Proċedura : 2015/2284(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0227/2016

Testi mressqa :

A8-0227/2016

Dibattiti :

PV 15/09/2016 - 7
CRE 15/09/2016 - 7

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2016 - 11.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0361

RAPPORT     
PDF 851kWORD 316k
5.7.2016
PE 578.543v02-00 A8-0227/2016

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Marian Harkin

Rapporteur għal opinjoni (*):

Jean-Paul Denanot, Kumitat għall-Baġits

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2013 u l-2014 (COM(2015)0355),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ex post tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) – Rapport finali ta' Awwissu 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 7/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wassal għal valur miżjud tal-UE bir-riintegrazzjoni ta' ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom?"

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ERM 2012 bit-titolu "After restructuring: labour markets, working conditions and life satisfaction" (Wara r-ristrutturar: is-swieq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sodisfazzjoni tal-ħajja),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-każ tal-Eurofound bit-titolu "Added value of the European Globalisation Adjustment Fund: A comparison of experiences in Germany and Finland (2009)" (Valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Paragun tal-esperjenzi fil-Ġermanja u l-Finlandja (2009)),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ERM 2009 "Restructuring in recession" (Ir-ristrutturar waqt reċessjoni),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-futur tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2011 dwar il-finanzjament u l-funzjonament tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet li kien adotta minn Jannar 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, inklużi l-kummenti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) dwar l-applikazzjonijiet rispettivi,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma speċjali tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar il-FEG,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0227/2016),

A.  billi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jappoġġja ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jesprimi s-solidarjetà tiegħu magħhom; billi l-objettiv tal-FEG huwa li jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u għal promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli billi jipprepara u jappoġġja lill-ħaddiema ssensjati għal impjieg ġdid; billi l-FEG ġie stabbilit biex jindirizza sitwazzjonijiet ta' emerġenza billi jipprovdi intervent rapidu u għajnuna fuq medda qasira ta' żmien bħala rispons għal diffikultajiet tas-suq tax-xogħol kbar u mhux previsti li jinvolvu sensji fuq skala kbira, għall-kuntrarju tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) li wkoll jipprovdi appoġġ lil ħaddiema ssensjati, iżda huwa intenzjonat li jindirizza żbilanċi strutturali fuq perjodu twil, prinċipalment permezz tat-tagħlim tul il-ħajja; jemmen li l-FEG għandu jkompli jopera barra mill-QFP matul il-perjodu ta' programazzjoni li jmiss;

B.  billi r-ristrutturar sar aktar prevalenti f'dawn l-aħħar snin, u intensifika f'ċerti setturi u nfirex f'oħrajn; billi l-kumpaniji għandhom responsabilità għall-effetti li ta' spiss ma jkunux previsti ta' dawn id-deċiżjonijiet fuq il-komunitajiet u fuq l-istruttura ekonomika u soċjali tal-Istat Membru; billi l-FEG jgħin itaffi l-effetti negattivi ta' dawn id-deċiżjonijiet ta' ristrutturar; billi aktar u aktar każijiet tal-FEG huma relatati ma' strateġiji ta' ristrutturar ta' ditti kbar u korporazzjonijiet multinazzjonali, li normalment jiġu deċiżi mingħajr l-involviment tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom; billi l-aktar forom komuni ta' ristrutturar huma r-rilokazzjoni, id-delokalizzazzjoni, l-għeluq, il-fużjonijiet, l-akkwiżizzjonijiet, it-takeovers, ir-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni u l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet;

C.  billi, l-adattabbiltà u l-proattività meta wieħed jibdel impjieg jew xogħol jistgħu madankollu jkunu mxekkla minn insigurtà minħabba li t-tranżizzjonijiet għandhom periklu potenzjali ta' qgħad, pagi aktar baxxi u insigurtà soċjali; billi r-riintegrazzjoni fl-impjieg tal-benefiċjarji ta' każijiet tal-FEG se tirnexxi aktar jekk twassal għal impjiegi ta' kwalità;

D.  billi l-kooperattivi jimmaniġġjaw ir-ristrutturar b'mod responsabbli mil-lat soċjali u billi l-mudell ta' governanza kooperattiva speċifiku tagħhom, li huwa msejjes fuq sjieda konġunta, parteċipazzjoni demokratika u l-kontroll tal-membri, kif ukoll il-kapaċità tal-kooperattivi li jiddependu fuq ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess u fuq netwerks ta' appoġġ, jispjegaw għalfejn il-kooperattivi huma aktar flessibbli u innovattivi fl-immaniġġjar tar-ristrutturar matul iż-żmien, kif ukoll fil-ħolqien ta' negozju ġdid;

E.  billi l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jesiġi li, ta' kull sentejn, il-Kummissjoni tibgħat rapport kwantitattiv u kwalitattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-FEG fis-sentejn ta' qabel;

F.  billi m'hemm l-ebda qafas legali Ewropew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar tar-ristrutturar bl-għan li tiġi antiċipata l-bidla u jiġi evitat it-telf ta' impjiegi; billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013(6), il-Parlament talab li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tissottometti malajr kemm jista' jkun u wara li tkun ikkonsultat lis-sħab soċjali, proposta għal att legali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar tar-ristrutturar, (wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stipulati fl-Anness tagħha); billi hemm differenzi sinifikanti fil-livell nazzjonali dwar ir-responsabilitajiet tal-impjegaturi lejn l-impjegati tagħhom f'dan il-proċess; billi s-sħab soċjali Ewropej ġew ikkonsultati darbtejn dwar din il-kwistjoni, u l-Kummissjoni naqset milli taġixxi; billi l-Kummissjoni tat risposti diżappuntanti għar-riżoluzzjonijiet parlamentari dwar l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u r-ristrutturar, u dan jenfasizza l-ħtieġa għal passi urġenti u konkreti f'dan il-qasam; billi huwa essenzjali li jkun hemm sistemi ta' relazzjonijiet industrijali żviluppati sew li jagħtu lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom drittijiet fl-oqsma tal-konsultazzjoni u l-informazzjoni; billi Direttiva dwar l-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni msaħħa tista' tgħin tiżgura li n-negozjati għal pjan xieraq ikunu jistgħu jsiru b'kundizzjonijiet ġusti u b'mod f'waqtu;

G.  billi l-limitu minimu tas-sensji tnaqqas minn 1 000 sensja għal 500 sensja, bil-possibilità li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jew fi swieq tax-xogħol żgħar, applikazzjoni tal-FEG tiġi kkunsidrata meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

H.  billi, sa mill-1 ta' Jannar 2014 persuni li qabel kienu jaħdmu għal rashom jistgħu jkunu wkoll benefiċjarji eleġibbli u jingħataw assistenza; billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-FEG jilħaq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom peress li n-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom qed jiżdied b'mod kostanti; billi, sal-31 ta' Diċembru 2017, iż-żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) f'reġjuni eliġibbli taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-FEG f'għadd ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira;

I.  billi l-FEG attwali jimmira mhux biss biex jappoġġja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja iżda wkoll biex juri solidarjetà lejn dawk il-ħaddiema;

J.  billi l-baġit oriġinali tal-FEG kien ta' EUR 500 miljun fis-sena; billi l-baġit attwali huwa ta' EUR 150 miljun fis-sena, b'medja ta' nfiq annwali ta' madwar EUR 70 miljun minn mindu nħoloq;

K.  billi, filwaqt li r-rata ta' kofinanzjament inizjali kienet ta' 50 %, din żdiedet għal 65 % għall-perjodu 2009-2011, imbagħad reġgħet lura għal 50 % għall-perjodu 2012-2013, u bħalissa qiegħda 60 %;

L.  billi bejn l-2007 u l-2014 kien hemm 134 applikazzjoni minn 20 Stat Membru, relatati mal-122 121 ħaddiem fil-mira, u billi ntalab total ta' EUR 561,1 miljun; jinnota li fil-perjodu 2007-2013 ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit kienet biss 55 %; billi bejn l-2007 u l-2014 is-settur tal-manifattura kien jirrappreżenta l-ikbar numru ta' applikazzjonijiet, b'mod partikolari l-industrija awtomobilistika, li kienet tikkonċerna 29 000 minn 122 121 ħaddiem (23 % tat-total kopert mill-applikazzjonijiet ippreżentati); billi sal-lum il-kriżi ekonomika laqtet l-iktar lill-kumpaniji żgħar b'inqas minn 500 ħaddiem;

M.  billi l-Qorti tal-Awdituri tirrakkomanda li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill jikkunsidraw li jillimitaw il-finanzjament tal-UE għal miżuri li x'aktarx jipprovdu valur miżjud tal-UE, pjuttost milli jiffinanzjaw skemi nazzjonali diġà eżistenti ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema kif previst fl-Artikolu 7(1)(b); billi jidher li l-miżuri tal-FEG ikollhom l-aktar valur miżjud meta jintużaw biex jiġu kofinanzjati servizzi li normalment ma jeżistux taħt sistemi tal-benefiċċji għax-xogħol tal-Istati Membri, fejn dawn is-servizzi jkunu ffukati fuq it-taħriġ pjuttost milli fuq allowances u f'każijiet fejn dawn il-miżuri jkunu ġew personalizzati u jkunu kumplimentari għad-dispożizzjonijiet ġenerali, b'mod partikolari għall-aktar gruppi vulnerabbli ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jsir investiment fil-potenzjal ta' eks impjegati u l-importanza li ssir valutazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali u r-rekwiżiti tal-ħiliet peress li dan għandu jkun il-bażi għat-taħriġ u l-bini tal-kompetenzi sabiex tiġi ffaċilitata riintegazzjoni rapida tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol; ifakkar li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jimplimentaw il-baġit tal-FEG b'mod effettiv;

N.  billi l-FEG ma jsolvix il-problema tal-qgħad fl-UE; billi sabiex tissolva l-kriżi tal-qgħad fl-UE hemm bżonn li l-ħolqien, il-protezzjoni u s-sostenibilità tal-impjiegi jitpoġġew fil-qalba tal-politika tal-UE; billi r-rati tal-qgħad fl-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nies qiegħda għal żmien twil, juru ħtieġa urġenti ta' inizjattivi li joffru prospetti ġodda ta' karriera;

O.  billi l-perjodu ta' referenza għall-valutazzjoni tal-FEG għall-finijiet ta' dan ir-rapport huwa 2007-2014; billi l-evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni tkopri l-perjodu 2007-2013 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri jawditja l-perjodu 2007-2012;

P.  billi l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu proklamati fl-Istrateġija Ewropa 2020, għandhom jiġu żgurati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

Q.  billi hemm rati ogħla ta' impjieg mill-ġdid għan-nisa milli għall-irġiel, iżda l-impjieg mill-ġdid fost in-nisa huwa iktar temporanju u instabbli, minħabba l-obbligi ta' kura ta' membri tal-familja waqt li jkunu qed ifittxu impjieg ġdid u/jew jipparteċipaw f'taħriġ mill-ġdid, u n-nuqqas ta' faċilitajiet ta' indukrar tat-tfal u tal-morda bi prezz raġonevoli u ta' kwalità;

R.  billi n-nisa jintlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kriżi u mill-politiki ta' awsterità;

1  Jinnota l-evalwazzjoni ex post tal-FEG u l-ewwel rapport biennali; jinnota li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligu ta' rapportar tagħha; iqis li dawn ir-rapporti u rapporti oħra mhumiex biżżejjed biex jiġu żgurati bis-sħiħ it-trasparenza u l-effiċjenza tal-FEG; jistieden lill-Istati Membri li bbenefikaw mill-FEG biex jagħmlu d-data u l-evalwazzjonijiet tal-każijiet kollha pubblikament disponibbli u biex jinkludu valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi fir-rapportar tal-każijiet; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu pubblikament disponibbli l-applikazzjonijiet u r-rapporti finali tagħhom skont ir-regolament attwali b'mod f'waqtu; filwaqt li l-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligi ta' rapportar tagħha, jemmen li l-Kummissjoni tista' tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG, inklużi r-rapporti tal-missjoni interni tagħhom wara żjarat ta' monitoraġġ rigward applikazzjonijiet pendenti fl-Istati Membri;

2.  Jilqa' l-estensjoni tal-perjodu ta' finanzjament minn sena għal sentejn; ifakkar li skont ir-riċerka tal-Eurofound, 12-il xahar ma kienx perjodu twil biżżejjed biex jgħin lill-ħaddiema ssensjati kollha, speċjalment l-aktar gruppi vulnerabbli bħalma huma l-ħaddiema b'livell baxx ta' kwalifiki, il-ħaddiema akbar fl-età, in-nisa u b'mod partikolari l-ġenituri waħedhom;

3.  Jinnota li l-evalwazzjonijiet tal-FEG juru li r-riżultati tal-interventi minn dan il-fond huma influwenzati minn fatturi bħal-livell ta' edukazzjoni u l-kwalifiki tal-ħaddiema fil-mira, kif ukoll mill-kapaċità ta' assorbiment tas-swieq tax-xogħol rilevanti u l-PDG tal-pajjiżi riċevituri; jenfasizza li dawn il-fatturi huma l-aktar influwenzati minn miżuri fit-tul li jistgħu jiġu effettivament appoġġjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE); jirrimarka l-ħtieġa li jitqiesu dawn il-fatturi u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol lokali meta tiġi pprovduta assistenza mill-FEG; jinnota li huwa importanti li jkun hemm aktar sinerġiji bejn il-FEG u l-Fondi SIE sabiex jinkisbu riżultati aktar malajr u aktar effettivi; jenfasizza li l-Fondi SIE jistgħu jaġixxu bħala miżuri ta' segwitu fl-oqsma ta' appoġġ tal-FEG billi jistimulaw l-investiment, it-tkabbir globali u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-interventi tal-FEG għandhom ikunu diretti lejn investimenti li jikkontribwixxu għat-tkabbir, l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u għandhom ikunu kkoordinati ma' programmi eżistenti tal-UE bl-għan li jgħinu lin-nies isibu impjieg u jippromwovu l-intraprenditorija, speċjalment fiż-żoni u fis-setturi li diġà qed ibatu mill-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni jew tar-ristrutturar tal-ekonomija; jenfasizza li għandha tingħata preferenza lil approċċi integrati bbażati fuq programmar iffinanzjat minn fondi differenti sabiex jiġu indirizzati s-sensji u l-qgħad b'mod sostenibbli, permezz ta' allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u koordinazzjoni u sinerġiji aktar mill-qrib, b'mod partikolari bejn il-FSE u l-FEŻR; jemmen bis-sħiħ li strateġija integrata ta' programmar b'fondi multipli tnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni u toħloq kundizzjonijiet favorevoli sabiex il-produzzjoni industrijali tirritorna lejn l-UE;

4.  Jikkunsidra li sar titjib fil-funzjonament tal-FEG permezz tar-riformi tar-regolament; jinnota li t-titjib li sar issimplifika l-proċeduri biex l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-FEG u li dan għandu jwassal għal żieda fl-użu ta' dan il-fond mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex jitneħħew l-ostakli relatati mal-kapaċità amministrattiva li fixklet il-parteċipazzjoni tal-FEG; jemmen li l-FEG m'għandux jikseb funzjoni ta' stabbilizzazzjoni makroekonomika;

5.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet imnaqqsa allokati għall-FEG fil-baġit annwali kienu biżżejjed biex jipprovdu l-assistenza u l-appoġġ meħtieġa li huma kemm vitali kif ukoll neċessarji għall-persuni li tilfu xogħolhom; jenfasizza madankollu li sa mill-2014, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG ġie estiż biex jinkludi NEETs u l-kriterju ta' kriżi, u fil-każ ta' żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet jew iż-żieda ta' prerogattivi ġodda l-approprjazzjonijiet jistgħu ma jkunux biżżejjed u jkollhom jiġu miżjuda biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-FEG;

6.  Jenfasizza r-rilevanza ta' djalogu soċjali sod, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabilità konġunta, bħala l-aħjar strument sabiex jinstabu soluzzjonijiet kunsenswali u metodi komuni meta jiġu previsti, evitati u mmaniġġjati proċessi ta' ristrutturar; jenfasizza li dan jgħin biex jipprevjeni t-telf ta' impjiegi u għalhekk il-każijiet tal-FEG;

7.  Josserva ż-żieda sinifikanti fin-numru ta' applikazzjonijiet matul il-perjodu derogattiv mill-2009 sal-2011, li ppermetta applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji relatati mal-kriżi, u li dan il-kamp ta' applikazzjoni ġie estiż aktar sabiex jinkludi b'mod permanenti l-kriterju ta' kriżi u l-individwi li jaħdmu għal rashom mill-2014 sal-2020; jilqa' l-estensjoni ta' din id-deroga wara l-2013; jinnota li aktar minn nofs in-numru totali tal-proġetti bejn l-2007 u l-2014 kienu relatati mal-kriżi; jenfasizza wkoll li l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika għadhom għaddejjin f'xi Stati Membri;

8.  Jinnota li, bejn l-2007 u l-2014, 20 Stat Membru ressqu 131 applikazzjoni għall-finanzjament għal ammont totali ta' EUR 542,4 miljun, u kellhom fil-mira 121 380 ħaddiem;

9.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet titjib fil-bażi ta' data tal-FEG fejn tiġi rreġistrata d-data kwantitattiva dwar il-każijiet tal-FEG għal skopijiet ta' statistika, u b'hekk għamlitha aktar faċli biex l-Istati Membri jressqu l-applikazzjonijiet u biex il-Kummissjoni tanalizza u tqabbel iċ-ċifri dwar il-każijiet tal-FEG; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni inkludiet il-FEG fis-Sistema Komuni Kondiviża ta' Ġestjoni tal-Fondi, u dan għandu jirriżulta fit-tressiq ta' applikazzjonijiet aktar korretti u aktar kompluti u jnaqqas ulterjorment iż-żmien meħtieġ biex applikazzjoni titressaq minn Stat Membru; jinnota li din is-sistema tippermetti s-simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet sabiex il-finanzjament ikun jista' jiġi pprovdut malajr sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tiegħu;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tantiċipa bis-sħiħ l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-politika kummerċjali dwar is-suq tax-xogħol tal-UE, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-informazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta' dawn l-effetti li ġew enfasizzati mill-applikazzjonijiet tal-FEG; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post bir-reqqa, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt soċjali, li jinvolvu effetti potenzjali fuq l-impjiegi, il-kompetittività u l-ekonomija kif ukoll l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju filwaqt li tiġi żgurata koordinazzjoni ex ante bejn DĠ Kummerċ u DĠ Impjiegi; jistieden lill-Parlament jorganizza seduti ta' smigħ konġunt b'mod regolari għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jikkontribwixxu għat-titjib fil-koordinazzjoni bejn il-politika kummerċjali u l-FEG u l-monitoraġġ tagħhom; iqis li huwa neċessarju li jiżdied l-użu tal-FEG fl-indirizzar tar-rilokazzjoni u tal-kriżijiet settorjali kkawżati minn fluttwazzjonijiet globali tad-domanda; jopponi bil-qawwa kwalunkwe inizjattiva li tikkunsidra l-FEG, fil-forma attwali tiegħu u bil-baġit attwali tiegħu, bħala għodda ta' intervent għal impjiegi mitlufa fl-Unjoni Ewropea minħabba strateġiji kummerċjali żbaljati deċiżi fil-livell tal-UE, inklużi ftehimiet kummerċjali futuri jew dawk li diġà huma fis-seħħ; jenfasizza l-ħtieġa ta' koerenza b'saħħitha bejn il-politiki kummerċjali u industrijali u l-ħtieġa li jiġu mmodernizzati l-Istrumenti għad-Difiża tan-Negozju tal-UE;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-istatus ta' ekonomija tas-suq biss lil sħab kummerċjali ladarba dawn jissodisfaw il-ħames kriterji li hija stabbiliet, jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kumissjoni tistabbilixxi strateġija ċara u effikaċi dwar il-kwistjonijiet relatati mal-għoti tal-istatus ta' ekonomija tas-suq lil pajjiżi terzi sabiex tippreserva l-kompetittività tan-negozji tal-UE u tkompli l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' kompetizzjoni inġusta;

12.  Jenfasizza li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-FEG huwa li jgħin lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom minħabba tibdil serju fil-kummerċ tal-Unjoni fl-oġġetti jew is-servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament; huwa tal-opinjoni li l-FEG għandu l-kompitu importanti li jiżgura appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minħabba l-konsegwenzi negattivi ta' tilwim kummerċjali; konsegwentement jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika li t-telf ta' impjiegi minħabba tilwim kummerċjali li jirriżulta f'tibdil serju fil-kummerċ tal-Unjoni f'oġġetti jew servizzi jaqa' kompletament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG;

13.  Jenfasizza l-fatt li l-FEG fl-ebda każ ma jista' jissostitwixxi politika serja li tipprevjeni u tevita r-ristrutturar; jenfasizza l-importanza ta' politika industrijali reali fil-livell tal-UE li ġġib magħha tkabbir sostenibbli u inklużiv;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji speċifiċi għas-settur fuq l-impatt tal-globalizzazzjoni u, abbażi tar-riżultati, tressaq proposti maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-kumpaniji jantiċipaw il-bidliet fl-industriji tagħhom u jħejju lill-ħaddiema tagħhom qabel ma jagħtuhom is-sensja;

15.  Jissottolinja li xi wħud mill-Istati Membri ppreferew jużaw il-FSE minflok il-FEG minħabba r-rati ogħla ta' kofinanzjament tal-FSE, implimentazzjoni aktar rapida tal-miżuri tal-FSE, in-nuqqas ta' prefinanzjament tal-FEG u l-proċedura pjuttost twila ta' approvazzjoni tal-FEG; jemmen, madankollu, li ż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament u l-proċess ta' applikazzjoni u approvazzjoni aktar f'waqtu li jinsabu fir-regolament il-ġdid jindirizzaw xi wħud minn dawn il-punti ta' tħassib; jiddispjaċih li l-appoġġ tal-FEG għadu ma laħaqx lill-ħaddiema ssensjati fl-Istati Membri kollha u jistieden lill-Istati Membri biex jużaw dan l-appoġġ fil-każ ta' sensji bil-massa;

16.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, it-tul medju ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni tal-FEG huwa 41 ġimgħa; jitlob li jsir kull sforz biex jiġu aċċellerati l-proċeduri; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas id-dewmien u tissimplifika l-proċess ta' applikazzjoni; jissottolinja li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri huwa indispensabbli f'dan ir-rigward u jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri kollha jibdew jimplimentaw il-miżuri malajr kemm jista' jkun; jinnota li ħafna Stati Membri diġà jagħmlu dan;

17.  Jinnota li l-FEG ibati minn nuqqas serju ta' għarfien min-naħa ta' wħud mill-Istati Membri, is-sħab soċjali u l-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-komunikazzjoni tagħha mal-Istati Membri, man-netwerks sindikali nazzjonali u lokali u mal-pubbliku ġenerali; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu sensibilizzazzjoni tal-FEG fost il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom u biex jagħmlu dan b'mod f'waqtu sabiex jiżguraw li l-akbar numru ta' benefiċjarji potenzjali jkun jista' jintlaħaq u jibbenefika mill-miżuri tal-FEG u jippromwovu b'mod aktar effikaċi l-benefiċċji bbażati fuq ir-riżultati miksuba mill-FEG;

18.  Ifakkar fl-importanza ta' salvagwardji li jipprevjenu r-rilokazzjoni ta' intrapriżi li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE fi żmien definit li tista' twassal għat-tnedija ta' skemi ta' appoġġ addizzjonali minħabba s-sensji;

Il-benefiċjarji tal-FEG

19.  Jilqa' l-konklużjonijiet fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li kważi l-ħaddiema kollha eliġibbli għall-FEG irnexxielhom jibbenefikaw minn miżuri personalizzati u kkoordinati tajjeb imfassla skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom u li kważi 50 % tal-ħaddiema li rċevew għajnuna finanzjarja issa reġgħu sabu impjieg; jinnota li nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva u f'waqtha tal-programmi tal-FEG f'xi Stati Membri wassal għal nuqqas ta' nfiq; jemmen li l-involviment tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom, is-sħab soċjali, l-aġenziji tal-impjiegi lokali u partijiet interessati rilevanti oħra fil-valutazzjoni u l-applikazzjoni inizjali huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati eżiti pożittivi għall-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' miżuri u programmi innovattivi u tivvaluta fir-rieżamijiet tagħha sa liema punt it-tfassil tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati antiċipa l-perspettivi futuri u l-ħiliet meħtieġa tas-suq tax-xogħol u kien kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-regolament attwali, biex jagħmlu aktar sforzi biex ifasslu l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati favur ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli; jinnota li l-innovazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi huma essenzjali għat-tiġdid industrijali u d-diversifikazzjoni ekonomika;

20.  Jinnota li mit-73 proġett analizzat fir-rapport ta' evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni, is-sehem medju tal-benefiċjarji li għandhom 55 sena jew aktar kien 15 % u tal-benefiċjarji li għandhom bejn 15 u 24 sena kien 5 %; jilqa' għalhekk l-enfasi fir-regolament il-ġdid fuq il-ħaddiema akbar fl-età u dawk iżgħar, u l-inklużjoni tan-NEETs f'ċerti applikazzjonijiet; jinnota li s-sehem medju tan-nisa benefiċjarji huwa 33 %, u tal-irġiel huwa 67 %; jinnota li dawn iċ-ċifri jirriflettu l-kompożizzjoni tas-sessi tal-impjegati, li tista' tvarja skont is-settur involut; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fl-applikazzjonijiet kollha tal-FEG l-irġiel u n-nisa jiġu ttrattati bl-istess mod u jistieden lill-Istati Membri jiġbru d-data minn perspettiva tas-sessi sabiex jaraw kif dan jaffettwa r-rati ta' impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji nisa; jinnota, barra minn hekk, li f'xi applikazzjonijiet tal-FEG in-numru ta' benefiċjarji fil-mira huwa baxx meta mqabbel man-numru totali ta' benefiċjarji eliġibbli u dan jista' jwassal għal impatt subottimali;

21.  Iqis li l-inklużjoni tan-NEETs fl-applikazzjonijiet tal-FEG spiss teħtieġ tipi differenti ta' interventi u jemmen li l-atturi kollha xierqa, inklużi s-sħab soċjali, il-gruppi komunitarji lokali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom ikunu rappreżentati matul l-istadju ta' implimentazzjoni ta' kull programm u għandhom jippromwovu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni massima tan-NEETs; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Istati Membri jkollhom aġenzija ta' tmexxija b'saħħitha biex tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programm, tiżgura appoġġ sostnut u ddedikat biex tassisti t-tlestija tan-NEETs tal-programm kif ukoll sabiex tiżgura l-ħlas tal-fondi tal-programm; jemmen li rieżami indipendenti b'enfasi speċifika fuq il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni tan-NEETs jidentifika prattiki aħjar; jemmen bis-sħiħ li d-deroga għall-inklużjoni tan-NEETs għandha titkompla sat-tmiem tal-perjodu ta' programazzjoni f'Diċembru 2020;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu tal-FEG valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva speċifika tas-sostenn mill-FEG lil żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), speċjalment fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tas-sinerġiji neċessarji bejn il-baġits nazzjonali, il-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

23.  Jinnota li, skont l-evalwazzjoni ex post, ir-rata medja ta' parteċipazzjoni tal-benefiċjarji għat-73 każ eżaminat kienet 78 %. Dan jinkludi l-20 każ b'rati lħuq tal-benefiċjarji ta' 100 % jew aktar; jinsisti, madankollu, li r-rata massima ta' lħuq għal kull każ hija 100 % u għalhekk l-użu ta' ċifri akbar minn 100 % jgħawweġ id-data u jissuġġerixxi rata sinifikament ogħla minn dik attwali; jinnota li dan huwa wkoll il-każ tar-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit; jistieden lill-Kummissjoni taġġusta ċ-ċifri tagħha biex tipprovdi valutazzjoni aktar preċiża tar-rati ta' lħuq tal-benefiċjarji u r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit;

24.  Jilqa' l-fatt li qabel kollox il-benefiċjarji setgħu jsibu impjieg ġdid permezz tal-appoġġ personalizzat tal-FEG għat-tfittix ta' impjieg u aġġornaw il-ħiliet tagħhom permezz ta' programmi ta' taħriġ u allowances ta' mobilità; jilqa' wkoll il-fatt li l-FEG ppermetta lil ċerti impjegati li jsiru intraprendituri permezz tal-għoti ta' għajnuna għall-bidu ta' negozju jew takeover ta' kumpaniji; jenfasizza, għalhekk, l-effetti pożittivi sinifikanti li l-FEG jista' jkollu fuq l-awtostima u s-sens ta' setgħa u ta' motivazzjoni; jenfasizza li l-għajnuna tal-FEG żiedet il-koeżjoni soċjali, billi ppermettiet li l-persuni jerġa' jkollhom impjieg u jevitaw nases negattivi tal-qgħad;

25.  Jinnota li skont il-figuri mir-rapport ex post, il-benefiċjarji tal-FEG għandhom tendenza li jkollhom livell edukattiv milħuq relattivament aktar baxx minn dak medju, u għalhekk ikollhom ħiliet inqas transferibbli, u dan, f'ċirkostanzi normali jnaqqas l-opportunitajiet tal-impjieg tagħhom u jagħmilhom aktar vulnerabbli fis-suq tax-xogħol; huwa tal-fehma li l-FEG jista' jwassal l-aħjar valur miżjud tal-UE meta jappoġġja skemi ta' taħriġ u ta' taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema li jappoġġjaw b'mod speċjali lil gruppi vulnerabbli b'inqas kwalifiki, li jagħtu prijorità lill-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol u li jiffavorixxu l-intraprenditorja;

26.  Jinnota li stħarriġ li sar bħala parti mill-evalwazzjoni ex post ipproduċa riżultati mħallta, fejn 35 % ddikjaraw li l-kwalità ta' impjiegi ġodda kienet aħjar jew ħafna aħjar, 24 % ddikjaraw li kienet l-istess u 41 % ddikjaraw li kienet agħar jew ħafna agħar; madankollu, peress li m'hemm l-ebda data sistematika li fuqha tista' tiġi bbażata kwalunkwe valutazzjoni, jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiġbor informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impatt tal-interventi tal-FEG u l-kwalità tagħhom, bl-għan li fi stadju ulterjuri tieħu azzjoni korrettiva jekk ikun neċessarju;

Il-kosteffettività u l-valur miżjud tal-FEG

27.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw il-kamp ta' applikazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-FEG b'mod aktar flessibbli u effikaċi, b'enfasi fuq ir-riżultati, l-impatt u l-valur miżjud, u bla ma jikkompromettu l-użu xieraq u trasparenti tal-fondi u l-konformità mar-regoli; huwa tal-fehma li l-proċedura ta' applikazzjoni għandha ssir aktar rapida biex il-fond isir iktar effikaċi għall-benefiċċju ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; huwa mħasseb dwar id-diverġenza bejn ir-riżorsi mitluba mill-FEG u l-ammonti rimborżati mill-Istati Membri, bir-rata medja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 45 % biss; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa r-raġunijiet għar-rati baxxi ta' implimentazzjoni u tipproponi miżuri biex tindirizza l-punti ta' konġestjoni eżistenti u tiżgura l-aħjar użu tal-Fond; jinnota li r-rata ta' impjieg mill-ġdid fi tmiem l-assistenza tal-FEG tvarja b'mod konsiderevoli minn 4 % għal 86 %, u għalhekk jissottolinja l-importanza ta' miżuri tas-suq tax-xogħol attivi u inklużivi; jinnota li l-infiq tal-FEG f'ċerti Stati Membri b'mod konsistenti jirreġistra prestazzjoni aħjar milli f'xi Stati Membri oħra; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tagħti gwida u tara li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni għall-fondi tal-FEG u fl-użu tagħhom sabiex tiġi żgurata l-ogħla rata ta' impjieg mill-ġdid għal kull euro li jintefaq;

28.  Huwa tal-fehma li r-rata ta' kofinanzjament ta' 60 % m'għandhiex tiżdied;

29.  Jinnota l-fatt li skont il-valutazzjoni ex post tal-Kummissjoni bħala medja, 6 % biss tal-fondi tal-FEG intefqu fuq spejjeż amministrattivi u ta' ġestjoni;

30.  Jinnota li l-aktar aspett sinifikanti tal-kosteffettività kif identifikat fil-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati kien in-numru ta' ħaddiema li reġgħu ġew impjegati li bħalissa qegħdin iħallsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minflok jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad jew benefiċċji soċjali oħra;

31.  Jinnota li, f'numru ta' każijiet tal-FEG, spejjeż ogħla għall-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar il-FEG idgħajfu l-impatt globali tal-investiment tal-FEG; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni ta' dawn l-ispejjeż billi tintroduċi limiti;

32.  Jinnota l-proposta fl-evalwazzjoni ex post li evalwazzjoni tal-impatt kontrofattwali hija element importanti fil-fehim tal-valur miżjud tal-FEG; jiddispjaċih li tali evalwazzjoni għadha mhijiex fis-seħħ;

33.  Jilqa' l-konklużjoni mill-Qorti tal-Awdituri li l-FEG wassal valur miżjud reali tal-UE meta ntuża għall-kofinanzjament ta' servizzi għall-ħaddiema ssensjati jew ta' benefiċċji li normalment ma jeżistux taħt is-sistemi ta' benefiċċji tal-qgħad tal-Istati Membri, u b'hekk ikkontribwixxa għal koeżjoni soċjali fl-Ewropa; jenfasizza li ċerti Stati Membri m'għandhomx biżżejjed dispożizzjonijiet ta' protezzjoni soċjali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema li jkunu tilfu xogħolhom;

34.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li skont il-Qorti tal-Awdituri, terz tal-finanzjament tal-FEG jikkumpensa l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema, mingħajr l-ebda valur miżjud tal-UE; jindika li r-Regolament dwar il-FEG il-ġdid jillimita l-ispejjeż ta' miżuri speċjali, bħalma huma l-allowances għal waqt it-tfittix ta' impjieg u inċentivi għar-reklutaġġ għal min iħaddem, għal 35 % tal-ispiża totali tal-pakkett ikkoordinat, u li l-azzjonijiet appoġġjati mill-FEG mhumiex sostituzzjoni għal miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali pprovduti mill-Istati Membri permezz tas-sistemi nazzjonali tagħhom; jinsisti li l-FEG ma jistax jintuża biex jissostitwixxi l-obbligi tal-intrapriżi lejn il-ħaddiema tagħhom; Barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tispeċifika fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament li l-FEG ma jistax jintuża biex jissostitwixxi l-obbligi tal-Istati Membri lejn il-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

35.  Jiddispjaċih li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit ivarjaw minn 3 % għal 110 %, b'rata medja ta' implimentazzjoni ta' 55 %; iqis li din is-sitwazzjoni xi drabi tirrifletti n-nuqqasijiet fil-fażi tal-ippjanar jew f'dik tal-implimentazzjoni u għandha tittejjeb permezz ta' proġetti mfassla u implimentati aħjar;

36.  Jiddispjaċih fir-rigward tat-tnaqqis fil-finanzjament għall-FEG; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ukoll lill-FEG biex jiġi żgurat li l-bżonnijiet jiġu ssodisfati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm biżżejjed persunal skont l-ammont ta' xogħol u tevita dewmien bla bżonn;

37.  Huwa tal-opinjoni li l-miżuri tal-FEG u tal-FSE għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jipprovdu kemm soluzzjonijiet speċifiċi għal żmien qasir kif ukoll soluzzjonijiet aktar ġenerali għal żmien twil; jinnota l-konklużjoni li ġeneralment l-Istati Membri kkoordinaw b'mod effettiv il-FEG mal-FSE u l-miżuri nazzjonali tas-suq tax-xogħol u li ma nstab l-ebda każ ta' duplikazzjoni jew finanzjament doppju ta' individwi matul l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

38.  Huwa sodisfatt bir-riżultat mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-FEG fl-2013 u fl-2014 li ma kienx hemm irregolaritajiet irrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti tal-FEG fl-2013 u l-2014, u lanqas ma kien hemm irregolaritajiet relatati mal-FEG magħluqa fl-2013 u fl-2014;

L-impatt fuq l-SMEs

39.  Jinnota li l-SMEs jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi kollha tal-UE u jimpjegaw il-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema tal-UE; f'dan il-kuntest, jesprimi tħassib li l-FEG kellu impatt limitat ħafna fuq l-SMEs, minkejja l-fatt li dan jipprovdi b'mod ċar kamp ta' applikazzjoni għal SMEs li għandhom jiġu mmirati b'suġġett għal ċerti kriterji; jirrikonoxxi l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-ħaddiema affettwati ta' fornituri f'fażijiet preċedenti tal-katina tal-provvista qatt ma ġew esklużi b'mod intenzjonali, iżda jistieden lill-Kummissjoni tkompli torjenta mill-ġdid il-FEG lejn l-SMEs, li huma atturi ewlenin fl-ekonomija Ewropea, pereżempju billi tqiegħed enfasi akbar fuq id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8, punt d) dwar il-ħtieġa li jiġu identifikati l-fornituri, il-produtturi downstream jew is-sottokuntratturi ta' intrapriżi li jkunu taw is-sensji jew billi ssegwi każijiet preċedenti fejn il-FEG kien ta' benefiċċju għall-SMEs, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi għall-promozzjoni tal-aħjar prattika; jenfasizza li għandha titqies aktar il-proporzjonalità bejn il-ħaddiema minn SMEs u l-ħaddiema minn kumpaniji kbar;

40.  Jemmen li għandu jkun hemm aktar użu mid-deroga mil-limitu ta' eliġibilità, partikolarment għall-benefiċċju tal-SMEs; Jenfasizza l-importanza tal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-regolament attwali għall-SMEs peress li jippermettu li s-setturi tal-ekonomija affettwati mill-kriżi jew mill-globalizzazzjoni jiġu ristrutturati fil-livel reġjonali fuq bażi ta' każ b'każ; jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw applikazzjonijiet magħmula taħt dawn id-dispożizzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi sabiex il-FEG ikun soluzzjoni operattiva għal ħaddiema ssensjati; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" fl-istadji tal-ippjanar u tal-applikazzjoni;

41.  Jinnota l-konċentrazzjoni tal-applikazzjonijiet fis-setturi tal-manifattura u tal-kostruzzjoni u b'mod partikolari fl-industrija awtomobilistika u dik tal-avjazzjoni, bl-għajnuna fil-biċċa l-kbira tagħha pprovduta għall-intrapriżi l-kbar; jistieden lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali b'setgħat esklużivi, biex jappoġġjaw b'mod proattiv lill-ħaddiema ssensjati f'SMEs, kooperattivi u intrapriżi soċjali bl-użu tal-flessibilità pprovduta fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs u faċilitajiet oħra li jippromwovu aċċess usa' u appoġġ akbar għall-SMEs; jistieden ukoll lill-Istati Membri jinformaw lill-SMEs dwar l-opportunitajiet disponibbli għalihom taħt il-FEG; jenfasizza li dawn il-każijiet li jassistu lill-SMEs għandhom jitqiesu bħala valur miżjud tal-FEG;

42.  Jinsab sodisfatt bir-riżultat tar-rapport ta' implimentazzjoni ex post tal-Kummissjoni li jidentifika xejra pożittiva bejn ir-riżorsi użati fuq il-promozzjoni tal-intraprenditorija u r-rata ta' impjieg indipendenti fi tmiem tal-miżuri; jinnota madankollu li r-rata medja ta' impjieg indipendenti fil-każijiet kollha tal-FEG tinsab fil-livell baxx ta' 5 % u li għandhom ikunu utilizzati miżuri, bħal għotjiet għal negozji ġodda u inċentivi oħra, biex jinkoraġġixxu lill-intraprendituri. jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, il-konsulenza u n-netwerks bejn il-pari f'dan il-kuntest; jemmen li hemm aktar lok għal titjib għall-użu tal-FEG, waħdu jew flimkien ma' fondi oħra bħall-fondi SIE sabiex jappoġġja l-intraprenditorija u l-attività tal-bidu tan-negozju, iżda jenfasizza li l-appoġġ għall-intraprenditorija għandu jkun ibbażat fuq pjanijiet sostennibbli għan-negozju; jistieden lill-Istati Membri jenfasizzaw l-inklużjoni tan-nisa u l-bniet fil-programmi tal-intraprenditorija;

43.  Jilqa' l-isforzi ta' diversi Stati Membri biex iżidu l-użu tal-miżuri li jappoġġjaw l-intraprenditorja u l-ekonomija soċjali, fil-forma ta' għotjiet biex jinbeda negozju u miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-intraprenditorja u l-kooperattivi u s-servizzi soċjali għall-intraprendituri l-ġodda;

Ir-rekwiżiti tad-data

44.  Jemmen li, fil-kuntest ta' numru ta' fatturi ta' komplikazzjoni bħal nuqqasijiet potenzjali tad-data, speċifitajiet reġjonali u nazzjonali, ċirkostanzi makroekonomiċi u mikroekonomiċi differenti, daqsijiet żgħar ta' kampjuni u ċerti suppożizzjonijiet neċessarji, l-approċċ metodoloġiku tal-Kummissjoni għandu jkun rigoruż u trasparenti filwaqt li jieħu miżuri biex isib soluzzjoni għan-nuqqasijiet li jikkumplikaw dan l-approċċ;

45.  Jenfasizza li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri jikkonkludi li ċerti Stati Membri ma stabbilixxewx objettivi kwantitattivi ta' riintegrazzjoni u li d-data eżistenti mhijiex adegwata biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fl-impjieg; jirrikonoxxi l-istqarrija tal-Kummissjoni li r-Regolament dwar il-FEG ma jinkludix għanijiet kwantitattivi ta' riintegrazzjoni, u li l-bosta miżuri tal-FEG jistgħu jiġu vvalutati b'mezzi oħrajn; jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kwantitattivi ta' riintegrazzjoni u jiddistinwgu b'mod sistematiku bejn il-FEG, il-FSE u miżuri nazzjonali oħra mfassla speċifikament għall-ħaddiema milquta mis-sensji kollettivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar it-tip u l-kwalità ta' impjiegi li sabu l-persuni li ġew riintegrati fis-suq tax-xogħol u dwar ix-xejra fuq perjodu ta' żmien medju fir-rigward tar-rata ta' integrazzjoni miksuba permezz ta' interventi tal-FEG; l-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiddistinwgu bejn iż-żewġ tipi prinċipali ta' miżuri tal-FEG, jiġifieri l-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u l-appoġġ għall-introjtu mħallas lill-ħaddiema, kif ukoll jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-miżuri li kellhom aċċess għalihom parteċipanti individwali sabiex tkun tista' ssir b'mod aktar preċiż analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri differenti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi data dwar it-talbiet għall-FEG li ma ġewx approvati fil-livell tal-Kummissjoni u r-raġunijiet għalfejn;

46.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jipprovdu data dwar ir-rati ta' riintegrazzjoni 12-il xahar wara l-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex jiġi żgurat is-segwitu meħtieġ tal-effett u l-effiċjenza tal-FEG;

47.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-awditjar fil-livell nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-effiċjenza u tiġi evitata ripetizzjoni mhux meħtieġa bejn korpi li joperaw livelli differenti ta' kontroll;

48.  Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-flussi ta' informazzjoni u l-arranġamenti ta' appoġġ bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali;

49.  Jirrakkomanda li jiġu implimentati rieżamijiet aktar regolari bejn il-pari, skambji bejn nazzjon u ieħor jew sħubija ta' każijiet tal-FEG ġodda ma' każijiet preċedenti tal-FEG, sabiex isir skambju ta' prattiki tajbin u ta' esperjenzi ta' implimentazzjoni; jirrakkomanda għalhekk li tinħoloq pjattaforma tal-aħjar prattiki, li tkun faċilment aċċessibbli u li tappoġġja l-iskambju ta' soluzzjonijiet integrati;

50.  Jinnota t-tħassib tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew rigward il-metodoloġija għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-FEG; jissottolinja l-ħtieġa ta' rekwiżiti ulterjuri dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-FEG attwali dwar l-allowances għall-Persuni li Jindukraw; f'dan il-kuntest jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri ta' xogħol u ta' taħriġ flessibbli u fejn possibbli jallokaw dawn il-miżuri lill-komunitajiet lokali peress li ħafna ħaddiema nisa ssensjati jista' jkollhom anqas flessibilità ġeografika minħabba obbligi ta' indukrar tal-familja;

52.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkoordinaw l-isforzi fost l-atturi tas-suq tax-xogħol sabiex jagħmlu possibbli aċċess aħjar għall-appoġġ tal-finanzjament mill-FEG f'każijiet ta' sensji futuri; jitlob, barra minn hekk, li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond, u b'mod partikolari biex iħeġġu lir-rappreżentanti ta' partijiet interessati nisa sabiex jiżguraw li tingħata aktar attenzjoni lill-aspetti tal-ġeneru.

53.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tiddelega l-valutazzjoni tal-FEG kif mitlub skont l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-Eurofound; jemmen li fi ħdan tali proposta, il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-Eurofound bir-riżorsi finanzjarji neċessarji, li jikkorrispondu għan-nefqa kurrenti tal-akkwist tal-evalwazzjoni tal-FEG u l-ispejjeż tar-riżorsi umani; barra minn hekk, peress li l-ostaklu ewlieni għal valutazzjonijiet aħjar huwa n-nuqqas ta' data xierqa, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jipprovdu d-data rilevanti lill-Eurofound;

º

º  º

54.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)

ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.

(3)

ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1

(4)

Testi adottati, P7_TA(2011)0431.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2010)0303.

(6)

Testi adottati, P7_TA(2013)0005.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Għall-bidu l-FEG ġie stabbilit mir-Regolament KE Nru 1927/2006 biex jippermetti solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjiegi tagħhom f'sensji ta' skala kbira b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, fil-każ fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali.

Mill-2007 sal-2009 l-kriterji ta' intervent kienu ta' mill-inqas 1 000 sensja li seħħew matul perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru jew matul perjodu ta' disa' xhur, partikolarment f'SMEs f'settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontinwi fil-livell NUTS 2. Fl-2009, il-livell limitu tnaqqas għal 500 ħaddiem. Sa mill-ħolqien tiegħu, kien hemm ukoll il-possibilità għall-Istati Membri li jużaw il-FEG f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jew fi swieq tax-xogħol żgħar fejn il-kriterju ta' intervent ma ġiex issodisfat, jekk is-sensji kkonċernati kellhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali.

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Fond ġie estiż bejn l-2009 u l-2011 u mill-2013 ’il quddiem biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Barra minn hekk, sa mill-2013, ġew inklużi persuni li jaħdmu għal rashom u f'reġjuni eliġibbli taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għadd ta' NEETs ugwali għall-għadd ta' benefiċjarji fil-mira ġew inklużi wkoll.

•  Azzjonijiet eliġibbli

Għall-bidu ġiet ipprovduta assistenza finanzjarja għal "miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati mfassla sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom"(1). Fir-Regolament tal-2013, din ġiet estiża biex tinkludi "b'mod partikolari, il-persuni qiegħda li huma żvantaġġati, aktar kbar fl-età u żgħażagħ, f'impjieg jew f'impjieg indipendenti"(2).

Azzjonijiet eliġibbli jinkludu taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, konsulenza, promozzjoni tal-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti, negozji ġodda u teħid ta' kontroll mill-impjegati u mobilità u allowances għas-sussistenza jew għat-taħriġ.

Il-finanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli kollha jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tfittix ta' impjieg jew ta' taħriġ; Barra minn hekk, azzjonijiet li huma r-responsabilità ta' intrapriżi bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, kif ukoll miżuri passivi tal-protezzjoni soċjali, m'għandhomx ikunu ffinanzjati.

•  Il-finanzi

Il-FEG huwa strument ta' emerġenza u ma jagħmilx parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Ġie stabbilit fond ta' riżerva li minnu jista' jieħu l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu. L-approprjazzjonijiet annwali fil-baġit tal-UE allokat għall-FEG tnaqqsu minn EUR 500 miljun fis-sena fl-2007 għal EUR 150 miljun għal dan ir-regolament. Il-finanzjament medju allokat tul il-perjodu ta' 8 snin mill-2007 sal-2014 kien ta' EUR 70 miljun fis-sena. Għall-bidu, ir-rata ta' kofinanzjament kienet ta' 50 %, din żdiedet għal 65 % għall-perjodu 2009-2001, li mbagħad reġgħet tnaqqset għal 50 % matul l-2012 u l-2013 u żdiedet għal 60 % għar-regolament tal-2013 għall-perjodu 2014-2020.

Ladarba l-applikazzjoni tal-FEG tiġi approvata mill-Parlament u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat f'pagament wieħed ta' prefinanzjament ta' 100 %, fil-prinċipju fi żmien 15-il jum. Għall-bidu, l-Istati Membri kellhom jużaw il-finanzjament tal-FEG fi żmien 12-il xahar iżda dan iż-żmien ġie estiż għal 24 xahar fir-Regolament tal-2009 u dik l-iskeda ta' żmien baqgħet l-istess fir-Regolament tal-2013. Fl-ewwel regolament ġiet allokata assistenza teknika ta' 0.35 % lill-Kummissjoni iżda din żdiedet għal 0.5 % fir-regolament tal-2013.

•  Skedi ta' żmien u Rappurtar

Ir-Regolament il-ġdid jinforza skedi ta' żmien aktar stretti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Issa l-Istati Membri jridu jressqu applikazzjoni fi żmien 12-il ġimgħa minn meta jkunu seħħew is-sensji u għandhom 6 ġimgħat aktar biex iwieġbu għal kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni mbagħad ikollha 12-il ġimgħa biex tlesti l-valutazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni mbagħad tagħmel proposta kemm lill-Kunsill Ewropew kif ukoll lill-Parlament Ewropew għal kull applikazzjoni eliġibbli u trid tikseb l-approvazzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet qabel ma tħallas l-ammont miftiehem lill-Istat Membru.

Fi żmien 6 xhur mit-tlestija tal-programm tal-FEG, l-Istati Membri jridu jressqu rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FEG. Ir-Regolament tal-2013 jispeċifika f'aktar dettall l-informazzjoni li trid tiġi inkluża f'dan ir-rapport finali. Fir-regolament oriġinali, il-Kummissjoni kienet meħtieġa tippubblika rapport annwali filwaqt li taħt ir-Regolament il-ġdid, huwa stipulat rapport biennali. B'mod partikolari, fir-rapport biennali hemm ir-rekwiżit il-ġdid li tiġi inkluża l-istatistika dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni ta' ħaddiema megħjuna. Il-Kummissjoni mitluba wkoll twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-effettività u s-sostenibilità tar-riżultati miksuba kif ukoll evalwazzjoni ex post flimkien ma' esperti esterni, sabiex tkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

L-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-ġestjoni tal-azzjonijiet taħt il-FEG kif ukoll għall-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet. Il-Kummissjoni trid tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu skont il-prinċipji ta' ġestjoni soda u effiċjenti. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post billi javżaw għall-inqas ġurnata qabel. Fil-każ fejn l-ispiża reali tal-azzjonijiet tal-FEG tkun inqas mill-ammont stmat, il-Kummissjoni se titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jirrimborżaw l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta oriġinarjament.

Il-benefiċjarji

B'mod ġenerali l-FEG pprovda miżuri personalizzati u kkoordinati sew għal ħaddiema ssensjati. Huwa importanti ħafna li jkun hemm involviment ġenwin tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tagħhom, is-sħab soċjali u partijiet interessati oħra fit-tfassil tal-applikazzjoni. Peress li l-FEG huwa strument ta' flessibilità huwa jippermetti azzjoni innovattiva u interventi mfassla apposta. Peress li l-objettiv tal-FEG huwa li jippromwovi l-impjiegi sostenibbli huwa kruċjali li jiġi vvalutat in-numru ta' benefiċjarji li jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Skont l-evalwazzjoni ex post tal-FEG, ir-rata ta' impjieg mill-ġdid kienet tvarja minn 4 % għal 98 % b'rata medja ta' impjieg mill-ġdid ta' 49 %. Ir-rati ta' impjieg mill-ġdid jiddependu fuq għadd ta' fatturi, fosthom il-kisba tal-edukazzjoni, l-età tal-benefiċjarju, ir-rati ta' qgħad fil-livell reġjonali jew f'dak nazzjonali, l-urbanizzazzjoni tar-reġjuni, il-profil tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-influwenza tat-tkabbir reġjonali eċċ. L-impatt tat-taħlita ta' politiki tal-FEG dwar ir-rati ta' impjieg mill-ġdid ġie analizzat fir-rigward ta' żewġ miżuri tal-FEG; il-ġestjoni tal-każ individwali u t-taħriġ/it-taħriġ mill-ġdid. It-tnejn li huma nstabu li għandhom relazzjoni pożittiva mar-rati ta' impjieg mill-ġdid, iżda kienet biss il-ġestjoni tal-każ individwali li nstabet li hija statistikament sinifikanti.

L-evidenza turi li appoġġ imfassal apposta, individwalizzat u intensiv għal ħaddiema ssensjati ta' spiss iwassal għal eżiti pożittivi. Barra minn hekk l-abilità li jitwasslu miżuri li huma addizzjonali għall-miżuri nazzjonali kif ukoll il-flessibilità inerenti fl-istrument huma essenzjali. Riżultati pożittivi oħra għal benefiċjarji jinkludu l-impatti psikoloġiċi pożittivi, iż-żieda tal-adattabilità u l-flessibilità tas-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, l-evidenza turi li l-FEG ikkontribwixxa għal koeżjoni soċjali billi għen lil gruppi kbar ta' nies bi bżonn serju ta' assistenza. Dan kellu effetti konsegwenzjali pożittivi għall-familji tal-benefiċjarji u l-komunità inġenerali.

L-analiżi turi li l-ammont tal-infiq totali għal kull benefiċjarju tal-FEG (fi 73 każ ivvalutat fl-evalwazzjoni ex post) jindika li r-riżultati tal-impjieg mill-ġdid miksuba ma jurux xejriet konsistenti lineari u li l-fatturi tal-provvista, id-domanda u t-taħlita ta' politiki kollha għandhom rwol sinifikanti fl-istabbiliment tar-rati ta' impjieg mill-ġdid. L-evidenza turi li diversi tipi ta' miżuri huma assoċjati mar-rati ta' impjieg mill-ġdid differenti iżda m'hemm l-ebda mudell ċar u konsistenti identifikat f'termini ta' miżuri iżjed għaljin assoċjati ma' rati ogħla ta' impjieg mill-ġdid.

Barra minn hekk, it-tqabbil tar-riżultati u l-ispejjeż tal-każijiet tal-FEG, u proġetti oħra simili ffinanzjati mhux mill-FEG, ma jurix mudell lineari ċar. F'dan il-kuntest huwa importanti li wieħed jgħid li l-evalwazzjoni ex post tirrakkomanda li l-valutazzjoni tal-impatt tal-interventi permezz ta' tqabbil ma' kontroll jew tqabbil kredibbli permezz ta' valutazzjoni kontrofattwali tal-impatt (CIE) hija element importanti biex wieħed jifhem l-impatt u l-valur miżjud tal-interventi fis-suq tax-xogħol. Dan huwa ta' għajnuna biex wieħed jifhem kif ħafna mill-bidliet osservati jistgħu effettivament jiġu attribbwiti għall-intervent li qed jiġi evalwat.

Barra minn hekk huwa indikat li hemm konċentrazzjoni dejjem akbar ta' programmi b'finanzjament Ewropew. Id-Dokument ta' Gwida tal-Kummissjoni dwar Pjanijiet ta' Evalwazzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jistipula r-rekwiżiti għal CIE effettiva u jiddikjara li huwa aktar faċli li dawn il-kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati bi ppjanar xieraq mill-bidu nett. Jidhirli li sal-lum, is-CIE ma ntużatx fil-valutazzjoni ta' każijiet tal-FEG u nemmen li l-Kummissjoni teħtieġ issegwi l-parir tagħha stess f'din il-kwistjoni.

Il-livell ta' impjieg indipendenti varja minn 44 % għal 0 % b'rata medja ta' impjieg indipendenti ta' 5 %. Ir-rati ta' impjieg indipendenti kienu dipendenti fuq il-firxa tal-appoġġ intraprenditorjali fil-pakkett oriġinali tal-FEG.

Il-Valur Miżjud Ewropew

Il-valur miżjud Ewropew jista' jiġi definit bħala kejl tad-differenza li saret bl-użu tal-FEG meta mqabbel mal-interventi tal-Istati Membri. Huwa importanti li jitkejjel dan il-valur miżjud peress li jgħin sabiex jiġu ġġustifikati jew sfidati azzjonijiet politiċi mmexxija mill-UE bħall-FEG.

Il-valur miżjud Ewropew jista' jitkejjel b'erba' modi. L-ewwel nett, l-effett tal-volum li janalizza kif il-FEG iżid ma' azzjonijiet eżistenti, jew permezz tal-intensifikazzjoni, l-espansjoni, l-appoġġ, it-titjib jew it-tisħiħ tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol jew permezz tal-politiki nazzjonali dwar l-impjiegi. L-evidenza analizzata minn bosta każijiet tal-FEG indikat li l-FEG kellu effett tal-volum sinifikanti.

It-tieni, il-miżuri ffinanzjati mill-FEG estendew l-appoġġ eżistenti għal gruppi u f'oqsma ta' politika li ma kienu jirċievu l-ebda appoġġ b'mod ieħor bħal pereżempju gruppi li jinkludu ħaddiema ta' età lavorattiva primarja, persuni li għadhom fl-impjieg u persuni bi sfond ta' migrazzjoni. It-tielet, il-finanzjament tal-FEG appoġġja innovazzjonijiet lokali/reġjonali li huma adottati fil-livell nazzjonali kif ukoll innovazzjonijiet nazzjonali li mbagħad jiġu integrati.

Ir-raba', l-evidenza turi li kien hemm eżiti pożittivi ta' tagħlim għall-organizzazzjonijiet involuti. Dan inkluda l-bini tal-kapaċità f'termini ta' ġestjoni effiċjenti tal-miżuri u t-twaqqif ta' sħubijiet biex jitwasslu l-miżuri tal-FEG.

Ir-riformi tal-FEG

Il-FEG għadda minn għadd ta' riformi mill-2006 ’l hawn. Dawn jinkludu t-tnaqqis fil-kriterju ta' intervent minn 1 000 sensja għal 500 sensja. Dan ifisser li l-FEG huwa aktar aċċessibbli għal reġjuni u Stati Membri iżgħar. Kien hemm proposti biex ikompli jitnaqqas l-għadd ta' sensji iżda dan iltaqa' ma' oppożizzjoni konsiderevoli. Madankollu nemmen li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar użu mill-Artikolu 4(2) li jippermetti applikazzjoni li ma tissodisfax il-limitu minimu ta' 500. Diversi applikazzjonijiet diġà ġew approvati bl-użu ta' dan l-Artikolu.

Il-perjodu ta' intervent ġie estiż minn 12-il xahar għal 24 xahar. Dan ippermetta lil ħafna benefiċjarji li jkollhom aċċess għal taħriġ jew programmi edukattivi estiżi. Il-perjodu ta' 12-il xahar kien pjuttost restrittiv, u partikolarment meta kien hemm dewmien fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-FEG mill-Istati Membri, dan kien ifisser li l-benefiċjarji kienu pjuttost ristretti fl-aċċess għal ċerti miżuri.

Il-persuni li jaħdmu għal rashom issa jista' jkollhom aċċess għall-FEG. Inqis li din ir-riforma hija importanti peress li f'xi Stati Membri l-persuni li jaħdmu għal rashom għandhom inqas protezzjoni soċjali minn ħaddiema oħra. Dan jista' jiskoraġġixxi lil dawk li jixtiequ joħolqu impjiegi milli jagħmlu dan u għall-inqas il-FEG jista' jagħtihom l-istess xibka ta' sikurezza bħal ħaddiema oħra.

In-NEETs huma wkoll inklużi fir-regolament il-ġdid. Dan ikabbar il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG u l-evidenza turi li l-massimizzazzjoni tal-għadd ta' parteċipanti tista' tipproduċi ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk dan huwa espressjoni ta' solidarjetà ma' persuni żgħażagħ qiegħda f'reġjuni b'livelli għoljin ta' qgħad.

Il-livell ta' kofinanzjament huwa kwistjoni għal xi Stati Membri li jippreferu jużaw il-FSE pereżempju peress li għandu rata ogħla ta' kofinanzjament. Iż-żieda għal 60 % minn 50 % hija pass sinifikanti li tħajjar lil dawk l-Istati Membri biex jikkunsidraw jużaw il-FEG.

Rigward l-inklużjoni tal-kriterju ta' kriżi, ta' min jinnota li matul il-perjodu 2009-2011 meta kienet fis-seħħ id-deroga marbuta mal-kriżi, l-għadd ta' applikazzjonijiet tal-FEG żdied b'mod sinifikanti. Fil-kuntest tar-regolament attwali huwa rikonoxxut li l-impatt tal-kriżi tal-2007 għadu għaddej f'ċerti setturi/pajjiżi u barra minn hekk li l-FEG għandu jkun kapaċi jirreaġixxi għal kwalunkwe kriżi finanzjarja jew ekonomika globali ġdida.

Ir-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri

Ir-rapport mill-Qorti tal-Awdituri għandu 6 konklużjonijiet u 3 rakkomandazzjonijiet. Ħafna minn dawn ġew diġà trattati f'dan ir-rapport, iżda ta' min wieħed jerġa' jsemmi wħud minn dawn il-punti. B'mod partikolari, il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kwantitattivi ta' riintegrazzjoni u jiddistingwu bejn il-FEG u miżuri oħra kif ukoll li jiddistinwgu bejn iż-żewġ tipi ewlenin ta' appoġġ tal-FEG. Waħda mill-affarijiet li l-FEG ġie kkritikat dwarhom hija li xi Stati Membri użaw ammonti sinifikanti ta' flus biex jikkumpensaw l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għall-introjtu tal-ħaddiema. Il-Qorti tal-Awdituri temmen li dan l-użu tal-flus tal-Ewropa ma jwassalx valur miżjud u għalhekk huwa kruċjali li l-Istati Membri jivvalutaw il-valur miżjud ta' dan it-tip ta' appoġġ speċifiku.

Dan ir-rapport jikkritika wkoll il-proċedura pjuttost twila ta' approvazzjoni tal-FEG - Madankollu r-riformi reċenti introduċew proċedura aktar f'waqtha u ħafna Stati Membri jibdew jimplimentaw il-miżuri malli dawn jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.

Waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri kienet li l-istituzzjonijiet tal-UE jikkunsidraw li jadattaw il-qafas tal-FSE bħala alternattiva għall-FEG. Madankollu bosta raġunijiet li jappoġġjaw dan l-argument ġew trattati fir-regolament il-ġdid bħal pereżempju l-iskedi ta' żmien.

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1927/2006, l-Artikolu 3

(2)

l-Artikolu 7.1


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.5.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jean-Paul Denanot

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-finanzjament mill-FEG jista' jappoġġja u jikkumplementa azzjonijiet tal-Istati Membri rigward l-impjiegi u l-politika soċjali, iżda ma jistax jieħu post l-azzjoni primarja u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali, u għalhekk ma għandux jikkumpensa skemi nazzjonali dwar id-dħul tal-ħaddiema; ifakkar ukoll li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jikkofinanzjaw l-azzjonijiet tal-FEG skont il-modalitajiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali, kif ukoll l-obbligu li jimplimentaw il-baġit tal-FEG b'mod effikaċi;

2.  Jemmen li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huwa strument importanti li permezz tiegħu l-UE tipprovdi appoġġ lill-ħaddiema u tesprimi s-solidarjetà tagħha magħhom, u tgħin lil persuni qiegħda jerġgħu jibdew jaħdmu, u li l-għan tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli u għall-promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli fl-Ewropa; jissuġġerixxi, madankollu, li hemm ħafna lok għal titjib fil-FEG; iqis, b'mod partikolari, li l-FEG jista' jirrendi valur aħjar għall-flus minfuq u jista' jkun aktar iffukat fuq ir-riżultati; jemmen li l-FEG għandu jkompli jopera barra mill-QFP matul il-perjodu ta' programazzjoni li jmiss;

3.  Huwa tal-fehma li r-rata ta' kofinanzjament ta' 60 % m'għandhiex tiżdied;

4.  Jinnota li, bejn l-2007 u l-2014, 20 Stat Membru ressqu 131 applikazzjoni għall-finanzjament għal ammont totali ta' EUR 542,4 miljun, immirati għal 121 380 ħaddiem;

5.  Jinnota li l-FEG suppost jaqdi l-funzjoni ta' mekkaniżmu li jagħti għajnuna fuq żmien qasir f'sitwazzjonijiet fejn ikun jeħtieġ rispons rapidu; jiddispjaċih li l-perjodu medju għall-approvazzjoni ta' għajnuna mill-FEG bejn l-2007 u l-2013 kien 303 ijiem; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissemplifika l-proċess ta' applikazzjoni; jissuġġerixxi li tnaqqis fl-għadd ta' lingwi uffiċjali li bihom irid jiġi tradott abbozz ta' deċiżjoni jista' jiffranka tal-anqas ġimagħtejn żmien; jenfasizza li kwalunkwe traduzzjoni oħra li tintalab tkun tista' ssir mill-Kummissjoni aktar tard;

6.  Jinnota li, fil-perjodu bejn l-2007 u l-2014, tmien Stati Membri ma użawx l-appoġġ tal-FEG disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-każijiet kollha fejn ostakoli regolatorji, ta' kapaċità amministrattiva u ta' tip ieħor xekklu l-parteċipazzjoni fil-FEG, u jistedinha tipproponi azzjoni biex twarrab tali ostakoli;

7.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jutilizzaw il-lok li għandhom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-FEG b'mod aktar flessibbli u effikaċi, b'konċentrazzjoni fuq ir-riżultati, l-impatt u l-valur miżjud, u bla ma jikkompromettu l-użu xieraq u trasparenti tal-fondi u l-konformità mar-regoli; huwa tal-fehma li l-proċedura ta' applikazzjoni għandha ssir aktar rapida biex il-Fond isir iktar effikaċi għall-benefiċċju ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; huwa mħasseb dwar id-diverġenza bejn ir-riżorsi mitluba mill-FEG u l-ammonti rimborżati mill-Istati Membri, bir-rata medja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 45 % biss; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa r-raġunijiet għar-rati baxxi ta' implimentazzjoni u tipproponi miżuri biex tindirizza l-punti ta' konġestjoni eżistenti u tiżgura l-aħjar użu mill-Fond; jinnota li r-rata ta' impjieg mill-ġdid fi tmiem l-assistenza tal-FEG tvarja b'mod konsiderevoli minn 4 % għal 86 %, u għalhekk jissottolinja l-importanza ta' miżuri tas-suq tax-xogħol attivi u inklużivi; jinnota li l-infiq tal-FEG f'ċerti Stati Membri b'mod konsistenti jirreġistra prestazzjoni aħjar milli f'xi Stati Membri oħra; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tagħti gwida u tara li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni għall-fondi tal-FEG u fl-użu tagħhom sabiex tiġi żgurata l-ogħla rata ta' impjieg mill-ġdid għal kull euro li jintefaq;

8.  Jinnota li, skont is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, il-FEG jipprovdi l-aħjar valur miżjud tal-UE meta jintuża biex jikkofinanzja dawk is-servizzi għal ħaddiema ssensjati li normalment ma jingħatawx mis-servizz pubbliku tal-impjiegi ta' Stat Membru, u, meta jkunu ffukati fuq attivitajiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid u mhux fuq ħlasijiet ta' benefiċċji;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li kważi 50 % tal-ħaddiema li rċevew assistenza bis-saħħa ta' applikazzjonijiet ittrattati fl-2013-2014 reġgħu sabu impjieg; jenfasizza, madankollu, li l-FEG għandu jipprovdu finanzjament għal setturi li jkunu mistennija jħabbtu wiċċhom ma' problemi fil-futur, biex jiġi żgurat li l-ħaddiema kkonċernati, f'setturi b'potenzjal għall-ġejjieni, ikollhom garanzija ta' impjieg mill-ġdid sostenibbli;

10.  Jinnota li l-FEG minnu nnifsu intiż għal azzjonijiet fuq żmien qasir, u jisħaq fuq il-bżonn ta' aktar sinerġiji, addizzjonalità u koordinazzjoni mal-FSE, mal-FEŻR u ma' miżuri ffinanzjati fil-livelli reġjonali u nazzjonali, sabiex lin-negozji f'diffikultà nakkumpanjawhom ukoll permezz ta' fażi tranżizzjonali li toħloq l-impjiegi; jipproponi, għal dan l-għan, li bi qbil mat-tradizzjonijiet u mal-abitudnijiet tal-Istati Membri, l-applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-FEG ikunu jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet li jiġġestixxu l-Fondi Strutturali f'kull Stat Membru, kemm-il darba l-awtoritajiet ta' ġestjoni reġjonali jkollhom biżżejjed riżorsi amministrattivi u finanzjarji biex jiżguraw dan; jipproponi li l-applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-FEG isiru aċċessibbli għall-pubbliku;

11.  Jinnota li, f'għadd ta' każijiet tal-FEG, kostijiet ogħla għal azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(4) tar-Regolament dwar il-FEG idgħajfu l-impatt globali tal-investiment mill-FEG; jitlob li l-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni ta' tali kostijiet billi tintroduċi limiti;

12.  Jemmen li użu aktar mifrux tad-deroga mill-limiti minimi ta' eliġibbiltà, partikolarment għall-benefiċċju tal-SMEs, l-estensjoni tal-perjodi ta' referenza kif ukoll il-possibbiltà li ħaddiema li jipprovdu servizzi relatati u li jisfaw issensjati jiġu kklassifikati bħala ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja mill-kumpanija li tkun qed titlob assistenza għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa każ b'każ, b'tali mod li jiġi evitat b'kull mezz tagħwiġ fl-użu tal-baġit tal-FEG;

13.  Jitlob li l-Kummissjoni ttejjeb l-istrumenti eżistenti ta' assistenza teknika lill-Istati Membri u tintensifika l-komunikazzjoni magħhom dwar il-forom ta' assistenza disponibbli taħt il-FEG sabiex dan il-Fond jintuża aktar, u jitlob li l-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal appoġġ finanzjarju mill-FEG, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea;

14.  Huwa tal-fehma li interventi soċjali ex post, li spiss ikunu relatati mal-ħlas lura ta' finanzjament ipprovdut mill-Istati Membri, ifissru li l-attività tal-Unjoni Ewropea biex tgħin lill-ħaddiema ssensjati ma tidhirx; jitlob li l-Kummissjoni tintensifika l-komunikazzjoni tagħha man-netwerks nazzjonali u lokali tat-trejdjunjins u mal-pubbliku ġenerali biex tippromwovi aħjar il-miżuri li jittieħdu mill-UE;

15.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fl-evalwazzjoni tagħha ta' nofs it-terminu tal-FEG valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva speċifika tas-sostenn mill-FEG lil żgħażagħ li mhumiex f'impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (NEETs), speċjalment fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tas-sinerġiji meħtieġa bejn il-baġits nazzjonali, l-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI); huwa tal-fehma li d-deroga dwar in-NEETs għandha tiġi estiża lil hinn mill-2017, wara din l-analiżi;

16.  Jitlob li l-Kummissjoni twettaq studji tal-impatt tal-globalizzazzjoni settur b'settur u, abbażi tas-sejbiet, tressaq proposti maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-impriżi jantiċipaw il-bidliet fl-industriji tagħhom u jħejju lill-ħaddiema qabel ma jagħtuhom is-sensja;

17.  Jemmen li hemm lok għal aktar titjib fl-użu tal-FEG għal proġetti li jappoġġjaw l-intraprenditorija u l-attività ta' twaqqif ta' negozji ġodda; jitlob li l-Kummissjoni teżamina dan kollu ulterjorment;

18.  Jinnota t-tħassib tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew rigward il-metodoloġija għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-FEG; jissottolinja l-ħtieġa ta' rekwiżiti ulterjuri dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, José Manuel Fernandes, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Sophie Montel, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Daniele Viotti, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Georgios Kyrtsos, Andrej Plenković, Ivan Štefanec, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Rainer Wieland


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (25.4.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Agnes Jongerius

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante u ex-post bir-reqqa u fuq bażi regolari, li jinkludu l-effetti potenzjali fuq l-impjiegi, il-kompetittività u l-ekonomija, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tal-ftehimiet kummerċjali kollha u l-inizjattivi leġiżlattivi rilevanti, filwaqt li tiżgura koordinazzjoni ex-ante effikaċi bejn id-DĠ Kummerċ u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; jemmen li s-setturi kollha identifikati bħala vulnerabbli għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u jkunu soġġetti għal miżuri speċifiċi xierqa jekk meħtieġ, u li s-sħab soċjali, inkluż ir-rappreżentanti tal-kumpaniji u tal-ħaddiema, u l-Istati Membri involuti f'setturi ta' riskju għoli għandhom jiġu informati b'mod xieraq u jingħataw assistenza fil-proċess ta' applikazzjoni;

2.  Jinnota li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huwa strument ta' solidarjetà stabbilit biex jagħti għajnuna lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar, bħall-globalizzazzjoni jew kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jkun hemm koerenza b'saħħitha fil-politiki kummerċjali u dawk industrijali, peress li ftehimiet kummerċjali jistgħu jesponu lil kumpaniji Ewropej għal livell ta' kompetizzjoni akbar b'effetti potenzjalment negattivi fuq l-impjiegi, u l-ħtieġa għal strateġija industrijali komuni;

3.  Ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata "Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497), tirrikonoxxi li ftehimiet kummerċjali jista' jkunu ta' xkiel għal ċerti reġjuni u ħaddiema, jekk il-kompetizzjoni l-ġdida tirriżulta li hija wisq intensa, iżda wkoll li l-FEG huwa strument essenzjali li jipprovdi appoġġ sinifikanti lill-komunitajiet li qegħdin jiffaċċjaw telf ta' impjiegi, bħal fil-każ ta' għeluq ta' fabbriki fl-UE minħabba kompetizzjoni internazzjonali;

4.  Jistieden lill-Istati Membri, filwaqt li jqis il-fatt li l-FEG infetaħ għal setturi ġodda, jħejju, abbażi ta' dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt u flimkien mas-sħab soċjali, inkluż rappreżentanti tal-kumpaniji u tal-ħaddiema, strateġiji biex jantiċipaw il-bidliet prevedibbli tas-suq tax-xogħol; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-finanzjament, il-pubbliċità u l-livell ta' simplifikazzjoni tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG u l-koordinazzjoni ma' fondi oħra tal-UE għandhom jiġu vvalutati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet li jistgħu jirriżultaw minn dawn l-istrateġiji;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-Direttiva dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni; jenfasizza li r-rappreżentanti tal-ħaddiema u tat-trade unions għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien xieraq dwar il-pjanijiet kollha għar-ristrutturar jew għall-għeluq ta' impjanti minħabba l-effetti tal-kummerċ, sabiex in-negozjati għal pjan soċjali xieraq ikunu jistgħu jsiru b'kundizzjonijiet ġusti u b'aċċess ugwali għall-informazzjoni; iqis li b'dan il-mod għandu jiġi żgurat li l-kumpaniji jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom bis-sħiħ;

6.  Jistieden lill-Parlament jorganizza seduti regolari ta' smigħ konġunt għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tl-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jikkontribwixxi għal titjib fil-koordinazzjoni tal-politika tal-kummerċ u dik tal-FEG u l-monitoraġġ tagħhom;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tbaxxi l-limitu għall-eliġibbiltà, li bħalissa huwa ta' 500 sensja, li jfisser li fil-prattika korporazzjonijiet kbar ħafna biss – li ħafna drabi jagħmlu profitt fuq livell globali – huma eliġibbli; iqis li sabiex jiġi żgurat li l-impjegati ta' kumpaniji iżgħar f'setturi li huma direttament milquta mill-effetti tal-globalizzazzjoni jiġu megħjuna, il-limitu għandu jitnaqqas għal 100 sensja; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa mhux biss lill-impjegati tal-kumpaniji milquta minn pjanijiet ta' sensji iżda wkoll lil dawk fis-setturi kollha milquta, inkluż is-sottokuntratturi; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar flessibbli u reattiva fl-użu tal-FEG; jiddispjaċih li l-ammonti allokati taħt il-Fond ta' spiss iridu jinħarġu minn qabel mill-Istati Membri;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni torjenta mill-ġdid lill-FEG favur l-SMEs, li huma atturi ewlenin fid-dinamiżmu tal-ekonomija Ewropea;

9.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżblokkaw ir-regolamenti li għandhom l-għan li jimmodernizzaw l-istrumenti għad-difiża tan-negozju, biex isiru aktar rapidi, effikaċi, effiċjenti u aktar aċċessibbli, inkluż għall-SMEs; jissottolinja li strumenti għad-difiża tan-negozju effiċjenti u riformati għandhom jipprevjenu l-użu tal-FEG għal każijiet ta' dumping soċjali, ambjentali jew tal-prezzijiet minn pajjiżi oħra;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, fl-istess ħin, strateġija biex tappoġġa politika komuni dwar l-industrija u l-investiment u biex issaħħaħ l-istrumenti għad-difiża tan-negozju tal-UE;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-istatus ta' ekonomija tas-suq lil sħab kummerċjali ladarba dawn jissodisfaw il-ħames kriterji li hija stabbiliet, jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kumissjoni tistabbilixxi strateġija ċara u effikaċi dwar il-kwistjonijiet relatati mal-għoti tal-istatus ta' ekonomija tas-suq lil pajjiżi terzi sabiex tħares il-kompetittività tan-negozji tal-UE u tkompli l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' kompetizzjoni inġusta;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni testendi d-deroga għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ lil hinn mill-2017;

13.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-vera essenza tal-FEG hija li jgħin lill-persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba kummerċ aktar miftuħ; iqis li huwa kompitu importanti tal-FEG li jtaffi l-konsegwenzi ta' tilwim kummerċjali u jiżgura li l-piżijiet li jirriżultaw minn deċiżjonijiet politiċi konġunti fil-livell tal-UE huma kondiviżi bejn l-Istati Membri tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ lill-impjegati u lill-kumpaniji milquta minn kunflitti kummerċjali; jipproponi wkoll li jinħoloq mekkaniżmu rapidu għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet li jikkonċernaw tilwim kummerċjali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Hannu Takkula

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Danuta Maria Hübner, Agnes Jongerius, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Judith Sargentini, József Szájer, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Rosa D’Amato, Emilian Pavel, Maurice Ponga, Marco Valli, Axel Voss


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (28.4.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marco Valli

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

−  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("ir-Regolament FEG")(1),

−  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ("ir-Regolament FEG il-ġdid")(2),

−  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2015 dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2013 u l-2014 (COM(2015)0355),

−  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 7/2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(3) ('ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri'),

A.  billi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jagħti sostenn lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija;

B.  billi l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jesiġi li, ta' kull sentejn, il-Kummissjoni tibgħat rapport kwantitattiv u kwalitattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-FEG fis-sentejn ta' qabel;

C.  billi, il-FEG ġie mfassal biex jindirizza sitwazzjonijiet ta' emerġenza fuq perjodu qasir u ad hoc, għall-kuntrarju tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) li wkoll jappoġġja ħaddiema li ngħataw is-sensja iżda li għandu l-għan li jindirizza l-iżbilanċi strutturali fuq perjodu twil, prinċipalment permezz ta' programmi ta' tagħlim tul il-ħajja;

1.  Jinnota li t-total tal-għajnuna approvata mill-FEG mid-data tal-ewwel applikazzjoni sa Settembru 2015 kien ta' madwar EUR 545 miljun mill-baġit tal-Unjoni u ta' madwar EUR 390 miljun mill-baġit tal-Istati Membri għal total ta' 139 applikazzjoni mill-Istati Membri li ġew approvati;

2.  Iqis li huwa neċessarju li jiżdied l-użu tal-FEG fil-prevenzjoni u fit-trattament tar-rilokazzjoni, kif ukoll b'reazzjoni għal kriżijiet settorjali minħabba l-fluttwazzjoni tal-prezzijiet u tad-domanda fuq livell dinji;

3.  Jirrikonoxxi, kif mistqarr fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, li kważi l-ħaddiema eliġibbli kollha setgħu jibbenefikaw minn miżuri personalizzati mill-FEG; josserva li s-servizzi offruti lill-benefiċjarji potenzjali ġeneralment tfasslu speċifikament abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom u għalhekk kellhom l-akbar probabbiltà li jiksbu riżultati; jinnota, barra minn hekk, li, inġenerali, l-appoġġ mill-FEG ġie kkoordinat tajjeb mal-FSE u mal-miżuri nazzjonali tas-suq tax-xogħol, billi l-miżuri eżistenti ġew ikkumplimentati minn miżuri addizzjonali tal-FEG li tfasslu speċifikament biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Fond jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jindika li r-rilokazzjonijiet u konsegwenzi oħra tal-globalizzazzjoni, bħalma huma l-'ekonomija kollaborattiva' u r-robotika, qed jaffettwaw is-setturi ewlenin tal-ekonomija Ewropea li fihom in-numru ta' nies li jaħdmu għal rashom qed jiżdied b'mod kostanti;

5.  Jindika li, f'xi każijiet, ħaddiema ssensjati li kienu impjegati ma' fornituri ta' impriża milquta ma ġewx inklużi fl-appoġġ tal-FEG; jirrikonoxxi l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-ħaddiema affettwati ta' fornituri 'l isfel fil-katina tal-provvista qatt ma ġew esklużi b'mod intenzjonali, u l-Kummissjoni qed taħdem, flimkien mal-Istati Membri, sabiex jinstab bilanċ raġonevoli bejn kopertura komprensiva u l-ħin meħtieġ biex titħejja u tiġi ppreżentata applikazzjoni; jinnota li l-Kummissjoni għandha tinkludi dettalji ulterjuri dwar is-setturi li fihom probabbli li l-ħaddiema jsibu impjieg u jekk it-taħriġ offrut kienx allinjat mal-prospetti ekonomiċi futuri u mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol fir-reġjuni kkonċernati mis-sensji;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tbaxxi l-limitu ta' eliġibbiltà għall-FEG, li bħalissa hu ta' 500 sensja, għal 100 sensja fil-każ ta' impriżi medji u 50 sensja f'każ ta' impriżi żgħar, sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tasal għand il-ħaddiema impjegati mill-SMEs, li ġeneralment huma l-aktar affettwati mill-effetti tal-globalizzazzjoni;

7.  Jinnota li, minkejja li l-FSE mhuwiex mistenni li jindirizza l-avvenimenti imprevedibbli kollha, il-miżuri taħt ir-Regolament FEG jistgħu jiġu applikati bl-istess mod taħt l-FSE; josserva li r-raġunijiet ewlenin għaliex xi Stati Membri jippreferu jużaw l-FSE minflok il-FEG huma r-rata ogħla ta' kofinanzjament għall-FSE, l-implimentazzjoni aktar rapida tal-FSE, in-nuqqas ta' prefinanzjament fil-każ tal-FEG, il-proċedura ta' approvazzjoni twila tal-FEG u l-kundizzjonijiet iżjed restrittivi tal-FEG;

8.  Jinnota li f'ħafna każijiet l-Istati Membri jiffaċċjaw aktar diffikultajiet biex jipprovdu evidenza li s-sensji tal-massa jissodisfaw il-kriterji ta' intervent tal-FEG, kompitu li huwa ta' sfida anke ikbar meta għadd ta' SMEs huma affettwati; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tindirizza n-nuqqasijiet imsemmija hawn fuq sabiex il-FEG isir soluzzjoni li taħdem għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

9.  Iqis li l-kwalità u d-disponibbiltà tad-data dwar l-integrazzjoni mill-ġdid ġiet affettwata ħażin minn għadd ta' fatturi differenti; jindika li l-Istati Membri ġeneralment ma stabbilixxewx għanijiet kwantitattivi ta' integrazzjoni mill-ġdid, u li, f'ċerti każijiet, is-servizzi tal-impjiegi pubbliċi jew privati ma għamlux distinzjoni sistematika bejn il-FEG, l-FSE u miżuri nazzjonali oħra meta kienet qed tinġabar id-data dwar l-integrazzjoni mill-ġdid; jitlob lill-Kummissjoni biex, ta' kull sena, tipprovdi valutazzjoni kompluta tar-riżultati miksuba għal kull intervent tal-FEG, kif ukoll biex tipprovdi data dwar it-talbiet tal-FEG li ma ġewx approvati fil-livell tal-Kummissjoni u r-raġunijiet għalfejn ma ġewx approvati;

10.  Jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma kinux obbligati jagħmlu distinzjoni bejn miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, bħal pereżempju taħriġ u għajnuna għal dawk li jaħdmu għal rashom, u appoġġ ta' dħul għal ħaddiema salarjati; jinnota, barra minn hekk, in-nuqqas ta' informazzjoni speċifika li tagħmilha possibbli li jitkejjel l-impatt tal-FEG, sabiex jiġu identifikati proġetti kofinanzjati mill-FSE li setgħu effettivament laħqu l-kriterji ta' intervent tal-FEG; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza din il-kwistjoni u tipproduċi rapport dwar in-numru u l-kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti FSE li jissodisfaw il-kriterji ta' intervent tal-FEG;

11.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet titjib fil-bażi ta' data tal-FEG li fiha tiġi rreġistrata d-data kwantitattiva dwar il-każijiet tal-FEG għal skopijiet ta' statistika, u b'hekk ikun iktar faċli għall-Istati Membri biex jissottomettu applikazzjonijiet u għall-Kummissjoni biex tanalizza u tqabbel iċ-ċifri dwar il-każijiet tal-FEG; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni inkludiet il-FEG fis-Sistema Komuni Kondiviża ta' Ġestjoni tal-Fondi, li għandha tirriżulta fit-tressiq ta' applikazzjonijiet aktar korretti u kompluti u tnaqqas ulterjorment iż-żmien meħtieġ biex applikazzjoni li tressqet minn Stat Membru tiġi adottata mill-PE u mill-Kunsill; jinnota li, fl-interess tat-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika, il-Kummissjoni kien imissha tiżgura l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kollha relatati mal-każijiet tal-FEG;

12.  Jinnota li l-formoli ta' applikazzjoni tal-FEG ma fihom l-ebda dettall dwar impriżi li l-impjegati tagħhom intlaqtu minn miżuri relatati mal-FEG; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi data aktar dettaljata u biex tivvaluta jekk l-għeluq u/jew is-sensji humiex kkawżati minn kumpaniji li qed jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi jew lejn Stati Membri oħrajn b'politiki fiskali aggressivi li tfasslu biex jattiraw l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tintroduċi strument li jobbliga kumpaniji li jirrilokaw il-produzzjoni barra l-UE biex jikkontribwixxu għall-impjegar mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati;

13.  Iqis li l-FEG għandu jkun kapaċi jipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu b'mod rapidu sabiex jimmassimizza l-impatt tiegħu u jħalli l-ħaddiema milquta jibbenefikaw mill-miżuri ffinanzjati mill-aktar fis possibbli wara li jkunu ngħataw is-sensja; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, it-tul medju tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-FEG hu ta' 41 ġimgħa; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni qiegħda tipprova tnaqqas id-dewmien fejn possibbli; jinnota, barra minn hekk, li skont ir-regoli fis-seħħ, ċerti partijiet tal-proċedura ma jistgħux jitqassru; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar jekk il-bidliet li saru fl-applikazzjonijiet elettroniċi u l-formoli għenux biex titqassar il-proċedura tal-FEG;

14.  Jirrikonoxxi l-istqarrija tal-Kummissjoni li r-Regolament tal-FEG ma jinkludix għanijiet kwantitattivi ta' integrazzjoni mill-ġdid, u li l-bosta miżuri tal-FEG jistgħu jiġu vvalutati b'mezzi oħrajn; jenfasizza li kien diffiċli biex wieħed jevalwa s-suċċess tal-istrument u l-kontribut reali tiegħu bħala strument uniku għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema; jindika li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati kkofinanzjat mill-FEG għandu jiġi bilanċjat b'azzjonijiet oħra u li dawn għandhom jiġu kumplimentati biex jipprovdu "valur miżjud tal-UE" b'benefiċċji ċari u viżibbli għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha;

15.  Ifakkar li l-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka prinċipalment fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid rapida tal-benefiċjarji f'impjiegi sostenibbli, fis-settur li inizjalment kienu attivi fih jew f'settur ieħor; josserva li miżuri li jipprovdu lill-ħaddiema b'appoġġ għall-introjtu ġew identifikati fil-każijiet awditjati kollha fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri, u li dawn il-miżuri ta' appoġġ kienu jirrappreżentaw 33 % tal-ispejjeż rimborżati fil-każijiet kollha tal-FEG; jindika li r-Regolament FEG il-ġdid jillimita l-ispejjeż ta' miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħalma huma allowances għal waqt it-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ għal min iħaddem, għal 35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat, u li l-azzjonijiet appoġġjati mill-FEG ma għandhomx l-għan li jissostitwixxu miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali pprovduti mill-Istati Membri fis-sistemi nazzjonali tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Caterina Chinnici, Cătălin Sorin Ivan, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Julia Pitera, Miroslav Poche, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georg Mayer

(1)

ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(3)

ĠU C 182, 27.6.2013, p. 3


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.4.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tamás Deutsch

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-evalwazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) juru li r-riżultati tal-interventi ta' dan il-Fond huma influwenzati minn fatturi bħal-livell ta' edukazzjoni u l-kwalifiki tal-ħaddiema fil-mira, kif ukoll mill-kapaċità ta' assorbiment tas-swieq tax-xogħol relevanti u l-PDG tal-pajjiżi riċevituri; jenfasizza li dawn il-fatturi huma l-aktar influwenzati minn miżuri għat-terminu twil li jistgħu effettivament jiġu appoġġjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (il-Fondi SIE); jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li dawn il-fatturi u s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol lokali jiġu kkunsidrati kulmeta tkun se tiġi provduta assistenza mill-FEG, filwaqt li jiġi żgurat li l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni tiġi segwita fl-iqsar żmien possibbli mill-fond ta' assistenza; jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-implimentazzojni u dwar l-ostakli li nqalgħu minħabba n-nuqqas ta' flessibilità ta' ċerti miżuri tal-FEG u n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'xi Stati Membri, u jenfasizza l-ħtieġa li l-finanzjament mill-FEG isir aktar flessibbli;

2.  Jinnota li, filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni u l-oqsma tematiċi ta' intervent tal-Fondi SIE (b'mod partikolari l-FSE) u l-FEG ħafna drabi huma simili, dan tal-aħħar inħoloq biex jirreaġixxi malajr għas-sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu, filwaqt li l-Fondi SIE għandhom ċiklu ta' programmazzjoni pluriennali; jinnota li huma essenzjali aktar sinerġiji bejn il-FEG u l-Fondi SIE sabiex jinkisbu riżultati aktar malajr u aktar effettivi; jenfasizza li l-Fondi SIE għandhom jaġixxu bħala miżuri ta' segwitu fl-oqsma ta' appoġġ tal-FEG billi jistimulaw l-investiment, it-tkabbir globali u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-interventi tal-FEG għandhom ikunu kkoordinati mal-programmi eżistenti tal-UE, bħalma huma l-inizjattiva favur l-impjiegi taż-żgħażagħ, il-programmi u l-istrateġiji nazzjonali u s-sorsi privati, bil-għan li dawn jgħinu lin-nies isibu impjieg u li jippromwovu l-intraprenditorija, speċjalment fir-reġjuni u s-setturi li diġà qed ibatu mill-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni jew mir-ristrutturar tal-ekonomija; huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tal-FEG, u jitlob li wieħed iħares b'mod iktar ġenerali u aktar dettaljat lejn il-finanzjament u l-użu tiegħu fil-każ ta' Stati Membri speċifiċi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-FEG, inkluż fir-rapport tagħha li jmiss kif ukoll fil-proposti prospettivi, tipprovdi informazzjoni dwar it-tip u l-kwalità ta' impjiegi li nstabu mill-persuni li ġew riintegrati fis-suq tax-xogħol u dwar it-tendenzi għat-terminu medju u twil fir-rigward tar-rata ta' riintegrazzjoni milħuqa permezz tal-interventi tal-FEG; jitlob, f'dan il-kuntest ta' kejl tal-prestazzjoni tal-FEG f'termini ta' impjiegi u riorjentament professjonali fost il-benefiċjarji, li jkun hemm indikazzjonijiet aktar ċari dwar is-setturi li fihom il-ħaddiema huwa probabbli li jsibu impjieg u dwar jekk it-taħriġ offrut huwiex adattat għall-prospettiva ekonomika u għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol fir-reġjuni milquta mis-sensji; b'konsegwenza ta' dan ta' hawn fuq, jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra perspettivi futuri għas-suq tax-xogħol, partikolarment fis-setturi orjentati lejn il-futur, u l-ħiliet li huma tassew meħtieġa, meta tistabbilixxi miżuri appoġġjati mill-FEG, u biex tipprovdi analiżi dettaljata dwar l-issodisfar ta' dan ir-rekwiżit fir-rappurtar u fl-evalwazzjoni tagħha; jitlob valutazzjoni bir-reqqa tal-aspettativi ta' dawk l-Istati Membri li japplikaw għall-għajnuna mill-FEG, tar-raġunijiet li jimpedixxu lill-Istati Membri milli japplikaw minkejja bżonnijiet eżistenti, u ta' għażliet possibbli biex jiġu adattati l-limiti ta' eliġibilità;

4.  Jenfasizza l-importanza li jitfassal pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għall-ħaddiema, b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u mal-awtoritajiet reġjonali;

5.  Iqis, għalhekk, li d-direzzjoni tar-riżorsi lejn l-investimenti li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol hija ta' importanza kbira sabiex jiġu kkonsolidati aktar il-miżuri li jiġġieldu kontra l-effetti tal-kriżi; jilqa' l-fatt li, f'dan il-kuntest, ir-riċerka u l-innovazzjoni jidhru li huma l-qasam fejn ġew allokati l-iktar riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-użu tal-FEG billi tiġi promossa d-domanda mill-Istati Membri, ħaġa li se teħtieġ żieda fil-finanzjament tiegħu u fil-kofinanzjament mill-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tgħolli l-livell massimu ta' appoġġ mill-FEG minn 60 % għal 85 % fir-reġjuni fejn il-livell globali ta' qgħad huwa ogħla b'mod sinifikanti mill-medja tal-pajjiż; jiddispjaċih li l-Kummissjoni fl-evalwazzjonijiet tagħha tal-FEG ma pprovdietx analiżi reġjonali tal-benefiċjarji, ħaġa li setgħet tindika l-użu tal-FEG fir-reġjuni b'rati ta' qgħad diġà sinifikanti jew b'qgħad strutturali għoli fis-settur appoġġjat; iħeġġeġ, bl-istess mod, lill-Istati Membri jagħtu lir-reġjuni rwol akbar fil-proċess tal-applikazzjoni għal finanzjament;

7.  Ifakkar li l-Fondi SIE kkontribwixxew b'mod sinifikanti biex jitreġġgħu lura l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi, jittaffew l-impatti negattivi tal-globalizzazzjoni u jiġu promossi l-objettivi għat-terminu twil tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli; jenfasizza li għandhom jiġu preferuti approċċi integrati bbażati fuq programmar iffinanzjat minn fondi differenti sabiex jiġu indirizzati s-sensji u l-qgħad b'mod sostenibbli, permezz ta' allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi u koordinazzjoni u sinerġiji aktar mill-qrib, b'mod partikolari bejn il-FSE u l-FEŻR; jemmen bis-sħiħ li strateġija integrata ta' programmar iffinanzjat minn fondi differenti tista' tnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni u toħloq kundizzjonijiet favorevoli għat-treġġigħ lura tal-produzzjoni industrijali lejn l-UE;

8.  Jemmen li allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi tfisser li jiġi osservat il-prinċipju ta' sussidjarjetà u li ma jiġix irdoppjat l-appoġġ li jista' jiġi pprovdut b'mod aħjar mill-Istati Membri; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pagamenti diretti kontanti mill-FEG la jissostitwixxu u lanqas jissupplimentaw il-benefiċċji nazzjonali għall-qgħad u biex tkompli tikkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2 tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 7 (2013);

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati mal-każijiet tal-FEG sabiex tiżdied it-trasparenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' finanzjament b'mod ġenerali;

10.  Jinnota li l-innovazzjoni u l-effiċjenza tar-riżorsi huma kruċjali għat-tiġdid industrijali u għad-diversifikazzjoni ekonomika, u li dawn min-naħa tagħhom huma essenzjali biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tibdil strutturali fir-reġjuni u s-setturi l-aktar milquta mill-globalizzazzjoni jew mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, u jfakkar fir-rwol tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'dan il-kuntest;

11.  Huwa, madankollu, imħasseb kemm dwar it-titjib miexi bil-mod u l-varjazzjoni wiesgħa fil-prestazzjoni tar-reġjuni fir-rigward tal-innovazzjoni, minn naħa waħda, kif ukoll dwar id-dgħufijiet li nstabu fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Istati Membri, min-naħa l-oħra; jinnota, f'dan ir-rigward, l-inizjattivi tal-Kummissjoni, bħall-pjattaformi tematiċi dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u s-sħubiji ta' raggruppament strateġiċi Ewropej għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

12.  Jiddispjaċih li r-rata medja ta' impjiegi ta' persuni li jaħdmu għal rashom fil-każijiet kollha ta' appoġġ mill-FEG hija ta' 5 % tar-rata globali ta' impjieg mill-ġdid; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jintuża u li jiġi programmat l-appoġġ mill-Fondi SIE b'tali mod li jissaħħu l-perċezzjoni pożittiva u l-potenzjal tal-impjieg tal-persuni li jaħdmu għal rashom, l-intraprenditorija u l-ħolqien tan-negozju, b'attenzjoni fuq il-ħolqien ta' servizzi ġodda, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, peress li bħalissa dawn għadhom lura meta mqabbla maż-żoni urbani f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota li sabiex wieħed japplika għal finanzjament mill-FEG attwali, 500 ħaddiem iridu jingħataw is-sensja minn kumpanija waħda, iżda li għall-Istati Membri iżgħar huwa iktar diffiċli li tintlaħaq din ir-rata marġinali milli għall-Istati Membri akbar, u li għalhekk il-limitu minimu attwali għandu jikkonforma mar-rati ta' impjieg nazzjonali u mhux jiġi ristrett għal kwota;

14.  Jinnota li f'xi każijiet tal-FEG l-għadd ta' benefiċjarji fil-mira huwa baxx wisq meta mqabbel mal-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli, u li dan iwassal għal impatt pożittiv lokali jew reġjonali subottimali tal-fondi investiti;

15.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali/lokali, sabiex, bil-għan li tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-interventi tal-FEG u tiġi megħjuna r-riintegrazzjoni rapida ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja lura fis-suq tax-xogħol, jissimplifikaw u jħaffu l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u jiżguraw pagamenti f'waqthom mill-FEG lill-benefiċjarji, peress li l-medja tal-perjodu ta' approvazzjoni ta' applikazzjoni lill-FEG ta' 303 ijiem – jiġifieri 10 xhur – teħtieġ urġentement li titqassar sabiex jiġi massimizzat l-impatt mistenni; jissottolinja li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri hija indispensabbli f'dan ir-rigward sabiex tkun tista' ssir kumpilazzjoni aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti tal-applikazzjonijiet;

16.  Jilqa' l-miżuri li jippromwovu l-intraprenditorija, fil-forma ta' sussidji għan-negozji l-ġodda, inċentivi għall-intraprenditorija u servizzi għal intraprendituri ġodda; iqis li miżuri bħal dawn ikunu aktar utli jekk jiġu provduti lill-parteċipanti f'taħlita;

17.  Jinnota s-suċċess tal-FEG fir-rigward tal-benefiċjarji taħt l-età ta' 25 sena; jinnota n-nuqqas ta' suċċess fir-rigward tal-benefiċjarji li għandhom aktar minn 55 sena; jitlob li jiġu mtejba l-metodi applikati għall-benefiċjarji akbar fl-età skont il-FEG u li jitħeġġeġ l-użu tiegħu sabiex iż-żgħażagħ jiġu riintegrati fis-suq tax-xogħol;

18.  Jiddispjaċih li f'xi każijiet tal-FEG l-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 – attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ – jirrappreżentaw sehem relattivament għoli tal-ispejjeż totali, u dan iwassal biex l-investiment tal-UE jiġi assorbit minn proċeduri amministrattivi, minflok ma jiġi mmirat lejn aktar benefiċjarji;

19.  Josserva li f'għadd ta' miżuri tal-FEG implimentati, il-kriterji ta' intervent skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jistgħu jitqiesu bħala li huma wisq flessibbli, u dan jikkomprometti l-objettivi ċari tal-istrument ta' finanzjament fil-livell lokali u dak reġjonali;

20.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru statistiki dwar it-telf potenzjali ta' impjiegi fost in-nisa u l-irġiel sabiex jiġi aċċertat l-aħjar mod kif jiġu utilizzati l-fondi;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-attivitajiet iffinanzjati, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-benefiċjarji l-aktar vulnerabbli ma jiġux imċaħħda mir-riżorsi u li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effettiv;

22.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri billi tiżviluppa miżuri u programmi innovattivi biex tgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw aħjar mill-FEG.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Bill Etheridge, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Salvatore Cicu, Viorica Dăncilă, Andor Deli, Ivana Maletić, Maurice Ponga, Davor Škrlec


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (25.4.2016)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-attivitajiet, l-impatt u l-valur miżjud tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni bejn l-2007 u l-2014

(2015/2284(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Vilija Blinkevičiūtė

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni u li jinsabu proklamati fl-Istrateġija Ewropa 2020, għandhom jiġu żgurati u promossi meta jkun qed jiġi implimentat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

B.  billi hemm rati ogħla ta' impjieg mill-ġdid għan-nisa milli għall-irġiel, iżda l-impjieg mill-ġdid fost in-nisa huwa iktar temporanju u instabbli, minħabba obbligi ta' kura ta' membri familjari waqt li n-nisa jkunu qed ifittxu impjieg ġdid u/jew jipparteċipaw f'taħriġ mill-ġdid, u n-nuqqas ta' faċilitajiet ta' indukrar tat-tfal u tal-morda bi prezz raġonevoli u ta' kwalità;

C.  billi n-nisa jintlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kriżi u mill-politiki ta' awsterità;

1.  Jinnota li l-varjazzjoni fil-profil tal-ġeneri tal-benefiċjarji tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), fejn ir-rata medja ta' nisa benefiċjarji hija ta' 33 % u dik tal-irġiel hija ta' 67 %, tiddependi mis-settur u minn jekk dan huwiex iddominat mill-irġiel jew min-nisa(1);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni partikolari tan-nisa u tiżgura kemm jista' jkun li l-assistenza mill-FEG tkun ta' benefiċċju għan-nisa u l-irġiel b'mod ugwali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iqisu t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-FEG attwali dwar l-allowances għall-indukraturi sabiex ikun jista' jkun hemm appoġġ imtejjeb għan-nisa bi dmirijiet ta' indukrar(2); jinnota li dawn il-miżuri m'għandhomx jissostitwixxu l-obbligi tal-Istati Membri; jenfasizza li l-Istati Membri u min iħaddem għandhom jiżviluppaw taħriġ u kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli li jagħmlu possibbli l-kondiviżjoni tal-kustodja u r-responsabbiltajiet tal-ġenituri bejn is-sessi;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data dwar kemm mill-appoġġ tal-FEG ġie allokat fil-forma ta' allowances għall-indukraturi kif previst fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG attwali, u dwar kif dan affettwa r-rati ta' impjieg mill-ġdid tal-benefiċjarji nisa;

5.  Jistieden lill-Istati Membri japplikaw il-miżuri dwar l-impjieg mill-ġdid fil-komunitajiet lokali fejn hemm qgħad massiv sabiex jiġi evitat ċaqliq 'il-bogħod u abbandun tal-familja u/jew tat-tfal; jinnota f'dan il-kuntest li dan huwa ta' importanza speċjali għan-nisa qiegħda li jaf ikollhom inqas flessibilità ġeografika minħabba l-obbligi ta' indukrar tal-familja;

6.  Jinnota li r-rata medja ta' impjieg indipendenti għall-każijiet kollha tal-FEG hija ta' 5 %, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri bħala parti mill-FEG bl-għan li tiġi promossa u mrawma l-intraprenditorija, u b'mod partikolari biex titħeġġeġ l-intraprenditorija femminili u soċjali; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni intraprenditorjali u t-tagħlim tul il-ħajja f'dan il-kuntest u, b'mod partikolari, ta' konsulenza u ta' netwerks bejn il-pari; jisħaq fuq il-potenzjal tal-intraprenditorija soċjali, il-kooperattivi, l-intrapriżi mutwi u l-mudelli ta' negozju alternattivi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u biex titrawwem l-inklużjoni soċjali; ifakkar li l-FEG għandu jipprijoritzza programmi li jgħinu lin-nisa u lill-bniet biex jibdew studji f'oqsma li tradizzjonalment huma ddominati mill-irġiel, bħat-TIK, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), u li s-sinerġiji bejn is-setturi STEM u l-arti u l-industriji kreattivi (STEAM) għandhom potenzjal kbir għall-innovazzjoni u għal rappreżentanza akbar tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-impjegaturi biex jenfasizzaw l-inklużjoni tan-nisa u l-bniet, b'mod partikolari żgħażagħ li mhumiex fl-edukazzjoni, fi programmi STEM u STEAM tal-FEG;

7.  Jenfasizza li l-għajnuna mill-FEG għamlet kontribut pożittiv biex jiġu indirizzati problemi soċjali u tas-suq tax-xogħol sinifikanti, billi żdiedet il-koeżjoni soċjali u l-persuni ġew megħjuna jidħlu mill-ġdid fl-impjieg, u bhekk jikkontribwixxu għall-qligħ finanzjarju tal-familja jew jibqgħu attivi fit-tiftix ta' impjieg u jevitaw nases negattivi tal-qgħad; jinnota barra minn hekk li l-impjieg mill-ġdid jevita t-tluq tal-ħaddiema u l-mobilità furzata; jisħaq li l-assistenza mill-FEG għandha tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u deċenti; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa żgħażagħ;

8.  Jiddispjaċih li hemm nuqqas ta' data diżaggregata abbażi tal-ġeneru fl-evalwazzjoni tal-każijiet ta' implimentazzjoni tal-FEG fil-livell tal-Istati Membri, u jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jiġbru d-data minn perspettiva tal-ġeneru;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tevalwa l-baġit tal-FEG biex ikun jista' jiġi vvalutat l-impatt aktar fit-tul fuq il-benefiċjarji tal-FEG, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġeneru;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkoordinaw l-isforzi fost l-atturi tas-suq tax-xogħol sabiex jagħmlu possibbli aċċess aħjar għall-appoġġ tal-finanzjament mill-FEG f'każijiet ta' sensji futuri; jitlob, barra minn hekk, li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond, u b'mod partikolari biex iħeġġu lir-rappreżentanti ta' partijiet interessati nisa jiżguraw li tingħata aktar attenzjoni lill-aspetti tal-ġeneru.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Jordi Sebastià, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Kostadinka Kuneva, Constance Le Grip, Evelyn Regner, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Reid, Marco Zanni

(1)

Evalwazzjoni ex post tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) – Rapport Finali, Direttorat Ġenerali għall-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – Kummissjoni Ewropea, Awwissu 2015.

(2)

Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014–2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Tang


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

PPE Group

 

S&D Group

ECR Group

ALDE Group

GUE/NGL Group

Verts/ALE Group

EFDD Group

ENF Group

NI

Georges Bach, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Joachim Schuster, Paul Tang, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Arne Gericke, Czesław Hoc

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Morten Løkkegaard, Yana Toom, Renate Weber

Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Gabriele Zimmer

Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin

Mara Bizzotto, Dominique Martin

Lampros Fountoulis

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali