Proċedura : 2015/0313(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0215/2016

Testi mressqa :

A8-0215/2016

Dibattiti :

PV 05/07/2016 - 15
CRE 05/07/2016 - 15

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.6

Testi adottati :

P8_TA(2016)0306

RAPPORT     ***I
PDF 610kWORD 290k
21.6.2016
PE 580.572v03-00 A8-0215/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Michael Cramer

(Proċedura semplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0667),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li b'mod konformi magħhom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0404/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0215/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (24.5.2016)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Artis Pabriks

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1406/2002

Artikolu 2b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali billi:

(a)   Tinqasam l-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-dejta mingħand l-Istati Membri;

(b)  jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma, bħal ngħidu aħna s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

(b)  jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma;

(c)  jissawru l-kapaċitajiet billi jinħolqu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jinġabru l-aqwa prattiki u billi jingħata appoġġ lit-taħriġ u lill-iskambju tal-persunal ħalli jitjiebu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(c)  jissawru l-kapaċitajiet billi jinħolqu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jinġabru l-aqwa prattiki u billi jiġu pprovduti t-taħriġ u l-iskambju tal-persunal;

(ca)  jissaħħu l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu;

(d)  jinqasmu l-kapaċijiet, fosthom l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed u l-qsim tal-assi u kapaċijiet oħrajn fost is-setturi u bejn il-fruntieri.

(d)  jinqasmu l-kapaċijiet, fosthom l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed u l-qsim tal-assi u kapaċijiet oħrajn fost is-setturi u bejn il-fruntieri.

2.  Il-modalitajiet tal-koperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'arranġament tax-xogħol, skont ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-aġenziji.

2.  Il-modalitajiet tal-koperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd jistgħu jiġu stabbiliti f'arranġament tax-xogħol, skont il-mandati rispettivi tagħhom u r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-aġenziji.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta manwal prattiku, fl-għamla ta’ rakkomandazzjoni, fuq il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, li jkun fih linji gwidi, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-qsim tal-informazzjoni u għal koperazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Referenzi

COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

21.1.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.1.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Artis Pabriks

29.2.2016

Eżami fil-kumitat

29.2.2016

11.4.2016

24.5.2016

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Claude Moraes, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Angelika Mlinar, Artis Pabriks, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emil Radev, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miroslav Poche

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Referenzi

COM(2015)0667 – C8-0404/2015 – 2015/0313(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

21.1.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

21.1.2016

ENVI

21.1.2016

ITRE

21.1.2016

LIBE

21.1.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

3.2.2016

ENVI

21.1.2016

ITRE

28.1.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Michael Cramer

15.6.2016

Rapporteurs preċedenti

Marie-Christine Arnautu

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

15.6.2016

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

Data tat-tressiq

21.6.2016

Avviż legali