħmir inkluż fil-pula ta’ tagħmir tekniku għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe ħin għall-interventi rapidi fil-fruntieri. L-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 4.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula ta’ tagħmir tekniku. Il-kontribut tal-Istati Membri għall-pula u l-iskjerament tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f’dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta’ tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, ħlief jekk jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talbiet bħal dawn għandhom isiru ta’ mill-inqas 30 jum qabel l-iskjerament maħsub. Il-kontribuzzjonijiet għall-pula ta’ tagħmir tekniku għandhom ikunu riveduti kull sena.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-pula ta’ tagħmir tekniku. Il-kontribut tal-Istati Membri għall-pula u l-użu tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f’dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta’ tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-użu fuq talba tal-Aġenzija, ħlief jekk jaffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni dettaljati dwar is-sitwazzjoni permezz ta' ittra lill-Aġenzija, li l-kontenut tagħha għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 7. Talbiet bħal dawn għandhom isiru ta’ mill-inqas 30 jum qabel l-użu maħsub. Il-kontribuzzjonijiet għall-pula ta’ tagħmir tekniku għandhom ikunu riveduti kull sena.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Jekk jinqalgħu ħtiġijiet mhux mistennija ta' tagħmir tekniku għal operazzjoni konġunta jew għal intervent rapidu fil-fruntiera wara li l-ammont minimu ta' tagħmir tekniku jkun ġie stabbilit u dawk il-ħtiġijiet ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati mill-pula ta' tagħmir tekniku, l-Istati Membri għandhom fuq bażi ad hoc jagħmlu t-tagħmir tekniku meħtieġ disponibbli għall-użu mill-Aġenzija fuq talba tagħha.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar in-numru ta’ tagħmir tekniku li kull Stat Membru jkun impenja għall-pula tat-tagħmir tekniku skont dan l-Artikolu.

7.  L-Aġenzija għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar in-numru ta’ tagħmir tekniku li kull Stat Membru jkun impenja għall-pula tat-tagħmir tekniku skont dan l-Artikolu. Dak ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 4 fis-sena preċedenti u jinkludi r-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-membri tat-timijiet għandu jkollhom il-kapaċità jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u d-Direttiva 2008/115/KE, rispettivament.

1.  Il-membri tat-timijiet għandu jkollhom il-kapaċità jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2016/399 u d-Direttiva 2008/115/KE, rispettivament.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-membri tat-timijiet għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Huma għandhom jilbsu faxxa blu bl-insinja tal-Unjoni u l-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f’operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn. Għall-finijiet ta’ identifikazzjoni fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, il-membri tat-timijiet għandhom, f’kull ħin, iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni, li għandhom jippreżentawh meta jintalbu.

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Huma għandhom jilbsu wkoll identifikazzjoni personali viżibbli u faxxa blu bl-insinja tal-Unjoni u l-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f’operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn. Għall-finijiet ta’ identifikazzjoni fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, il-membri tat-timijiet għandhom, f’kull ħin, iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni, li għandhom jippreżentawh meta jintalbu.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej tiegħu, li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-kontrolli fuq il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-dejta li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u sabiex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament tal-membri tat-timijiet, jgħarraf lill-Aġenzija dwar liema bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament.

8.  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej tiegħu, li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-kontrolli fuq il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet ta’ dejta b’mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-dejta li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u sabiex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament tal-membri tat-timijiet, jgħarraf lill-Aġenzija dwar liema bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Deċiżjonijiet biex ikun miċħud id-dħul skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti jew mill-membri tat-timijiet jekk dawn ikunu awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti biex jaġixxu f’ismu.

9.  Deċiżjonijiet biex ikun miċħud id-dħul skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2016/399 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti jew mill-membri tat-timijiet jekk dawn ikunu awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti biex jaġixxu f’ismu.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-membri ta’ timijiet ikunu qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

1.  Fejn il-membri ta’ timijiet ikunu qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

2.  Fejn dak id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f’isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta’ oriġini.

2.  Fejn dak id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja jew b'eċċess tad-dmir, l-Istat Membru ospitanti jista' jitlob lill-Istat Membru ta' oriġini jew lill-Aġenzija sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati għan-nom tagħhom tiġi rrimborsata mill-Istat Membru ta' oriġini jew mill-Aġenzija.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jirrinunzja għall-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe dannu li jkun sofra, għajr f’każijiet ta’ negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jirrinunzja għall-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe dannu li jkun sofra, għajr f’każijiet ta’ negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

4.  Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri, relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li ma tistax tiġix solvuta permezz ta’ negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 273 TFUE.

4.  Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri jew bejn Stat Membru u l-Aġenzija relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattati.

 

4a.  Fejn il-membri tat-timijiet ikunu qegħdin joperaw fit-territorju ta' pajjiż terz l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront tal-partijiet terzi, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-iskjerament, ħlief f’każijiet ta’ negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront tal-partijiet terzi, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-użu tiegħu, ħlief f’każijiet ta’ negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.  Għandu jinħatar Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament mill-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, it-trasferiment ta’ dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment ’il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew partijiet terzi ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, it-trasferiment ta’ dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment ’il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew partijiet terzi, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat Membru jew Aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi dejta personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-għan jew l-għanijiet li għalihom għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. Jekk ma tkunx għamlet dan, l-Aġenzija f’konsultazzjoni mal-fornitur tad-dejta personali konċernat għandha tipproċessaha sabiex tiddetermina n-neċessità tagħha fir-rigward tal-għan jew l-għanijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 li għalih għandha tiġi pproċessata ulterjorment. L-Aġenzija tista’ tipproċessa informazzjoni għal għan differenti minn dak tal-paragrafu 1 jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-dejta biss.

3.  Stat Membru jew Aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi dejta personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-għan jew l-għanijiet li għalihom għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista’ tipproċessa tali dejta personali għal fini differenti li wkoll jaqa' taħt il-paragrafu 1 biss jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-dejta tal-informazzjoni.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-Aġenzija ta’ dejta personali miġbura u trasmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fuq il-fruntieri, u permezz tat-timijiet tal-appoġġ għall-ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni għandu jkun limitata għal:

1.  L-użu mill-Aġenzija ta’ dejta personali miġbura u trasmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fuq il-fruntieri, u permezz tat-timijiet tal-appoġġ għall-ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni għandu jkun limitata għal:

(a)   id-dejta personali dwar persuni li huma suspettati, fuq raġunijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, f'involviment f’attivitajiet kriminali transfruntiera, inkluż fl-iffaċilitar ta’ attivitajiet ta’ immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin jew terroriżmu;

(a)  id-dejta personali dwar persuni li huma suspettati, fuq raġunijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'involviment f’attivitajiet kriminali transfruntiera, bħalma hi l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni, it-traffikar tal-bnedmin jew terroriżmu;

(b)   id-dejta personali dwar persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni illegalment u li d-dejta tagħhom tinġabar mit-Timijiet Ewropej tal-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, anke meta dawn jaġixxu fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(b)  id-dejta personali dwar persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni b'mod irregolari u li d-dejta tagħhom tinġabar mit-Timijiet Ewropej tal-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, anke meta dawn jaġixxu fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(c)   in-numri tal-pjanċa tal-liċenzja, numri tat-telefown jew numri ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti, li huma meħtieġa biex jiġu investigati u analizzati r-rotot u l-metodi użati għall-immigrazzjoni irregolari u l-attivitajiet kriminali transfruntiera.

(c)  in-numri tal-pjanċa tal-liċenzja, numri tat-telefown jew numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, li huma marbuta mal-persuni msemmija f'(a) u (b), u li huma meħtieġa biex jiġu investigati u analizzati r-rotot u l-metodi użati għall-migrazzjoni irregolari u l-attivitajiet kriminali transfruntiera.

 

Id-dejta personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1(b) ma għandhiex tiġi trasferita lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jew ipproċessata għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   fejn it-trażmissjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Europol jew l-Eurojust hija neċessarja għall-użu f’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u f’konformità mal-Artikolu 51;

(a)  fejn it-trażmissjoni lill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust hija neċessarja għall-użu f’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u f’konformità mal-Artikolu 51;

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   fejn it-trasmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, tal-migrazzjoni, tal-asil u tal-infurzar tal-liġi hija meħtieġa għall-użu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli nazzjonali u tal-UE għall-protezzjoni tad-data;

(b)  fejn it-trasmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, tal-migrazzjoni, tal-asil u tal-infurzar tal-liġi hija meħtieġa għall-użu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data;

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-ipproċessar ta' dejta personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade unions, u l-ipproċessar ta' dejta ġenetika, dejta bijometrika għall-fini unikament ta' identifikazzjoni ta' persuna fiżika, dejta li tikkonċerna s-saħħa jew dejta dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ, soġġett għal salvagwardji adatti għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-dejta, u biss biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta' persuna fiżika oħra.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-klassifikazzjoni m’għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trażmissjoni u l-maniġġ tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar it-trażmissjoni u l-maniġġ ta’ informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Eurojust, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll aġenziji, korpi, uffiċċji oħrajn tal-Unjoni fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, u b’mod partikolari bil-għan li jiġu evitati u miġġielda l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera inkluż l-iffaċilitar tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu.

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-EASO, l-Europol, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Eurojust, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll aġenziji, korpi, uffiċċji oħrajn tal-Unjoni fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bil-għan li tiġi ġestita aħjar l-immigrazzjoni irregolari u tiġi prevenuta u identifikata l-kriminalità transfruntiera bħalma huma l-kuntrabandu kriminali ta' persuni, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jużaw l-informazzjoni rċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u b’konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. It-trażmissjoni ’il quddiem jew komunikazzjoni oħra ta’ dejta personali pproċessata mill-Aġenzija lil aġenziji jew entitajiet oħra tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ dejta personali u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, korp, uffiċċju, aġenzija tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali konċernata għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ sigurtà u l-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

4.  L-istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jużaw l-informazzjoni rċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u b’konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. It-trażmissjoni ’il quddiem jew komunikazzjoni oħra ta’ dejta personali pproċessata mill-Aġenzija lil aġenziji jew entitajiet oħra tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ dejta personali u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fl-Artikoli 44 sa 48. Fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, korp, uffiċċju, aġenzija tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali konċernata għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ sigurtà u l-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija tista’ wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi minn istituzzjonijiet, aġenziji, korpi, uffiċċji tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha b’mod partikolari, operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali u s-sigurtà ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista’ sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri konċernati. Fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota l-parteċipazzjoni tal-osservaturi hija soġġetta għal ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

5.  L-Aġenzija tista’ wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi mhux militari minn istituzzjonijiet, aġenziji, korpi, uffiċċji tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha b’mod partikolari, operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali u s-sigurtà ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista’ sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri konċernati. Fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota l-parteċipazzjoni tal-osservaturi hija soġġetta għal ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   għoti ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta’ pjattaforma, bħal sistemi ta’ inġenji tal-ajru pilotati mill-bogħod;

(b)  għoti ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta’ pjattaforma;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)   bini tal-kapaċità billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattika, kif ukoll billi jiġi appoġġjat it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, bil-ħsieb li jissaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta;

(c)  bini tal-kapaċità billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki, kif ukoll billi jingħata taħriġ u jsir skambju tal-persunal;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta inkluż billi jiġu diskussi l-isfidi operazzjonali u r-riskji li qed jitfaċċaw fil-qasam marittimu;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-modalitajiet tal-kooperazzjoni fuq il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f’arranġament ta’ ħidma, skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenziji.

2.  Il-modalitajiet tal-kooperazzjoni fuq il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f’arranġament ta’ ħidma, skont il-mandat rispettiv tagħhom u r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenziji.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw man-normi u l-istandards li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

1.  Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista’ tikkopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ ta’ u f’koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-awtoritajiet, f’konformità mal-liġi u politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom ikunu relatati mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni tal-Kummissjoni minn qabel.

2.  L-Aġenzija tista’ tikkopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ ta’ u f’koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Meta tkun qed tagħmel dan, hija għandha taġixxi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ non-refoulement kif ukoll fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-awtoritajiet, f’konformità mal-liġi u politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jispeċifikaw l-ambitu, in-natura u l-għan tal-kooperazzjoni u jkunu relatati mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali. Tali abbozzi ta’ arranġamenti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u għandhom sussegwentement jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija tista’ tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni li jinvolvu Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz li jkun ġar ta’ mill-inqas wieħed minn dawk l-Istati Membri, soġġett għall-ftehim ma’ dak il-pajjiż terz ġar, inkluż fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar tali attivitajiet.

3.  F’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija tista’ tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni li jinvolvu Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz li jkun ġar ta’ mill-inqas wieħed minn dawk l-Istati Membri, soġġett għall-ftehim ma’ dak il-pajjiż terz ġar, inkluż fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz suġġett għall-ftehim ta' pjan operazzjonali bejn l-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-pajjiż terz ikkonċernat. L-Artikolu 15 għandu japplika mutatis mutandis. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar tali attivitajiet.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija tista’ wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 13, l-operazzjonijiet ta’ ritorn imsemmija fl-Artikolu 27, l-interventi ta’ ritorn msemmija fl-Artikolu 32 u t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 35, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali ta’ dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-osservaturi tista’ sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati dwar l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 13, 27 u 35 u biss bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u 32. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

5.  L-Aġenzija tista’ wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi mhux militari minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 13, l-operazzjonijiet ta’ ritorn imsemmija fl-Artikolu 27, l-interventi ta’ ritorn msemmija fl-Artikolu 32 u t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 35, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali ta’ dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-osservaturi tista’ sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati dwar l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 13, 18, 27 u 35 u biss bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u 32. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom u għandhom ikunu obbligati jaderixxu mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-Aġenzija waqt li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jipparteċipaw f'attivitajiet fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

9.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu u għandha tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 54

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista’ tiskjera l-uffiċjali ta’ kollegament tagħha, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, f’pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta’ kollegament dwar l-immigrazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004.

1.  L-Aġenzija tista’ tiskjera esperti mill-persunal tagħha stess bħala uffiċjali ta’ kollegament, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, f’pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta’ kollegament dwar l-immigrazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004.

 

L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jiġu skjerati biss f’pajjiżi terzi li fihom il-prattiki ta’ ġestjoni tal-fruntieri huma konformi mal-istandards minimi tad-drittijiet tal-bniedem.

2.  Fi ħdan il-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta’ oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari. Fuq bażi reċiproka, l-Aġenzija tista’ tirċievi uffiċjali ta’ kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, lista ta’ prijoritajiet fuq bażi annwali. L-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali.

2.  Fi ħdan il-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta’ oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-migrazzjoni irregolari. Fuq bażi reċiproka, l-Aġenzija tista’ tirċievi uffiċjali ta’ kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, lista ta’ prijoritajiet fuq bażi annwali. L-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali.

3.  Il-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, skont id-dritt tal-Unjoni u skont id-drittijiet fundamentali, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bil-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u r-ritorn tal-migranti b'soġġorn illegali. Dawk l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

3.  Il-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, skont id-dritt tal-Unjoni u skont id-drittijiet fundamentali, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bil-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u r-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru skont id-Direttiva 2008/115/KE. Dawk l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

4.  Id-deċiżjoni biex jiġu skjerati uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi għandha tkun soġġetta għal li tiġi rċevuta l-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew għandu jkun mgħarraf b’dawk l-attivitajiet malajr kemm jista’ jkun.

4.  Id-deċiżjoni biex jiġu skjerati uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi għandha tkun soġġetta għal li tiġi rċevuta l-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew għandu jkun mgħarraf b'dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim relatat ma’ kumpens għal dannu msemmi fil-paragrafu 3.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim relatat ma’ kumpens għal dannu msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 41(4a).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)   Bord ta’ Superviżjoni;

(c)  Bord Konsultattiv;

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   jaħtar id-Direttur Eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68;

imħassar

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   jaħtar il-membri tal-Bord ta’ Superviżjoni skont l-Artikolu 69(2);

(b)  jaħtar il-membri tal-Bord Konsultattiv skont l-Artikolu 69(2);

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   jadotta rapport ta’ attività annwali konsolidat tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel u jibagħtu sa mhux iktar mill-1 ta’ Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri; ir-rapport annwali konsolidat għandu jsir pubbliku;

(d)  jadotta rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel u jibagħtu sa mhux iktar mill-1 ta’ Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri; ir-rapport annwali tal-attività għandu jsir pubbliku;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)   qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, u wara li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt tal-vot, dokument ta’ programmar wieħed li jkun fih l-ipprogrammar multiannwali tal-Aġenzija u l-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena ta’ wara u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(e)  qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, u wara li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt tal-vot, il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  jiddeċiedi dwar kull akkwist jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti għall-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 37;

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)   jadotta u jaġġorna b’mod regolari l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet;

(p)  jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3);

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa)  jiddeċiedi dwar il-kriterji oġġettivi tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u dwar il-valutazzjoni u s-sorveljanza msaħħa ta' Stat Membru msemmija fl-Artikolu 12(1).

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Proposti għal deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi tal-Aġenzija li jkunu jridu jitwettqu fil-fruntiera esterna ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari, jew fil-viċinanza immedjata tagħha, għandhom jeħtieġu vot favur l-adozzjoni tagħhom mill-Membru tal-Bord Maniġerjali li jirrappreżenta lil dak l-Istat Membru.

imħassar

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv ta’ daqs żgħir magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u tliet membri tal-Bord Maniġerjali, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali u meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f’isem il-Bord Maniġerjali.

6.  Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv ta’ daqs żgħir magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u tliet membri tal-Bord Maniġerjali, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali u meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f’isem il-Bord Maniġerjali. Il-Bord Maniġerjali jista' jiddisponi għad-delega ta' ċerti kompiti definiti b'mod ċar lill-Bord Eżekuttiv, b'mod partikolari fejn dan itejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt tal-vot. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Maniġerjali kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat jista’ jiġi estiż.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant wieħed tal-Parlament Ewropew, kollha bi dritt tal-vot. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Maniġerjali kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar membru wieħed u s-supplent tiegħu jew tagħha. It-tul tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandat jista’ jiġi estiż.

Ġustifikazzjoni

Id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012 tgħid b’mod ċar li, fejn xieraq, membru wieħed tal-Bord Maniġerjali għandu jiġi maħtur mill-Parlament Ewropew.. Minħabba r-rwol importanti ta’ din l-Aġenzija, u minħabba li dan il-prinċipju ġie applikat reċentement, pereżempju fir-rigward tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, ikun raġonevoli li dan il-prinċipju jiġi applikat ukoll għal din l-Aġenzija. L-inklużjoni ta’ membru tal-Bord Maniġerjali maħtur mill-Parlament Ewropew iżżid ukoll it-trasparenza fir-rigward tal-proċedimenti tal-Bord.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programmar multiannwali u programmi ta’ ħidma annwali

Programmi ta' ħidma annwali

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord Maniġerjali għandu, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, jadotta dokument ta’ programmar li jkun fih l-ipprogrammar multiannwali tal-Aġenzija u l-ipprogrammar annwali għas-sena ta’ wara, abbażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni u, fir-rigward tal-ipprogrammar multiannwali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Il-Bord Maniġerjali għandu jibgħat dak id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu, sat-30 ta' Novembru ta’ kull sena, jadotta l-ipprogrammar annwali tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara, abbażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr dewmien, jibgħat dak id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-ipprogrammar multiannwali għandu jistipula pprogrammar strateġiku ġenerali għall-perjodu medju u twil, inklużi l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta’ prestazzjoni, kif ukoll l-ippjanar tar-riżorsi, inkluż il-baġit multiannwali u l-persunal. L-ipprogrammar multiannwali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi ta’ interventi u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-għanijiet. Dan għandu jinkludi strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma’ dik l-istrateġija.

imħassar

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-ipprogrammar multiannwali għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u għandu, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati tal-evalwazzjonijiet esterni msemmija fl-Artikolu 80. Il-konklużjoni ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandha tkun riflessa wkoll, fejn ikun xieraq, fil-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara.

imħassar

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jkun fih deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, li jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, fosthom l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji ta’ bbaġitjar u mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-ipprogrammar multiannwali. Huwa għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta’ qabel.

5.  Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jkun fih deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, li jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, fosthom l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji ta’ bbaġitjar u mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività. Huwa għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Bord Maniġerjali jista’ jistieden rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.  Il-Bord Maniġerjali jista’ jistieden rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jew ta' kwalunkwe korp, aġenzija jew istituzzjoni oħra tal-Unjoni.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tkun immaniġġjata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjoniijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

1.  L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fil-qadi ta’ dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi ħadd. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjoniijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, ir-rapport tal-attivitajiet annwali konsolidat tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel, il-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara u l-ipprogrammar multiannwali tal-Aġenzija.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha, inkluż dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, ir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, il-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jirrapporta lilu b'mod regolari.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   li jipprepara kull sena rapport ta’ attività annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord Maniġerjali;

(d)  li jipprepara kull sena rapport annwali tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord Maniġerjali;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)   jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 18;

(k)  li jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 18;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)   li jirtira l-finanzjament ta’ operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntiera jew jissospendi jew ittemm tali operazzjonijiet skont l-Artikolu 24;

(l)  li jirtira l-finanzjament tal-attivitajiet skont l-Artikolu 24;

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)   jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 25;

(m)  li jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet skont l-Artikolu 25;

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 68

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tipproponi kandidati għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv u Deputat Direttur Eżekuttiv fuq bażi ta’ lista wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq.

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil komuni, jaħtru d-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv fuq bażi ta’ lista mfassla mill-Kummissjoni wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni ta’ livell għoli, kif ukoll tal-esperjenza professjonali għolja fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt tal-vot.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jintgħażel abbażi tal-mertu, l-indipendenza u l-kapaċitajiet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni ta’ livell għoli, kif ukoll tal-esperjenza professjonali għolja fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn.

Is-setgħa li jitneħħa d-Direttur Eżekuttiv għandha tkun tal-Bord Maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, skont l-istess proċedura.

 

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Deputat Direttur Eżekuttiv. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu jew postha.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Deputat Direttur Eżekuttiv. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu jew postha.

4.  Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni xierqa, kif ukoll tal-esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt tal-vot.

4.  Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jintgħażel abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni xierqa, kif ukoll tal-esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin.

Is-setgħa li jitneħħa l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandha tkun tal-Bord Maniġerjali, skont l-istess proċedura.

 

5.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

5.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

6.  Il-Bord Maniġerjali, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragarfu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin.

 

7.  Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Dan jista’ jiġi estiż darba mill-Bord Maniġerjali għal perjodu ieħor ta’ mhux iktar minn ħames snin.

 

 

7a.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.

 

7b.  Minbarra sostituzzjoni normali jew mewt, il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom jintemmu fil-każ ta’ riżenja. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jistgħu jitkeċċew mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom jew jekk jinstabu ħatja ta’ kondotta ħażina serja.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 69

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bord ta’ Superviżjoni

Bord Konsultattiv

1.  Il-Bord ta’ Superviżjoni għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv:

1.  Il-Bord Konsultattiv għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv:

(a)  dwar ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom isiru mid-Direttur Eżekuttiv lil Stat Membru konċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 14(4);

(a)  dwar ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom isiru mid-Direttur Eżekuttiv lil Stat Membru konċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 14(4);

(b)   dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv lill-Istati Membri bbażati fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 12;

(b)  dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mid-Direttur Eżekuttiv lill-Istati Membri bbażati fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 12;

(c)   dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni relatata ma’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, inkluż it-tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3).

(c)  dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tad-deċiżjoni tal-Kunsill relatata ma’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, inkluż it-tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3).

2.  Il-Bord ta’ Superviżjoni għandu jkun magħmul mil-viċi Direttur Eżekuttiv, erba’ uffiċjali anzjani oħrajn tal-Aġenzija li jinħatru mill-Bord Maniġerjali u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord Maniġerjali. Il-Bord ta’ Superviżjoni għandu jkun presedut mil-viċi Direttur Eżekuttiv.

2.  Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul mill-Viċi Direttur Eżekuttiv, tliet uffiċjali anzjani oħrajn tal-Aġenzija li jinħatru mill-Bord Maniġerjali, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord Maniġerjali. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun presedut mill-Viċi Direttur Eżekuttiv.

3.  Il-Bord ta’ Superviżjoni għandu jirrapporta lill-Bord Maniġerjali.

3.  Il-Bord Konsultattiv għandu jirrapporta lill-Bord Maniġerjali.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha twaqqaf Forum Konsultattiv sabiex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali.

1.  L-Aġenzija għandha twaqqaf Forum konsultattiv indipendenti sabiex jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali.

2.  L-Aġenzija għandha tistieden l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-Forum Konsultattiv. Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Forum Konsultattiv u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

2.  L-Aġenzija għandha tistieden lill-EASO, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-Forum Konsultattiv. Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv. Il-Forum Konsultattiv għandu jiddefinixxi l-metodi ta’ ħidma tiegħu u jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tiegħu.

3.  Il-Forum Konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kodiċi tal-Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.

3.  Il-Forum Konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-ilmenti,il-Kodiċi tal-Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.

 

3a.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Forum Konsultattiv dwar jekk, u jekk ikun il-każ, kif, hija tkun bidlet l-attivitajiet tagħha bi tweġiba għar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Forum Konsultattiv. L-Aġenzija għandha tinkludi d-dettalji ta’ dawn il-bidliet fir-rapport annwali tagħha.

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jħejji rapport ta’ kull sena tal-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jħejji rapport ta’ kull sena tal-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

5.  Il-Forum Konsultattiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, inkluż billi jwettaq żjarat fuq il-post tal-operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera soġġetti għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti.

5.  Il-Forum Konsultattiv għandu jkollu aċċess effettiv għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, inkluż billi jwettaq żjarat fuq il-post tal-operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, żoni hotspot, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 71

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandu jinħatar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali mill-Bord Maniġerjali u għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

1.  Għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali bil-kompitu li jissorvelja u jippromwovi r-rispett għad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Aġenzija u għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

 

1a.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu riżorsi u persunal biżżejjed għad-dispożizzjoni tiegħu, skont il-mandat u d-daqs tal-Aġenzija u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.

2.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-drittijiet tiegħu jew tagħha bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u għandu/għandha jirrapporta/tirapporta direttament lill-Bord Maniġerjali u jikkoopera/tikkoopera mal-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

2.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-drittijiet tiegħu jew tagħha bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u għandu/għandha jirrapporta/tirapporta direttament lill-Bord Maniġerjali u lill-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

3.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikoli 15, 16 u 32(4) u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b’rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

3.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikoli 15, 16 u 32(4) u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b’rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 72

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

1.  L-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti indipendenti, aċċessibbli, trasparenti u effettiv skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.  Kull persuna li hija direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f’operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn, u li tqis lilha nnifsha li kienet s-suġġett ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti terza li tintervjeni f’isem dik il-persuna, tista’ tressaq ilment, bil-miktub, lill-Aġenzija.

2.  Kull persuna li hija direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f’operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn, u li tqis lilha nnifsha li kienet is-suġġett ta’ vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħha, kif protetti mid-dritt tal-Unjoni, minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti terza li tintervjeni f’isem dik il-persuna, tista’ tressaq ilment, bil-miktub, lill-Aġenzija.

3.  Ilmenti sostanzjati biss li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali għandhom ikunu ammissibbli. Ilmenti li huma anonimi, malizzjużi, frivoli, vessatorji, ipotetiċi jew inkorretti għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu tal-ilmenti.

3.  Ilmenti sostanzjati biss li jinvolvu vjolazzjnijiet konkreti tad-drittijiet fundamentali għandhom ikunu ammissibbli. Ilmenti li huma b'mod ċar bla bażi, malizzjużi, frivoli, vessatorji jew ipotetiċi għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu tal-ilmenti. L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi minn partijiet terzi li jaġixxu in bona fede fl-interessi ta’ lmentatur li jista’ jkun li jixtieq iżomm l-identità tiegħu sigrieta.

4.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli mill-maniġġ tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan il-għan, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrevedi l-ammissibbiltà ta’ lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw l-gwardji tal-fruntiera lill-Istat Membru ta’ oriġini u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru.

4.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli mill-maniġġ tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont il-Karta , inkluż id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan il-għan, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrevedi l-ammissibbiltà ta’ lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv u l-ilmenti li jikkonċernaw il-gwardji tal-fruntiera lill-Istat Membru ta’ oriġini, inkluż lill-awtorità jew lill-korp rilevanti kompetenti għad-drittijiet fundamentali fl-Istat Membru, fi żmien perjodu determinat. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirreġistra wkoll u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Kull deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jinforma lill-ilmentatur dwar id-deċiżjoni dwar l-ammissibilità, u dwar l-awtoritajiet nazzjonali li lilhom ikun tressaq l-ilment tiegħu jew tagħha.

 

Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet u pprovduti possibilitajiet ulterjuri biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom.

5.  Fil-każ ta’ lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sejbiet u kif l-Aġenzija segwit l-ilment.

5.  Fil-każ ta’ lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, b'konsultazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali rigward l-implimentazzjoni ta’ miżuri dixxiplinarji fi żmien perjodu determinat, u jekk ikun meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien ’il quddiem.

6.  Fil-każ ta’ lment reġistrat li jikkonċerna gwardja tal-fruntiera ta’ Stat Membru ospitanti jew membru tat-timijiet, inklużi membri sekondati tat-timijiet jew esperti nazzjonali sekondati, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu għal ilment.

6.  Fil-każ ta’ lment reġistrat li jikkonċerna gwardja tal-fruntiera ta’ Stat Membru ospitanti jew membru tat-timijiet, inklużi membri sekondati tat-timijiet jew esperti nazzjonali sekondati, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu għal ilment fi żmien perjodu determinat, u jekk meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien ’il quddiem. Fil-każ li l-Istat Membru rilevanti ma jirrappurtax lura, l-Aġenzija għandha tibgħat ittra ta’ twissija fejn tfakkar fl-azzjonijiet possibbli li l-Aġenzija tista’ tieħu jekk ma jasal l-ebda segwitu għall-ittra.

 

6a.  F’każ li gwardja tal-fruntiera jew espert nazzjonali sekondat jinstab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta’ protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija għandha titlob lill-Istat Membru jneħħi lill-gwardja tal-fruntiera jew lill-espert nazzjonali sekondat immedjatament mill-attività tal-Aġenzija jew mill-pula ta’ reazzjoni rapida.

7.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali dwar is-sejbiet u s-segwitu għall-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri.

7.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali dwar is-sejbiet u s-segwitu għall-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri. L-Aġenzija, fir-rapport annwali tagħha, għandha tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti, li jindika l-għadd ta’ lmenti li jkunu ntlaqgħu, it-tipi ta’ vjolazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali, l-operazzjoni kkonċernata u l-miżuri ta’ segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri.

8.  Skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu infurmati li lment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista’ tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet u pprovduti possibilitajiet ulterjuri biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom.

 

9.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, ifassal formola standardizzata li tkun titlob informazzjoni dettaljata u speċifika dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jissottometti din il-formola lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali.

9.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jistabbilixxi l-proċedura għall-mekkaniżmu tal-ilmenti fuq il-bażi tal-Artikolu 41 tal-Karta u b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn fuq, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, u jfassal formola standardizzata tal-ilmenti li tkun titlob informazzjoni dettaljata u speċifika dwar l-allegata vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jissottometti din il-formola u l-proċeduri dettaljati l-oħra kollha lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali.

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-formola tal-ilmenti standardizzata tkun disponibbli fil-lingwi l-iktar komuni u li din għandha ssir disponibbli fis-sit web tal-Aġenzija u f’kopja stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali anke meta ma jingħatawx fil-formola tal-ilment standardizzata.

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar il-possibilità u l-proċedura biex isir ilment tkun disponibbli minnufih. Il-formola tal-ilmenti standardizzata għandha tkun disponibbli b’lingwi li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu fis-sit web tal-Aġenzija u f’kopja stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Għandhom jingħataw gwida u assistenza ulterjuri dwar il-proċedura tal-ilmenti lill-vittmi allegati u fuq talba. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni mfassla għat-tfal u għal gruppi vulnerabbli oħra biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-mekkaniżmu tal-ilmenti. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali anke meta ma jingħatawx fil-formola tal-ilmenti standardizzata.

10.  Kwalunkwe dejta personali li jkun hemm f’ilment għandha tintuża u tiġi proċessata mill-Aġenzija u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mill-Istati Membri skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

10.  Kwalunkwe dejta personali li jkun hemm f’ilment għandha tintuża u tiġi proċessata mill-Aġenzija u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mill-Istati Membri skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

Bis-sottomissjoni tal-ilment huwa mifhum li l-ilmentatur qiegħed jagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

Bis-sottomissjoni tal-ilment huwa mifhum li l-ilmentatur qiegħed jagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu jew tagħha skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

Sabiex jitħares l-interess tal-ilmentaturi, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali ħlief jekk il-kwerelant jirrinunzja għad-dritt tiegħu jew tagħha għall-kunfidenzjalità. Għal ilmentaturi li jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità, huwa mifhum li huwa/hija jagħti/tagħti l-kunsens lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jew l-Aġenzija sabiex tiżvela l-identità tiegħu jew tagħha fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkun hemm l-ilment.

Sabiex jitħares l-interess tal-ilmentaturi, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali ħlief jekk il-kwerelant jirrinunzja għad-dritt tiegħu jew tagħha għall-kunfidenzjalità. Għal ilmentaturi li jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità, huwa mifhum li huwa/hija jagħti/tagħti l-kunsens lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jew l-Aġenzija sabiex jiżvela/tiżvela l-identità tiegħu jew tagħha lill-awtorità kompetenti u, fejn ikun rilevanti jew meħtieġ, lill-awtorità rilevanti jew lill-entità kompetenti għad-drittijiet fundamentali tal-Istat Membri rilevanti fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkun hemm l-ilment.

 

10a.  L-ilmenti dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta u l-ilmenti relatati li jiġu sottomessi minn suġġetti tad-dejta għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, Memorandum ta’ Qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Aġenzija tista’ tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tagħha. Hija għandha tippubblika r-rapport ikkonsolidat tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 61(1)(d) u tiżgura b’mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, affidabbli u li jinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.

2.  L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tagħha. Hija għandha tippubblika r-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 61(1)(d) u tiżgura b’mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, dettaljat, affidabbli u li jinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha mingħajr ma tiżvela informazzjoni operazzjonali li, jekk tinħareġ fil-pubbliku, tkun tippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta’ dħul, minn:

1.  Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti fi:

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Bil-għan li tiżdied it-trasparenza fil-baġit, in-nefqa operazzjonali għandha tiġi ppreżentata fil-baġit tal-Unjoni permezz ta' partiti tal-baġit separati skont is-settur ta' attività.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

7.  Malli jaslu, l-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-awtorità baġitarja").

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  Minħabba l-finanzjament tal-iskjerament ta’ interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta’ ritorn, il-baġit tal-Aġenzija adottat mill-Bord Maniġerjali għandu jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja li tammonta mill-inqas għal 4% tal-allokazzjoni prevista għall-attivitajiet operazzjonali. Ir-riżerva għandha tinżamm matul is-sena kollha.

13.  Minħabba l-finanzjament tal-iskjerament ta’ interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta’ ritorn, il-baġit tal-Aġenzija adottat mill-Bord Maniġerjali għandu jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja li tammonta mill-inqas għal 4% tal-allokazzjoni prevista għall-attivitajiet operazzjonali. Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, almenu kwart tar-riżerva għandha tibqa' disponibbli bil-għan li tkopri l-bżonnijiet li jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 77a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 77a

 

Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess

 

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-organi u l-membri tal-persunal jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrappurtaw tali sitwazzjonijiet.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 79

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 79

imħassar

Proċedura tal-Kumitat

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 33a tar-Regolament (KE) Nru 562/2006. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.  Fejn l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta żewġ terzi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

 

4.  Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

5.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

 

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 80

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta b’mod partikolari l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ tagħha b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti biex tivvaluta b’mod partikolari r-riżultati miksuba mill-Aġenzija b’kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif inżammet konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif inżammet konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-dritt relevanti tal-Unjoni fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u l-konklużjonijiet dwar ir-rapport għandhom isiru pubbliċi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u l-konklużjonijiet dwar ir-rapport għandhom isiru pubbliċi.

3.  Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riżultati miksuba mill-Aġenzija filwaqt li tqis l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha.

 

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 19(5) u l-Artikoli 28, 29, 30 u 31 għandhom japplikaw minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikoli 28, 29, 30 u 31 għandhom japplikaw minn... [tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Iż-żona Schengen bħala żona ta' 26 pajjiż mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni fejn il-persuni jistgħu jiċċaqalqu b'mod liberu, hija bir-raġun meqjusa minn ħafna bħala fost l-akbar u l-aktar kisba viżibbli tal-integrazzjoni Ewropea. L-idea stess tagħha – in-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni – hija madankollu bħalissa mhedda b'mod mingħajr preċedent: tmien Stati ta' Schengen (il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Awstrija, is-Slovenja, l-Iżvezja u n-Norveġja) daħħlu mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni bħala reazzjoni għall-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari li huma meqjusa bħala theddida serja għas-sigurtà interna u għall-ordni pubbliku. Barra minn hekk, Malta u Franza daħħlu mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni minħabba kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà.

Dan juri li l-istrumenti u l-mekkaniżmi li ġew żviluppati matul iż-żmien għall-funzjonament effikaċi taż-żona Schengen mhumiex biżżejjed meta wieħed iqis il-kobor tal-kriżi attwali tal-migrazzjoni kif ukoll it-theddid minn attivitajiet terroristiċi.

Bħalissa għaddejja ħidma biex jiġu indirizzati l-isfidi kkawżati mill-kriżi tal-migrazzjoni, biex titħeġġeġ solidarjetà akbar fost l-Istati Membri u jissaħħu l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Il-proposta għal Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tindirizza l-ħtieġa li jiġi żgurat kontroll fil-fruntieri esterni ta' Schengen bħala prerekwiżit għall-ġestjoni tal-migrazzjoni b'mod effikaċi, biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fi ħdanha filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni. Hija għalhekk element importanti fil-kuntest attwali biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati iżda mhijiex ir-rimedju universali.

Sfond

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-UE (magħrufa bħala l-Frontex) bdiet topera fl-1 ta' Mejju 2005. L-idea bażika tal-Frontex kienet li ttejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni u l-implimentazzjoni tar-regoli komuni biex tippromwovi, tikkoordina u tiżviluppa l-kunċett ta' ġestjoni tal-fruntieri Ewropej.

Il-mandat tal-Frontex kien diġà ġie rivedut darbtejn. Ir-Regolament 863/2007 introduċa l-kunċett ta' interventi rapidi fil-fruntieri u r-Regolament 1168/2011 enfasizza r-responsabbiltà tal-Frontex fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

Fl-2013, ir-Regolament 1052/2013 jerġa' stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) li hija ġestita mill-Frontex u tista' tiġi deskritta bħala mappa tal-istampa tas-sitwazzjoni fil-fruntiera li sservi biex tiġi skambjata l-informazzjoni. Barra minn hekk, wara kawża mressqa l-Qorti mill-Parlament, ir-Regolament 656/2014 stabbilixxa regoli għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq il-baħar fil-kuntest tal-operazzjonijiet fuq il-baħar ikkordinati mill-Frontex.

Fil-mument tal-adozzjoni tal-aħħar rieżami tar-Regolament dwar il-Frontex fl-2011, il-Kummissjoni mpenjat ruħha permezz ta' dikjarazzjoni li tvara studju tal-fattibilità dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' gwardji tal-fruntieri.(1) Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew fil-Programm ta' Stokkolma stieden lill-Kummissjoni "tagħti bidu għal dibattitu dwar l-iżvilupp fit-tul tal-Frontex" [inkluż] [...] il-fattibilità tal-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' gwardji tal-fruntieri". Dan l-istudju tħejja u ġie ppreżentat lill-Kumitat LIBE.(2)

B'mod parallel, il-Frontex għaddiet minn evalwazzjoni li kienet prevista fil-bażi ġuridika tagħha u r-riżultat ġie ppubblikat.(3) Fl-Aġenda tagħha dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret li "abbażi tal-evalwazzjoni li għaddejja [...], il-Kummissjoni se tipproponi li temenda l-bażi ġuridika tal-Frontex biex issaħħaħ ir-rwol tagħha fil-qasam tar-ritorn."

Il-Parlament ilu jiddiskuti l-iżvilupp futur tal-Frontex f'diversi okkażjonijiet, inkluż matul id-dibattitu fil-plenarja li sar fil-11 ta' Frar 2015 u matul it-tħejjija għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex (2014/2215(INI)). F'din ir-riżoluzzjoni huwa rrakkomanda l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar mekkaniżmu għall-ilmenti individwali meta jkun hemm rieżami tal-mandat tal-Frontex.

Din il-proposta dwar Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Abbażi tal-ħidma ta' tħejjija msemmija hawn fuq u fid-dawl tal-kriżi tal-migrazzjoni mingħajr preċedent, il-Kummissjoni f'Diċembru li għadda ppreżentat din il-proposta. Hija tipprevedi reviżjoni sħiħa tal-mandat tal-Frontex billi ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-kompetenzi tagħha.

Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien tal-kunċett ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li tkun magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ġdida, li tissostitwixxi lill-Frontex, u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi gwardjani tal-kosta sakemm dawn iwettqu kompiti ta’ kontroll fil-fruntieri. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jiġi inkluż għall-ewwel darba fil-leġiżlazzjoni l-kunċett ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

Fost l-elementi innovattivi tal-proposta hemm l-istabbiliment ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà bħala mekkaniżmu preventiv biex jiġi evitat kontroll mhux effikaċi fil-fruntieri esterni, l-iskjerament ta' uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri, il-proċedura għal sitwazzjonijiet fil-fruntieri li jeħtieġu azzjoni urġenti u l-istabbiliment ta' riżerva ta' 1500 gwardja tal-fruntiera li għandhom ikunu lesti mill-Istati Membri għal skjerament rapidu mingħajr eċċezzjoni. Il-proposta tipprevedi wkoll rwol aktar b'saħħtu tal-Aġenzija fil-qasam tar-ritorn, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħha (il-persunal, il-baġit, it-tagħmir), żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-istabbiliment ta' kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta.

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta bħala element ulterjuri li, ladarba tiġi adottata, se ssaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, issaħħaħ l-integrazzjoni rigward il-ġestjoni tal-fruntieri u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fil-fruntieri esterni. Il-proposta hija reazzjoni għad-dgħufijiet identifikati, sew jekk huma n-nuqqas ta' rieda jew kapaċità tal-Istati Membri li jagħmlu lill-gwardji tal-fruntieri disponibbli għall-iskjerament u tagħmir disponibbli għall-użu mill-Aġenzija meta jiġu mitluba, in-nuqqas ta' sorveljanza effikaċi u miżuri preventivi, kif ukoll il-fatt li l-mekkaniżmi li ġew stabbiliti ma ġewx attivitati mill-Istati Membri (kien hemm biss żewġ interventi rapidi fil-fruntieri minn mindu ġie stabbilit il-mekkaniżmu). F'żona ta' moviment liberu mingħajr fruntieri interni, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni għandha tkun responsabbiltà kondiviża bejn l-Istati Membri kollha. L-emendi proposti mir-rapporteur għandhom l-għan li jsaħħu aktar il-proposta billi jżidu l-effikaċja tal-Aġenzija, kif ukoll l-effiċjenza u r-responsabbiltà tagħha.

Ir-rapporteur jipproponi numru ta’ emendi li għandhom jippermettu lill-Aġenzija tilħaq aħjar l-objettivi tagħha. Huwa kruċjali li l-Aġenzija fil-futur ikollha gwardji tal-fruntieri u tagħmir għad-disposizzjoni tagħha kull meta dan ikun meħtieġ u b’mod speċjali li hija tkun tista' tiskjera l-gwardji u tuża t-tagħmir fi żmien qasir meta jkun meħtieġ.

Fir-rigward tal-proċedura proposta għal sitwazzjonijiet fil-fruntiera li jeħtieġu azzjoni urġenti (l-Artikolu 18), ir-rapporteur iqis li l-proposta tirrispetta s-sovranità tal-Istati Membri kif ukoll tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jaqbel mal-Aġenzija dwar il-pjan operazzjonali u jkun huwa li jagħti struzzjonijiet lit-timijiet. Ir-rapporteur, madankollu, jemmen li d-deċiżjonijiet biex tittieħed azzjoni għandhom jittieħdu mill-Kunsill biex jissaħħaħ il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tiġi enfasizzata aktar is-sovranità tal-Istati Membri. Għandu jkun hemm ukoll proċedura realistika għal azzjoni f'każ li Stat Membru ma jottemporax ruħu ma' deċiżjoni tal-Kunsill. F’tali każijiet, mhuwiex possibbli li wieħed jistenna l-eżitu ta’ proċedura fil-Qorti. Minflok, bħala l-aħħar alternattiva f’ċerti ċirkostanzi definiti b'mod ċar, jista' jkun meħtieġ li jerġgħu jiddaħħlu l-kontrolli f’ċerti fruntieri sabiex tiġi mħarsa ż-żona Schengen bħala tali.

Ir-rapporteur iqis ukoll li l-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament għall-Istati Membri kollha bi fruntieri esterni fuq l-art u fuq il-baħar se jippermetti lill-Aġenzija tilħaq aħjar l-objettivi tagħha u jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija. Fil-prinċipju l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jintbagħtu fl-Istati Membri kollha peress li l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw fil-konsolidament ulterjuri ta' kultura komuni ta' standards għolja dwar il-ġestjoni tal-fruntieri. B’rikonoxximent tal-fatt li l-Istati Membri li għandhom biss fruntieri tal-ajru huma esposti għal riskju inqas, l-uffiċjali ta’ kollegament ma għandhomx neċessarjament jintbagħtu f'dawn l-Istati Membri.

Il-fruntieri esterni se jiġu sorveljati b’mod kostanti b’analiżijiet perjodiċi tar-riskju u valutazzjonijiet mandatarji tal-vulnerabbiltà biex jiġu identifikati u indirizzati d-dgħufijiet fil-fruntieri esterni. Ir-rapporteur jipproponi li jiġu msaħħa d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tagħmir għall-operazzjonijiet. Riżerva ta' reazzjoni rapida ta' gwardji tal-fruntiera u riżerva ta' tagħmir tekniku għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija bil-għan li l-iskjerament tal-gwardji u l-użu tat-tagħmir f'interventi rapidi fil-fruntieri jseħħ fi ftit jiem.

Billi żdied ir-rwol tal-Aġenzija fil-qasam tar-ritorn, ir-rapporteur jiċċara li f'dan ir-rigward l-objettiv tal-Aġenzija huwa li tassisti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni prattika tal-operazzjonijiet ta' ritorn, mingħajr ma tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri. Barra minn hekk, minħabba t-tisħiħ tar-rwol u tal-kompiti operazzjonali tal-Aġenzija, ir-rapporteur jappoġġja l-istabbiliment ta’ għadd ta’ salvagwardji tad-drittijiet fundamentali għall-Aġenzija.

Ir-rapporteur iqis ukoll li r-Regolament għandu jkun "validu għall-futur". Billi bħalissa l-enfasi hija fuq il-kontribut għall-ġestjoni effikaċi tal-migrazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, ir-rwol tagħha jinvolvi l-indirizzar ta' theddid potenzjali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, inkluż il-kriminalità b'dimensjoni transfruntiera.

Fir-rigward tal-effiċjenza, ir-rapporteur jipproponi li jitneħħa l-kunċett ta' Bord ta' Superviżjoni u l-eżerċizzju ta' pprogrammar multiannwali peress li t-tnejn li huma għandhom ir-riskju inerenti li jkunu ta' ostaklu għall-azzjoni effiċjenti. Ir-rapporteur iqis ukoll li minflok ma topera permezz ta' għotjiet, l-Aġenzija għandha tagħmel użu minn kuntratti meta tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet. L-iskemi ta' għotjiet jieħdu fit-tul u ma għandhomx flessibbiltà filwaqt li relazzjoni kuntrattwali tista' tkun aktar effiċjenti.

Ir-rapporteur iqis li hu neċessarju wkoll li tiżdied ir-responsabbiltà tal-Aġenzija futura billi jiġi previst li aktar informazzjoni tkun disponibbli għall-Parlament u għall-pubbliku ġenerali. Hija meħtieġa aktar trasparenza biex tiżdied il-leġittimità u jiġu evitati impressjonijiet foloz fir-rigward tar-rwol tal-Aġenzija.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jaqbel mal-fehma li l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament hija urġenti bil-għan li jissaħħaħ il-kontrol fil-fruntieri esterni u b'hekk nirritornaw għal sitwazzjoni mingħajr kontrolli fil-fruntieri fiż-żona Schengen.

(1)

http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-344

(2)

http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/docs/20141016_home_esbg_frp_001_esbg_final_report_3_00_en.pdf

(3)

http://frontex.europa.eu/assets/Publications/General/Final_Report_on_External_Evaluation_of_Frontex.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (20.5.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE

(COM(2015)0671 – C8-0408/2015 – 2015/0310(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Javier Nart

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta huwa li toħloq Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tkun garantita l-ġestjoni integrata tal-fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea.

Il-proposta hija apprezzata u tikkorrispondi għall-isfidi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tħabbat wiċċha magħhom fil-kriżi migratorja u tar-rifuġjati li għaddejja bħalissa. Skont stimi, bejn Jannar u Novembru 2015 biss, madwar 1,5 miljun ruħ qasmu l-fruntieri illegalment.

L-Artikolu 77 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li "iddaħħal b'mod gradwali sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni" u din il-proposta għandha tkun adottata bħala l-ewwel pass importanti f'din id-direzzjoni.

Madankollu, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li ġiet proposta, se tissejjes fuq l-aġenzija Frontex tal-lum u se tkun dipendenti mill-kooperazzjoni u mill-kontributi tal-Istati Membri fit-twettiq tal-ħidma prattika.

Ir-regolament għandu bżonn aktar emendi biex jiċċara l-kunċett ta' "responsabbiltajiet kondiviżi" bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija tal-UE għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Filwaqt iż-żieda fil-kompetenzi tikkostitwixxi pass sinifikanti 'l quddiem, huwa neċessarju li tali passi jitqiesu bħala l-ewwel fi proċess lejn gwardja tal-fruntiera u tal-kosta li tkun totalment indipendenti, integrata, immexxija mill-UE kif ukoll fuq skala tal-UE, iffinanzjata mill-baġit tal-UE u b'awtonomija operattiva. L-adozzjoni definittiva ta' dan ir-regolament għandha tkun akkumpanjata minn impenn politiku ċar min-naħa tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE għal żvilupp bħal dan.

Ta' min jinnota d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-regolament propost, li se jippermettu intervent indipendenti fuq deċiżjoni tal-Kummissjoni, anki kontra r-rieda ta' Stat Membru.

Huwa ta' importanza enormi li l-Aġenzija tistabbilixxi relazzjonijiet tajba mal-gwardji tal-fruntiera u tal-kosta tal-pajjiżi terzi u li l-Aġenzija jkollha l-indipendenza u l-kapaċità operattiva rigward dawn ir-relazzjonijiet esterni.

Il-valutazzjoni tal-impatt baġitarju tbassar almenu EUR 31,5 miljun fl-2017, iżda din is-somma, flimkien mal-istima preliminari tal-persunal, tidher li hija kemxejn baxxa.

Fost l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin hemm ukoll kjarifiki rigward ir-rwol tal-Parlament Ewropew f'dawk li huma l-iskrutinju tal-Aġenzija u l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-pajjiżi terzi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta hija maħsuba biex tissostitwixxi lil Frontex bl-għan li tiżgura sistema integrata Ewropea għall-ġestjoni tal-fruntieri fil-fruntieri esterni biex il-migrazzjoni tiġi ġestita b'mod effikaċi u li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha. F'konformità mat-Trattati u l-Protokolli tagħhom, l-Istati Membri li għad iridu japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri, għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fi u/jew jibbenefikaw mill-azzjonijiet kollha skont dan ir-Regolament;

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-kompiti tal-Frontex għandhom għalhekk jiġu estiżi u biex jirriflettu dawn il-bidliet, għandha tingħata isem ġdid ta' Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. Ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkun li tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi iktar assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, u biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, kif ukoll li torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

(9)  Il-kompiti tal-Frontex għandhom għalhekk jiġu estiżi u biex jirriflettu dawn il-bidliet, għandha tingħata isem ġdid ta' Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkun li tistabbilixxi strateġija operattiva u teknika għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effikaċi tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi iktar assistenza operattiva u teknika lill-Istati Membri permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, u biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, inklużi l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar, kif ukoll li torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkun li timmonitorja regolarment il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta' analiżi tar-riskju, l-iskambju ta' informazzjoni u l-Eurosur, iżda anki permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. L-Aġenzija għandha għalhekk tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri speċifiċi għal perjodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv. Ir-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

(12)  Hija u tieħu r-responsabbiltà kondiviża mal-Istati Membri, ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkun li timmonitorja regolarment il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ sew u effikaċi mhux biss permezz ta' analiżi tar-riskju, l-iskambju ta' informazzjoni u l-Eurosur, iżda anki permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fil-post, b'kooperazzjoni sħiħa mal-Istati Membri u fir-rispett tad-drittijiet tal-pajjiżi li mhumiex fiż-żona Schengen. L-Aġenzija għandha għalhekk tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri speċifiċi għal perjodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv. Ir-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni, u jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-immigrazzjoni irregolari jew kriminalità transfruntiera. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tuża Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta kif ukoll it-tagħmir tekniku meħtieġ u tista' tuża esperti mill-persunal tagħha stess.

(14)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha torganizza u toffri l-assistenza teknika u operattiva addizzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni, u jaffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni, inkluż permezz tal-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar, bla ħsara għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jagħtu bidu għal investigazzjonijiet kriminali. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew iktar u tuża Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll it-tagħmir tekniku meħtieġ u tista' tuża esperti mill-persunal tagħha stess.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jaffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati karatterizzati minn influssi kbar ta' flussi migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspots, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ operazzjonali u tekniku miżjud tat-timijiet ta' appoġġ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti skjerati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u mill-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post.

(16)  F'żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jaffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati karatterizzati minn influssi kbar ta' flussi migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspots, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ operattiv u tekniku miżjud tat-timijiet ta' appoġġ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti skjerati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u mill-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinament bejn l-aġenziji differenti fuq il-post. L-Aġenzija għandha jkollha dritt awtonomu li tintervjeni ħalli tkun tista' tiskjera l-aġenti u t-tagħmir tagħha abbażi tal-kumplessità ta' sitwazzjoni ta' protezzjoni ta' fruntiera kif ukoll tal-ispeċifiċitajiet taż-żoni tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma' pressjonijiet migratorji sproporzjonati.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandu jkollha t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġu skjerati f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. Għal dan il-għan, meta jitniedu interventi rapidi fil-fruntiera fuq talba ta' Stat Membru jew fil-kuntest ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tkun tista' tagħmel użu mit-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta minn pula ta' riżerva rapida li għandha tkun korp permanenti magħmul minn perċentwal żgħir tan-numru totali ta' gwardji tal-fruntiera fl-Istati Membri, li għandu mill-inqas ikun ta' 1 500. L-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta mill-pula ta' riżerva rapida għandu jkun kumplimentat immedjatament minn Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq.

(18)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollha t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġu skjerati f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. Għal dan il-għan, meta jitniedu interventi rapidi fil-fruntiera fuq talba ta' Stat Membru jew fil-kuntest ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun tista' tagħmel użu mit-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta minn pula ta' riżerva rapida li għandha tkun korp permanenti magħmul minn perċentwal adegwat tan-numru totali ta' gwardji tal-fruntiera fl-Istati Membri, li għandu mill-inqas ikun ta' 1 500. L-iskjerament tat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-pula ta' riżerva rapida għandu jkun kumplementat immedjatament minn Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. B'mod partikolari, din għandha tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn minn Stat Membru wieħed jew iktar u għandha torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistema ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali meta jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn illegali skont dik id-Direttiva.

(21)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. B'mod partikolari, b'segwitu għat-talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar, din għandha tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn u għandha torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistema ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operattiva meta jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi b'soġġorn illegali skont dik id-Direttiva.

__________________

__________________

1 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 21.12.2008, p. 98).

1 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 21.12.2008, p. 98).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż billi tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u billi tiskjera uffiċjali ta' kollegament għal pajjiżi terzi, kif ukoll billi tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Fil-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

(28)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, bi qbil mal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mas-SEAE, inkluż billi tikkoordina l-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, wara valutazzjoni tar-riskji tal-fruntieri esterni mal-pajjiżi ġirien u billi tiskjera uffiċjali ta' kollegament għal pajjiżi terzi, kif ukoll billi tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Fil-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Matul l-operazzjonijiet imwettqa mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta , ebda persuna ma għandha, bi ksur tal-prinċipju tan-non-refoulement, tittieħed jew tkun ikkonsenjata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz fejn, fost affarijiet oħra, ikun hemm riskju serju li tkun soġġetta għal piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew kastig inuman jew degradanti ieħor, jew fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentament sesswali, l-appartenenza għal grupp soċjali partikolari jew opinjoni politika tagħha, jew li minnu hemm riskju serju ta' tkeċċija, tneħħija jew estradizzjoni lejn pajjiż ieħor bi ksur tal-prinċipju ta' non-refoulement.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, b'kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, biex jimmonitorja u jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan għandu jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli biex jimmaniġġa l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu janalizza l-ammissibbiltà tal-ilment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti dwar gwardji tal-fruntiera lill-Istat Membru tal-domiċilju u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Investigazzjonijiet kriminali għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

(30)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, b'kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, biex jimmonitorja u jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija u tal-persunal tagħha. Dan għandu jkun mekkaniżmu amministrattiv effikaċi u aċċessibbli li permezz tiegħu l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija jipparteċipa skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba u jkun indipendenti mil-lat operattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu janalizza l-ammissibbiltà tal-ilment, jirreġistra u jittratta b'mod debitu l-ilmenti ammissibbli kollha, jibgħat l-ilmenti kollha rreġistrati lid-Direttur Eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti dwar gwardji tal-fruntiera u tal-kosta lill-Istat Membru tad-domiċilju u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Tali data għandha tkun inkluża fir-rapport annwali tal-Aġenzija. Investigazzjonijiet kriminali għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.

(31)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 u fir-rispett tal-prinċipju tan-non-refoulement u tad-dikjarazzjonijiet u tal-istandards fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

18 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza tal-linji politiċi u l-politika fuq l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. Fejn ikun possibbli, il-Bord għandu jikkonsisti mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Dan il-Bord għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija għandha tkun irregolata u operata skont il-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(33)  Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord Maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza tal-linji politiċi u l-politika fuq l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Fejn ikun possibbli, il-Bord għandu jikkonsisti mill-kapijiet operattivi tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Dan il-Bord għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija għandha tkun irregolata u operata skont il-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri tal-art u tal-baħar tal-Istati Membri u l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1;

(1)  "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri tal-art u tal-baħar tal-Istati Membri u l-ajruporti u l-portijiet marittimi tagħhom, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, inklużi dawk l-Istati Membri li għad iridu japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri;

______________

_______________

1 Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

1 Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2006, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tistabbilixxi strateġija operazzjonali u teknika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. Hija għandha tippromwovi u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fl-Istati Membri kollha.

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi strateġija operattiva u teknika għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, mgħammra b'objettivi ċari u għanijiet li jistgħu jitkejlu għat-titjib tas-sigurtà u tal-ġestjoni tal-fruntieri u li jqisu, meta ġustifikat, is-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri, partikolarment il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Tali strateġija għandha tkun aġġornata perjodikament ħalli tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-post. Hija għandha tippromwovi u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fl-Istati Membri kollha.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  twettiq u koordinament tal-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar u sostenn favur l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-inizjattivi li jwettqu operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(b)  analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, b'enfasi partikolari fuq pajjiżi ġirien u dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu għall-immigrazzjoni irregolari;

(d)  kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, b'enfasi partikolari fuq pajjiżi ġirien u dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu għall-immigrazzjoni irregolari, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mas-SEAE u mal-Istati Membri;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Dawk l-Istati Membri li l-fruntieri tagħhom jikkostitwixxu l-fruntieri esterni għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operattiva msemmija fl-Artikolu 3(2), u f'kooperazzjoni stretta mal-Aġenzija.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u l-Kosta għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz tat-tisħiħ, il-valutazzjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, u fir-ritorn. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tat-taqsima tagħhom tal-fruntieri esterni, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz tat-tisħiħ, il-valutazzjoni u l-koordinament tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, u min-naħa tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tat-taqsima tagħhom tal-fruntieri esterni, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntieri interni, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operattiva msemmija fl-Artikolu 3(2), u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Fuq l-Istati Membri tinkombi r-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni internazzjonali, tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti u għall-azzjonijiet fil-qasam tal-eżekuzzjoni tal-liġi meħudin fil-kuntest tal-operazzjonijiet konġunti koordinati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għaldaqstant anki għar-rispett tad-drittijiet fundamentali matul tali attivitajiet. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta hija responsabbli wkoll, inkwantu l-koordinatur, għall-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet fl-ambitu tal-mandat tagħha u għandha tagħti rendikont sħiħ fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija, mal-Kunsill u mal-partijiet interessati rilevanti, għandha tkompli tanalizza d-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu li jingħata rendikont u mar-responsabbiltà u tirrimedja kwalunkwe lakuna potenzjali jew reali marbuta mal-attivitajiet tal-Aġenzija.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea koerenti tal-fruntieri esterni kollha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tirrendi iktar effettiv l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b'mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 562/2006.

1.  Biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea koerenti tal-fruntieri esterni kollha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tirrendi iktar effikaċi l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 2016/399.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fid-dawl li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll tal-fruntieri u r-ritorn, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

1.  Bil-għan li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll tal-fruntieri u l-applikazzjoni uniformi tal-istandards internazzjonali għar-ritorn, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jitwaqqaf ċentru ta' monitoraġġ u tal-analiżi tar-riskju bil-kapaċità li jimmonitorja l-flussi migratorji u biex iwettaq analiżi tar-riskju rigward l-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

(a)  twettaq monitoraġġ tal-flussi migratorji u analiżi tar-riskju rigward l-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri billi tirrikorri għar-riżorsi disponibbli bħaċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  titwettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

(b)  titwettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fuq bażi perjodika, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-Istati Membri li jaffaċċjaw theddid u pressjonijiet fil-fruntieri esterni tagħhom;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar;

(c)  tforni sostenn lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operattiva fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tistabbilixxi pula ta' tagħmir tekniku li jiġi skjerat f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn;

(f)  tistabbilixxi pula ta' tagħmir tekniku li jiġi skjerat f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, u fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  tappoġġja l-iżvilupp ta' standards tekniċi għat-tagħmir, speċjalment għall-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni fil-livell tattiku kif ukoll is-sorveljanza teknika li tiżgura l-interoperabbiltà fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)  tappoġġja l-iżvilupp ta' standards tekniċi komuni għat-tagħmir, speċjalment għall-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni fil-livell tattiku kif ukoll is-sorveljanza teknika li tiżgura l-interoperabbiltà fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata bħal sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament;

(n)  twettaq monitoraġġ u tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata bħal sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q)  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet b'diversi għanijiet;

(q)  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta billi jipprovdu servizzi, informazzjoni u, meta jkun neċessarju, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet b'diversi għanijiet;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)  tassisti lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali bejniethom fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn.

(r)  tassisti u tforni sostenn lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tal-ġestjoni tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ra (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra)  tadotta u tippromwovi l-ogħla standards għall-prattiki tal-ġestjoni tal-fruntieri, sabiex ikun hemm trasparenza u skrutinju pubbliku u jiġi żgurat ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż operazzjonijiet militari fuq missjoni ta' infurzar tal-liġi u fil-qasam tar-ritorn, fejn tali kooperazzjoni hija kompatibbli mal-azzjoni tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew li jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operattiv ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż operazzjonijiet militari fuq missjoni ta' infurzar tal-liġi u fil-qasam tar-ritorn, fejn tali kooperazzjoni ma tmurx kontra l-azzjoni tal-Aġenzija u, meta jkun il-każ, tal-missjonijiet tal-PSDK u tan-NATO. L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew li jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi ċentru ta' monitoraġġ u ta' analiżi tar-riskju bil-kapaċità li jimmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u l-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi ċentru ta' monitoraġġ u ta' analiżi tar-riskju bil-kapaċità li jimmonitorja l-flussi migratorji. Għandha tiżgura li r-riżorsi kollha tal-Unjoni diġà disponibbli (intelligence, analiżijiet tar-riskju, satellita, eċċ.) jintużaw b'mod sħiħ u komprensiv. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-Board Maniġerjali, tiżviluppa mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u l-Istati Membri.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-analiżi tar-riskju mħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, b'mod partikolari l-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, movimenti sekondarji irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, kif ukoll is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi ġirien bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel li janalizza l-flussi migratorji lejn l-Unjoni.

3.  L-analiżi tar-riskju mħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, b'mod partikolari l-kontroll tal-fruntieri, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, ir-ritorn, movimenti sekondarji irregolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, kif ukoll is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi ġirien u fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu għall-migrazzjoni irregolari bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel li janalizza l-flussi migratorji lejn l-Unjoni kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a  L-Aġenzija għandha tippubblika l-metodoloġija u l-kriterji tagħha għall-analiżi tar-riskju.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jirrapportaw regolarment għand id-Direttur Eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera esterna u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b'mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni;

(e)  jirrapportaw regolarment għand id-Direttur Eżekuttiv u l-kap tal-awtorità nazzjonali rilevanti dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera esterna u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b'mod effikaċi s-sitwazzjoni;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollu aċċess illimitat għaċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni u l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(a)  ikollu aċċess għaċ-ċentru nazzjonali ta' koordinament u l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu sottomessi lill-Bord ta' Superviżjoni, li għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

4.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista' jifformula osservazzjonijiet dwar il-valutazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jsejjes il-miżuri li għandhom jiġu rakkomandati lill-Istati Membri kkonċernati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, l-osservazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tiskambja l-informazzjoni dwar il-flussi migratorji mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mal-inizjattivi li jwettqu operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bidu ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri esterni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-għanijiet ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera jistgħu jinkisbu bħala parti minn operazzjoni b'diversi għanijiet li tista' tinvolvi s-salvataġġ ta' persuni fil-periklu fuq il-baħar jew funzjonijiet oħra ta' gwardja tal-kosta, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-migranti jew it-traffikar tal-bnedmin, operazzjonijiet ta' kontroll ta' traffikar tad-droga, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, id-debriefing u r-ritorn.

5.  L-għanijiet ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera jistgħu jinkisbu bħala parti minn operazzjoni b'diversi għanijiet li tista' tinvolvi s-salvataġġ ta' persuni fil-periklu fuq il-baħar jew funzjonijiet oħra ta' gwardja tal-kosta, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-migranti jew it-traffikar tal-bnedmin, operazzjonijiet ta' kontroll ta' traffikar tad-droga, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, id-debriefing u r-ritorn. Kwalunkwe operazzjoni li tinvolvi l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta għandha titwettaq b'tali mod li, f'kull ċirkostanza, tiżgura s-sikurezza tal-persuni interċettati jew salvati, is-sikurezza tal-unitajiet parteċipanti jew dik ta' terzi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi tħejjija għal operazzjoni konġunta d-Direttur Eżekuttiv, b'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, għandu jfassal lista ta' tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġ filwaqt li jikkunsidra r-riżorsi disponibbli tal-Istat Membru ospitanti. Abbażi ta' dawn l-elementi, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi pakkett ta' tisħiħ operazzjonali u tekniku kif ukoll tal-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità li għandhom jiġu inklużi fil-pjan operazzjonali.

1.  Bi tħejjija għal operazzjoni konġunta d-Direttur Eżekuttiv, b'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti jew mal-pajjiż terz, għandu jfassal lista ta' tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġ filwaqt li jikkunsidra r-riżorsi disponibbli tal-Istat Membru ospitanti. Abbażi ta' dawn l-elementi, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi pakkett ta' tisħiħ operattiv u tekniku kif ukoll tal-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità li għandhom jiġu inklużi fil-pjan operattiv.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  dispożizzjonijiet ta' kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mal-membri tat-timijiet u l-Aġenzija, b'mod partikolari l-ismijiet u l-gradi ta' dawk il-gwardji tal-fruntiera li għandhom il-kmand waqt il-perjodu tal-iskjerament, u post il-membri tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

(f)  dispożizzjonijiet ta' kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mal-membri tat-timijiet u l-Aġenzija, b'mod partikolari l-ismijiet u l-gradi ta' dawk il-gwardji tal-fruntiera u tal-kosta li għandhom il-kmand waqt il-perjodu tal-iskjerament, u post il-membri tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  dwar operazzjonijiet fuq il-baħar, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti fiż-żona ġeografika fejn issir l-operazzjoni konġunta, inklużi referenzi għad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-interċettazzjoni, is-salvataġġ fuq il-baħar u l-iżbark. F'dan ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42;

(j)  dwar operazzjonijiet fuq il-baħar, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti fiż-żona ġeografika fejn issir l-operazzjoni konġunta, inklużi referenzi għad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-interċettazzjoni, it-tiftix, is-salvataġġ fuq il-baħar u l-iżbark. F'dan ir-rigward il-pjan operattiv li jiddefinixxi r-rwol tal-Aġenzija fl-attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ għandu jiġi stabbilit skont id-dritt internazzjonali kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42;

__________________

__________________

42 Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).

42 Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(k)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali f'sinerġija stretta mal-Kummissjoni u mas-SEAE; Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat fuq bażi perjodika dwar din il-kooperazzjoni;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn.

(c)  assistenza teknika u operattiva fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, tal-proċess ġust u tal-prinċipju tan-non-refoulement.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti l-oħra u taħt il-koordinament tal-Kummissjoni, għandha tiżgura l-konformità ta' dawn l-attivitajiet mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u d-drittijiet fundamentali. Dan jinkludi l-għoti ta' kenn, kundizzjonijiet iġjeniċi u faċilitajiet li jirrispettaw il-bżonnijiet ibbażati fuq il-ġeneru u tat-tfal f'żoni hotspot.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-pula ta' riżerva rapida għandha tkun korp permanenti għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija u li jista' jiġi skjerat minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jagħmel disponibbli għall-Aġenzija numru ta' gwardji tal-fruntiera proporzjonat għal mill-inqas 3% tal-persunal tal-Istati Membri mingħajr fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u 2% tal-persunal tal-Istati Membri bi fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u li għandu jkun ta' mill-inqas 1 500 gwardja tal-fruntiera, li jikkorrispondu għall-profili identifikati mid-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali.

5.  Il-pula ta' riżerva rapida għandha tkun korp permanenti għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija u li jista' jiġi skjerat minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta l-pjan operattiv jiġi miftiehem bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jagħmel disponibbli għall-Aġenzija numru ta' gwardji tal-fruntiera proporzjonat għal mill-inqas 3 % tal-persunal tal-Istati Membri mingħajr fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u 2 % tal-persunal tal-Istati Membri bi fruntieri esterni fuq l-art jew tal-baħar u li għandu jkun ta' mill-inqas 1 500 gwardja tal-fruntiera, li jikkorrispondu għall-profili identifikati mid-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali. L-Aġenzija għandha tislet mill-għarfien espert tal-Unjoni żviluppat bis-saħħa tal-missjonijiet komuni ta' sigurtà u ta' difiża kif ukoll mill-objettivi primarji.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u l-Kosta bi gwardji tal-fruntiera kompetenti sekondati mal-Aġenzija mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali. Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta' wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali ta' kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għal sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jseħħu lura lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati.

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għat-Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta bi gwardji tal-fruntiera kompetenti sekondati mal-Aġenzija mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali. Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tagħhom tal-fruntiera għas-sena ta' wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali ta' kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lill-gwardji tal-fruntiera disponibbli għal sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa gravement it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jseħħu lura lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera li jkunu ġew issekondati. Bil-għan li twieġeb għall-eventwali skarsezzi, l-Aġenzija tista' timpjega persunal fuq bażi temporanzja bil-kompitu li jaqdu funzjonijiet ta' kontroll tal-fruntieri konformement mal-mandat tagħha.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali sekondar jista' jkun għal 12-il xahar jew iktar iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun inqas minn tliet xhur. Il-gwardji tal-fruntiera sekondati għandhom jiġu kunsidrati bħala membri tat-timijiet u għandu jkollhom il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun sekonda l-gwardji tal-fruntiera għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta' oriġini.

Is-sekondar jista' jkun għal 12-il xahar jew iktar iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun inqas minn tliet xhur. Il-gwardji tal-fruntiera sekondati għandhom jiġu kunsidrati bħala membri tat-timijiet u għandu jkollhom il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun sekonda l-gwardji tal-fruntiera għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta' oriġini.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jikkoordina fil-livell tekniku u operazzjonali l-attivitajiet ta' ritorn tal-Istati Membri, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet interessati rilevanti oħra;

(a)  jikkoordina fil-livell tekniku u operattiv l-attivitajiet ta' ritorn tal-Istati Membri, inklużi r-ritorni volontarji, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet interessati rilevanti oħra;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jikkoopera mal-pajjiżi terzi sabiex jiffaċilita l-attivitajiet ta' ritorn tal-Istati Membri;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għajnuna dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw li dawn il-persuni jaħarbu.

(d)  għajnuna dwar il-miżuri li huma leġittimi, proporzjonati u meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw li dawn il-persuni jaħarbu kif ukoll parir dwar alternattivi għad-detenzjoni għal immigrazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u mad-dritt internazzjonali.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Uffiċċju tar-Ritorn għandu l-għan li joħloq sinerġiji u jikkonnessjan-netwerks u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u n-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni43.

3.  L-Uffiċċju tar-Ritorn għandu l-għan li joħloq sinerġiji u jikkollega n-netwerks u l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u n-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni43 kif ukoll mal-organizzazzjonijiet l-oħra u mal-Istati Membri kkonċernati.

__________________

__________________

43 ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7.

43 ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Aġenzija ma għandhiex tikkoordina, torganizza jew tipproponi operazzjonijiet ta' ritorn lejn l-ebda pajjiż terz meta jkunu ġew identifikati riskji ta' ksur tad-drittijiet fundamentali jew nuqqasijiet serji fid-drittijiet u fil-proċeduri ċivili u kriminali rilevanti permezz ta' analiżi tar-riskji, jew ġew stabbilit f'rapporti mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, minn aġenziji tal-UE, minn korpi tad-drittijiet tal-bniedem, minn organizzazzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement. Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali.

1.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tirrispetta u tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju ta' non-refoulement. Għal dan l-għan, l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, għandha tfassal u tiżviluppa u timplimenta ulterjorment Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali, inklużi mekkaniżmi effikaċi kemm għall-iżgurar tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi debitament infurmat b'din l-Istrateġija tad-Drittijiet Fundamentali;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi,sfurzata tidħol, imwassla jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata lill-awtoritajiet ta' pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta' espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta' dak il-prinċipju.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi, furzata tidħol, imwassla jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata lill-awtoritajiet ta' pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta' espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta' dak il-prinċipju.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta għandha, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

3.  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha, fit-twettiq tal-kompiti tagħha, tqis il-ħtiġijiet speċjali tal-minuri, speċjalment jekk mhux akkumpanjati, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-Forum Konsultattiv u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

4.  Fit-twettiq tal-kompiti kollha tagħha, inklużi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri ta' mekkaniżmu effikaċi għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tiggarantixxi li jingħata segwitu adegwat lir-rapporti tal-Forum Konsultattiv u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Forum Konsultattiv u lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar jekk u kif tkun biddlet l-approċċ tagħha bħala tweġiba għar-rapporti u għar-rakkomandazzjonijiet ta' dawn il-korpi, u tinkludi d-dettalji fir-rapport annwali tagħha.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn biex ikunu parti mill-puli msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn biex ikunu parti mill-puli msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, taħriġ rilevanti fid-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, li jippermettilhom ukoll jidentifikaw eventwali ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jipproċessawhom kif xieraq.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn dak id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista' jitlob lill-Istat Membru ta' oriġini sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta' oriġini.

2.  Fejn dak id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Aġenzija għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza ġurisdizzjonali f'tilwim relatat mal-kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, it-trasferiment ta' dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment 'il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jew partijiet terzi ta' dejta personali pproċessata fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47, it-trasferiment ta' data personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment 'il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali jew lill-partijiet terzi ta' data personali pproċessata fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Eurojust, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll aġenziji, korpi, uffiċċji oħrajn tal-Unjoni fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bil-għan li jiġu evitati u miġġielda l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera inkluż l-iffaċilitar tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu.

L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Parlament Ewropew, mal-Kummissjoni u ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Eurojust, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll aġenziji, korpi, uffiċċji oħrajn tal-Unjoni fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bil-għan li jiġu evitati u miġġielda l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera inkluż l-iffaċilitar tal-immigrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  bini tal-kapaċità billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattika, kif ukoll billi jiġi appoġġjat it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, bil-ħsieb li jissaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta;

(c)  bini tal-kapaċità billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattika, kif ukoll billi jiġi appoġġjat it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, bil-ħsieb li jissaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta, il-kapaċità operattiva tat-tiftix u s-salvataġġ u l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem, mal-obbligi u mal-impenji tal-migrazzjoni u tal-asil.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet mhux governattivi

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw man-normi u l-istandards li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

1.  Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u speċjalment tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-politika ta' żvilupp, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw man-normi u l-istandards li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni li jinvolvu Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz li jkun ġar ta' mill-inqas wieħed minn dawk l-Istati Membri, soġġett għall-ftehim ma' dak il-pajjiż terz ġar, inkluż fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar tali attivitajiet.

3.  F'ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operattiva, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni li jinvolvu Stat Membru wieħed jew iktar u pajjiż terz li jkun ġar ta' mill-inqas wieħed minn dawk l-Istati Membri, fir-rispett sħiħ tad-dritt fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, soġġett għall-ftehim ma' dak il-pajjiż terz ġar, inkluż fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta' pajjiż terz għandha tkun fuq bażi volontarja. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, is-SEAE, Eurojust u Europol għandhom ikunu infurmati dwar tali attivitajiet.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Ftehim dwar status għandu jiġi konkluż mill-UE mal-pajjiż terz għall-użu tal-membri tat-timijiet f'operazzjonijiet konġunti fejn il-membri tat-Tim se jeżerċitaw poteri eżekuttivi, jew f'azzjonijiet oħra meta jkun meħtieġ. Dan il-ftehim għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq ta' azzjonijiet, b'mod partikolari tad-deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali, il-kompiti u l-poteri tal-membri tat-timijiet. Il-ftehim għandu jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul l-operazzjonijiet.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-Kummissjoni għandha tfassal mudell ta' ftehim dwar status għal azzjonijiet fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 13, l-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 27, l-interventi ta' ritorn msemmija fl-Artikolu 32 u t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 35, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali ta' dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawn l-osservaturi tista' sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati dwar l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 13, 27 u 35 u biss bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u 32. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

5.  L-Aġenzija tista' wkoll, bi ftehim mal-Istati Membri konċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 13, l-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 27, l-interventi ta' ritorn msemmija fl-Artikolu 32 u t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 35, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali ta' dawn l-attivitajiet jew is-sigurtà tal-persuni li jiġu ritornati. Il-parteċipazzjoni ta' dawn l-osservaturi tista' sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati dwar l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 13, 27 u 35 u biss bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u 32. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8 a.  Qabel ma jkun konkluż kwalunkwe ftehim imsemmi f'dan l-artikolu, il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonformaw ma' dan ir-Regolament kif ukoll mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak internazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-protezzjoni internazzjonali, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, partikolarment il-prinċipju tan-non-refoulement u d-dritt għal rimedju effettiv, u mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-data f'dan ir-Regolament. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni minn firxa wiesgħa ta' sorsi, li jinkludu l-Istati Membri, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u NGOs rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

9.  L-Aġenzija għandha tippubblika l-ftehimiet u l-arranġamenti tax-xogħol tagħha mal-pajjiżi terzi fis-sit web tagħha. L-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew tal-anqas kull tliet xhur dwar il-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi terzi. Valutazzjoni dettaljata tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, inkluża informazzjoni dettaljata dwar il-konformità mad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni internazzjonali, għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-Aġenzija.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tiskjera l-uffiċjali ta' kollegament tagħha, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, f'pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/200449.

1.  L-Aġenzija tista' tiskjera l-uffiċjali ta' kollegament tagħha, li għandhom igawdu mill-aħjar protezzjoni possibbli biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, f'pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni u tal-esperti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tikkoordina u tiżgura l-funzjonament korrett tan-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/200449.

__________________

__________________

49 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

49 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Maniġerjali jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv ta' daqs żgħir magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u tliet membri tal-Bord Maniġerjali, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali u meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord Maniġerjali.

6.  Il-Bord Maniġerjali jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv ta' daqs żgħir magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u tliet membri tal-Bord Maniġerjali kif ukoll bħala rappreżentant tal-Istat Membru li jitlob l-assistenza, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali u meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord Maniġerjali.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt tal-vot. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Maniġerjali kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. It-tul tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, kollha bi dritt tal-vot. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Maniġerjali kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar tnejn mill-Membri tiegħu, li tal-anqas wieħed minnhom ikun Membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu. It-tul tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tipproponi kandidati għall-kariga ta' Direttur Eżekuttiv u Deputat Direttur Eżekuttiv fuq bażi ta' lista wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq.

1.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandha tipproponi kandidati għall-kariga ta' Direttur Eżekuttiv u Deputat Direttur Eżekuttiv fuq bażi ta' lista wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' livell għoli, kif ukoll tal-esperjenza professjonali għolja fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt tal-vot.

2.  Qabel ma jinħatar mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-mertu u l-kapaċitajiet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' livell għoli, kif ukoll tal-esperjenza professjonali għolja fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinstema' mill-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt tal-vot.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-drittijiet tiegħu jew tagħha bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u għandu/għandha jirrapporta/tirapporta direttament lill-Bord Maniġerjali u jikkoopera/tikkoopera mal-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

2.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu bħala Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u għandu jirrapporta direttament lill-Bord Maniġerjali, u lill-Parlament Ewropew u jikkoopera mal-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu skambji ta' fehmiet fuq bażi perjodika mal-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrapporta dwar l-ilmenti u s-segwitu li jkun ingħatalhom.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 5 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar ir-riżultati u s-segwitu li l-Aġenzija tat lil ilment.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali dwar is-sejbiet u s-segwitu għall-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri

7.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord Maniġerjali dwar il-konklużjonijiet rigward l-ilmenti meqjusin eleġibbli. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Bord Maniġerjali għandhom imbagħad jirrapportaw dwar is-segwitu li jkun ingħata lill-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Rapport dwar ilmenti riċevuti, it-tipi ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali, l-attivitajiet tal-Aġenzija kkonċernata, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikkonċernat u s-segwitu għandhom ikunu inklużi f'dan ir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-formola tal-ilmenti standardizzata tkun disponibbli fil-lingwi l-iktar komuni u li din għandha ssir disponibbli fis-sit web tal-Aġenzija u f'kopja stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali anke meta ma jingħatawx fil-formola tal-ilment standardizzata.

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-formola tal-ilmenti standardizzata u l-formola ta' informazzjoni jkunu disponibbli fil-lingwi l-iktar komuni u f'dawk li min ifittex asil u l-migranti jifhmu jew li jkun raġonevolment preżunt li jifhmu u li din għandha ssir disponibbli fis-sit web tal-Aġenzija u f'kopja stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali anke meta ma jingħatawx fil-formola tal-ilment standardizz