Proċedura : 2015/2116(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0225/2016

Testi mressqa :

A8-0225/2016

Dibattiti :

PV 15/09/2016 - 6
CRE 15/09/2016 - 6

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2016 - 11.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0360

RAPPORT     
PDF 813kWORD 290k
1.7.2016
PE 575.375v02-00 A8-0225/2016

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")

(2015/2116(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Renate Weber

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")

(2015/2116(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 5 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 6, 8, 10, 19 u 153 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 20, 21, 23 u 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea adottata fil-Kunsill tal-Ewropa u d-drittijiet soċjali u tal-impjieg minquxa fiha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet Konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (Ottubru 2015),

–   wara li kkunsidra r-rapport interim dwar il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin tar-Rapporteur Speċjali tan-NU, Hans Bielefeldt, ippreżentat skont ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali 68/170 dwar il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)(2)),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva")(3),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin,

–  wara li kkunsidra l-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità ("id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali") u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi") (COM(2014)0002),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa mingħajr Ostakoli" (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Non-diskriminazzjoni u opportunitajiet ugwali għal kulħadd – Qafas ta' Strateġija" (COM(2005)0224),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar l-intraprenditorija soċjali u l-innovazzjoni soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014)(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-progress miksub fil-qasam tal-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea (it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE)(15),

–  wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE fir-rigward tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin,

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha",

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Reasonable Accommodation and Sheltered Workshops for People with Disabilities: Costs and Returns of Investments",

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Differential Treatment of Workers under 25 with a View to their Access to the Labour Market",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni",

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brighton u l-eżiti tal-Konferenza ta' Livell Għoli tal-KEDB fi Brighton fid-19 u l-20 ta' April 2012(16);

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sitwazzjoni ta' ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea 10 snin wara l-implimentazzjoni inizjali tad-direttivi dwar l-ugwaljanza,

–  wara li kkunsidra l-analiżi legali komparattiva tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess fl-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0225/2016),

A.  billi, skont it-TUE, l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni;

B.  billi t-TFUE jiddikjara li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tiġġieled kontra kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

C.  billi t-28 Stat Membru kollha ttrasponew id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi u, minkejja d-differenzi fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni tagħha, kisbu esperjenza siewja;

D.   billi d-direttivi dwar it-trattament ugwali jipprojbixxu kemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta, kif ukoll il-fastidju u l-istruzzjonijiet biex issir diskriminazzjoni;

E.   billi, minbarra li jimplimentaw id-Direttiva 2000/78/KE, l-Istati Membri kollha għandhom jitħeġġu jadottaw leġiżlazzjoni li tistabbilixxi skemi ta' sigurtà soċjali u ta' assistenza soċjali għal persuni li jsofru minn diskriminazzjoni, flimkien ma' miżuri maħsuba biex ineħħu l-ostakli li jwaqqfuhom milli jsibu impjieg;

F.  billi fit-tieni rapport ta' implimentazzjoni tagħha l-Kummissjoni semmiet li l-leġiżlazzjoni mhijiex biżżejjed biex tinkiseb ugwaljanza sħiħa, u li jeħtieġ li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni dwar il-protezzjoni eżistenti u l-użu tal-fondi tal-UE u li jissaħħu l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza;

G.  billi n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol tkun biss effettiva jekk tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni b'mod komprensiv fl-oqsma kollha tal-ħajja flimkien ma' ostakli oħra li, billi jillimitaw il-libertà u l-ugwaljanza, ifixklu l-iżvilupp sħiħ ta' persuna u jipprevjenu lill-ħaddiema milli jipparteċipaw b'mod ġenwin fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika tal-Istati Membri tagħhom;

H.   billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) enfasizzat, fil-kawża Römer(17), li d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, fiha nnifisha ma tistabbilixxix il-prinċipju ta' trattament ugwali fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol, iżda tipprovdi qafas ġenerali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq diversi raġunijiet;

I.   billi, għalkemm il-perċezzjoni tad-diskriminazzjoni żdiedet, numru kbir ta' vittmi ta' diskriminazzjoni għadhom mhumiex konxji mid-drittijiet tagħhom jew m'għandhomx il-kuraġġ li jieħdu azzjoni legali kontra prattiki diskriminatorji, minħabba diversi fatturi bħalma huma n-nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet tal-Istati Membri jew il-proċeduri legali kumplessi u twal;

J.  billi l-evidenza miġbura mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) turi li r-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija, it-transfobija u forom ta' intolleranza relatati huma mifruxa, minkejja l-miżuri meħuda mill-gvernijiet u s-soċjetà ċivili madwar l-UE; billi l-klima soċjali u politika qed issir dejjem aktar tolleranti lejn aġendi estremisti, razzisti u ksenofobiċi li jisfruttaw il-biżgħat dwar il-qgħad, il-kriżi tar-rifuġjati, l-aljenazzjoni parzjalment minħabba flussi migratorji, u s-sigurtà quddiem t-terroriżmu u sfidi ġeopolitiċi oħra, li jdgħajfu l-valuri fundamentali tal-UE;

K.   billi l-istħarriġ tal-FRA dwar l-LGBT(18) u r-rapport tal-FRA bit-titolu "Being Trans in Europe"(19) jenfasizzaw id-diskriminazzjoni persistenti li jiffaċċjaw persuni LGBT meta jippruvaw jidħlu fis-suq tax-xogħol u waqt il-perkors professjonali tagħhom;

L.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tistipula biss rekwiżiti minimi, iżda l-Istati Membri jistgħu jipprevedu livell ogħla ta' protezzjoni u jadottaw miżuri pożittivi f'dan il-qasam fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; billi l-leġiżlazzjoni waħedha mhijiex biżżejjed biex tiżgura ugwaljanza sħiħa u trid tiġi kkumbinata ma' azzjoni politika xierqa;

M.  billi n-nisa huma l-aktar milquta mill-qgħad u jsofru minn diskriminazzjoni negattiva f'termini ta' impjiegi, b'mod partikolari n-nisa tqal u l-ommijiet, inklużi l-ommijiet li qed ireddgħu;

N.  billi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tkopri biss il-libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali, iżda l-Istati Membri huma obbligati wkoll, skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u l-etniċità fl-impjiegi; billi r-reliġjon xi drabi tintuża bħala sostitut għar-razza f'dak li għandu x'jaqsam mad-diskriminazzjoni fl-impjiegi, fuq il-bażi tal-appartenenza reali jew perċepita ta' persuna għal reliġjon partikolari;

O.  billi r-rata ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità fl-Istati Membri hija ferm anqas minn 50 %, b'paragun ma' aktar minn 70 % għall-popolazzjoni ġenerali, u r-rata ta' qgħad tal-persuni b'diżabilità (18.3 %) hija kważi d-doppju tar-rata tal-popolazzjoni ġenerali (9.9 %); billi l-medji tal-UE jaħbu differenzi qawwija fil-livell tal-pajjiżi;

P.  billi n-nisa huma fil-biċċa l-kbira dawk li għandhom ir-responsabilità primarja għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni oħra dipendenti, għall-familja u d-dar, u billi din ir-responsabilità tkun akbar jekk ikollhom tfal b'diżabilità; billi dan għandu effett dirett fuq l-aċċess tan-nisa għall-impjiegi u għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom, pereżempju f'diversi każijiet fejn in-nisa huma ħaddiema part-time involontarji jew imġiegħla jaċċettaw forom prekarji ta' impjiegi, u billi dawn il-fatturi kollha joħolqu differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel;

Q.  billi l-familji b'ġenitur wieħed, primarjament ommijiet mhux miżżewġin, huma ta' spiss aktar milquta mill-faqar minn kategoriji oħra ta' ħaddiema, u billi l-miżuri kollha adottati għandhom jiffukaw fuq il-ġenituri waħedhom;

R.  billi l-firxa wiesgħa ta' ħiliet u kompetenzi miksuba min-nisa waqt il-qadi tar-responsabilitajiet tal-familja jsaħħu l-iżvilupp personali u professjonali tagħhom; billi dawn il-kompetenzi, għalhekk, għandhom jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà u mill-impjegaturi;

S.  billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali maġġuri li taffettwa partikolarment lin-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom, peress li huwa aktar probabbli li dawn ikollhom impjiegi mhux sikuri u li jkunu aktar esposti għar-riskju ta' sensja u li ma jkollhom ebda kopertura tas-sigurtà soċjali;

T.  billi n-nuqqas ta' liġijiet ġenwinament effettivi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata qed iwassal għal diskriminazzjoni kontra l-ġenituri li jaħdmu;

U.  billi l-Parlament diġà adotta miżuri ta' politika, bħalma huma d-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati, u billi miżuri bħal dawn għandhom il-potenzjal li jgħinu biex tinkiseb ugwaljanza akbar għan-nisa fil-qasam tal-impjiegi u biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali; billi l-leġiżlazzjoni trid titqies bħala għodda kruċjali sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda trid tkun ikkombinata ma' proċeduri normativi u kampanji biex jimplimentaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss fil-leġiżlazzjoni, iżda wkoll fl-opinjoni pubblika;

V.  billi n-nisa għadhom vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, diretta u indiretta, fis-suq tax-xogħol, minkejja l-implimentazzjoni teoretika tat-trattament ugwali fl-Istati Membri; billi jeżistu ħafna tipi differenti ta' diskriminazzjoni indiretta, li kollha kemm huma jridu jkunu koperti mid-definizzjoni standard li tgħid li d-diskriminazzjoni sseħħ meta jiġu applikati regoli differenti f'sitwazzjonijiet komparabbli jew meta l-istess regola tiġi applikata f'sitwazzjonijiet differenti; billi n-nisa mhux dejjem jiġu mgħarrfa bid-drittijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u dik nazzjonali eżistenti dwar l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni, jew jiddubitaw mill-effettività tar-rappurtar ta' każijiet ta' diskriminazzjoni; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' dokumenti ta' informazzjoni u ta' gwida, kampanji ta' sensibilizzazzjoni u portali ta' informazzjoni;

W.  billi l-inugwaljanzi soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-ugwaljanza fl-impjiegi, tista' tiġi miġġielda biss permezz ta' politiki li jiggarantixxu tqassim aħjar tal-ġid, fuq il-bażi ta' żieda fil-pagi reali, azzjoni li tippromwovi x-xogħol u regolamentazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari permezz ta' negozjar kollettiv u garanzija ta' aċċess universali bla ħlas għall-kura tas-saħħa pubblika ta' kwalità għolja u servizzi tal-edukazzjoni;

X.   billi kważi żagħżugħ minn kull ħamsa fl-UE qed ifittex xogħol, u billi l-ispiża finanzjarja totali tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ġiet stmata li hija EUR 153 biljun fis-sena(20), u l-ispejjeż soċjali addizzjonali huma allarmanti ħafna;

Y.   billi d-data mis-sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS)(21) tal-Eurofound tikkonferma li ftit sar progress f'dawn l-aħħar 10 snin biex titnaqqas id-diskriminazzjoni awtodikjarata kontra l-ħaddiema;

Z.   billi d-data mis-sitt EWCS tal-Eurofound tindika li 7 % tal-ħaddiema rrappurtaw li ġew diskriminati fuq bażi ta' mill-inqas raġuni waħda u tikkonferma każijiet ta' ħaddiema li jirrappurtaw evidenza ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' raġunijiet multipli;

AA.  billi r-rata ta' impjieg tan-nisa b'diżabilità fl-UE (44 %) hija sinifikament aktar baxxa mir-rata ta' impjieg tal-irġiel b'diżabilità (52 %), u billi r-rata ta' impjieg tan-nisa fil-grupp ta' età 55-65 f'ċerti Stati Membri hija madwar 30 % jew anqas, u d-differenza bejn is-sessi fl-impjiegi hija l-ogħla (14.5 punt perċentwali) meta mqabbla mad-differenza għall-gruppi ta' età medja (30-54 sena - 12.4 punt perċentwali) u iżgħar (20-29 sena - 8.3 punt perċentwali); billi l-qgħad fit-tul huwa partikolarment prevalenti fost l-impjegati żgħażagħ u l-impjegati akbar fl-età, b'mod partikolari n-nisa, u billi l-applikazzjoni u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE ġew ivvalutati u l-Parlament, fir-rapport tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2015, indika d-dubji serji tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar it-tqegħid fil-prattika tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol;

AB.  billi l-ħaddiema akbar fl-età għadhom ta' spiss jiġu esposti għal diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, l-isterjotipi u l-ostakli; billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tolqot lill-gruppi ta' età kollha, u li minħabba l-konsegwenzi tagħha, kull soċjetà umana li għandha l-għan li tikseb l-objettivi soċjali u ekonomiċi tagħha teħtieġ l-esperjenza, il-kontribut u r-rikkezza tal-ideat tal-ġenerazzjonijiet kollha, waqt li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet;

1.   Jilqa' l-fatt li kważi l-Istati Membri kollha inkludew il-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali għal raġunijiet speċifiċi ta' diskriminazzjoni fil-kostituzzjoni tagħhom; jiddispjaċih, madankollu, li huma biss ftit l-Istati Membri li sistematikament żguraw li t-testi legali eżistenti kollha jkunu konformi mal-prinċipju ta' trattament ugwali, u saħansitra numru anqas minnhom jimplimentawhom sistematikament(22), filwaqt li d-diskriminazzjoni għadha parti mill-ħajja ta' kuljum ta' bosta Ewropej;

2.   Jittama li l-Istati Membri kollha se jneħħu l-ostakli naturali, soċjali u ekonomiċi li qed jipprevjenu l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' ugwaljanza u li qed jillimitaw il-libertà taċ-ċittadini Ewropej;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li, bħala prinċipju ġuridiku, l-idea li d-drittijiet tal-bniedem huma universali, indiviżibbli u interrelatati għadha kwistjoni teoretika aktar milli waħda prattika, meta wieħed iqis li aspetti differenti tal-bniedem jiġu trattati separatament fl-istrumenti ġuridiċi eżistenti tal-UE;

4.  Jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-esperjenzi ta' diskriminazzjoni u fastidju, anke fuq il-post tax-xogħol u speċjalment fir-rigward is-sess, in-nazzjonalità, l-isfond soċjali, id-diżabilità, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, l-oriġini etnika u r-reliġjon, b'mod partikolari fil-konfront ta' nisa Musulmani u persuni LGBTI; jiddispjaċih, fl-istess ħin, dwar in-nuqqas ta' rappurtar ta' kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tinkludi enfasi speċifika fuq it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni meta timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjiegi u fix-xogħol, u jenfasizza l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza fost il-persuni LGBTI dwar id-drittijiet tagħhom, pereżempju permezz ta' korpi tal-ugwaljanza, trade unions u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi;

5.  Jenfasizza kemm huwa importanti li jintlaħaq ftehim kemm jista' jkun malajr, u jistieden lill-Kunsill jissupera l-perjodu ta' staġnar, sabiex isir progress lejn soluzzjoni pragmatika u titħaffef, mingħajr aktar dewmien, l-adozzjoni ta' direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni proposta mill-Kummissjoni fl-2008 u vvutata mill-Parlament; iqis id-direttiva prekundizzjoni biex jiġi żgurat qafas legali tal-UE konsolidat u koerenti kontra d-diskriminazzjoni, li jħares kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali barra mill-impjieg; jinnota li l-ebda restrizzjoni indebita tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva m'għandha tiġi aċċettata; iqis li l-konsolidazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar il-ġlieda kontra r-reati ta' mibegħda hija wkoll element kruċjali, meta jitqies li reati simili huma wkoll prevalenti fl-ambjent tax-xogħol;

6.   Jinnota li skont l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, il-forom kollha ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, ifixklu ħafna l-użu tal-kapital uman u jikkostitwixxu ostaklu fl-iżvilupp tal-karriera; jenfasizza l-fatt li persuni b'diżabilità spiss jisfaw vittmi ta' dawn it-tipi ta' diskriminazzjoni;

7.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' ġurisprudenza li tagħti interpretazzjoni ta' "diskriminazzjoni indiretta" f'ċerti Stati Membri, kif ukoll id-diffikultà li d-definizzjoni tagħha ħolqot għat-traspożizzjoni tad-Direttiva f'ċerti Stati Membri; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tagħti pariri lill-Istati Membri dwar tali diffikultajiet ta' interpretazzjoni;

8.  Jinnota li n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol tkun effikaċi biss jekk id-diskriminazzjoni tiġi miġġielda b'mod komprensiv fl-oqsma kollha tal-ħajja, pereżempju, permezz ta' appoġġ komunitarju, leġiżlazzjoni u għodod ta' koordinament bħal strateġiji u oqfsa kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak tal-UE, inkluża l-possibilità li jiġu introdotti miżuri ta' azzjoni pożittiva;

Reliġjon u twemmin

9.  Jinnota li l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin ġiet trasposta fl-Istati Membri kollha anki jekk id-Direttiva ma tiddefinixxix it-termini proprja(23);

10.  Jinnota l-intersezzjonalità bejn id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin u r-razza u l-etniċità, u jqis li xi gruppi ta' minoranzi reliġjużi huma partikolarment affettwati mid-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon fl-impjieg, kif iddokumentat minn riċerka nazzjonali u Ewropea, b'mod partikolari r-riċerka mwettqa mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali;

11.  Huwa tal-fehma li l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon u t-twemmin fl-Unjoni Ewropea hija attwalment ipprovduta kemm fid-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fil-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u li dawn it-tnejn jinfluwenzaw lil xulxin b'mod reċiproku;

12.   Jenfasizza li studji juru li l-aktar gruppi reliġjużi diskriminati fil-qasam tal-impjieg jinkludu l-Lhud, is-Sikhs u l-Musulmani (u speċjalment in-nisa); jirrakkomanda l-adozzjoni ta' oqfsa Ewropej għall-istrateġiji nazzjonali biex jiġu miġġielda l-anti-Semitiżmu u l-Iżlamofobija;

13.  Jirrikonoxxi l-ġurisprudenza konsiderevoli tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, jilqa' r-rwol li kellha permezz tad-deċiżjonijiet tagħha fl-interpretazzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi, u jistenna b'interess l-ewwel deċiżjonijiet futuri dwar din il-kwistjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jesprimi dispjaċir dwar in-numru baxx ta' każijiet li ġew riferuti lil qrati, li jikkuntrasta man-numru għoli ta' okkorrenzi ta' diskriminazzjoni li ħareġ minn stħarriġ tal-vittimizzazzjoni iżda li ma jiġix segwit mill-ġustizzja;

14.  Iqis li l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni għandha titqies bħala element importanti fi strateġiji li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li f'kuntest dejjem aktar ksenofobiku u Iżlamofobiku, id-diskriminazzjoni kontra komunitajiet reliġjużi, fosthom ir-rifuġjati u l-migranti, tista' tikkontribwixxi għar-radikalizzazzjoni reliġjuża tal-persuni, taffettwa l-inklużjoni b'suċċess ta' dawn tal-aħħar fis-suq tax-xogħol u jista' jkollha impatt fuq l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja b'rabta mal-istatus ta' residenza tagħhom;

15.   Jemmen li l-qrati tal-ġustizzja għandhom jaħdmu aktar biex jiżguraw li dikjarazzjoni ta' twemmin reliġjuż issir in bona fede minflok biex jivvalutaw il-validità jew il-korrettezza ta' reliġjon jew twemmin;

16.   Iqis li hija meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri b'segwitu għad-deċiżjonijiet meħuda kemm mill-qrati nazzjonali kif ukoll mill-QEDB fl-ivvalutar tal-prinċipju tas-sekularità tal-istat mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi fir-rigward tal-ethos;

17.  Jemmen li, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza disponibbli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, obbligu ta' akkomodazzjoni raġonevoli għar-raġunijiet kollha ta' diskriminazzjoni – inklużi, għaldaqstant, ir-reliġjon u t-twemmin – għandu jiġi stabbilit fil-liġi tal-UE u dik nazzjonali, sakemm dan ma jimponix piż sproporzjonat fuq l-impjegaturi u l-fornituri tas-servizz;

18.   Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt fundamentali għal-libertà tal-kuxjenza; jinnota bi tħassib li hemm Stati Membri fejn persunal mediku kompetenti u kkwalifikat sew jiċċaħħad mill-impjieg, jew ikollu l-impjieg tiegħu mitmum minħabba l-oġġezzjoni kuxjenzjuża tiegħu rigward il-proċeduri li jtemmu l-ħajja;

19.   Huwa tal-fehma li għandu jiġi kkunsidrat li, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-QEDB, id-Direttiva tipprovdi protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin tal-impjegatur;

20.  Jemmen li l-eċċezzjoni ġenerali fl-Artikolu 2(5) ġiet abbozzata b'mod wiesa' u li hemm bżonn li jsir progress fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha, li hija ta' importanza partikolari fil-kuntest tal-kriżi tar-rifuġjati u l-migrazzjoni, u jittama li l-qrati tal-ġustizzja jevalwaw bir-reqqa l-limiti tiegħu f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

21.   Jinnota li r-restrizzjonijiet imposti mill-impjegaturi fuq l-ilbies ta' simboli reliġjużi mhumiex dejjem konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn mhumiex limitati għal ċirkostanzi definiti tajjeb u tassew eċċezzjonali jew ma jsegwux objettiv leġittimu, u li l-Istati Membri mhux dejjem jieħdu miżuri xierqa kontra tali restrizzjonijiet meta dawn ma jkunux konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; huwa mħasseb li ċerti Stati Membri introduċew projbizzjoni ġenerali fuq simboli reliġjużi fl-ispazji pubbliċi, għal finijiet ta' newtralità u sekulariżmu, u din il-projbizzjoni wasslet lis-settur privat biex jipprova japplika wkoll dawn ir-restrizzjonijiet;

Diżabilità

22.   Jenfasizza li "d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità" tfisser kwalunkwe distinzjoni, esklużjoni jew restrizzjoni fuq il-bażi ta' diżabilità li għandha l-għan jew l-effett li tfixkel jew ixxejjen ir-rikonoxximent, it-tgawdija jew l-eżerċitar, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fil-qasam politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali, ċivili jew fi kwalunkwe qasam ieħor. jinnota li huma inklużi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, anke ċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli(24);

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinterpretaw il-liġi tal-UE b'tali mod li jipprovdu bażi għal kunċett ta' diżabilità f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), li tgħaqqad dawk l-elementi li jipprovdu ugwaljanza għall-persuni b'diżabilità u li jirreferu għal ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli bħala forma ta' diskriminazzjoni kif preskritta mis-CRPD; jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' ċerti Stati Membri għadha teħtieġ limitu ta' inkapaċità ta' 50 % u taċċetta biss ċertifikazzjoni medika uffiċjali;

24.   Jinnota li d-Direttiva 2000/78 fiha nnifisha ma tipprovdi l-ebda definizzjoni tal-kunċett ta' diżabilità; jenfasizza li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ntalbet tiddefinixxi l-kunċett ta' diżabilità b'mod indipendenti, għall-finijiet ta' Chacón Navas; ifakkar li kien hemm każijiet oħra li talbu kjarifika tal-kunċett ta' diżabilità kif ukoll tat-tifsira li għandha tingħata lill-kunċett ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità li l-impjegaturi jridu jipprovdu skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (HK Danmark (C-335/11 u C-337/11);

25.   Jiddeplora l-fatt li r-rata ta' impjieg fost in-nisa b'diżabilità hija anqas minn 50 %, ċifra li tenfasizza d-diskriminazzjoni doppja li jħabbtu wiċċhom magħha, u dan jagħmilha diffiċli għalihom li jkollhom rwol sħiħ fis-soċjetà,

26.   Iqis li marda terminali, jiġifieri marda jew kundizzjoni fiżika li tista' tkun raġonevolment mistennija li twassal għal mewt f'24 xahar jew inqas wara d-data taċ-ċertifikazzjoni minn tabib, tista' titqies bħala diżabilità f'każ li tfixkel il-parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali tagħha;

27.   Jenfasizza l-obbligu tal-impjegaturi li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-ħaddiema kollha b'diżabilità, li jistgħu jinkludu ħaddiema b'mard terminali;

28.   Jenfasizza li n-natura ta' ċertu mard terminali tista' twassal għal varjazzjonijiet fl-indebboliment fiżiku, mentali u psikoloġiku u li, għaldaqstant, l-impjegaturi huma obbligati jeżaminaw mill-ġdid l-akkomodazzjonijiet raġonevoli fuq bażi regolari biex jiżguraw li jappoġġjaw bis-sħiħ lill-impjegati fir-rwol tagħhom;

29.   Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ħaddiema b'diżabilità, inklużi dawk b'mard terminali, minn kull forma ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza b'mod partikulari l-bżonn li dawn il-ħaddiema jiġu protetti minn sensji inġusti;

30.  Jinnota li l-evidenza turi li l-investimenti f'akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità huma ta' benefiċċju f'sens ta' spejjeż u jipprovdu redditu, mhux biss f'termini ta' inklużjoni soċjali, iżda wkoll f'termini ta' żieda fil-produttività u tnaqqis tal-assenteiżmu(25); jiddispjaċih li ħafna Stati Membri naqsu milli jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli xierqa;

31.   Jenfasizza l-importanza tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità u għal persuni li jbatu minn mard serju, kroniku jew inkurabbli, u jappoġġja approċċi inklużivi għas-suq tax-xogħol li jiggarantixxu sigurtà u drittijiet liż-żewġ gruppi;

32.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li d-drittijiet u s-servizzi marbuta mal-impjiegi, inkluża akkomodazzjoni raġonevoli fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, ikunu portabbli u konformi mal-libertà ta' moviment għall-persuni b'diżabilità;

33.  Jilqa' l-fatt li l-Istati Membri kollha joffru għotjiet, sussidji jew vantaġġi fiskali, pereżempju, lill-impjegaturi li jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli, biex b'hekk jinċentivaw lill-impjegaturi sabiex jaġġustaw il-post tax-xogħol biex jadattaw u jiftħu s-suq tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità u biex jiżguraw li l-persuni kollha jgawdu u jeżerċitaw d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fuq l-istess livell mal-oħrajn; jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu u li l-Kummissjoni tappoġġja, it-taħriġ għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli sabiex jippermettulhom li jipproponu linji gwida dwar l-akkomodazzjoni raġonevoli u dwar il-prevenzjoni tal-esklużjoni ta' gruppi vulnerabbli speċifiċi; jitlob li jsir djalogu mal-partijiet interessati rilevanti, bħalma huma t-trade unions u l-impjegaturi bl-objettiv li tiġi definita gwida għal prattiki ta' akkomodazzjoni raġonevoli li għandhom jiġu stabbiliti;

34.   Jenfasizza l-bżonn li l-klawżoli soċjali fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku jiġu rikonoxxuti bħala l-għodda potenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-politika soċjali; huwa tal-fehma li l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli jista' jintuża bħala strument biex jintegra l-persuni b'diżabilità u gruppi vulnerabbli oħra fis-suq tax-xogħol;

35.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jadottaw oqfsa ta' kwalità għat-traineeships bl-għan li jiżguraw aċċessibilità u akkomodazzjoni raġonevoli għall-persuni b'diżabilità;

36.  Jenfasizza l-importanza ta' standard ta' disinn universali għal spazji pubbliċi u ambjenti tax-xogħol li jqis il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità, f'konformità mal-Kumment Ġenerali dwar l-aċċessibilità(26) adottat mill-Kumitat tan-NU fil-11 ta' April 2014, u jiġbed l-attenzjoni għall-impenji tal-UE dwar l-aċċessibilità sabiex jinkiseb titjib permanenti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema Ewropej kollha;

37.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu mudelli tax-xogħol intelliġenti li jippermettu lill-persuni b'diżabilità li jaħdmu mid-dar, bil-vantaġġi kollha li jirriżultaw f'termini ta' kwalità tal-ħajja u produttività;

38.  Jinnota li l-persuni b'diżabilità jagħtu kontribut prezzjuż lis-soċjetà b'mod ġenerali, u jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, biex jadattaw il-postijiet tax-xogħol u biex jipprovdu l-għajnuna meħtieġa għall-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol u biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jżidu r-rata ta' impjieg tagħhom fis-suq tax-xogħol miftuħ u biex jiġġieldu kontra l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità; jindika li l-Artikolu 7 u l-Artikolu 96(7) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)(27) jippromwovu l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) b'mod ġenerali, u fil-Programmi Operattivi b'mod partikolari, u jenfasizza li l-evalwazzjoni ex ante għandha tevalwa l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u li jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni; jikkunsidra li finanzjament Ewropew u nazzjonali jista' wkoll jiġi indirizzat, pereżempju, lejn l-SMEs li jinkoraġġixxu lill-ħaddiema jsegwu korsijiet sabiex ikunu jistgħu jibqgħu fl-impjieg;

39.   Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid l-iskemi ta' assigurazzjoni tal-impjieg bl-għan li jipprevjenu d-diskriminazzjoni ta' persuni b'diżabilità;

40.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw il-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' miżuri ta' azzjoni pożittiva, pereżempju billi jikkombinaw politiki inattivi tas-suq tax-xogħol, bħall-ħelsien mit-taxxa u inċentivi f'forma ta' flus, ma' politiki attivi tas-suq tax-xogħol – jiġifieri, gwida u konsulenza, taħriġ u edukazzjoni, u kollokamenti tax-xogħol – biex jappoġġjaw l-impjieg ta' persuni b'diżabilità;

41.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw qafas globali għal miżuri li jippermettu l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità għal persuni b'diżabilità, inkluża l-possibilità li jintużaw, pereżempju, multi imposti għal nuqqas ta' konformità ma' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni biex jiffinanzjaw l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol miftuħ u azzjonijiet oħra f'dan il-qasam;

42.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ kontinwu lill-impjegaturi li jirreklutaw persuni b'diżabilità sabiex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli u jiżguraw appoġġ adegwat fil-fażijiet kollha tal-ħajja tax-xogħol: reklutaġġ, żamma u progress tal-karriera;

43.   Jistieden lill-atturi kollha involuti jagħtu attenzjoni partikolari lill-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità intellettwali u psikosoċjali, u jiżviluppaw kampanja komprensiva ta' sensibilizzazzjoni dwar il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u jiġġieldu kontra l-preġudizzju fir-rigward ta' persuni b'diżabilità – speċjalment persuni b'diżabilità psikosoċjali, b'diżabilità intellettwali, persuni b'disturbi ġeneralizzati tal-awtiżmu u persuni akbar fl-età b'diżabilità fuq il-postijiet tax-xogħol; jitlob li l-materjal kollu relatat mal-bini tal-kapaċità, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, fost l-oħrajn, isiru disponibbli f'formati aċċessibbli;

44.   Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fil-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet konklużivi dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea adottat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fis-7 ta' Settembru 2015, u tinkludi organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-persuni b'diżabilità f'dan il-proċess;

45.   Jiddispjaċih li, fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u l-Istrateġija dwar id-Diżabilità, il-Kummissjoni għadha ma indirizzatx l-inugwaljanzi fl-età; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tissensibilizza u tindirizza d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u d-diskriminazzjoni li jsofru

Età

46.  Jenfasizza l-kontributi importanti li l-ħaddiema akbar fl-età jagħtu lis-soċjetà u l-kompetittività tal-kumpaniji; jenfasizza l-importanza li jkun hemm persuni akbar fl-età fuq il-post tax-xogħol li jistgħu jgħaddu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom lill-ħaddiema żgħażagħ fil-kuntest tat-tixjiħ attiv, u jiddispjaċih dwar il-fatt li l-età hija l-ewwel raġuni għal diskriminazzjoni fl-impjieg; jiddispjaċih li persuni akbar fl-età għadhom ta' spiss esposti għall-isterjotipi u l-ostakli fis-suq tax-xogħol u jitlob li sseħħ ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet ibbażata fuq is-solidarjetà, ir-rispett reċiproku, ir-responsabilità u r-rieda li l-persuni jieħdu ħsieb xulxin;

47.   Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għall-impjiegi u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema kollha, tkun xi tkun l-età tagħhom, u japplikaw miżuri biex jipproteġu l-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol f'termini ta' rimunerazzjoni, taħriġ, żvilupp tal-karriera, saħħa u sikurezza, eċċ.;

48.   Jinnota li tnaqqis unilaterali fl-età tal-forza tax-xogħol ma jwassalx għal aktar innovazzjoni, iżda jirrappreżenta ħela ta' esperjenza, għarfien u ħiliet;

49.   Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-impjegaturi biex jirreklutaw żgħażagħ, iżda fl-istess ħin jiżguraw u jirrispettaw it-trattament ugwali f'termini ta' rimunerazzjoni u protezzjoni soċjali, inkluż it-taħriġ neċessarju relatat max-xogħol;

50.   Jinnota bi tħassib li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tidentifika s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet bħala l-aktar għan leġittimu uniku importanti li jiġġustifika d-differenzi ta' trattament ibbażat fuq l-età(28); billi dawk l-Istati Membri li juru rati ogħla ta' impjieg għall-ħaddiema akbar fl-età huma wkoll dawk li jaħdmu ħafna aktar biex jintroduċu ż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol;

51.   Ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE li tikkonċerna l-politiki dwar it-tixjiħ trid tiġi implimentata b'mod effettiv sabiex tiġi miġġielda u evitata d-diskriminazzjoni minħabba l-età;

52.  Jinnota li, permezz tal-politiki implimentati minn ħafna Stati Membri, persuni li għandhom bejn 55 u 64 sena jirrappreżentaw sehem akbar ta' ħaddiema madwar l-Istati Membri tal-UE; jiddispjaċih, madankollu, li r-rata ta' impjieg f'dan il-grupp żdiedet bil-mod wisq u tibqa' inqas minn 50 % fl-UE 28; jenfasizza għalhekk li d-diġitalizzazzjoni għandha impatt sostanzjali fuq is-suq tax-xogħol billi toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjiegi kif ukoll kundizzjonijiet aktar flessibbli tax-xogħol bħat-telexogħol, li jista' jservi ta' għodda effettiva kontra l-esklużjoni ta' persuni li għandhom aktar minn 50 sena u għall-persuni ta' mezza età bla sengħa; jenfasizza f'dan il-kuntest li t-titjib kontinwu tal-ħiliet diġitali billi l-impjegati jiġu offruti opportunitajiet għat-taħriġ, taħriġ ulterjuri u taħriġ mill-ġdid tul il-karriera professjonali tagħhom huwa prerekwiżit biex jittieħdu l-benefiċċji mid-diġitalizzazzjoni; jemmen ukoll li l-opportunitajiet ta' ħolqien ta' impjiegi fil-futur fis-suq diġitali se jirrikjedu sforzi ulterjuri mill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, b'mod partikolari għal persuni li jkunu qabżu l-50 sena;

53.   Jenfasizza li l-miżuri li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età għandhom, bħala prinċipju, jevitaw li jagħmlu distinzjoni bejn it-tfal u l-anzjani, u li kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni mhux ġustifikata bbażata fuq l-età trid tiġi indirizzata b'mod xieraq;

54.  Jinnota li ħaddiema akbar fl-età b'mod partikolari jkollhom aktar kundizzjonijiet prekarji u jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tistudja l-problema li dejjem qiegħda tikber tal-qgħad fost il-persuni li għandhom aktar minn 50 sena u biex tiżviluppa għodod effettivi, bħal taħriġ vokazzjonali u inċentivi jew sussidji għall-impjegaturi, biex jintegraw mill-ġdid ħaddiema akbar fl-età fis-suq tax-xogħol u jipproteġuhom mis-sensja inġusta;

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-ħiliet diġitali fost il-popolazzjoni attiva, u jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni se tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali u tgħin lill-persuni akbar fl-età u lill-ħaddiema b'diżabilità biex jibqgħu għal żmien itwal fis-suq tax-xogħol, billi tippermettilhom li jibbenefikaw mill-opportunitajiet tal-intelliġenza artifiċjali; iqis li huwa importanti li tissawwar l-influwenza tas-suq diġitali fuq l-impjiegi b'mod soċjalment ġust u sostenibbli; jenfasizza l-fatt li ħafna impjegaturi ma jimpjegawx ħaddiema akbar fl-età minħabba l-isterjotipi dwar nuqqasijiet ta' ħiliet jew ħiliet mhux aġġornati; għaldaqstant jappella għall-inklużjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-edukazzjoni tal-adulti għall-ħaddiema ta' kull età fir-riflessjonijiet dwar l-Istrateġija tal-Ħiliet Ewropea, imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea;

56.  Ifakkar li r-riżorsi umani jikkostitwixxu l-aktar riżorsa importanti fl-UE u fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li l-ħiliet elettroniċi huma essenzjali għall-ħaddiema li jkunu qabżu l-55 sena sabiex tissalvagwardjahom mill-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u tgħinhom isibu impjieg ġdid; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, biex jiżviluppaw strateġiji ta' ħiliet li jgħaqqdu l-edukazzjoni u x-xogħol, u għalhekk biex jinvestu u jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja u jipprovdu skemi ta' taħriġ aċċessibbli, affordabbli u komprensivi, kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali u ħiliet personali, inkluż l-adattament għall-ambjent virtwali (ir-realtà estiża), li jippermettu li l-popolazzjoni li qed tixjieħ tadatta aħjar għad-domanda li dejjem qiegħda tikber għal ħiliet elettroniċi f'ħafna setturi differenti; għalhekk jenfasizza li l-ħaddiema li jkunu qabżu l-55 sena, speċjalment in-nisa, għandu jkollhom aċċess kontinwu għal taħriġ tal-ICT; iħeġġeġ, ukoll, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw strateġiji biex inaqqsu d-distakk diġitali u jippromwovu aċċess ugwali għal teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

57.   Jilqa' l-programm ta' ħidma tas-sħab soċjali Ewropej għall-perjodu 2015-2017 li jiffoka fuq it-tixjiħ attiv; jistieden lis-sħab soċjali jindirizzaw bir-reqqa kwistjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, it-tagħlim tal-adulti, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, sabiex jibnu qafas Ewropew li jappoġġja l-impjegabilità u s-saħħa tal-ħaddiema kollha;

58.   Jenfasizza li hemm bżonn statistika affidabbli dwar is-sitwazzjoni tal-anzjani u t-tibdil demografiku sabiex jiġu żviluppati strateġiji ta' tixjiħ attiv aktar immirati u effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm ġbir komprensiv ta' data ta' kwalità għolja dwar l-istatus soċjali tal-anzjani, is-saħħa, id-drittijiet u l-istandard ta' għajxien tagħhom;

59.   Jistieden lill-Istati Membri jwettqu rieżami tal-limiti ta' età massima għal ċerti impjiegi u karigi u għall-eliġibilità għal self, u biex ineħħu dawn il-limiti;

60.   Jirrimarka li l-promozzjoni ta' ambjenti adatti għall-anzjani hi għodda essenzjali biex jiġu appoġġjati l-ħaddiema anzjani u dawk li qed ifittxu xogħol u biex jiġu promossi soċjetajiet inklużivi li joffru opportunitajiet indaqs għal kulħadd; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proġett ta' ġestjoni konġunta tal-Kummissjoni mad-WHO bl-għan li tiġi adattata l-Gwida għall-Bliet Globali Xierqa għall-Anzjani tad-WHO għall-kuntest Ewropew;

61.   Jilqa' l-kampanja "Ambjenti tax-xogħol tajbin għas-saħħa għal kull età" immexxija mill-EU-OSHA; jenfasizza l-importanza tal-leġiżlazzjoni effettiva dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u inċentivi għall-kumpaniji biex jadottaw metodi ta' prevenzjoni; jappella sabiex il-kampanja tadotta komunikazzjoni b'saħħitha biex tilħaq lill-kumpaniji ta' kull daqs;

62.   Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-iskemi tal-pensjonijiet pubbliċi sabiex dawn jiggarantixxu sostituzzjoni tal-introjtu deċenti għal kulħadd wara l-irtirar;

63.   Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jenfasizza li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa sfida wkoll għal ħaddiema akbar fl-età, billi 18 % tal-irġiel u 22 % tan-nisa ta' bejn il-55 u l-64 sena jieħdu ħsieb membri tal-familja li jkollhom bżonn il-kura, filwaqt li aktar minn nofs in-nanniet regolarment jieħdu ħsieb in-neputijiet tagħhom; jirrakkomanda li l-inizjattiva li jmiss dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tinkludi b'mod sħiħ miżuri ta' appoġġ għal min jagħti l-kura b'mod informali u għan-nanniet fl-età tax-xogħol kif ukoll għall-ġenituri żgħażagħ;

64.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja bla ħlas li jipprovdu l-kura u l-assistenza xierqa u neċessarji għat-tfal, għall-morda u għall-anzjani;

Orjentazzjoni sesswali

65.  Jinnota li l-qrati nazzjonali u l-QtĠ-UE semgħu biss numru limitat ta' każijiet dwar diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

66.  Ifakkar li, minkejja l-fatt li n-numru ta' Stati Membri li estendew il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali fl-oqsma kollha koperti mid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali żdied minn 10 fl-2010 għal 13 fl-2014, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru għadha limitata(29);

67.  Ifakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni mid-diskriminazzjoni disponibbli għal persuni trans, speċjalment fil-qasam tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, għadu inċert f'ħafna Stati Membri; jitlob għal miżuri sabiex tiġi implimentata b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (tfassil mill-ġdid); jirrimarka li tali miżuri għandhom jinkludu definizzjonijiet legali mtejba biex jiġi żgurat li l-protezzjonijiet jinkludu l-persuni transġeneri kollha u mhux biss il-persuni trans li qed jagħmlu jew għamlu diġà bidla fis-sess(30);

68.  Jinsab imħasseb li livelli ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet fil-qasam tad-diskriminazzjoni, u ta' sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta' korpi u organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi ta' diskriminazzjoni, huma baxxi, u r-rati ta' sensibilizzazzjoni fost il-persuni LGBTI huma ogħla; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti kollha, għandhom jintensifikaw l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni b'mod sostanzjali kemm għall-vittmi kif ukoll għall-impjegaturi u għal gruppi oħrajn ukoll; jirrimarka li l-organizzazzjonijiet LGBTI nazzjonali huma sħab importanti f'dawn l-isforzi;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' sħubija, reġimi matrimonjali u drittijiet tal-ġenituri; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jikkunsidraw id-diskriminazzjoni speċifika li jiffaċċjaw il-persuni intersesswali fl-impjiegi u jagħmlu rieżami tal-liġijiet u l-prattiki bl-għan li jipprevjenu d-diskriminazzjoni ta' persuni intersesswali;

Aspetti orizzontali u rakkomandazzjonijiet

70.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' ċarezza u ċertezza ġuridika fir-rigward tad-diskriminazzjoni multipla, sikwit bħala konsegwenza ta' standards u regoli differenti u frammentati li jeżistu minn Stat Membru għal ieħor; jinnota l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Equinet biex jgħin fl-iżvilupp ta' standards komuni, u jemmen li dan għandu jingħata appoġġ adegwat;

71  Jiddeplora l-fatt li d-Direttiva 2000/78/KE ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar id-diskriminazzjoni multipla, allavolja tal-anqas tiddikjara li n-nisa huma ħafna drabi vittmi tagħha u jinnota, barra minn hekk, li l-kombinazzjoni ta' żewġ forom jew aktar ta' diskriminazzjoni tista' toħloq problemi li jirriżultaw minn diverġenzi fil-livell garantit ta' protezzjoni għal forom differenti; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiġġieldu kontra l-forom kollha tad-diskriminazzjoni multipla u jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs fis-suq tax-xogħol u fl-aċċess għall-impjiegi; jirrakkomanda li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-korpi tal-infurzar tal-liġi, inklużi l-ispetturi tax-xogħol, il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżidu l-monitoraġġ tagħhom tal-intersezzjonalità bejn is-sessi u raġunijiet oħra f'każijiet u prattiki ta' diskriminazzjoni;

72.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' data oġġettiva, komparabbli u diżaggregata dwar każijiet ta' diskriminazzjoni u inugwaljanza jagħmilha aktar diffiċli biex tiġi ppruvata l-eżistenza ta' diskriminazzjoni, partikolarment id-diskriminazzjoni indiretta; jirrimarka li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/78/KE jipprevedi bidla fil-piż tal-prova u t-treġġigħ lura tiegħu fejn ikun hemm fatti li minnhom wieħed jista' jassumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data dwar l-ugwaljanza fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva b'mod preċiż u sistematiku u bl-involviment tas-sħab soċjali, tal-korpi ta' ugwaljanza nazzjonali u tal-qrati nazzjonali;

73.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw – inkluż bħala parti mill-proċess ta' rappurtar nazzjonali u fir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali – statistika armonizzata u omoġenja mfassla biex timla n-nuqqasijiet kollha fil-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi biex tippromwovi tali ġbir ta' data permezz ta' Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri u billi tinkariga lill-Eurostat bl-iżvilupp ta' konsultazzjonijiet immirati lejn l-integrazzjoni ta' data diżaggregata għar-raġunijiet kollha ta' diskriminazzjoni fl-indikaturi tal-Istħarriġ Soċjali Ewropew, sabiex jittieħdu azzjoni u miżuri prattiċi kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni marbuta mar-reklutaġġ u s-suq tax-xogħol;

74.   Jirrakkomanda li, waqt il-ġbir ta' data statistika dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg, l-Istati Membri jinkludu mistoqsijiet fakultattivi fi stħarriġ dwar ix-xogħol sabiex jiskopru l-possibilità ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali;

75.   Jenfasizza li l-proċess leġiżlattiv fil-livelli kollha għandu jqis il-piż burokratiku fuq il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u li l-miżuri proposti għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-proporzjonalità;

76.  Jinnota r-rwol importanti tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, li jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni u l-ġbir tad-data, b'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u ma' partijiet interessati oħra, filwaqt li jindirizzaw in-nuqqas ta' rappurtar u jieħdu rwol ewlieni fis-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tressiq tal-ilmenti mill-vittmi ta' diskriminazzjoni; jitlob li r-rwol tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jissaħħaħ, l-imparzjalità tagħhom tiġi żgurata u li l-kapaċitajiet tagħhom jiżdiedu, inkluż permezz tal-għoti ta' finanzjament adegwat;

77.  Jistieden lill-Istati Membri juru impenn akbar fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki dwar l-impjieg; jitlob l-użu attiv tal-ibbaġittjar għall-perspettiva tal-ġeneri, anke permezz tal-promozzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki mill-Kummissjoni, u li jkun hemm miżuri li jinkoraġġixxu l-impjieg tan-nisa fuq bażi ġusta mingħajr forom mhux sikuri ta' impjieg, b'bilanċ san bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u t-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll miżuri li jnaqqsu d-differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel, u, b'mod ġenerali, itejbu l-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

78.  Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali fir-rigward tas-sessi bħala miżuri indispensabbli sabiex jitħeġġeġ it-trattament ugwali;

79.  Jenfasizza l-fatt li l-politiki dwar it-trattament indaqs għandu jkollhom l-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-isterjotipi fl-impjiegi u r-rwoli kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa;

80.  Jenfasizza li s-sħab soċjali għandhom rwol ewlieni biex jinfurmaw kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-impjegaturi u sabiex jissensibilizzawhom dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

81.  Iqis li jeħtieġ ikun hemm aktar enfasi fuq l-ibbilanċjar bejn id-drittijiet bħal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin u l-libertà tal-espressjoni f'każijiet ta' fastidju minħabba raġunijiet bħal dawn;

82.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jsaħħu lil korpi nazzjonali ta' spezzjoni tax-xogħol, u jipprovdulhom il-kundizzjonijiet u r-riżorsi finanzjarji u umani li jippermettuhom iżommu preżenza effettiva fil-post sabiex jiġġieldu kontra l-impjieg prekarju, l-impjieg mhux regolat u d-diskriminazzjoni fix-xogħol u fil-paga, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u tal-ħajja privata b'miżuri konkreti, bħal li jiġu proposti b'urġenza proposti leġiżlattivi ġodda dwar id-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità biex jiggarantixxu d-dritt għar-ritorn għax-xogħol għan-nisa wara t-tqala u l-liv tal-maternità u l-liv tal-ġenituri, sabiex ikun iggarantit id-dritt tagħhom għal protezzjoni effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-maternità tagħhom, u biex jieħdu miżuri biex jipprevjenu t-tkeċċija inġusta tal-impjegati matul it-tqala, eċċ., kif ukoll id-Direttiva dwar il-Liv tal-Indukraturi u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-liv tal-paternità;

84.  Jinnota li l-aċċess għall-ġustizzja huwa limitat f'ħafna każijiet ta' diskriminazzjoni; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-informazzjoni għall-vittmi ta' diskriminazzjoni; iqis li huwa neċessarju li l-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li jiġu pprovduti konsulenza u assistenza legali raġonevoli, disponibbli u aċċessibbli lill-vittmi fl-istadji kollha tal-proċess legali, inklużi, pereżempju, konsulenza kunfidenzjali u personalizzata, u appoġġ emozzjonali, personali u morali, mill-korpi jew intermedjarji xierqa ta' ugwaljanza; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-fastidju u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol li jmorru kontra d-dinjità tal-persuna u/jew joħolqu ambjent offensiv fuq il-post tax-xogħol;

85.  Jemmen li l-mekkaniżmi ta' lmenti għandhom jittejbu fil-livell nazzjonali permezz tat-tisħiħ tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza biex jiżdied l-aċċess għal mekkaniżmi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, u permezz taż-żieda fil-fiduċja fl-awtoritajiet, tal-għoti ta' appoġġ legali, tal-offerta ta' konsulenza u appoġġ legali u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri legali li spiss ikunu twal u kumplessi; jistieden lill-Istati Membri joħolqu pjattaformi li jkunu jistgħu jirċievu lmenti u jipprovdu appoġġ bla ħlas dwar il-kuntest legali f'każijiet ta' diskriminazzjoni u fastidju fuq il-post tax-xogħol;

86.   jitlob, fir-rigward ta' każijiet ta' diskriminazzjoni u/jew fastidju psikoloġiku (mobbing) u/jew insegwiment fastidjuż (stalking) fuq il-post tax-xogħol, biex jiġu addottati regoli sabiex jipproteġu lill-informaturi u l-privatezza tagħhom;

87.  Ifakkar li t-tressiq ta' kawżi l-qorti, u l-iżgurar ta' rappreżentanza adegwata, għadhom problematiċi f'ċerti każijiet, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsibu modi biex jgħinu lill-vittmi f'dan ir-rigward, inkluż permezz ta' eżenzjonijiet mit-taxxa, għajnuna legali u assistenza minn NGOs speċjalizzati, eċċ., u billi jiżguraw rimedju legali u rappreżentanza adegwata; jenfasizza l-importanza tal-pożizzjoni legali tal-NGOs li għandhom interess leġittimu fil-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi rilevanti;

88.  Jilqa' l-fatt li s-sanzjonijiet previsti mil-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni tal-Istati Membri huma ġeneralment konformi mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi; jindika wkoll ir-rwol importanti tal-korpi pubbliċi speċjalizzati kontra d-diskriminazzjoni fis-soluzzjoni ta' problemi relatati mal-penali u l-appelli; jinsab imħasseb, madankollu, li, f'termini tal-livell u l-ammont ta' kumpens mogħti, il-qrati nazzjonali għandhom tendenza li japplikaw l-iżgħar skala tas-sanzjonijiet prevista mil-liġi(31); jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib lir-regoli applikabbli għas-sanzjonijiet u r-rimedju fl-Istati Membri sabiex tiżgura li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix, kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rrappurtat, pieni purament simboliċi jew l-għoti ta' twissijiet biss f'każijiet ta' diskriminazzjoni.

89.   Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li ftit huma dawk fil-komunità Rom li huma attivi fis-suq tax-xogħol; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-NGOs involuti ma' din il-minorità etnika sabiex il-persuni Rom jitħeġġu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol; jinnota wkoll li l-NGOs għandhom rwol importanti biex jinfurmaw lill-persuni Rom dwar id-drittijiet tagħhom jew jgħinuhom biex jirrappurtaw każijiet ta' diskriminazzjoni, li dan fl-aħħar mill-aħħar se jservi biex itejjeb il-ġbir tad-data;

90.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibilità offruta mid-Direttiva li jintroduċu azzjoni pożittiva f'każ ta' gruppi li jbatu minn diskriminazzjoni gravi u strutturali bħar-Rom;

91.  Jilqa' l-fatt li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri qiesu xi forma ta' azzjoni pożittiva fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

92.  Jenfasizza l-ħtieġa għat-tixrid ta' deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u għal skambju ta' deċiżjonijiet tal-qorti nazzjonali skont tal-Ġustizzja tal-UE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi;

93.   Għandu jiġi żgurat li jingħata appoġġ lill-persuni li jindukraw informali li jikkombinaw responsabilitajiet ta' xogħol u ta' kura (pereżempju sigħat ta' xogħol flessibbli, kura ta' serħan) sabiex dawn (fil-biċċa l-kbira nisa) ikollhom il-mezzi biex jipprovdu l-kura, jagħtu kontribuzzjoni kbira lill-familji tagħhom u lis-soċjetà u ma jkunux penalizzati għal dan il-kontribut issa jew aktar tard f'ħajjithom;

94.  Iqis li huwa neċessarju li jingħata taħriġ adegwat lill-impjegati tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-ispettorati tax-xogħol; jemmen li t-taħriġ għall-partijiet interessati rilevanti kollha, bħal imħallfin, prosekuturi, persunal ġudizzjarju, avukati u investigaturi, pulizija u persunal tal-ħabs dwar il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-impjiegi u fil-ġurisprudenza huwa ta' importanza kritika, flimkien ma' taħriġ dwar fehim kulturali u preġudizzju mhux konxju;

95.   Iqis li huwa neċessarju li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lill-kumpaniji privati, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi, mudelli għall-oqfsa ta' ugwaljanza u diversità li jistgħu mbagħad ikunu replikati u adattati skont il-ħtiġijiet tagħhom; jistieden lill-partijiet interessati tan-negozju jmorru lil hinn milli jagħmlu l-wegħdiet fir-rigward tar-rispett għall-ugwaljanza u d-diversità, billi, fost l-oħrajn, jirrappurtaw fuq bażi annwali l-inizjattivi tagħhom f'dan ir-rigward bl-għajnuna tal-korpi tal-ugwaljanza, jekk ikunu jixtiequ;

96.   Jistieden lill-impjegaturi joħolqu ambjenti tax-xogħol antidiskriminatorji għall-impjegati tagħhom billi jirrispettaw u jimplimentaw id-direttivi attwali kontra d-diskriminazzjoni bbażati fuq il-prinċipju tat-trattament indaqs irrispettivament mis-sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati;

97.  Ifakkar ir-rwol importanti tas-sħab soċjali, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili fl-għoti ta' assistenza lill-vittmi, u jenfasizza li ħafna drabi huwa aktar faċli għal persuni li jbatu minn diskriminazzjoni li jfittxu l-għajnuna tagħhom milli ta' atturi oħra; jitlob, għalhekk, li jiġi offrut appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f'dan il-qasam;

98.  Jitlob għal edukazzjoni ċivika u dwar id-drittijiet tal-bniedem li trawwem is-sensibilizzazzjoni u l-aċċettazzjoni tad-diversità, u li tfittex li toħloq ambjent inklużiv billi tinkoraġġixxi d-definizzjoni mill-ġdid ta' normi u t-tneħħija ta' tikketti li jinsultaw;

99.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istudju tal-edukazzjoni ċivika u tad-drittijiet tal-bniedem fl-iskejjel primarji u sekondarji;

100.   Iqis neċessarju li l-Kummissjoni tadotta qafas Ewropew għall-istrateġiji nazzjonali biex tiġġieled kontra l-anti-Semitiżmu, l-Iżlamofobija u forom oħra ta' razziżmu;

101.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu skemi adegwati li jippermettu lill-ħabsin li jkunu temmew il-priġunerija tagħhom biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol:

102.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal partijiet interessati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi tal-ugwaljanza, għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' edukazzjoni dwar id-diskriminazzjoni fl-impjiegi; jistieden lis-settur privat jagħti sehmu fil-ħolqien ta' ambjent tax-xogħol mingħajr diskriminazzjoni;

103.   Jistieden lill-Istati Membri jippruvaw joħolqu skambju tal-aħjar prattika biex jgħinu fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol;

104.   Jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali jiżviluppaw kuxjenza interna tal-inugwaljanza fl-impjiegi u joħorġu bi proposti biex jindirizzaw kwistjonijiet fil-livell tal-organizzazzjoni/kumpanija dwar negozjar kollettiv settorjali, taħriġ u kampanji mmirati lejn il-membri u l-ħaddiema;

105.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvolvu lis-sħab soċjali (trade unions u impjegaturi) u lis-soċjetà ċivili, inklużi korpi tal-ugwaljanza, fl-applikazzjoni effettiva tal-ugwaljanza fl-impjieg u fix-xogħol, bil-ħsieb li jitrawwem it-trattament indaqs; jistieden ukoll lill-Istati Membri jtejbu d-djalogu soċjali u l-iskambju tal-esperjenza u l-aħjar prattika;

106.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)

ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(3)

ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0321.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0320.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2015)0286.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2015)0293.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2015)0261.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2015)0068.

(10)

Testi adottati, P7_TA(2013)0328.

(11)

Testi adottati, P7_TA(2011)0453.

(12)

Testi adottati, P7_TA(2010)0400.

(13)

Testi adottati, P7_TA(2010)0262.

(14)

Testi Adottati, P6_TA(2009)0371.

(15)

Testi Adottati, P6_TA (2008)0212.

(16)

http://www.echr.coe.int/Documents/2012_Brighton_FinalDeclaration_ENG.pdf

(17)

Kawża C-147/08, Römer [2011] ECR I-3591.

(18)

http://fra.europa.eu/en/publication/2014/eu-lgbt-survey-european-union-lesbian-gay-bisexual-and-transgender-survey-main

(19)

http://fra.europa.eu/en/publication/2014/being-trans-eu-comparative-analysis-eu-lgbt-survey-data

(20)

http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR15_03/SR15_03_MT.pdf.

(21)

http://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef1568en.pdf

(22)

EPRS, "Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha".

(23)

Ibid.

(24)

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, it-13 ta' Diċembru 2006, Artikolu 2.

(25)

Parlament Ewropew, Dipartiment Tematiku A: Politika Ekonomika u Xjentifika, "Reasonable Accommodation and Sheltered Workshops for People with Disabilities: Costs and Returns of Investments".

(26)

Kumment ġenerali Nru 2.(2014) dwar l-Artikolu 9: Aċċessibilità https://documentsddsny. un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/033/13/ PDF/G1403313.pdf?OpenElement

(27)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(28)

Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni: Annessi tar-Rapport Konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE) u tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi (2000/78/KE) (SWD(2014)5)

(29)

Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (2015), "Protection against discrimination on grounds of sexual orientation, gender identity and sex characteristics in the European Union: Comparative legal analysis".

(30)

Ibid.

(31)

EPRS, op. cit.


NOTA SPJEGATTIVA

Skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. L-Unjoni Ewropea għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Fl-Istati Membri, il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandhom jipprevalu. L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali għandha tkun projbita.

Għaddew 15-il sena mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, li l-objettiv aħħari tagħha huwa l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-ugwaljanza fl-impjiegi u fix-xogħol.

Ir-rapporteur tinsab kuntenta tosserva li xi Stati Membri jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi fis-sens li ma jillimitawx il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon u twemmin, diżabilità, età u orjentazzjoni sesswali għal impjieg, xogħol u taħriġ professjonali, iżda jestendewha għall-oqsma koperti mid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali.

Skont ir-raba' Ewrobarometru kien hemm aktar Ewropej tolleranti lejn gruppi f'riskju ta' diskriminazzjoni u kienu wkoll infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom f'każ ta' diskriminazzjoni b'paragun mal-istħarriġ preċedenti li sar fl-2012.

Madankollu, għad hemm sfidi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi.

Skont data mingħand l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) 40 % tar-Rom li qed ifittxu impjieg jesperjenzaw diskriminazzjoni, 75 % tal-omosesswali ma jżommux idejn is-sħab tagħhom fil-pubbliku, 38 % ta' dawk li wieġbu li huma Lhud ammettew li ma jilbsux l-ilbies simboliku tagħhom fil-pubbliku, 37 % ta' dawk li wieġbu li huma Musulmani rrappurtaw li qed jesperjenzaw diskriminazzjoni u 11 % minnhom esperjenzaw reati ta' mibegħda. B'mod ġenerali, din is-sitwazzjoni għandha impatt negattiv fuq il-koeżjoni soċjali, kif ukoll fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Data disponibbli dwar l-ugwaljanza għadha skarsa ħafna, anke minħabba l-fatt li d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi ma tirrikjedix li l-Istati Membri jiġbru din id-data. Għalhekk, ir-rapporteur hija kuntenta li l-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tevalwa l-mezzi biex tippromwovi l-ġbir ta' tali informazzjoni, b'kooperazzjoni mal-FRA(1).

L-istħarriġiet juru b'mod regolari li d-diskrepanza bejn il-livelli ta' diskriminazzjoni esperjenzati u diskriminazzjoni rrappurtati għandha tiġi indirizzata b'mod serju. Il-vittmi għad għandhom diffikultà jirrikonoxxu sitwazzjoni diskriminatorja.

L-għarfien huwa baxx mhux biss fost iċ-ċittadini iżda wkoll fost il-membri tal-professjonijiet legali, għalkemm għal dawn tal-aħħar il-bidla saret viżibbli. Ċerti raġunijiet koperti mid-Direttiva, bħad-diżabilità, irċevew rekord sinifikanti ta' attenzjoni f'diversi livelli, inkluż fil-livell Ewropew b'paragun ma' oħrajn, bħar-reliġjon jew it-twemmin(2).

Jeħtieġ li ssir ħidma biex jiżdied id-djalogu bejn il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali għar-raġunijiet kollha u biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ddelegaw ir-responsabilità f'termini ta' tixrid ta' informazzjoni dwar leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u dwar is-sensibilizzazzjoni lill-korpi nazzjonali speċjalizzati mingħajr ma neċessarjament tawhom ir-riżorsi adegwati(3).

Skont studju mill-Kummissjoni Ewropea(4), hemm korrelazzjoni possibbli bejn il-pajjiżi b'livelli baxxi ta' ġurisprudenza u pajjiżi li ttrasponew id-Direttiva sempliċement billi użaw formulazzjonijiet mid-Direttivi fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Ċerti diffikultajiet proċedurali li jaffettwaw l-aċċess għall-ġustizzja u l-infurzar effettiv jirriżultaw ukoll minn perjodi qosra ta' preskrizzjoni previsti fil-leġiżlazzjoni, proċeduri twal, spejjeż għoljin u nuqqasijiet fil-forniment ta' għajnuna legali, kif ukoll ostakli tal-lingwa, aċċess għall-persuni b'diżabilità u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-locus standi dwar l-interess leġittimu. Hija meħtieġa aktar ħidma biex tiġi żgurata l-kredibilità u l-ammissibilità ta' metodi ta' prova, bħal evidenza statistika u, sa ċertu punt, l-ittestjar tas-sitwazzjoni jew deduzzjonijiet magħmula minn ċirkustanzi.

L-istess studju jindika li l-aċċess effettiv għall-ġustizzja jista' jiġi solvut permezz ta' azzjoni kollettiva, u dan ikun jikkostitwixxi soluzzjoni xierqa biex jiġu rimedjati sitwazzjonijiet fejn ċifri ta' kumpens estremament baxxi jingħataw lill-vittmi; Sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-fatt li l-vittmi jkollhom iħallsu l-ispejjeż kollha; u biex tiġi solvuta l-problema ta' aċċess limitat għal għajnuna legali b'xejn. Fuq l-istess linji "actio popolaris", jekk u meta jkun ġeneralment permess jista' jikkostitwixxi strument ideali biex tittieħed azzjoni legali quddiem il-qorti fil-każijiet ta', pereżempju, diskors ta' mibegħda kontra grupp vulnerabbli partikolari meta ma jkunx hemm vittma speċifika identifikabbli iżda fejn issir ħsara għall-interess pubbliku. Fl-aħħar nett meta tingħata deċiżjoni minn qorti jew korp tal-ugwaljanza, is-sanzjonijiet mhux dejjem jiġu osservati mill-konvenuti u r-rakkomandazzjonijiet mhumiex dejjem segwiti mill-awtoritajiet pubbliċi.

Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku wassal għal tnaqqis fil-baġits li affettwa bil-kbir lill-korpi tal-ugwaljanza u NGOs f'bosta Stati Membri. Saħansitra aktar inkwetanti, il-kriżi kellha impatt serju fuq il-prospetti għal żviluppi futuri f’ħafna Stati Membri.

Skont id-data mill-Kummissjoni Ewropea, il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (15-64) fl-UE bdiet tonqos filwaqt li l-popolazzjoni ta' persuni li għandhom 65 sena jew aktar hija mistennija li tiżdied minn 87 miljun fl-2010 għal 152 miljun fl-2060. F'dan il-kuntest, in-numru ta' persuni li jeħtieġu l-kura kważi se jittriplika matul l-istess perjodu(5).

Il-ħtieġa għal żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol fil-ġejjieni, kif ukoll is-sigurtà tal-introjtu fit-tul, jagħmluwha essenzjali li jinstabu arranġamenti aħjar li jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, inkluża l-kura għal membru tal-familja. Konsegwentement, ir-rapporteur tittama li r-rapport annwali tal-2013 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kummissjoni, li jinnota li l-organizzazzjoni tal-kura fit-tul irid ikollha rwol ewlieni fl-abilitazzjoni tal-parteċipazzjoni fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, dalwaqt se jiġi traspost fil-prattika.

Id-diskriminazzjoni tmiss l-aspetti kollha tal-ħajja tan-nies u l-impjieg hija biss waħda minnhom. Il-bidla tiġi mal-evoluzzjoni u s-soċjetà tagħna għandha bżonn tadatta għall-ambjenti kulturali tal-lum. L-ambjent tax-xogħol għandu jiġi adattat ukoll iżda l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-leġiżlazzjoni iżda wkoll fuq il-ħolqien ta' kultura tax-xogħol u l-benesseri ta' kulħadd.

(1)

EPRS, Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evaluation of its implementation. In Depth Analysis

(2)

EPRS, Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi – Evaluation of its implementation. In Depth Analysis

(3)

L-Iżvilupp ta' Liġi kontra d-Diskriminazzjoni fl-Ewropa. It-28 Stat Membru, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u t-Turkija mqabbla. Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi. 2015

(4)

L-Iżvilupp ta' Liġi kontra d-Diskriminazzjoni fl-Ewropa. It-28 Stat Membru, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u t-Turkija mqabbla. Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi. 2015

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea - L-iżvilupp ta' Liġi kontra d-Diskriminazzjoni fl-Ewropa. It-28 Stat Membru tal-UE, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u t-Turkija mqabbla. 2015


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (22.3.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")

(2015/2116(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Stevens

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-fatt li, fl-UE, individwu mhuwiex protett barra l-post tax-xogħol kontra diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin, l-età, id-diżabilità jew l-orjentament sesswali; huwa tal-fehma, li n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol tkun effikaċi biss jekk id-diskriminazzjoni tiġi ddikjarata illegali b'mod komprensiv fl-oqsma l-oħra kollha, inklużi l-edukazzjoni, l-aċċess għall-beni u s-servizzi u l-protezzjoni soċjali; jiddeplora l-fatt li minkejja li l-Kummissjoni pproponiet direttiva tal-UE kontra d-diskriminazzjoni fl-2008, u l-Parlament ivvota favuriha fl-2009, il-kwistjoni għadha mblukkata fil-Kunsill; jiddeplora n-nuqqas ta' rieda politika murija minn xi Stati Membri, in-nuqqas ta' trasparenza fil-proċess ta' negozjar fil-Kunsill u l-abbuż tal-priniċpju ta' unanimità min-naħa tal-Istati Membri opponenti; ifakkar li stieden lill-Kunsill biex jadotta l-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali bosta drabi f'dawn l-aħħar 8 snin, iżda li l-Kunsill naqas milli jaġixxi u jirreaġixxi b'mod pożittiv għal dan l-appell min-naħa tal-Parmalent Ewropew – l-unika istituzzjoni tal-Unjoni eletta direttament miċ-ċittadini; iħeġġeġ, għal darb'oħra, lill-Kunsill jegħleb l-inerzja politika tiegħu u jadotta malajr id-Direttiva proposta 8 snin ilu

2.  Jemmen li l-mekkaniżmi ta' lmenti għandhom jittejbu fil-livell nazzjonali permezz tat-tisħiħ tal-korpi nazzjonali li jaħdmu favur l-ugwaljanza biex jiżdied l-aċċess għal mekkaniżmi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, u billi tiżdied il-fiduċja fl-awtoritajiet, jiġi pprovdut appoġġ legali, jiġu offruti konsulenza u appoġġ legali u jiġu simplifikati l-proċeduri legali li spiss ikunu twal u kumplessi;

3.  Jiddispjaċih għall-fatt li, bħala prinċipju ġuridiku, l-idea li d-drittijiet tal-bniedem huma universali, indiviżibbli u interrelatati għadha kwistjoni teoretika aktar milli prattika, meta wieħed iqis li aspetti differenti tal-bniedem jiġu trattati separatament fl-istrumenti ġuridiċi eżistenti tal-UE;

4.  Jiddispjaċih dwar iż-żieda fl-esperjenzi ta' diskriminazzjoni u intimidazzjoni, fosthom fuq il-post tax-xogħol u speċjalment fir-rigward tal-ġeneru, in-nazzjonalità, l-isfond soċjali, id-diżabilità, id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru, l-oriġini etnika u r-reliġjon, b'mod partikolari fil-konfront ta' nisa Musulmani u persuni LGBTI; jiddispjaċih, fl-istess ħin, dwar in-nuqqas ta' rappurtar ta' kull forma ta' diskriminazzjoni, speċjalment id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità u d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tinkludi fokus speċifiku fuq it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni meta timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u jenfasizza l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza fost il-persuni LGBTI dwar id-drittijiet tagħhom, pereżempju permezz ta' entitajiet favur l-ugwaljanza, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem;

5.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' għarfien dwar id-drittijiet tal-vittmi u l-possibilitajiet li dawn ifittxu rimedju, u għaldaqstant jitlob li jiġu organizzati attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni strutturati u mmirati dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza fl-impjiegi, kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-Istati Membri;

6.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' ċarezza u ċertezza ġuridika fir-rigward tad-diskriminazzjoni multipla, sikwit bħala konsegwenza ta' standards u regoli differenti u frammentati li jeżistu minn Stat Membru għal ieħor; jinnota l-importanza tal-ħidma mwettqa mill-Equinet biex jgħin fl-iżvilupp ta' standards komuni, u jemmen li dan għandu jingħata appoġġ adegwat

7.  Jiddispjaċih li l-isfruttament tax-xogħol gravi għadu jippersisti fl-Unjoni Ewropea. jinnota li l-vittmi tal-isfruttament tax-xogħol gravi spiss ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom, mill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jindirizzaw u mill-possibilitajiet li jirċievu appoġġ u rimedju. jitlob, f'dan ir-rigward, li jiġu stabbiliti pjattaforma u hotline Ewropej li jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-vittmi ta' sfruttament gravi tax-xogħol , inkluża informazzjoni speċifika rigward kull Stat Membru.

8.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' data komparabbli u diżaggregata dwar l-ugwaljanza, kif ukoll id-differenzi fl-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-rappurtar tal-każijiet; Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex b'mod sistematiku jiġbru data dwar l-ugwaljanza biex id-diskriminazzjoni eżistenti, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni indiretta, jagħmluha aktar viżibbli f'konformità sħiħa mad-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, flimkien mal-aġenziji rilevanti, jiġbru b'mod regolari data rilevanti u komparabbli li jkunu diżaggregati skont il-bażi tad-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni multipla;

9.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għall-kuntrarju tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi ma tqisx b'mod espliċitu r-rifjut ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità bħala forma ta' diskriminazzjoni;

10.  Jinnota li n-nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-impjieg u x-xogħol tkun effikaċi biss jekk id-diskriminazzjoni tiġi miġġielda b'mod komprensiv fl-oqsma kollha tal-ħajja, pereżempju, permezz ta' appoġġ Komunitarju, għodod ta' leġiżlazzjoni u koordinament bħal strateġiji u oqfsa kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak tal-UE, inkluża l-possibilità li jiġu introdotti miżuri ta' azzjoni pożittiva;

11.  Josserva li l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilitajiet hija prerekwiżit għall-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà, u jilqa', għaldaqstant, il-proposta reċenti għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, peress li tali miżura żgur ikollha impatt reali u pożittiv fuq il-ħajja tal-persuni b'diżabilità; jinnota li l-komunikazzjoni dwar din il-proposta kienet ta' kwalità baxxa ħafna u dan irriżulta fl-istaġnar tan-negozjati dwar id-direttiva rigward l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali, li ilha mblukkata fil-Kunsill mindu ġiet proposta mill-Kummissjoni fl-2008 u ġiet vvotata fil-Parlament fl-2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.3.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Ana Gomes, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Timothy Kirkhope, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Alessandra Mussolini, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Marek Jurek, Jean Lambert, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, Salvatore Domenico Pogliese, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Jens Gieseke, Peter Jahr, Karin Kadenbach, Werner Kuhn, Maria Noichl, Claudia Schmidt


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (15.3.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg")

(2015/2116(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Michaela Šojdrová

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi r-rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kummissjoni jiddikjara li t-28 Stati Membri kollha ttrasponew id-Direttiva f'leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda li l-leġiżlazzjoni waħedha mhix biżżejjed biex tkun żgurata ugwaljanza sħiħa u li din għandha tissaħħaħ bl-azzjoni politika xierqa; billi diġà ġew adottati mill-Parlament miżuri ta' politika, bħalma huma d-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati, u billi miżuri bħal dawn għandhom il-potenzjal li jgħinu biex ikun hemm ugwaljanza akbar għan-nisa fil-qasam tal-impjiegi u biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa għall-pożizzjonijiet maniġerjali; billi l-leġiżlazzjoni għandha titqies bħala għodda kruċjali sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda billi din għandha tkun ikkombinata ma' proċeduri normattivi u kampanji sabiex tiġi implimentata l-ugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss fil-leġiżlazzjoni, iżda wkoll fl-opinjoni pubblika;

B.  billi l-applikazzjoni u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE ġew ivvalutati u billi l-Parlament, fir-rapport tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2015, esprima d-dubji serji tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva biex din tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fil-kwistjonijiet tal-impjiegi u x-xogħol;

C.  billi l-inugwaljanzi soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-ugwaljanza fl-impjiegi, tista' tiġi miġġielda biss permezz ta' politiki li jiggarantixxu tqassim aħjar tal-ġid, fuq il-bażi ta' żieda fil-pagi reali, azzjoni biex jitħeġġu x-xogħol u r-regolamentazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari permezz tan-negozjar kollettiv u l-garanzija ta' aċċess universali bla ħlas għall-kura tas-saħħa pubblika u s-servizzi tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja;

D.  billi n-nisa huma dawk li l-aktar jiġu affettwati mill-qgħad u li jġarrbu diskriminazzjoni negattiva f'termini ta' aċċess għall-impjiegi, b'mod partikolari fil-każ ta' ommijiet u nisa li jixtiequ jkollhom it-tfal;

E.  billi n-nisa huma fil-biċċa l-kbira dawk li għandhom ir-responsabilità primarja għall-kura tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni oħra dipendenti, għall-familja u d-dar, u billi din ir-responsabilità tkun akbar jekk ikollhom tfal b'diżabilità; billi dan għandu effett dirett fuq l-aċċess tan-nisa għall-impjiegi u għall-iżvilupp professjonali tagħhom u jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom, pereżempju d-diversi każijiet fejn in-nisa huma ħaddiema part-time involontarji jew jiġu sfurzati f'forom prekarji ta' impjieg, u billi dawn il-fatturi kollha jipproduċu differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel;

F.  billi l-familji b'ġenitur wieħed, primarjament ommijiet mhux miżżewġin, kull ma jmur huma aktar magħmula mill-ifqar ħaddiema, u billi l-miżuri kollha adottati għandhom jiffukaw fuq il-ġenituri waħedhom;

G.  billi l-firxa wiesgħa ta' ħiliet u kompetenzi miksuba min-nisa waqt il-qadi tar-responsabilitajiet tal-familja jsaħħu l-iżvilupp personali u professjonali tagħhom; billi dawn il-kompetenzi, għalhekk, għandhom jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà u mill-impjegaturi;

H.  billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċa kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali maġġuri li partikolarment taffettwa lin-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja personali tagħhom, peress li huwa iktar probabbli li dawn ikollhom impjiegi mhux sikuri u huma aktar esposti għar-riskju ta' sensja u li ma jkollhom ebda kopertura tas-sigurtà soċjali;

I.  billi n-nuqqas ta' liġijiet ġenwinament effettivi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata qed jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra l-ġenituri li jaħdmu;

J.  billi n-nisa għadhom vittmi ta' diskriminazzjoni multipla, diretta u indiretta, fis-suq tax-xogħol, minkejja l-implimentazzjoni teoretika tat-trattament ugwali fl-Istati Membri; billi jeżistu ħafna tipi differenti ta' diskriminazzjoni indiretta, u billi kollha jridu jkunu koperti mid-definizzjoni standard li tgħid li d-diskriminazzjoni sseħħ meta jiġu applikati regoli differenti għal sitwazzjonijiet komparabbli jew meta l-istess regola tiġi applikata għal sitwazzjonijiet differenti; billi n-nisa mhux dejjem jiġu mgħarrfa bid-drittijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u dik nazzjonali eżistenti dwar l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni, jew jiddubitaw mill-effettività tal-irrappurtar ta' każijiet ta' diskriminazzjoni; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-informazzjoni u d-dokumenti ta' gwida, il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-portali ta' informazzjoni;

K.  billi l-Kummissjoni għandha r-responsabilità li tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE f'kull Stat Membru, u li tirrapporta u tindirizza kwalunkwe nuqqas fl-infurzar tagħha;

1.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' każistika li tagħti interpretazzjoni ta' "diskriminazzjoni indiretta" f'ċerti Stati Membri, kif ukoll id-diffikultà li ppreżentat id-definizzjoni ta' din fit-traspożizzjoni tad-Direttiva f'ċerti Stati Membri; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprovdi pariri lill-Istati Membri dwar tali diffikultajiet ta' interpretazzjoni;

2.  Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw klassifikazzjonijiet tal-impjiegi li jkunu newtrali fir-rigward tal-ġeneru u sistemi ta' evalwazzjoni bħala miżuri indispensabbli sabiex jitħeġġeġ it-trattament ugwali;

3.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja bla ħlas li jipprovdu l-kura u l-assistenza xierqa u neċessarji għat-tfal, għall-morda u għall-anzjani;

4.  Jenfasizza l-għadd żgħir ta' lmenti, li jirrappreżenta biss perċentwal żgħir tal-każijiet reali ta' diskriminazzjoni fl-UE; jinnota li f'xi Stati Membri ċ-ċifri possibilment huma aktar baxxi għaliex għad hemm każijiet ċari ta' diskriminazzjoni li ma jiġux irrappurtati u fejn min jikkawżahom ma jitħarrikx; Jenfasizza l-bżonn li jiġu rdoppjati l-isforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni, tinxtered l-informazzjoni, jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-mekkaniżmi ta' lment, jiġu estiżi l-limiti ta' żmien għat-tressiq ta' lment ta' diskriminazzjoni (li bħalissa huma qosra wisq), jitnaqqsu t-tul u l-ispejjeż tal-proċessi u tiżdied id-disponibilità ta' għajnuna legali għar-rikorrenti li ma jkollhomx riżorsi, li fil-parti l-kbira tagħhom ikunu nisa;

5.  Jiddeplora l-fatt li d-Direttiva 2000/78/KE ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar id-diskriminazzjoni multipla, għalkemm għall-inqas tiddikjara li n-nisa spiss ikunu vittmi tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-kombinazzjoni ta' żewġ forom jew aktar ta' diskriminazzjoni tista' toħloq problemi li jirriżultaw minn diverġenzi fil-livell garantit ta' protezzjoni għall-forom differenti; jenfasizza kemm hu importanti li l-Kunsill jasal għal ftehim mill-aktar fis possibbli fir-rigward tal-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni dwar il-proposta għal direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426), adottata mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari f'April 2009, li tindirizza b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni multipla;

6.  Ifakkar li l-iskarsezza ta' data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tagħmilha diffiċli li jiġu vvalutati sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni u li tiġi stabbilita l-prova tal-eżistenza tagħha, speċjalment fil-każ tad-diskriminazzjoni indiretta, fejn l-istatistiki għandhom rwol kruċjali biex jipprovdu prova tal-effetti negattivi ta' miżura superfiċjalment newtrali diretta lejn grupp speċifiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw – anke bħala parti mill-proċess nazzjonali ta' rapportar u fir-Rapport Konġunt annwali dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali – statistiki omoġenji u armonizzati mfassla biex jimlew il-lakuni kollha fil-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex dawn id-data jkunu paragunabbli u diżaggregati skont il-ġeneru u jqisu fatturi multipli, bħad-differenzi bejn in-nisa bil-kwalifiki u dawk mingħajrhom u bejn dawk b'responsabilitajiet familjari u dawk mingħajr, kif ukoll dawk in-nisa li huma l-akbar sors ta' dħul fid-dar, sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni korretta tad-diskriminazzjoni multipla u indiretta u sabiex jiġi determinat jekk huwiex iktar probabbli għan-nisa li jġarrbu ċerti tipi ta' diskriminazzjoni mill-irġiel;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol li tippromwovi r-regolamentazzjoni tax-xogħol, in-negozjar kollettiv, il-protezzjoni soċjali u pagi ogħla; jistieden ukoll lill-Istati Membri jeliminaw leġiżlazzjoni li tippermetti u tirregola l-impjieg prekarju;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, jinkoraġġixxu dibattitu pubbliku u jimplimentaw, b'mod deċiżiv u b'riżorsi baġitarji suffiċjenti, politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li jinkludu taħriġ għall-professjonisti f'ambjenti istituzzjonali bil-ħsieb li jiġu applikati politiki effettivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fl-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-korpi tagħhom għall-ugwaljanza u jiżguraw li dawn ikunu indipendenti u ffinanzjati b'mod adegwat, peress li dawn il-korpi għandhom jieħdu rwol ewlieni fis-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tressiq ta' lmenti mill-vittmi ta' diskriminazzjoni, fit-titjib tal-mekkaniżmi ta' lmenti u fl-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jaffermaw id-drittijiet tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jsaħħu korpi nazzjonali ta' spezzjoni tax-xogħol, u biex jipprovdulhom il-kondizzjonijiet u r-riżorsi finanzjarji u umani li jagħmluha possibbli li dawn ikollhom preżenza effettiva fil-post sabiex jiġġieldu l-impjieg prekarju, l-impjieg mhux regolat u d-diskriminazzjoni fix-xogħol u fil-paga, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

10.  Jenfasizza l-importanza li jiġi invertit il-piż tal-prova sabiex ikun żgurat ipproċessar korrett tal-ilmenti dwar diskriminazzjoni fil-qrati u minn awtoritajiet relevanti oħra; jemmen li jeħtieġ li tiġi promossa l-applikazzjoni korretta ta' dan il-kunċett billi jingħata taħriġ lill-imħallfin nazzjonali u lill-prattikanti legali;

11.  Jistieden lill-Istati Membri juru impenn akbar fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-politiki dwar l-impjieg; jitlob l-użu attiv tal-ibbaġittjar għall-perspettiva tal-ġeneri, anke permezz tal-promozzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki mill-Kummissjoni, u li jkun hemm miżuri li jinkoraġġixxu l-impjieg tan-nisa fuq bażi ġusta mingħajr forom mhux sikuri ta' impjieg, b'bilanċ san bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u t-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll miżuri li jnaqqsu d-differenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel, u, b'mod ġenerali, itejbu l-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

12.  Jilqa' l-fatt li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri qiesu xi forma ta' azzjoni pożittiva fl-ambitu tad-Direttiva;

13.  Jinnota bi tħassib li l-qrati nazzjonali għandhom it-tendenza li japplikaw l-iżgħar skala ta' sanzjonijiet prevista mil-liġi u li jagħtu l-aktar livelli baxxi possibbli ta' kumpens; Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni mill-qrib lir-regoli applikabbli għas-sanzjonijiet u r-rimedju fl-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix, kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rrappurtat, pieni purament simboliċi jew unikament l-għoti ta' twissijiet f'każijiet ta' diskriminazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

15.3.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Margot Parker, João Pimenta Lopes, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Beatrix von Storch, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, Linnéa Engström, Rosa Estaràs Ferragut, Evelyn Regner

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Sabine Verheyen, Patricija Šulin


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Lynn Boylan, Sergio Gutiérrez Prieto, Paloma López Bermejo, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Tang


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

 

ECR

EFDD

GUE/NGL

NI

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Morten Løkkegaard, Yana Toom, Renate Weber,

Arne Gericke,

Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin,

Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Gabriele Zimmer,

Lampros Fountoulis,

Georges Bach, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc,

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Jan Keller, Javi López, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Joachim Schuster, Paul Tang, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato,

Terry Reintke, Tatjana Ždanoka,

1

-

ENF

Dominique Martin,

2

0

ECR

ENF

Czesław Hoc

Mara Bizzotto,

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali