Proċedura : 2015/0306(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0201/2016

Testi mressqa :

A8-0201/2016

Dibattiti :

PV 14/09/2016 - 15
CRE 14/09/2016 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2016 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0352

RAPPORT     ***I
PDF 820kWORD 385k
6.6.2016
PE 578.713v02-00 A8-0201/2016

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment

(COM(2015)0668 – C80405/2015 – 2015/0306(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jussi Halla-aho

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment

(COM(2015)0668 – C80405/2015 – 2015/0306(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0668),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0405/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0201/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul, soġġorn jew residenza fl-Istati Membri, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE 9, huwa parti essenzjali mill-isforzi komprensivi sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u t-tħaddim tajjeb tal-politiki dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u sabiex titnaqqas u tiġi skoraġġixxuta l-migrazzjoni irregolari.

(1)  Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jidħlu jew joqogħdu fit-territorju tal-Unjoni, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, huwa parti essenzjali mill-isforzi komprensivi sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u t-tħaddim tajjeb u effikaċi tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u sabiex titnaqqas u tiġi skoraġġuta l-migrazzjoni irregolari.

___________________

___________________

9. Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

9 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Dan ir-Regolament għandu jieħu kont tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951 u l-Protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati tal-31 ta’ Jannar 1967, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989, u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-"aħjar interessi tat-tfal" għandha tkun konsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jimplimentaw din id-Direttiva.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Huwa essenzjali li jitqiesu l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tas-16 ta’ Diċembru 1966, u l-protokolli tagħhom.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Huwa essenzjali li titqies il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus ta’ Persuni Apolidi tat-28 ta’ Settembru 1954.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Huwa essenzjali li titqies il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri jesperjenzaw diffikultajiet biex jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment u li ma għandhom ebdadokument tal-ivvjaġġar validu .

(2)  Peress li xi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu irregolarment fit-territorju tal-Unjoni ma għandhomx dokumenti tal-ivvjaġġar validi, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri jesperjenzaw diffikultajiet serji biex jirritornawhom b’mod leċitu u sikur lejn il-pajjiż ta’ ritorn tagħhom.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Minkejja l-fatt li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 19941a ipprevediet dokument ta’ vjaġġar standard, in-nuqqas kontinwu ta’ dokument tal-ivvjaġġar armonizzat għar-ritorn madwar l-Unjoni ġie identifikat bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għar-rata baxxa ta’ rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn fil-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u tad-dokument b’mod ġenerali minn pajjiżi terzi. Dawn ir-rati baxxi ta’ rikonoxximent huma dovuti wkoll ħafna drabi għad-diversi formati u standards eżistenti u karatteristiċi ta’ sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar eżistenti għar-ritorn.

 

_________________

 

1aIr-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar l-adozzjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar standard għall-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 274, 19.6.1996, p. 18).

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  It-titjib fil-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u l-ammissjoni mill-ġdid mal-pajjiżi prinċipali ta’ oriġini u ta' tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment hija essenzjali biex jiżdiedu r-rati ta’ ritorn, li mhumiex sodisfaċenti.

(3)  It-titjib fil-kooperazzjoni, inkluża l-kooperazzjoni msaħħa, dwar ir-ritorn u l-ammissjoni mill-ġdid mal-pajjiżi prinċipali ta’ oriġini u ta’ tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin b’mod irregolari fit-territorju tal-Unjoni hija essenzjali biex jiżdiedu r-rati ta’ ritorn, li mhumiex sodisfaċenti. Dan jinkludi t-titjib ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Id-dokument tal-ivvjaġġar standard attwali għall-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, stabbilit bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 19941, mhuwiex aċċettat b’mod wiesa’ mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, għal raġunijiet li jinkludi standards ta’ sigurtà inadegwati.

(4)  Id-dokument tal-ivvjaġġar standard attwali għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, stabbilit bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 19941, mhuwiex aċċettat b’mod wiesa’ mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, għal raġunijiet varji li jinkludu n-nuqqas ta’ standards ta’ sikurezza armonizzati u adegwati u n-nuqqas ta’ karatteristiċi tekniċi komuni inklużi s-salvagwardja kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni, kif ukoll id-diversi formati u rekwiżiti ta’ informazzjoni ta’ kull Stat Membru u n-numru ta’ lingwi li fihom il-formoli huma pprovduti.

____________________

____________________

1Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar l-adozzjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar standard għall-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 274, 19.6.1996, p. 18).

1Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar l-adozzjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar standard għall-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU C 274, 19.6.1996, p. 18).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Huwa għalhekk neċessarju li tiġi promossa l-aċċettazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laissez-passer tar-ritorn Ewropew imtejjeb bħala d-dokument ta’ riferiment għal finijiet ta’ ritorn.

(5)  Huwa għalhekk neċessarju li tiġi promossa l-aċċettazzjoni minn pajjiżi terzi ta' laissez-passer tar-ritorn Ewropew imtejjeb u armonizzat bħala d-dokument għal finijiet ta’ ritorn.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għandu jiġi stabbilit dokument tal-ivvjaġġar Ewropew aktar sikur għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jiġu ffaċilitati r-ritorn u r-riammissjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. Il-karatteristiċi ta’ sigurtà msaħħa tiegħu għandhom jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tiegħu minn pajjiżi terzi. It-tali dokument għandu jgħin fit-twettiq ta’ ritorni fil-kuntest ta' ftehimiet ta' riammissjoni jew arranġamenti oħra ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll fil-kuntest ta’ kooperazzjoni dwar ir-ritorn ma’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet formali.

(6)  Għandu jiġi stabbilit dokument tal-ivvjaġġar Ewropew aktar sikur u armonizzat għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi ħalli jgħin biex jiġu ffaċilitati r-ritorn u r-riammissjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin b’mod irregolari fit-territorju tal-Unjoni. Il-karatteristiċi ta’ sigurtà u tekniċi msaħħa tiegħu għandhom jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tiegħu minn pajjiżi terzi. It-tali dokument għandu jgħin fit-twettiq ta’ ritorni fil-kuntest ta' ftehimiet ta' riammissjoni, konklużi mill-Unjoni jew l-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi jew arranġamenti legali oħra konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll fil-kuntest ta’ kooperazzjoni dwar ir-ritorn ma’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet formali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Ir-riammissjoni ta’ ċittadini proprji hija obbligu skont id-dritt internazzjonali konswetudinarju li l-Istati kollha għandhom ikunu konformi miegħu. Fir-rigward tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), dan l-obbligu huwa previst ulterjorment fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 20001a li jimpenja lill-Istati parteċipanti kollha għar-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom mingħajr aktar formalitajiet.

 

___________________

 

1a ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  In-negozjati ta’ ftehimiet ġodda ta’ riammissjoni tal-Unjoni, li għandhom jieħdu preċedenza fuq il-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, jiggarantixxu implimentazzjoni aktar effettiva ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan il-qafas ta’ politika ta’ ritorn aktar koerenti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-ftehimiet ta’ riammissjoni konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi għandhom ifittxu r-rikonoxximenttad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn. L-Istati Membri għandhom ifittxur-rikonoxximent tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn fi ftehimiet bilaterali u arranġamenti oħra kif ukoll fil-kuntest ta’ kooperazzjoni dwar ir-ritorn ma’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet formali.

(7)  Il-ftehimiet ta’ riammissjoni konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi għandhom jinkludu fit-termini tagħhom id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn. L-Istati Membri għandhom jipprovaw jiksbu l-garanzija tar-rikonoxximent tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn fi ftehimiet bilaterali u arranġamenti legali oħra miftiehma ma’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet formali.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  F’każ fejn pajjiżi terzi li jidħlu fi ftehimiet ta’ riammissjoni, jew mal-Unjoni jew mal-Istati Membri, jirrifjutaw li jirrikonoxxu legalment id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, għandha tingħata spjegazzjoni formali għal dan ir-rifjut.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandu jnaqqas il-piż amministrattiv u burokratiku minn fuq l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, inkluż servizzi konsulari, u dan għandu jikkontribwixxi biex jitnaqqas it-tul tal-proċeduri amministrattivi neċessarji biex jiġi żgurat ir-ritorn u r-riammissjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment.

(8)  Id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandu jnaqqas il-piż amministrattiv u burokratiku minn fuq l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi, inkluż servizzi konsulari, u, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet fundamentali tal-persuni rimpatrijati, inkluż id-dritt għall-asil, il-protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni u d-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess ġust, dan għandu jikkontribwixxi biex jitnaqqas it-tul tal-proċeduri amministrattivi neċessarji biex jiġi żgurat ir-ritorn u r-riammissjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż b’mod irregolari.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta; għad-dritt għall-asil stabbilit fl-Artikolu 18 tal-Karta u għall-protezzjoni fil-każ ta' tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni stabbilit fl-Artikolu 19 tal-Karta.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament għandu jarmonizza l-format u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn u ma għandux jarmonizza r-regoli dwar il-ħruġ ta’ tali dokument.

(9)  Dan ir-Regolament għandu jarmonizza biss il-format, is-sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, partikolarment fir-rigward tas-salvagwardji kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni, u ma għandu jispeċifika la r-rekwiżiti ġuridiċi tar-regoli tal-armonizzazzjoni dwar il-ħruġ ta’ tali dokument u lanqas il-merti ta’ din l-armonizzazzjoni.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw l-użu sistematiku tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn sabiex ikun żgurat ir-ritorn effettiv tal-migranti li qegħdin joqogħdu irregolarment fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’rispett sħiħ għad-dritt tal-Unjoni. Sabiex titjieb l-effiċjenza tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, dan għandu jinħareġ mingħajr dewmien.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Approċċ komuni għall-format u r-rikonoxximent ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn huwa intiż biex iżid il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni b’mod globali, u l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jipprijoritizzaw ir-riammissjoni fil-kuntatti rilevanti kollha fuq livell politiku mal-pajjiżi ta’ oriġini ta’ migranti irregolari biex jiżguraw li dawk il-pajjiżi jaslilhom messaġġ konsistenti. Din il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini għandha tiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni tal-migranti irregolari u l-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni mar-rappreżentanti diplomatiċi tal-pajjiżi tal-oriġini hija kruċjali u għandha tingħata prijorità.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-proposta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandhom ikunu armonizzati sabiex jiġu żgurati l-ogħla standards tekniċi u ta’ sigurtà, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardji kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni. Id-dokument għandu jkollu fuqu karatteristiċi ta' sigurtà armonizzati li jintgħarfu. Standards tekniċi u ta’ sigurtà għolja diġà jeżistu u huma stabbiliti skont l-Artikolu 2 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/200211 , li għandu għalhekk jiġi applikat għad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

(11)  Il-proposta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandhom ikunu armonizzati sabiex jiġu żgurati l-ogħla standards tekniċi u ta’ sigurtà, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardji kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni. Id-dokument għandu jkollu fuqu karatteristiċi ta' sigurtà armonizzati li jintgħarfu. Ir-rekwiżiti li huma konformi mal-istandards tekniċi u ta’ sigurtà għolja diġà jeżistu u huma stabbiliti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/200211, u dawn għandhom għalhekk jiġu applikati għad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

_________________

_________________

11 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jirrediġu l-formula (ĠU L 3, 23.2.2002, p. 4).

11Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jirrediġu l-formula (ĠU L 3, 23.2.2002, p. 4).

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex jiffaċilitaw l-iskambji ta' informazzjoni bejniethom u mal-aġenziji tal-Unjoni responsabbli għall-politika ta’ migrazzjoni, l-Istati Membri għandhom sistematikament iżommu rekord tal-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar Ewropej maħsuba għar-ritorn.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tal-mudell għal dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, is-setgħa li jiġu adottati xi atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(12)  Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tal-mudell għal dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, u sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni għall-finijiet ta’ forniment ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-Unjoni, il-ħruġ ta’ dokumenti u t-tisħiħ ta’ kooperazzjoni konsulari ma’ pajjiżi terzi, is-setgħa li jiġu adottati xi atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, fost il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni responsabbli għall-politika ta’ migrazzjoni, u li dawk il-konsultazzjonijiet iseħħu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 20161a. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

 

___________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Rigward l-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE12.

(14)  Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

__________________

 

12 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

 

1a.Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

1bDirettiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda     24

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jeħtieġ li wieħed jipproċedi, fiż-żmien dovut, għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet kollha ta’ ritorn irrispettivament mill-qafas fejn dawn isiru.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni prevista fl-Artikolu 19 tal-Karta.

(23)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), b’mod partikolari d-dinjità tal-bniedem prevista fl-Artikolu 1 tal-Karta u l-protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni prevista fl-Artikolu 19 tal-Karta. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta u għad-dritt għall-asil kif stabbilit fl-Artikolu 18 tal-Karta.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-format u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-format komuni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ sigurtà ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew armonizzat għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fit-territorju tal-Unjoni irregolarment.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  "Ftehimiet ta' riammissjoni tal-Unjoni" tfisser ftehimiet li huma bbażati fuq obbligi reċiproċi u li huma konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi sabiex jiffaċilitaw ir-ritorn ta' persuni li qegħdin fit-territorju tal-Unjoni b'mod irregolari, skont l-Artikolu 79(3) tat-TFUE.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-format tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn jikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Anness. Dan ikun fih l-informazzjoni li ġejja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz:

1.  Il-format tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn jikkorrispondi mal-mudell stabbilit fl-Anness. Dan ikun fih l-informazzjoni li ġejja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun joqgħod fit-territorju tal-Unjoni b'mod irregolari:

(a)  l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, is-sess, iċ-ċittadinanza, il-marki distintivi u, jekk ikun magħruf, l-indirizz fil-pajjiż terz ta’ ritorn taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;

(a)  l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, is-sess, iċ-ċittadinanza, il-marki distintivi u, jekk ikun magħruf, l-indirizz fil-pajjiż terz ta’ ritorn taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;

(b)  ritratt;

(b)   ritratt tal-passaport;

(c)  l-awtorità li tkun ħarġitu, id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità.

(c)  l-awtorità li tkun ħarġitu, id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità.

2.  Id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandu jkun stabbilit fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ id-deċiżjoni ta’ ritorn u, fejn ikun xieraq, dan għandu jiġi tradott għall-Ingliż u l-Franċiż.

2.   Id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandu jkun stabbilit f’lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ id-deċiżjoni ta’ ritorn u għandu jiġi tradott għall-Ingliż u l-Franċiż u meta possibbli f'lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz ta' ritorn.

3.  Id-dokument ikun validu għal vjaġġ singolu lejn il-pajjiż terz ta’ ritorn.

3.  Id-dokument ikun validu għal vjaġġ singolu li jispiċċa meta l-persuna rimpatrijata tasal fil-pajjiż terz ta’ ritorn.

4.  Fejn ikun meħtieġ, dokumenti addizzjonali meħtieġa għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiġu mehmuża mad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

4.  Fejn ikun meħtieġ, disponibbli, rilevanti u għall-iskop li tkun iffaċilitata r-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkun joqgħod fit-territorju tal-Unjoni b'mod irregolari, dokumenti addizzjonali jistgħu jiġu mehmuża mad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn, dment li ma jkunux jipperikolaw il-ħajja privata, il-libertà jew il-proprjetà tal-persuna rimpatrijata u jirrispettaw is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F'każ ta' ritorni sfurzati, dikjarazzjoni ta' kundizzjoni fiżika tajba għall-ivvjaġġar, wara eżami mediku li jkun sar qabel ir-ritorn, għandha tiġi mehmuża mad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

5.  Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 6 sabiex temenda l-format tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

5.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 6 sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali fir-rigward tal-format tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn previst fl-Artikolu 3(1).

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-karatteristiċi ta’ sigurtà u speċifikazzjonijiet tekniċi għad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ikunu dawk stabbiliti b’applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002.

1.  Il-karatteristiċi ta’ sigurtà u speċifikazzjonijiet tekniċi għad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn għandhom jaġġornaw dawk diġà stabbiliti b’applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 sabiex jinkludu l-elementi diġitali li jistgħu jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tad-dokument maħruġ.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn Ewropea jinħareġ mingħajr ħlas għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

Id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn jinħareġ mingħajr ħlas għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fil-pajjiż b'mod irregolari.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Rieżami

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li jidħol fis-seħħ biex jiġi evalwat fid-dettall l-impatt tiegħu fuq l-infurzar effettiv ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, u jekk ikun meħtieġ li jiġu emendati xi karatteristiċi tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

 

2.  Dan ir-rieżami għandu jqis ir-ritorni li saru fil-qafas tal-ftehimiet ta' riammissjoni tal-Unjoni, tal-ftehimiet ta' riammissjoni bilaterali u ta' arranġamenti oħra konklużi ma' pajjiżi terzi, kif ukoll fil-qafas tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-ritorn ma' pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet formali.

 

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-rieżami, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni u bl-istatistika rilevanti kollha fir-rigward tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, ir-rata ta' rikonoxximent tad-dokumenti f'kull pajjiż terz, u n-numru ta' persuni li nħarġulhom aktar minn dokument tal-ivvjaġġar wieħed għar-ritorn.

 

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jekk ikun xieraq, flimkien ma' proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-ritorn ta’ dawk li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali fl-UE għandu jkun ta’ prijorità għall-Unjoni Ewropea. It-titjib fir-rata ta’ ritorni għal migranti irregolari huwa vitali għall-integrità tas-sistema tal-asil tal-UE, għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, u għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE. Sabiex tiġi stabbilizzata l-kriżi attwali tal-migranti, tittaffa l-pressjoni minn fuq l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE, u jiżdiedu l-kapaċità u r-riżorsi fl-UE, jeħtieġ li tiġi pprovduta soluzzjoni fit-tul.

L-UE ma tistax tkompli tkun kuntenta bir-rata attwali ta’ ritorn tagħha fost kategoriji ta’ persuni li qed ifittxu ażil miċħuda. Id-dokument tal-ivvjaġġar standard eżistenti tal-UE jeħtieġ tiġdid sinifikanti fil-format tiegħu u fl-implimentazzjoni tiegħu sabiex jiżdied ir-rikonoxximent tiegħu minn pajjiżi terzi u jkun effettiv. Bl-armonizzazzjoni tal-format tad-dokument tal-ivvjaġġar, l-Istati Membri se jnaqqsu l-burokrazija, il-varjazzjoni, l-ispejjeż, u l-perjodi ta’ stennija, u wieħed jittama li jiżdied ir-rikonoxximent tad-dokument minn pajjiżi terzi.

Sal-lum, ħafna pajjiżi terzi mhumiex lesti li jaċċettaw karti tar-ritorn li huma maħruġa minn Stati Membri tal-UE għaliex huma dokumenti ta’ kwalità ħażina. L-UE jeħtieġ li tiżgura standards tekniċi u ta’ sigurtà ogħla, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardji kontra l-falsifikazzjoni. Ir-Rapporteur għalhekk jipproponi l-istabbiliment ta’ standard tekniku għar-ritratt ipprovdut, tisħiħ tal-karatteristiċi globali tas-sigurtà tad-dokument tal-ivvjaġġar, u li tiġi pprovduta traduzzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kemm fil-lingwi tal-UE kif ukoll fil-lingwa tal-pajjiżi terzi rilevanti sabiex jitħaffef il-proċess.

Ir-Rapporteur jissuġġerixxi wkoll reviżjoni u analiżi regolari u bir-reqqa tal-kalkoli tad-dokument tal-ivvjaġġar; inkluża r-rata ta’ rikonoxximent tad-dokument tal-ivvjaġġar minn kull pajjiż terz, kif ukoll l-eżami ta’ titjib potenzjali li jeħtieġ li jsir. Dan il-proċess jeħtieġ li jsir b’mod regolari minħabba l-kriżi attwali tal-migranti tal-UE. L-istrumenti fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni ma jistgħux jitħallew ifallu għal snin sħaħ qabel jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħhom.

Huwa essenzjali li jiġi żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u ta’ individwi mniżżla bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment u li m’għandhom l-ebda dokument tal-ivvjaġġar sabiex jiżdied ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-asil madwar l-UE, u jiġi evitat iċ-ċaqliq sekondarju ta’ persuni li ma ngħatawx l-asil. Għalhekk, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn Stati Membri jiddaħħlu fis-sistema EURODAC u fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Ir-Rapporteur jinnota l-ħtieġa li jiġi promoss id-dokument tal-ivvjaġġar permezz tal-ħidma tal-aġenziji l-oħra tal-UE, l-attivitajiet tas-Servizz għall-Azzjoni Esterna, u kwalunkwe żvilupp futur tal-Aġenziji FRONTEX u EASO. Ir-Rapporteur jenfasizza li sabiex id-dokument tal-ivvjaġġar jiġi rikonoxxut b’mod wiesa’ u jkun aktar effettiv, huwa meħtieġ li dan id-dokument ikun parti minn tfittxija determinata mill-UE biex tikseb ftehimiet ta’ riammissjoni aktar b’saħħithom u aktar effettivi ma’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent tad-dokument għandu jkun rekwiżit ta’ kwalunkwe ftehim ta’ riammissjoni u kooperazzjoni futur tal-UE.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali

Referenzi

COM(2015)0668 – C8-0405/2015 – 2015/0306(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

1.2.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

1.2.2016

DEVE

1.2.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

1.2.2016

DEVE

4.2.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jussi Halla-aho

15.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2016

21.4.2016

30.5.2016

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Artis Pabriks, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Edouard Ferrand, Othmar Karas, Ilhan Kyuchyuk, Keith Taylor, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

6.6.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Ilhan Kyuchyuk, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Lieve Wierinck

ECR

Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Branislav Škripek

EFDD

Laura Ferrara, Kristina Winberg

PPE

Michał Boni, Reimer Böge, Carlos Coelho, Pál Csáky, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Othmar Karas, Artis Pabriks, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss

S&D

Hugues Bayet, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

9

-

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Martina Anderson, Malin Björk, Marie-Christine Vergiat

S&D

Soraya Post

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Keith Taylor, Bodil Valero

2

0

EFDD

Beatrix von Storch

ENF

Edouard Ferrand

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali