Proċedura : 2016/0002(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0219/2016

Testi mressqa :

A8-0219/2016

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 17
CRE 11/03/2019 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0148

RAPPORT     ***I
PDF 849kWORD 448k
27.6.2016
PE 580.424v01-00 A8-0219/2016

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

(COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Timothy Kirkhope

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

(COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0007),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0012/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0219/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni flimkien ma' miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

(1)  L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni flimkien ma' miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u li tipprovdi sigurtà interna.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, dan il-qafas legali tal-ECRIS ma jkoprix b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għalkemm issa hu possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS, m'hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu mħaddem biex dan isir b'mod effiċjenti.

(4)  Madankollu, dan il-qafas legali eżistenti tal-ECRIS ma jindirizzax b'mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għalkemm diġà hu possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS, m'hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu Ewropew komuni mħaddem biex dan isir b'mod effiċjenti.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Tali talbiet ġenerali jimponu piż amministrattiv fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx informazzjoni fuq iċ-ċittadin ta' pajjiż terz partikolari. Fil-prattika, dan l-effett negattiv jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u jwassal lill-Istati Membri biex jillimitaw l-informazzjoni ta' rekords kriminali fuq informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom.

(6)  Tali talbiet ġenerali jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx informazzjoni fuq iċ-ċittadin ta' pajjiż terz partikolari. Fil-prattika, dan l-effett negattiv jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi mingħand Stati Membri oħra, li jxekkel serjament l-iskambju ta' tali informazzjoni bejn l-Istati Membri, u b'hekk tiġi limitata l-informazzjoni ta' rekords kriminali maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom. B'konsegwenza ta' dan, ir-riskju li l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jkun ineffiċjenti u mhux komplet jiżdied, u dan min-naħa tiegħu għandu effett fuq il-livell ta' sigurtà u sikurezza pprovduti liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-persuni li jirrisjedu fl-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-iskambju ta' informazzjoni fuq kundanni kriminali hu importanti f'kull strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. Dan jikkontribwixxi biex il-ġustizzja kriminali twieġeb għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jekk l-Istati Membri jużaw ECRIS bil-potenzjal kollu tagħha.

(7)  L-iskambju ta' informazzjoni fuq kundanni kriminali hu importanti f'kull strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu u biex tiġi żgurata s-sigurtà fl-Unjoni. Jekk l-Istati Membri jużaw l-ECRIS bil-potenzjal sħiħ tagħha, jingħata rinforz qawwi lir-rispons tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri għar-radikalizzazzjoni li twassal għal atti ta' terroriżmu u estremiżmu vjolenti, tiżdied il-protezzjoni offruta lil persuni vulnerabbli, u jingħata kontribut biex jiġu kkombattuti l-effetti persistenti u serji tan-netwerks ta' kriminalità organizzata transfruntiera.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-attakki terroristiċi reċenti wrew b'mod partikolari l-urġenza li jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, l-aktar fir-rigward tal-estensjoni ta' ECRIS għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

imħassar

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Bil-għan li tiżdied l-utilità ta' informazzjoni dwar kundanni u skwalifiki li jirriżultaw minn kundanni għal reati sesswali kontra t-tfal, id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a stabbilixxiet l-obbligu li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta jkunu qed jirreklutaw persuna għal rwol li jinvolvi l-kuntatt dirett u regolari mat-tfal, dawk li jħaddmu jkunu intitolati jitolbu informazzjoni dwar il-kundanni kriminali ta' dik il-persuna jew kwalunkwe skwalifika tagħha li tirriżulta minn dawk il-kundanni. L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jipprovdu salvagwardji simili fir-rigward tal-persuni li għandhom l-intenzjoni li jaħdmu ma' persuni b'diżabilità jew ma' persuni anzjani. L-għan huwa li jiġi żgurat li persuna kkundannata għal reat sesswali jew vjolenti kontra xi tifel jew tifla jew kontra xi persuna vulnerabbli ma tkunx tista' taħbi aktar din il-kundanna jew skwalifika bil-ħsieb li twettaq tali xogħol fi Stat Membru ieħor.

 

____________

 

1aId-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L335, 17.12.2011, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jemmen li l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki tal-preċedenti personali għandu jiġi estiż lil hinn minn dawk il-persuni biss li jaħdmu mat-tfal, iżda li għandu jinkludi wkoll lil dawk l-individwi li jaħdmu ma' persuni vulnerabbli, inklużi dawk b'diżabilità, u dawk li jaħdmu b'mod aktar ġenerali fis-settur tal-kura tas-saħħa u u fis-settur tal-edukazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)   Minħabba f'hekk, għandha tkun stabbilita sistema li biha l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ssib malajr u b'mod effiċjenti f'liema Stat Membru ieħor hemm maħżuna informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz biex imbagħad ikun jista' jintuża l-qafas eżistenti tal-ECRIS.

(9)   Minħabba f'hekk, għandha tkun stabbilita sistema li biha l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ssib fil-pront u b'mod effiċjenti liema Stat Membru ieħor għandu fil-pussess tiegħu informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)   L-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta' kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għandha tinkludi wkoll il-marki tas-swaba' biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni. Dan l-obbligu jinkludi il-ħżin ta' informazzjoni, inkluż il-marki tas-swaba', li jiġu mwieġba talbiet għal informazzjoni minn awtoritajiet ċentrali oħra, li jiġi żgurat li l-estratt ta' rekord kriminali mitlub minn ċittadin ta' pajjiż terz hu supplimentat kif xieraq b'informazzjoni minn Stati Membri oħra u biex isiru l-bidliet tekniċi biex jiġu applikati t-teknoloġiji tal-ogħla livell neċessarji biex tkun tista' taħdem is-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni.

(10)   L-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta' kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom jinkludu wkoll il-marki tas-swaba' meta dan ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni. Dan l-obbligu jinkludi il-ħżin ta' informazzjoni, inkluż il-marki tas-swaba', li jiġu mwieġba talbiet għal informazzjoni minn awtoritajiet ċentrali oħra, li jiġi żgurat li l-estratt ta' rekord kriminali mitlub minn ċittadin ta' pajjiż terz hu supplimentat kif xieraq b'informazzjoni minn Stati Membri oħra u biex isiru l-bidliet tekniċi biex jiġu applikati t-teknoloġiji tal-ogħla livell neċessarji biex tkun tista' taħdem is-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta' Stat Membru wieħed fejn hemm maħżuna informazzjoni dwar ċittadin ta' pajjiż terz partikolari, it-teknoloġija tal-informatika deċentralizzata għandha tippermetti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri biex isibu f'liema Stat Membru ieħor hemm maħżuna informazzjoni ta' rekords kriminali. Għal dan il-għan, kull awtorità ċentrali għandha tiddistribwixxi index-filter lill-Istati Membri l-oħra, li jinkludi d-data ta' identifikazzjoni, f'forma anonimizzata, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. Id-data personali għandha ssir anonima b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli. Imbagħad, l-Istat Membru li jirċievi din id-data jista' jqabbel din id-data mal-informazzjoni tiegħu fuq bażi ta' 'hit'/'no hit', u b'hekk isib jekk informazzjoni ta' rekords kriminali hijiex disponibbli fi Stati Membri oħra u f'każ ta' 'hit', f'liema Stati Membri. L-Istat Membru riċeventi għandu mbagħad isegwi 'hit' billi juża l-qafas tal-ECRIS. Rigward iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom ċittadinanza ta' Stat Membru wkoll, l-informazzjoni inkluża fl-indiċi għandha tkun limitata għal informazzjoni disponibbli bħal fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri.

(11)  Biex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta' bażi ta' data ċentralizzata fejn tkun maħżuna informazzjoni dwar kull ċittadin ta' pajjiż terz partikolari kkundannat, sistema deċentralizzata ta' teknoloġija tal-informatika għandha tippermetti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jsibu f'liema Stat Membru ieħor hemm maħżuna informazzjoni ta' rekords kriminali dwar dan iċ-ċittadin ta' pajjiż terz partikolari. Għal dan il-għan, kull awtorità ċentrali nominata għandha tiddistribwixxi index-filter lill-Istati Membri l-oħra, li jinkludi d-data ta' identifikazzjoni, f'forma psewdonimizzata, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. Id-data personali fl-index-filter għandha tiġi psewdonimizzata b'tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli b'mod dirett. Imbagħad, l-Istat Membru li jirċievi din id-data jista' jqabbel din id-data mal-informazzjoni tiegħu fuq bażi ta' 'hit'/'no hit', u b'hekk isib jekk informazzjoni ta' rekords kriminali hijiex disponibbli fi Stati Membri oħra u f'każ ta' 'hit', f'liema Stati Membri. L-Istat Membru riċeventi għandu mbagħad isegwi 'hit' billi juża l-qafas tal-ECRIS. Rigward iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom ċittadinanza ta' Stat Membru wkoll, l-informazzjoni inkluża fl-index-filter għandha tkun limitata għal informazzjoni disponibbli bħal fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)   Meta, fil-kuntest ta' proċeduri kriminali, Stat Membru jirċievi, abbażi ta' ftehimiet bilaterali li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, informazzjoni dwar kundanna relatata ma' reati terroristiċi jew reati kriminali serji li tkun ingħatat minn awtorità ġudizzjarja f'pajjiż terz għal ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi fit-territorju tal-Unjoni, dak l-Istat Membru għandu jkun kapaċi joħloq u jittrażmetti lejn Stati Membri oħra filtru indiċi b'din l-informazzjoni, skont il-limiti tal-ftehimiet bilaterali. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir b'rispett sħiħ, b'mod partikolari għall-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' neċessità, u d-dritt għal proċess ġust fil-pajjiż terz.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex twettaq għalkollox l-interoperabilità u l-interkonnessjoni tal-infrastruttura komuni tal-komunikazzjoni tal-ECRIS mal-bażijiet ta' data rilevanti l-oħra kollha tal-Unjoni għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, il-kontroll tal-fruntieri u l-kooperazzjoni ġudizzjarja.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI22 għandha tapplika fil-kuntest ta' skambju ta' informazzjoni permezz tal-kompjuter estratta minn rekords kriminali ta' Stati Membri, li tipprovdi għal livell adegwat ta' protezzjoni tad-data meta l-informazzjoni hi skambjata bejn l-Istati Membri, waqt li tippermetti li l-Istati Membri jitolbu standards ta' protezzjoni ogħla għall-ipproċessar ta' data nazzjonali.

(12)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI22 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22a 2 għandhom japplikaw fil-kuntest tal-iskambju kompjuterizzat ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali tal-Istati Membri, u b'hekk jiddisponu għal livell għoli ta' protezzjoni ta' data meta tiġi skambjata informazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li jippermettu li l-Istati Membri jitolbu standards ta' protezzjoni tad-data jerġa' ogħla għall-ipproċessar ta' data nazzjonali.

____________

____________

22 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

22 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

 

22a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha wkoll tagħmel l-aġġornamenti meħtieġa biex tirrifletti r-regoli tal-protezzjoni tad-data f'reviżjonijiet leġiżlattivi reċenti fil-qasam tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, l-prinċipju tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u prinċipji.

(15)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, inkluż ir-rikors ġudizzjarju u amministrattiv, il-prinċipju tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi, id-dritt għal proċess ġust, u l-preżunzjoni tal-innoċenza u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u prinċipji u l-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-neċessità.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta' informazzjoni dwar kundanni preċedenti m'għandhomx jostakolaw individwu mid-dritt għal proċess ġust u mill-preżunzjoni tal-innoċenza. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm riflessjoni fuq dawn il-valuri, u li tiġi riflessa leġiżlazzjoni oħra tal-UE fil-qasam tad-drittijiet proċedurali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Billi l-għan ta' din id-Direttiva, li tippermetti l-iskambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, permezz tas-sinerġija u l-interoperabilità neċessarja, billi l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(16)  Billi l-għan ta' din id-Direttiva, li tippermetti l-iskambju rapidu u effiċjenti ta' informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, billi jiġu stabbiliti regoli Ewropej komuni u sistemi interoperabbli, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

(1) L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

Din id-Deċiżjoni Qafas

Din id-Deċiżjoni Qafas

(a)  tiddefinixxi l-modi li bihom Stat Membru tal-kundanna jiskambja informazzjoni dwar kundanni ma' Stati Membri oħra;

(a)  tiddefinixxi l-modi u l-kundizzjonijiet li bihom Stat Membru tal-kundanna jiskambja informazzjoni dwar kundanni ma' Stati Membri oħra;

(b)  tiddefinixxi l-obbligi tal-ħżin għall-Istat Membru tal-kundanna u tispeċifika l-metodi li jridu jiġu segwiti meta tiġi mwieġba talba għal informazzjoni estratta mnn rekords kriminali;

(b)  tiddefinixxi l-obbligi tal-ħżin u tal-privatezza għall-Istat Membru tal-kundanna u tispeċifika l-metodi li jridu jiġu segwiti meta tiġi mwieġba talba għal informazzjoni estratta mnn rekords kriminali;

 

(ba)  tiddefinixxi l-obbligi ta' ħżin għall-Istati Membri taċ-ċittadinanza tal-persuna u tispeċifika l-metodi li għandhom jiġu segwiti meta tkun qed tiġi mwieġba talba għal informazzjoni estratta mir-rekords kriminali;

(c)  tistabbilixxi sistema deċentralizzata bit-teknoloġija tal-informatika għall-iskambju ta' informazzjoni ta' kundanni bbażata fuq il-bażijiet ta' data ta' rekords kriminali f'kull Stat Membru, 'is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS).'";

(c)  tistabbilixxi sistema deċentralizzata Ewropea ta' teknoloġija tal-informatika għall-iskambju ta' informazzjoni ta' kundanni bbażata fuq il-bażijiet ta' data ta' rekords kriminali f'kull Stat Membru, 'is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)'.";

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

(3)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li meta jingħataw kundanni fi ħdan it-territorju tiegħu dawn jidħlu fir-rekords kriminali tiegħu, l-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi tal-persuni kkundannati hi inkluża jekk il-persuna tkun ċittadin ta' Stat Membru ieħor jew ċittadin ta' pajjiż terz.”;

"1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jassigura li meta jingħataw kundanni fi ħdan it-territorju tiegħu, dawn jiddaħħlu fil-bażi ta' data tar-rekords kriminali tiegħu, u li l-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi tal-persuni kkundannati tiġi inkluża jekk il-persuna tkun ċittadin ta' Stat Membru ieħor jew ċittadin ta' pajjiż terz.”;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru fejn tingħata kundanna kontra ċittadin ta' pajjiż terz għandu jaħżen l-informazzjoni segwenti, sakemm, f'każijiet eċċezzjonali, dan ma jkunx possibbli:

1.  L-Istat Membru fejn tingħata kundanna kontra ċittadin ta' pajjiż terz għandu dejjem jaħżen l-informazzjoni segwenti, sakemm, f'każijiet eċċezzjonali, dan ma jkunx possibbli (informazzjoni obbligatorja):

(a)  informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem sħiħ, data tat-twelid, post tat-twelid (belt u pajjiż), sess, nazzjonalità u jekk applikabbli – isem/ismijiet preċedenti;

(a)  informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem sħiħ, data tat-twelid, post tat-twelid (belt u pajjiż), sess, nazzjonalità u jekk applikabbli – isem/ismijiet preċedenti;

(b)  informazzjoni dwar in-natura tal-kundanna (data tal-kundanna, isem tal-qorti, data li fiha d-deċiżjoni saret finali);

(b)  informazzjoni dwar in-natura tal-kundanna (data tal-kundanna, isem tal-qorti, data li fiha d-deċiżjoni saret finali);

(c)  informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għal kundanna (data tar-reat sottostanti għall-kundanna u l-isem jew klassifikazzjoni legali tar-reat kif ukoll referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli);

(c)  informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għal kundanna (data tar-reat sottostanti għall-kundanna u l-isem jew klassifikazzjoni legali tar-reat kif ukoll referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli);

(d)  informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna, (b'mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżuri ta' sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti li jimmodifikaw l-eżekuzzjoni tas-sentenza);

(d)  informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna, (b'mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżuri ta' sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti li jimmodifikaw l-eżekuzzjoni tas-sentenza);

 

1a.  L-Istat Membru fejn tingħata kundanna kontra ċittadin ta' pajjiż terz jista' jaħżen l-informazzjoni segwenti, jekk tkun disponibbli (informazzjoni fakultattiva):

(e)  l-ismijiet tal-ġenituri tal-persuna kkundannata;

 

(f)  in-numru ta' referenza tal-kundanna;

(a)  in-numru ta' referenza tal-kundanna;

(g)  il-post tar-reat;

(b)  il-post tar-reat;

(h)  jekk applikabbli, l-iskwalifiki li jirriżultaw mill-kundanna;

(c)  jekk applikabbli, l-iskwalifiki li jirriżultaw mill-kundanna;

(i)  in-numru tal-identità tal-persuna kkundannata, jew it-tip jew in-numru tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(d)  in-numru tal-identità tal-persuna kkundannata, jew it-tip jew in-numru tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(j)  il-marki tas-swaba' tal-persuna;

(e)  il-marki tas-swaba' tal-persuna fil-każ biss meta d-dritt nazzjonali ta' Stat Membru fejn tingħata kundanna jippermetti l-ġbir u l-ħżin tal-marki tas-swaba' ta' persuna kkundannata;

(k)  jekk applikabbli, psewdonimu u/jew isem/ismijiet xort'oħra.

(f)  jekk applikabbli, psewdonimu u/jew isem/ismijiet xort'oħra.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li d-data maħżuna fil-livell nazzjonali rigward ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati tiġi kkategorizzata bl-istess mod bħal fil-każ ta' ċittadini tal-UE kkundannati, b'"informazzjoni obbligatorja" u "informazzjoni fakultattiva" bil-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bla bżonn.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ċentrali għandha toħloq index-filter li jkun fih informazzjoni anonimizzata tat-tipi msemmija fil-punti (a), (e), (i), (j) u (k) tal-paragrafu 1 rigward iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. L-awtorità ċentrali għandha tibgħat dan l-index-filter u l-aġġornamenti li jsiru fih, lill-Istati Membri kollha.

2.  L-awtorità ċentrali għandha toħloq index-filter li jkun fih informazzjoni psewdonimizzata tat-tipi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-punti (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1a rigward iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. L-awtorità ċentrali għandha tibgħat dan l-index-filter u l-aġġornamenti li jsiru fih, lill-Istati Membri kollha.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha immedjatament tinkludi l-istess alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni maħżuna skont il-paragrafu 1 u li tinsab fl-index-filter skont il-paragrafu 2 mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna.

3. Kull alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom immedjatament jinvolvu l-istess alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni maħżuna skont il-paragrafi 1 u 1a u li tinsab fl-index-filter skont il-paragrafu 2 mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna u għandhom jinvolvi l-aġġornament tal-informazzjoni li tinsab fl-index-filter maħżun fl-Istati Membri l-oħra kollha.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 japplikaw fir-rigward tal-index-filter u jirrigwardaw ukoll ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, sal-punt li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (e), (i), (j) u (k) tal-paragrafu 1 hi maħżuna mill-awtorità ċentrali fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.   L-Istati Membri ma għandhomx idaħħlu informazzjoni dwar kundanni relatati ma' dħul jew soġġorn irregolari fl-index-filter.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 4a – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.   L-Istati Membri ma għandhomx idaħħlu informazzjoni fl-index-filter dwar kundanni ta' minuri li jkunu ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief dawk relatati ma' delitt serju, li jkun punibbli b'deprivazzjoni massima tal-libertà ta' mill-inqas erba' snin.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 2b – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan l-Artikolu japplika wkoll fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu wkoll ċittadinanza ta' Stat Membru.”;

2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu wkoll ċittadinanza ta' Stat Membru.”; Kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li jkun detentur ukoll ta' ċittadinanza ta' Stat Membru għandu jiġi ttrattat bħala ċittadin ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta toħloq diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE li għandhom ċittadinanza waħda biss u ċ-ċittadini tal-UE li għandhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru kif ukoll iċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz. Iċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja jkunu ttrattati bħala ċittadini ta' pajjiżi terzi alavolja huma l-ewwel u qabel kollox ċittadini tal-UE. Din l-emenda telimina r-riskju ta' diskriminazzjoni billi tiżgura li ċ-ċittadini b'żewġ ċittadinanzi (waħda tal-UE, waħda ċittadinanza ta' pajjiż terz) jitqiesu bħala ċittadini tal-UE.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn ikun applikabbli, jekk tfittxija fil-filtri indiċi ma tagħti l-ebda 'hit', iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li jkun qed jitlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess għandu jirċievi dikjarazzjoni li tiċċertifika li t-tfittxija fl-index-filters ma tkun tat l-ebda 'hit'.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jitolbu estratt tar-rekords kriminali għandhom jirċievu, jekk ma jkunu wettqu l-ebda offiża, ċertifikat li ma kien hemm l-ebda 'hit' fuq l-ECRIS, fatt li jagħti prova li ma għandhom l-ebda rekord kriminali fit-28 Stat Membru. Dan jista' jkun estremament utli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)   fl-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

2.   Meta informazzjoni estratta mir-rekord kriminali tkun mitluba taħt l-Artikolu 6 mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal kwalunkwe għan ieħor barra dak tal-proċedimenti kriminali, dik l-awtorità ċentrali għandha fir-rigward ta' kundanni mogħtija fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna u ta' kundanni mogħtija f'pajjiżi terzi, li ġew sussegwentement trasmessi lilha u reġistrati fir-rekords kriminali tagħha, twieġeb konformement mal-liġi nazzjonali tagħha.

"2.   Meta informazzjoni estratta mir-rekord kriminali tkun mitluba taħt l-Artikolu 6 mingħand l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal kwalunkwe għan ieħor barra dak ta' proċedimenti kriminali, dik l-awtorità ċentrali għandha fir-rigward ta' kundanni mogħtija fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna u ta' kundanni mogħtija f'pajjiżi terzi, li ġew sussegwentement trasmessi lilha u reġistrati fir-rekords kriminali tagħha, twieġeb konformement mal-liġi nazzjonali tagħha, jekk hemm dispożizzjoni għal dan fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jew tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba.";

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)   jiddaħħal l-artikolu segwenti:

 

"Artikolu 7a

 

Aċċess għall-bażi ta' data tal-ECRIS mill-Europol

 

1.   L-Europol għandu jkun intitolat li jkollu aċċess għall-bażi ta' data tal-ECRIS għall-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu.

 

2.   L-Europol jista' jressaq, fuq il-bażi ta' kull każ għalih, talba elettronika u dovutament motivata lill-awtorità ċentrali ta' kwalunkwe Stat Membru permezz tal-Unità Nazzjonali tal-Europol għat-trażmissjoni ta' informazzjoni mir-rekord kriminali ta' Stat Membru bl-użu tal-formola mogħtija fl-Anness.

 

3.   L-Europol jista' jressaq talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 meta dan ikun meħtieġ biex tiġi appoġġjata u msaħħa l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

 

4.   L-iskambju ta' informazzjoni taħt dan l-Artikolu għandu jseħħ permezz tal-Applikazzjoni ta' Netwerk għall-Iskambju Sikur ta' Informazzjoni.”;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7b (ġdid)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)   jiddaħħal l-artikolu segwenti:

 

"Artikolu 7b

 

Aċċess għall-bażi ta' data tal-ECRIS mill-Frontex

 

1.   Il-Frontex għandha tkun intitolata li jkollha aċċess għall-bażi ta' data tal-ECRIS għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħha.

 

2.   Il-Frontex tista' tressaq, fuq il-bażi ta' kull każ għalih, talba elettronika u dovutament motivata lill-awtorità ċentrali ta' kwalunkwe Stat Membru permezz tal-Unità Nazzjonali tal-Europol għat-trażmissjoni ta' informazzjoni mir-rekord kriminali ta' Stat Membru bl-użu tal-formola mogħtija fl-Anness.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk il-mod tat-trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 3 mhux disponibbli u sakemm jibqa' mhux disponibbli, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3, bl-eċċezzjoni tal-index-filter imsemmi f'Arikolu 4a, bi kwalunkwe mezz li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru riċeventi biex tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha.

4.  Jekk il-mod tat-trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 3 mhux disponibbli u sakemm jibqa' mhux disponibbli, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3, bl-eċċezzjoni tal-index-filter imsemmi f'Arikolu 4a, bi kwalunkwe mezz sikur li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru riċeventi tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan u għandhom jagħmlu kull sforz biex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ECRIS għandha tiżgura l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni ta' rekords kriminali trażmessi lil Stati Membri oħra.

L-ECRIS għandha tiżgura l-kunfidenzjalità, il-protezzjoni, il-privatezza u l-integrità tal-informazzjoni ta' rekords kriminali trażmessa lil Stati Membri oħra";

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-data kollha dwar ir-rekords kriminali għandha tnħażen biss f'bażijiet ta' data imħaddma mill-Istati Membri.

2.   Id-data kollha dwar ir-rekords kriminali għandha tnħażen biss f'bażijiet ta' data imħaddma mill-Istati Membri fit-territorju tal-Unjoni.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-softwer u l-bażijiet ta' data li jaħżnu, jibagħtu u jirċievu informazzjoni estratta minn rekords kriminali għandhom joperaw taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

4.  Is-softwer u l-bażijiet ta' data li jaħżnu, jibagħtu u jirċievu informazzjoni estratta minn rekords kriminali għandhom joperaw taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru u tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

''6.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-softwer imsemmi fil-paragrafu 1, sapport ġenerali u assistenza teknika, inkluż il-ġbir u t-tfassil tal-istatistika.

''6.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-softwer xieraq u l-aktar effettiv imsemmi fil-paragrafu 1, appoġġ ġenerali u assistenza teknika, inkluż il-ġbir u t-tfassil tal-istatistika.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 11b – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)   kull mezz ieħor biex jiġu organizzati u ffaċilitati l-iskambji ta' informazzjoni dwar kundanni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, inkluż:

(c)   kull mezz ieħor tekniku biex jiġu organizzati u ffaċilitati l-iskambji ta' informazzjoni dwar kundanni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, inkluż:

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI

Artikolu 13a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 13a

"Artikolu 13a

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

1.  Sa [24 xahar wara l-implimentazzjoni], il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż l-implimentazzjoni teknika.

1.  Sa [18-il xahar wara l-implimentazzjoni], il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż l-implimentazzjoni teknika.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi rilevanti.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi rilevanti.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippublikaw b'mod regolari rapport dwar l-iskambju, permezz ta' ECRIS, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bbażat b'mod partikolari fuq l-istatistika msemmija fl-Artikolu 11a(6). Dan ir-rapport għandu jkun ippublikat għall-ewwel darba sena wara li jkun sottomess ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.”.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippublikaw b'mod regolari rapport dwar l-iskambju, permezz ta' ECRIS, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bbażat b'mod partikolari fuq l-istatistika msemmija fl-Artikolu 11a(6). Dan ir-rapport għandu jkun ippublikat għall-ewwel darba sena wara li jkun sottomess ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.”.

 

3a.  Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkopri b'mod partikolari l-livell ta' skambju bejn l-Istati Membri, inkluż dak ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi; l-għan tat-talbiet u n-numru rispettiv tagħhom, inklużi talbiet għal finijiet għajr proċedimenti kriminali bħalma huma verifiki tal-preċedenti personali u rikjesti għal informazzjoni tal-persuna kkonċernata dwar ir-rekord kriminali tagħha stess; u kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni ta' data personali u valutazzjoni tal-impatt ta' din id-Deċiżjoni Qafas fuq id-drittijiet fundamentali.

 

3b.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza, għandu jeżamina wkoll il-fattibilità tal-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), ċentralizzata, għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

In-natura tal-attività kriminali u terroristika qed tevolvi b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin. Hija saret dejjem aktar transnazzjonali fin-natura tagħha, u l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE tkellmu dwar il-ħtieġa akbar li jsir l-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiġu indirizzati t-theddidiet li jiġu ffaċċjati. Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern iddikjaraw f'għadd ta' okkażjonijiet kemm hu importanti li l-ECRIS tittejjeb. Id-Dikjarazzjoni ta' Riga tad-29 ta' Jannar 2015 maħruġa mill-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni enfasizzat li l-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali hu importanti f'kull strateġija li tiġġieled kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.

L-attakki terroristiċi reċenti wrew b'mod partikolari kemm hu urġenti li jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, l-aktar fir-rigward tal-estensjoni ta' ECRIS għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tagħha pproponiet reviżjoni tar-Regolament eżistenti dwar l-Iskambju tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali. L-għan ta' reviżjoni bħal din huwa li jissaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, u li tingħalaq kwalunkwe lakuna eżistenti.

L-ECRIS hi sistema elettronika għall-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni preċedenti li ngħataw kontra persuna speċifika mill-qrati kriminali fl-UE għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali kontra persuna u, jekk ikun jippermetti d-dritt nazzjonali, għal skopijiet oħra. Madankollu, il-qafas legali tal-ECRIS ma jkoprix b'mod suffiċjenti talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għalkemm issa huwa possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS, m'hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu stabbilit biex dan isir b'mod effiċjenti.

II. Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta għandha l-għan li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI Il-proposta timponi obbligu ta' ħżin ta' informazzjoni dwar ir-rekords kriminali; obbligu ta' distribuzzjoni lill-Istati Membri l-oħra filtru indiċi anonimizzat bl-informazzjoni tal-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat fit-territorju tiegħu għall-iskop li jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz; u l-obbligu tal-aġġornament tal-filtru indiċi skont it-tħassir jew l-alterazzjoni tad-data miżmuma fih.

Il-ħżin: Stat Membru għandu jkun konformi mal-obbligu tal-ħżin anke jekk l-informazzjoni tinħażen f'bażi ta' data oħra li mhix il-bażi ta' data tar-rekords kriminali, sakemm l-awtorità ċentrali jkollha aċċess għall-bażi ta' data fejn hemm maħżuna l-informazzjoni. Barra minn hekk, l-obbligu japplika irrispettivament minn jekk il-persuna għandhiex ċittadinanza tal-UE wkoll, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista' tinstab irrispettivament minn jekk iċ-ċittadinanza addizzjonali hijiex magħrufa jew le;

It-talba għal informazzjoni dwar kundanni: Stat Membru huwa obbligat jissupplimenta estratt ta' rekord kriminali mitlub minn ċittadin ta' pajjiż terz (ir-rekord tiegħu/tagħha stess) b'informazzjoni minn Sati Membri oħra bl-istess mod li jsir għal ċittadini tal-UE.

Id-definizzjoni tal-“Istat Membru li jikkundanna”: din id-definizzjoni issa tkopri kundanni, irrispettivament minn jekk ingħatawx lil ċittadin ta' Stat Membru ieħor jew lil ċittadin ta' pajjiż terz .

L-obbligi tal-Istat Membru li jikkundanna: Id-Deċiżjoni Qafas hija emendata biex tiżgura li l-obbligu tal-Istati Membri li jżidu ċ-ċittadinanza (jew ċittadinanzi) ta' persuna kkundannata fir-rekords kriminali issa japplika wkoll għaċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi ta' ċittadin ta' pajjiż terz.

It-tweġiba għal talba għal informazzjoni dwar kundanni: Talba għal informazzjoni dwar ċittadin ta' pajjiż terz tiġi trattata bl-istess mod bħal talba għal informazzjoni dwar ċittadini tal-UE. Għalhekk, l-awtorità ċentrali għandha tibgħat informazzjoni fuq kundanna mogħtija fl-Istat Membru tagħha kontra ċ-ċittadin ta' pajjiż terz flimkien ma' kundanni mogħtija f'pajjiżi terzi li ddaħħlu fir-rekords kriminali tagħha.

Id-data personali: Ir-referenzi għad-data personali huma estiżi għad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar ċittadin ta' pajjiż terz.

Il-format u l-arranġamenti organizzattivi: Il-proposta tiddisponi li l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jittrażmettu l-informazzjoni, il-filtru indiċi, it-talbiet, it-tweġibiet u informazzjoni rilevanti oħra b'mod elettroniku permezz tal-ECRIS u format standardizzat f'konformità mal-istandards stipulati f'atti ta' implimentazzjoni; tistabbilixxi l-obbligi tekniċi tal-Istati Membri fir-rigward tal-kompiti li jridu jiġu ssodisfati bid-Direttiva. Dan jikkonċerna kemm is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni preżenti u s-sistema l-ġdida 'hit'/'no hit' ibbażata fuq filtru indiċi anonimizzat. L-arranġamenti tekniċi u amministrattivi biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni se jkunu stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni; jirregolaw it-trażmissjoni ta' informazzjoni jekk l-ECRIS ma tkunx disponibbli; jobbligaw lill-Istati Membri biex fil-futur, meta jkunu jistgħu jużaw l-ECRIS u l-filtru indiċi l-ġdid, jinnotifikaw lill-Kummissjoni minflok lill-Kunsill.

Il-komitoloġija: Ġiet introdotta proċedura ta' komitoloġija biex il-Kummissjoni tingħata l-għodda neċessarja biex timplimenta l-aspetti tekniċi tal-iskambju ta' informazzjoni sabiex tkun tista' taħdem fil-prattika.

III. Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jaqbel mal-maġġoranza vasta tal-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri. L-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jiddisponi b'mod partikolari għal ċittadini ta' pajjiżi terzi hija importanti ħafna sabiex tinħoloq ugwaljanza f'għajnejn ordinamenti ġuridiċi nazzjonali fir-rigward ta' ċittadini tal-UE u ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Il-kontroll tar-rekords kriminali tal-persuni li jidħlu fl-UE jfisser pass importanti fil-ħolqien ta' aktar fiduċja fil-migrazzjoni, u fis-sigurtà tal-UE b'mod ġenerali. Sabiex ikollna fiduċja fiż-żona ta' Schengen u l-moviment ħieles tal-UE neħtieġu azzjonijiet ċari u effettivi li jgħinu biex tiġi skambjata informazzjoni dwar persuni kriminali suspettati. Tali reviżjoni ta' dan ir-Regolament hija essenzjali biex jissaħħu il-fiduċja, il-kunfidenza u r-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll li dan ir-Regolament jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki tal-preċedenti personali tal-persuni għall-individwi kollha li jaħdmu ma' persuni vulnerabbli kif ukoll mat-tfal. L-Istati Membri jrid ikollhom fiduċja fil-persuni kollha li jaħdmu fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, u professjonijiet simili ta' kura tal-persuni.

Ir-rapporteur huwa wkoll tal-fehma li għandu jkun hemm obbligu ċar li l-Istati Membri jdaħħlu kwalunkwe informazzjoni bilaterali riċevuta dwar il-kundanni kriminali mogħtija lill-persuni li jgħixu fit-territorju tal-UE fil-bażi ta' data dwar rekords kriminali nazzjonali tagħhom, u jikkondividu din l-informazzjoni fuq is-sistema tal-indiċi.

Ir-rapporteur jitlob ukoll li jkun hemm referenzi ċari għall-ħtieġa ta' dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, u l-preżunzjoni tal-innoċenza u proċess ġust, kif ukoll lista ċara ta' dispożizzjonijiet li għandhom jiffurmaw parti minn rieżami dettaljat tas-sistema, kif inhu rikjest skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni aħjar.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Skambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)

Referenzi

COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.1.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

1.2.2016

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Timothy Kirkhope

15.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2016

7.4.2016

9.5.2016

30.5.2016

Data tal-adozzjoni

30.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Artis Pabriks, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Caterina Chinnici, Edouard Ferrand, Peter Jahr, Othmar Karas, Ilhan Kyuchyuk, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Keith Taylor, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

27.6.2016


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS)

Referenzi

COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.1.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

1.2.2016

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Timothy Kirkhope

15.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2016

7.4.2016

9.5.2016

30.5.2016

Data tal-adozzjoni

30.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Hugues Bayet, Carlos Coelho, Pál Csáky, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Artis Pabriks, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Caterina Chinnici, Edouard Ferrand, Peter Jahr, Othmar Karas, Ilhan Kyuchyuk, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Keith Taylor, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

27.6.2016

Avviż legali