Proċedura : 2016/0059(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0209/2016

Testi mressqa :

A8-0209/2016

Dibattiti :

PV 22/06/2016 - 21
CRE 22/06/2016 - 21

Votazzjonijiet :

PV 23/06/2016 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0288

RAPPORT     *
PDF 703kWORD 99k
16.6.2016
PE 580.495v02-00 A8-0209/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali

(COM(2016)0106 – C8-0127/2016 – 2016/0059(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Jean-Marie Cavada

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali

(COM(2016)0106 – C8-0127/2016 – 2016/0059(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0106),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0127/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0209/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  'Stat Membru' tfisser Stat Membru li jipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi patrimonjali ta' koppji internazzjonali, permezz tad-Deċiżjoni 2016/.../UE, jew permezz ta' deċiżjoni adottata b'mod konformi mat-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' definizzjoni ġdida ta' Stat Membru għall-iskop ta' dan ir-Regolament hija importanti, sabiex jiġu koperti biss l-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Regolament dwar il-Proprjetà Matrimonjali, b'mod konformi mad-definizzjoni inkluża fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (Ruma III).


NOTA SPJEGATTIVA

I. Proċedura

Din il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali hija t-tieni fil-qasam. Wara l-istaġnar fin-negozjati bejn l-Istati Membri, peress li kwalunkwe ftehim li jikkonċerna d-dritt tal-familja għandu jkun unanimu , din il-proposta ġejja lura f'idejn il-Parlament fil-forma ta' kooperazzjoni msaħħa. Fir-rigward tal-aspetti proċedurali tal-kooperazzjoni msaħħa, il-qarrej huwa mistieden jikkonsulta r-rakkomandazzjoni speċifika dwar dan is-suġġett.

Teżisti proposta parallela għal din il-proposta, li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati. Il-proposta għal regolament tal-2016 mhijiex identika għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni tal-2011 – għall-kuntrarju, hija tinkorpora bosta emendi proposti mill-Parlament fl-2013 u għalhekk tirrifletti t-test li 23 Stat Membru kienu lesti li jagħtu l-kunsens għalih fi tmiem l-2015.

II. Il-kamp ta' applikazzjoni

Ir-Regolament se jkun għodda importanti ħafna għall-koppji internazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Huwa jkopri, fir-rigward tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli, kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet. Madankollu, il-portata tiegħu ma tkoprix, fost oħrajn, il-kwistjonijiet dwar il-kapaċità ġuridika tal-miżżewġin, l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' żwieġ, l-obbligu għall-manteniment u s-suċċessjoni tal-konjuġi deċedut. L-awtonomija tal-Istati Membri fil-qasam tad-dritt tal-familja hija b'hekk salvagwardjata. Ir-Regolament lanqas ma jaffettwa d-dritt sostantiv tal-Istati Membri dwar ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali. It-talbiet tal-Parlament għalhekk instemgħu.

III. Ġurisdizzjoni

Ir-regolament jistabbilixxi b'mod ċar liema qorti hija kompetenti biex tiddeċiedi fi proċeduri relatati mar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali. Meta rikors relatat mar-reġim tal-proprjetà matrimonjali huwa marbut mas-suċċessjoni ta' konjuġi deċedut, jew ma' divorzju, separazzjoni legali jew annullament ta' żwieġ, hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għal dawk l-oqsma li se jkollha l-ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali. F'każijiet oħra, ir-regolament jipprovdi lista ta' kriterji biex tiġi deċiża l-ġurisdizzjoni, filwaqt li jippermetti lill-koppji inkwistjoni l-fakultà li jagħżlu qorti oħra f'ċerti każijiet. Fil-każ li Stat Membru ma jirrikonoxxix iż-żwieġ inkwistjoni, il-qrati ta' dak l-Istat jingħataw id-diskrezzjoni li jgħaddu l-kawża lill-qrati ta' Stat Membru ieħor li jirrikonoxxi ż-żwieġ inkwistjoni.

IV. Liġi Applikabbli

Is-sezzjoni dwar il-liġi applikabbli hija ta' applikazzjoni universali, jiġifieri li hija tippermetti wkoll l-applikazzjoni tal-liġi ta' stat terz. Il-pass kbir 'il quddiem f'dan il-kuntest huwa l-prinċipju tal-unità tal-liġi applikabbli, jiġifieri li l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tapplika għall-proprjetà kollha fl-imsemmi reġim, indipendentement mill-post fejn tkun tinstab. Dan b'hekk iġib fit-tmiem il-frammentazzjoni (dépeçage) tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tal-koppja. Ir-regolament jippermetti l-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali, iżda din l-għażla hija ristretta mir-rekwiżit li trid tkun ċittadin jew resident abitwali tal-Istat li l-liġi tiegħu ntagħżlet. Fin-nuqqas ta' għażla, hemm kriterji li jippermettu d-determinazzjoni ċara tal-liġi applikabbli. Iddaħħlu l-kjarifiki mitluba preċedentement mill-Parlament.

V. Rikonoxximent, eżegwibbiltà u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet

Fl-oqsma tar-rikonoxximent, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, it-test attwali huwa fil-parti l-kbira tiegħu ispirat mill-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2013. B'hekk f'dawn l-oqsma dan jinkludi d-dispożizzjonijiet ferm preċiżi tar-Regolament Nru 650/2012 (dwar is-suċċessjonijiet transfruntieri). B'hekk, filwaqt li r-rikonoxximent huwa awtomatiku, deċiżjoni hija eżegwibbli biss wara li tinkiseb dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà fl-Istat Membru kkonċernat. Dan huwa dovut għan-natura sensittiva tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-liġi tal-familja, u jikkorrispondi wkoll għas-soluzzjoni fis-seħħ fil-każ tas-suċċessjonijiet transfruntieri. Madankollu, id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tista' tiġi rifjutata biss fi ftit każijiet speċifiċi ħafna, inkluż meta din tmur kontra l-ordni pubbliku.

VI. Atti awtentiċi u soluzzjonijiet bil-qorti

Ir-regolament jippermetti wkoll, taħt ċerti kundizzjonijiet, iċ-ċirkolazzjoni u l-eżegwibbiltà ta' atti awtentiċi, li kienet ħaġa li ntalbet mill-Parlament. Hemm dispożizzjonijiet simili li jikkonċernaw is-soluzzjoni bil-qorti.

VII. Informazzjoni tal-persuni kkonċernati

Fl-aħħar nett, ir-regolament jipprevedi l-ħolqien ta' mezzi ta' komunikazzjoni ta' informazzjoni ġuridika bażika meħtieġa lill-koppji internazzjonali.

VIII. Konklużjoni

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur iqis li din il-proposta għal regolament dwar ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali hija ċarament fl-interess tal-Unjoni u tal-koppji internazzjonali tagħha. Ir-regolament se jtemm bosta każijiet ta' konfużjoni u inċertezza tad-dritt. Il-proposta attwali, li hija t-tieni fil-qasam, inkludiet parti kbira mill-emendi proposti preċedentement mill-Parlament. Ir-rapporteur jipproponi għaldaqstant li l-Parlament jagħti opinjoni favorevoli dwar din il-proposta, mingħajr iktar emendi sostantivi f'dan l-istadju.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ reġimi tal-proprjetà matrimonjali

Referenzi

COM(2016)0106 – C8-0127/2016 – 2016/0059(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

30.3.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.4.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.4.2016

FEMM

11.4.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

14.4.2016

FEMM

19.4.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jean-Marie Cavada

15.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.4.2016

23.5.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

14.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Sylvia-Yvonne Kaufmann

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kazimierz Michał Ujazdowski

Data tat-tressiq

16.6.2016

Avviż legali