Proċedura : 2013/0321(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0216/2016

Testi mressqa :

A8-0216/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2016 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0339

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 607kWORD 107k
23.6.2016
PE 582.160v01-00 A8-0216/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(COM14381/2013 – C8-0120/2016 – 2013/0321(NLE))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Danuta Jazłowiecka

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea 2013/0321(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14381/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14381/2013),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (14382/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217, l-Artikolu 218(6), punt (a) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0120/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0216/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Ftehimiet Bilaterali - informazzjoni ta' sfond

Minħabba l-viċinanza ġeografika u kulturali tagħha, u speċjalment minħabba l-importanza politika u ekonomika tagħha, l-UE bit-28 Stat Membru tagħha hija l-aktar sieħba importanti tal-Iżvizzera. Komparattivament, permezz ta' firxa wiesgħa ta' ftehimiet, l-UE għandha rabtiet aktar mill-qrib mal-Iżvizzera milli ma' kwalunkwe pajjiż ieħor li mhuwiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Filwaqt li l-Iżvizzera hija r-4 l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE, wara l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja, l-UE hija l-akbar sieħba tal-Iżvizzera. Aktar minn 1 miljun ċittadin tal-UE jgħixu fl-Iżvizzera, u 230 000 oħra jaqsmu l-fruntiera kuljum biex imorru x-xogħol. Madwar 430 000 ċittadin Żvizzeru jgħixu fl-UE. Bid-dħul tar-Rumanija, tal-Bulgarija u tal-Kroazja fl-UE, is-suq intern kiber iktar u laħaq kważi 505 miljun persuna u sar saħansitra iktar importanti għas-sieħba Żvizzera tagħna.

B'segwitu tar-rifjut tal-Iżvizzera għall-adeżjoni tal-Ftehim ŻEE fl-1992 u peress huma reċiprokament konxji tal-importanza essenzjali ta' kooperazzjoni, ġiet innegozjata sensiela ta' ftehimiet bilaterali (l-hekk imsejħa Ftehimiet Bilaterali I). Dawn il-ftehimiet koprew il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport fit-toroq, it-trasport bl-ajru, l-agrikoltura, ir-riċerka, kif ukoll l-ostakoli tekniċi għan-negozju u l-kuntratti pubbliċi, u daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

Tieni pakkett ta' Ftehimiet (il-Ftehimiet Bilaterali II) ġie nnegozjat sa minn Ġunju 2002 u ffirmat fl-2004. Dan il-pakkett jinkludi disa' ftehimiet differenti li jikkonċernaw it-tassazzjoni tat-tfaddil, il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi, l-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera mal-acquis ta' Schengen, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fir-Regolamenti "Dublin" u "Eurodac", il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati, il-parteċipazzjoni Żvizzera fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u fin-netwerk Ewropew tal-Osservazzjoni għall-Informazzjoni fuq l-Ambjent (EIONET), il-kooperazzjoni statistika, il-parteċipazzjoni Żvizzera fil-programmi Media plus u Media training, u ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja għall-pensjonanti tal-istituzzjonijiet Komunitarji.

Fil-politika Ewropea tagħha, l-Iżvizzera dejjem immirat li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-UE, bi kważi 20 ftehim prinċipali u iktar minn 120 ftehim bilaterali stabbiliti u vvalidati minn nazzjon Żvizzeru permezz ta' seba' referenda mis-sena 2000.

II. Moviment liberu tal-persuni

Il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat taħt il-Ftehim Bilaterali I, ta liċ-ċittadini tal-partijiet kontraenti d-dritt li jidħlu, jgħixu u jaħdmu fit-territorji rispettivi billi abbolixxa reċiprokament il-parti l-kbira tar-restrizzjonijiet. Madankollu, sabiex jibbenefikaw b'mod sħiħ mid-drittijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ kuntratt ta' impjieg jew ta' servizz jew il-pussess ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti u ta' assigurazzjoni. L-objettiv ta' dan il-Ftehim kien li jiġu stabbiliti bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera regoli ekwivalenti għal dawk previsti fl-acquis communautaire, li jippermettu li wieħed jidħol, jirrisjedi, jaħdem, jistabbilixxi ruħu bħala impjegat għal rasu, jistudja, jintroduċu d-dritt għas-sigurtà soċjali u jippermettu l-istess kondizzjonijiet ta' għajxien, impjieg u xogħol bħal dawk li jingħataw liċ-ċittadini. Barra minn hekk, l-objettiv tal-Ftehim kien li jiffaċilita l-provvisti tas-servizzi fit-territorju tal-partijiet kontraenti.

Dan il-Ftehim kien soġġett għal ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji, li gradwalment ippermetta lill-UE u l-Iżvizzera kollha biex jibbenefikaw mill-moviment liberu.

Il-Ftehim Bilaterali I fih ukoll klawżola fundamentali ta' giljottina, li tiddikjara li, jekk kwalunkwe waħda mis-seba' trattati jridu jiġu tterminati, kull waħda mit-Trattati tintemm awtomatikament, kif ukoll klawżola ta' sospensjoni, li tipprovdi li l-Partijiet Kontraenti jintrabtu li ma jadottawx miżuri restrittivi ulterjuri fir-rigward taċ-ċittadini ta' xulxin fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim.

III. Il-Protokolli għall-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni

Il-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni, iffirmat fl-2000 taħt il-Ftehim Bilaterali I u li daħal fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju 2002, ġie ffirmat bejn l-Iżvizzera u l-UE-15. Il-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni huwa l-uniku wieħed li ma ġiex estiż awtomatikament għall-Istati Membri l-ġodda wara t-tkabbir tal-UE fl-1 ta' Mejju 2004. Għaldaqstant, il-Ftehim ġie emendat permezz ta' Protokoll u estiż għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija. L-ewwel Protokoll għal dan il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006. Kull wieħed mill-Protokolli segwa l-mudell tal-Ftehim mal-UE 15, u stabbilixxa rispettivament kwoti, arranġamenti għall-aċċess għas-suq tax-xogħol, restrizzjonijiet u klawżoli protettivi.

Skont l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007, il-Ftehim ġiet emendat għal darb'oħra, u daħal fis-seħħ fl-2009 bħala l-Protokoll II.

Bl-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-2013, ingħata bidu għall-Protokoll III. Madankollu, b'konsegwenza tar-Referendum "Kontra l-immigrazzjoni tal-massa" tad-9 ta' Frar 2014, dan ġie inizzjalment ibblukkat. Bħala reazzjoni, l-UE ssospendiet in-negozjati dwar diversi ftehimiet mal-Iżvizzera, inkluż il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni "Orizzont 2020" u l-programm ta' skambju tal-istudenti "Erasmus+". Madankollu, fl-4 ta' Marzu 2016, l-Iżvizzera u l-UE ffirmaw il-Protokoll III li jestendi l-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni għall-Kroazja.

Il-Protokoll III preżenti jeħtieġ, bi tqabbil ma' dawk preċedenti, l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

IV. Il-Protokoll preżenti

Huwa previst li għal perjodu ta' 7 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, l-Iżvizzera tista' tillimita l-aċċess ta' ċittadini Kroati fis-suq tax-xogħol (kwoti, prijorità lil ħaddiema lokali, il-kontroll tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-salarji). Matul l-aħħar sentejn ta' dan il-perjodu tranżitorju, ir-restrizzjonijiet iridu jiġu aċċettati mill-Kumitat Konġunt Żvizzera-UE.

F'dak li jirrigwarda r-restrizzjonijiet għas-suq tax-xogħol, l-Iżvizzera tista' żżomm limiti kwantitattivi fir-rigward tal-aċċess minn ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini tal-Kroazja għaż-żewġ kategoriji ta' residenza li ġejjin: a) residenza għal perjodu ta' aktar minn erba' xhur u inqas minn sena; b) residenza għal perjodu ugwali għal, jew aktar minn, sena.

Il-limiti kwantitattivi huma stipulati għal kull sena tal-perijodu ta' implimentazzjoni tal-Protokoll ta' seba' snin. Il-kwoti għal kull sena huma progressivi sabiex l-Iżvizzera tista' tiftaħ gradwalment, sena b'sena, is-suq tax-xogħol tagħha għall-ħaddiema Kroati.

Dispożizzjonijiet addizzjonali huma stabbiliti sabiex l-Iżvizzera u l-Kroazja jżommu l-kontrolli fuq il-prijorità tal-ħaddiema integrati fis-suq regolari tax-xogħol u fuq il-kondizzjonijiet tal-paga u tax-xogħol applikabbli għaċ-ċittadini tal-Parti Kontraenti l-oħra kkonċernata.

Il-Kroazja għandha tkun intitolata li tintroduċi l-istess limitazzjonijiet kwantitattivi għal ċittadini Żvizzeri għall-istess perjodi. Klawżola ta' salvagwardja finali importanti tindika li fi tmiem tal-perjodu ta' 7 snin tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandu jkollha l-opportunità għal tliet snin oħra, biex tattiva unilateralment il-klawżola ta' salvagwardja kontra ċittadini Kroati sabiex tillimita n-numru ta' permessi ta' residenza li jippermettulhom li jaħdmu. Dispożizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti għal dan l-għan.

Il-perjodu ta' tranżizzjoni totali bi klawżola ta' salvagwardja – jekk applikabbli – huwa għalhekk ta' 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

V. Votazzjoni pubblika fid-9 ta' Frar 2014 "Kontra l-immigrazzjoni tal-massa"

Fid-9 ta' Frar 2014, b'50.3 % tal-voti u l-maġġoranza tal-cantons, inizjattiva popolari ppreżentata mill-Grupp tal-Partit Popolari Żvizzeru, intitolata "Kontra l-immigrazzjoni tal-massa", ġiet adottata f'referendum min-nazzjon Żvizzeru. L-element prinċipali tal-inizjattiva kien l-introduzzjoni ta' Artikolu 121a ġdid fil-Kostituzzjoni Federali Żvizzera. L-elementi prinċipali ta' dan l-Artikolu kienu qed jiddikjaraw li l-Iżvizzera tirregola b'mod awtonomu l-immigrazzjoni, ir-restrizzjonijiet u l-kwoti fuq il-permessi ta' residenza bbażati fuq l-interessi ekonomiċi ġenerali tal-Iżvizzera, u li n-negozji huma obbligati li jagħtu prijorità liċ-ċittadini Żvizzeri meta jimpjegaw il-ħaddiema. Barra minn hekk, dak li huwa importanti ħafna għall-Ftehim UE-Żvizzera, l-inizjattiva "Kontra l-immigrazzjoni tal-massa" sostniet li l-ebda trattat jew ftehim internazzjonali ma jista' jikser l-artikolu ġdid li ġie introdott.

Fil-prattika, l-Artikolu 121a tal-Kostituzzjoni għandu l-għan li jpoġġi limiti fuq l-immigrazzjoni lejn l-Iżvizzera, jerġa' jintroduċi kwoti għall-barranin u jitlob għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni fi ħdan l-UE. Bl-adozzjoni tiegħu, il-Kunsill Federali għandu tliet snin biex jimplimenta miżuri sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jiġifieri sa Frar 2017. Madankollu għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 121a mhuwiex kompatibbli mal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni.

F'Lulju 2014, ittra li titlob ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni intbagħtet lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni. Rispons immedjat intbagħat mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-Sinjura Catherine Ashton, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, li ssottolinja li n-negozjar mill-ġdid tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, li jinkludi t-trattament ugwali, bil-għan li jiġu introdotti limiti kwantitattivi u kwoti, flimkien ma' preferenza għaċ-ċittadini Żvizzeri jkun f'kontradizzjoni fundamentali għall-Ftehim u li, konsegwentement, l-UE ma taqbilx ma' ebda reviżjoni f'dan ir-rigward.

B'kunsiderazzjoni tal-klawżola ta' giljottina u l-ħtieġa li jiġu rrispettati t-termini tal-Ftehim, issa qed isiru konsultazzjonijiet ma' rappreżentanti Żvizzeri biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, possibbilment abbażi ta' interpretazzjoni tal-Artikolu 14.2 tal-Ftehim, li jipprevedi li, f'każ ta' "diffikultajiet serji ekonomiċi u soċjali", il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina miżuri adatti sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

Jeħtieġ li fix-xhur li ġejjin tinstab soluzzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi tal-imsemmi referendum. B'kont meħud li d-deċiżjoni awtonoma tal-Iżvizzera tista' tikkawża t-terminazzjoni tal-Ftehim Bilaterali I, hija mbagħad ir-responsabilità tal-Konfederazzjoni Żvizzera biex tipproponi soluzzjoni aċċettabbli.

VI. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

L-Iżvizzera tibbenefika b'mod komparabbli għall-Istati Membri tal-UE mis-suq intern u mit-tkabbir tiegħu, li ripetutament kien iddikjarat mill-kontroparti Żvizzera(1) u enfasizzat fl-analiżi Żvizzera tal-konsegwenzi tat-terminazzjoni tal-Ftehimiet Bilaterali I(2). M'hemm l-ebda dubju, li kemm il-Kroazja kif ukoll l-Iżvizzera se jibbenefikaw mill-iffirmar ta' dan il-Protokoll III, li jieħdu vantaġġ politikament, ekonomikament u kulturalment minn suq intern akbar fejn il-moviment liberu huwa element kruċjali.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, ir-rapporteur tappoġġa l-Protokoll għal dan il-Ftehim u tirrakkomanda li jingħata l-kunsens.

(1)

L-Economiesuisse, li hija l-unjoni Żvizzera tal-kumpanniji, tiddefinixxi l-Ftehimiet bilaterali bħala "indispensabbli u inevitabbli", b'mod speċjali bl-aċċess għas-swieq tal-Istati Membri l-ġodda;

(2)

https://www.seco.admin.ch/seco/fr/home/Aussenwirtschaftspolitik_Wirtschaftliche_Zusammenarbeit/Wirtschaftsbeziehungen/Wirtschaftsbeziehungen_mit_der_EU/wirtschaftliche-bedeutung-der-bilateralen-i/volkswirtschaftliche-auswirkungen-eines-wegfalls-der-bilateralen.html


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Jan Keller, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Lynn Boylan, Sergio Gutiérrez Prieto, Dieter-Lebrecht Koch, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Tang


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

Green/EFA

PPE

 

S&D

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Morten Løkkegaard, Yana Toom, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc

Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin

Lynn Boylan, Neoklis Sylikiotis, Gabriele Zimmer

Terry Reintke, Tatjana Zdanoka

Georges Bach, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Dieter-Lebrecht Koch, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Jan Keller, Javi López, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Joachim Schuster, Paul Tang, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

2

-

ENF

NI

Dominique Martin

Lampros Fountoulis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali