Proċedura : 2016/0075(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0260/2016

Testi mressqa :

A8-0260/2016

Dibattiti :

PV 02/02/2017 - 3
CRE 02/02/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2017 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0016

ABBOZZ TA' RAPPORT     ***I
PDF 631kWORD 59k
9.9.2016
PE 584.100v01-00 A8-0260/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia)

(COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia)

(COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0113/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0260/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li temenda r-Regolament Nru 539/2001 u li tittrasferixxi l-Georgia għall-Anness II, li jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta' viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). 

Il-konklużjoni ta' ftehim ta' eżenzjoni mill-viża mal-UE mhix meqjusa bħala prekundizzjoni għall-implimentazzjoni ta' eżenzjoni mill-viża għal ċittadini Georgjani ladarba l-Georgia tkun diġà eżentat liċ-ċittadini kollha tal-UE mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni ta' 90 jum (fi żmien perjodu ta' 180 jum).

Sa mit-tnedija tad-Djalogu dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża bejn l-UE u l-Georgia f'Ġunju 2012, il-Kummissjoni ħarġet erba' rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni mill-Georgia tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża. L-aħħar rapport ta' progress tal-Kummissjoni, li ġie adottat fit-18 ta' Diċembru 2015, ikkonkluda li l-Georgia għamlet il-progress meħtieġ u ssodisfat il-punti ta' riferiment kollha stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża. Ir-rapporteur tilqa' bħala ħaġa pożittiva ħafna l-fatt li l-awtoritajiet Georgjani pproponew inizjattivi leġiżlattivi ġodda u komplew ulterjorment riformi mwettqa fit-tieni nofs tal-2015 f'oqsma fejn kien diġà sar progress suffiċjenti.

Il-Georgia hija sieħba strateġika tal-UE fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u b'mod partikolari tas-Sħubija tal-Lvant. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia, iffirmat fl-2014, ġab dimensjoni ġdida lir-relazzjonijiet billi saħħaħ il-kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jikkostitwixxi parti integrali mill-politika tal-UE ta' involviment sekwenzjat mal-Georgia u l-impenn tiegħu għal relazzjoni mill-qrib li tinkludi assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika. 

L-introduzzjoni ta' reġim mingħajr viża hija ta' importanza sinifikanti għaċ-ċittadini Georgjani li se jibbenefikaw ħafna minnha. Il-liberalizzazzjoni tal-viża se tikkontribwixxi għall-approfondiment tal-kuntatti bejn il-persuni. L-eżenzjoni tal-viża għaċ-ċittadini Georgjani li jivvjaġġaw lejn l-UE f'dan is-sens hi strument importanti biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u biex jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar diversi kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. 

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni intensifika l-kooperazzjoni wkoll billi stabbilixxa żona ta' kummerċ ħieles. Bħala konsegwenza, il-kummerċ mal-UE żdied b'mod sinifikanti u l-UE saret l-aktar sieħba kummerċjali importanti tal-Georgia, billi tirrappreżenta 30 % tal-esportazzjonijiet tagħha. Ir-reġim ta' kummerċ ħieles hu mmirat lejn l-integrazzjoni ekonomika gradwali.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni politika u istituzzjonali, il-Georgia hija relattivament stabbli. Il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża wera li huwa għodda effettiva għall-promozzjoni ta' firxa ta' riformi mifruxa u diffiċli, pereżempju fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Il-faċilitazzjoni tal-viża għandha tħeġġeġ skambju miftuħ, ibbilanċjat u kostruttiv dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Georgia fil-kuntest tad-Djalogu Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Georgia. Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jkomplu jissaħħul-isforzi għal progress sostenibbli f'oqsma bħal-midja, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġustizzja tal-elezzjonijiet u l-parteċipazzjoni akbar tan-nisa u tar-rappreżentanti tal-minoranzi nazzjonali.

Fir-rigward tal-mobilità, l-isfidi migratorji u tas-sigurtà potenzjali għandhom jiġu kkunsidrati minħabba l-fatt li l-UE għadha destinazzjoni attraenti għall-migranti mill-Georgia. Fl-isfond ta' din it-tendenza li qed tikber ta' applikazzjonijiet għall-viża u viżi maħruġa, ir-rata tar-rifjut tal-viża baqgħet kważi l-istess fl-2015 (12,9 %), b'żieda żgħira ta' 0,2 % meta mqabbla mal-2014 (12,7 %). Skont l-aħħar statistiċi mill-Eurostat fl-2014, l-għadd ta' ċaħdiet tad-dħul fil-fruntieri esterni tal-UE 28 naqas b'61 % meta mqabbel mal-2013, u b'56,5 % fl-2015. Ir-rapporteur tinnota f'dan ir-rigward l-importanza tal-introduzzjoni mingħajr xkiel u l-applikazzjoni effikaċi ta' Sistema Analitika tal-Migrazzjoni Unifikata, li timmira lejn il-ġestjoni tal-migrazzjoni b'mod komprensiv permezz tal-identifikazzjoni tar-riskji, it-tbassir ta' theddid u l-istabbiliment ta' miżuri adegwati. Il-kampanja ta' informazzjoni, li saret mill-awtoritajiet Georgjani, għandha l-għan li titfa' dawl fuq id-drittijiet u l-obbligi li jirrigwardaw l-ivvjaġġar mingħajr viża u tista' tintuża bħala għodda għall-prevenzjoni u t-trattament tal-migrazzjoni irregolari.

Il-Georgia tista' wkoll issir sieħba ewlenija fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-korruzzjoni. Ir-rapporteur tilqa' l-interess muri mill-Gvern Georgjan biex itejjeb il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol). In-negozjati li twettqu mal-Europol għall-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika mal-Georgia jikkostitwixxu sinjal pożittiv u jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ġlieda effikaċi kontra l-kriminalità organizzata.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur temmen, li bl-adozzjoni ta' din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jikkonferma l-prinċipju li kull pajjiż, wara t-twettiq b'suċċess tal-parametri referenzjarji, jista' jibbenefika mil-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viża u jfakkar li l-kriterji li jwasslu għal din il-liberalizzazzjoni għandhom dejjem jiġu rispettati fil-ġejjieni wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni. Għaldaqstant, u filwaqt li titqies l-importanza tal-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini tal-Georgia, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jappoġġjaw dan ir-rapport.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (7.7.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia)

(COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Andrejs Mamikins

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija intiża sabiex temenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Georgia) (2016/0075(COD)). B'mod partikolari, hija tikkonċerna l-introduzzjoni ta' sistema mingħajr viża għall-Georgia, billi tiġi trasferita mill-Anness I għall-Anness II. Hija se tagħti aċċess mingħajr il-bżonn ta' viża liċ-ċittadini tal-Georgia, detenturi ta' passaporti bijometriċi, li qed jivvjaġġaw lejn l-UE, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, għal soġġorn qasir ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ripetutament appoġġja l-faċilitazzjoni tal-viża u l-liberalizzazzjoni tal-viża għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, bħala mezz biex jiġi promoss il-kuntatt bejn in-nies u jissaħħu r-relazzjonijiet mal-UE. Dan l-istrument huwa meqjus bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta' din il-politika, li jiġi ripetutament enfasizzat mill-Kapijiet tal-Istati Membri tal-UE fis-summits, u messaġġ qawwi liċ-ċittadini tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Il-Ftehimiet bejn l-UE u l-Georgia dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi u dawk ta' Riammissjoni daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011. L-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta' dawn iż-żewġ ftehimiet kienet waħda mill-kundizzjonijiet għall-kontinwazzjoni tad-Djalogu dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża. Id-Djalogu tnieda f'Ġunju 2012. Matul il-proċess, il-Kummissjoni ħarġet erba' rapporti ta' progress, li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża. Fl-aħħar rapport, adottat fit-18 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni evalwat li l-progress meħtieġ kien sar u li l-parametri referenzjarji kollha fil-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża kienu ntlaħqu.

Il-liberalizzazzjoni tal-viża se tkun ta' benefiċċju kbir għaċ-ċittadini tal-Georgia, u nagħtuha valur partikolarment għall-potenzjal li se jkollha sabiex iżżid il-kuntatt bejn in-nies, inkluż għall-istudenti, l-akkademiċi, l-għalliema u n-negozjanti. Il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Georgia se żżid ukoll l-attraenza tagħha għall-popolazzjoni fir-reġjuni okkupati tal-Abkażja u tan-Nofsinhar tal-Ossezja, u dan jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni paċifika ta' dawn il-kunflitti.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin minn dejjem enfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, u f'dan il-kuntest se jkompli jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia, b'mod partikolari f'dawn l-oqsma u fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari li jmiss, li se jkunu test deċiżiv għall-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi fil-Georgia. Il-Parlament Ewropew għandu jimmonitorja s-sitwazzjoni qabel l-elezzjonijiet u jibgħat missjoni biex tosserva l-elezzjonijiet, biex b'hekk jiżgura li l-ogħla standards internazzjonali huma segwiti u implimentati. Kwalunkwe vjolenza hija u se tkun ikkundannata bil-qawwa.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-importanza tal-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini tal-Georgia, il-Kumitat jixtieq jara konklużjoni immedjata tal-proċedura u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendat mill-aktar fis possibbli sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia)

Referenzi

COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.4.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

9.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Andrejs Mamikins

24.5.2016

Eżami fil-kumitat

13.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, László Tőkés, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Andrzej Grzyb, András Gyürk, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Georgia)

Referenzi

COM(2016)0142 – C8-0113/2016 – 2016/0075(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.3.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.4.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

9.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mariya Gabriel

25.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.4.2016

25.4.2016

27.6.2016

4.7.2016

Data tal-adozzjoni

5.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Angelika Mlinar, Luigi Morgano, Emilian Pavel, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Daniele Viotti

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Evelyne Gebhardt, Sylvie Goddyn, Andrey Kovatchev, Arne Lietz, Clare Moody, Vladimir Urutchev, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

9.9.2016


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Branislav Škripek

GUE/NGL

Cornelia Ernst

PPE

Burkhard Balz, Andrea Bocskor, Michał Boni, Pál Csáky, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Andrey Kovatchev, Barbara Kudrycka, József Nagy, Traian Ungureanu, Vladimir Urutchev, Rainer Wieland, Jaromír Štětina

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Evelyne Gebhardt, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Arne Lietz, Clare Moody, Luigi Morgano, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Daniele Viotti, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

5

-

EFDD

Gerard Batten, Ignazio Corrao, Beatrix von Storch

ENF

Sylvie Goddyn

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali