Proċedura : 2016/0139(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0261/2016

Testi mressqa :

A8-0261/2016

Dibattiti :

PV 27/03/2019 - 21
CRE 27/03/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0319

RAPPORT     ***I
PDF 632kWORD 61k
9.9.2016
PE 583.925v03-00 A8-0261/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo*)

(COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Tanja Fajon

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo*)

(COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0277)),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0177/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0261/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Fl-2003, fl-aġenda ta' Tessaloniki, l-Unjoni Ewropea kkonfermat l-impenn u l-appoġġ inekwivoku tagħha għall-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent. Il-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni minn dakinhar 'l hawn sar il-qafas essenzjali għall-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, fit-triq lejn l-adeżjoni tagħhom fil-ġejjieni, bil-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża mogħti importanza partikolari f'dan il-proċess.

Il-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA) ġew konklużi u daħlu fis-seħħ fil-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent, inkluż il-Kosovo fl-1 ta' April 2016. Il-SAA jirrappreżenta l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo u jimmarka pass storiku u importanti għall-perspettiva Ewropea tiegħu. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-viża għaċ-ċittadini tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Montenegro u tas-Serbja fl-2009 u mbagħad tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina fl-2010 kienet pass importanti lejn l-integrazzjoni Ewropea tagħhom u wera li l-pajjiżi tar-reġjun huma kapaċi li jwettqu r-riformi meħtieġa. Madankollu, dan ħalla lill-Kosovo iżolat fuq il-mappa dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża tal-Balkani.

L-iżolament tal-pajjiż kellu impatt qawwi fuq il-ħajja ta' kuljum tal-poplu tal-Kosovo. Wieħed ma għandux jinsa l-avvenimenti terribbli li seħħew wara li sfaxxat il-Jugoslavja, meta gwerer krudili u brutali qasmu r-reġjun u ħallew ġrieħi fondi ħafna fl-imħuħ u fil-qlub tan-nies. Mijiet ta' eluf ta' rifuġjati u migranti ħarbu mir-reġjun, u kien hawn fejn rajna tikber ġenerazzjoni ta' żgħażagħ maqtugħin mill-bqija tal-Ewropa unifikata u prospera. Għall-poplu tal-Kosovo huwa dejjem aktar sinifikanti li titfejjaq din il-ferita.

Il-Kosovo ġie ppreżentat bi pjan direzzjonali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża f'Ġunju 2012, erba' snin wara l-pajjiżi l-oħra kollha tar-reġjun. Għalkemm essenzjalment simili, il-pjan direzzjonali għall-Kosovo kien b'mod sinifikanti aktar preċiż u dettaljat, u kien fih 95 punt ta' referenza. Il-Kummissjoni ppreżentat erba' rapporti ta' progress dwar id-djalogu dwar il-viża mal-Kosovo; fi Frar 2013, f'Lulju 2014, f'Diċembru 2015 u r-raba' u l-aħħar rapport f'Mejju 2016, meta hija ppreżentat ukoll il-proposta leġislattiva għal-liberalizzazzjoni tal-viża.

L-ivvjaġġar mingħajr viża mhux biss jippermetti kuntatti bejn il-persuni, kooperazzjoni transkonfinali aħjar, skambju kulturali, edukattiv u professjonali, iżda jgħin ukoll biex titnaqqas il-migrazzjoni irregolari għaliex jitneħħa n-negozju minn idejn il-kriminali. Ir-reġim dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża ser jiftaħ il-possibbiltajiet għaċ-ċittadini li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal skopijiet ta' turiżmu, biex iżuru lil qraba u ħbieb mingħajr ma jkollhom jiffaċċjaw proċeduri tal-viża twal u għaljin. Se jindirizza wkoll is-sens ta' iżolament tagħhom. Ir-reġim mingħajr viża huwa wieħed mill-aktar kisbiet tanġibbli u konkreti għall-perspettiva Ewropea tal-pajjiż u li jġib miegħu t-twettiq tal-moviment ħieles bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-proġett Ewropew.

Ir-rapporteur tilqa' bil-qawwa din il-proposta tant meħtieġa, li ser tiggarantixxi li l-Kosovo ma jitlifx it-tama u l-aspirazzjoni għall-proċess tal-adeżjoni tiegħu mal-UE. Il-perspettiva Ewropea hija garanzija ewlenija ta' stabilità u l-forza ewlenija għar-riformi għall-pajjiż u għar-reġjun. Aħna tgħallimna mill-passat li l-paċi u l-istabilità jistgħu' jinkisbu l-aħjar bit-tisħiħ tal-proċess ta' adeżjoni mal-UE u billi dan isir viżibbli u tanġibbli kemm hu possibbli għaċ-ċittadini.

Il-Parlament Ewropew wera li hu sostenitur qawwi tal-Kosovo u l-perspettiva Ewropea tiegħu, inkluż tal-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża u kontinwament talab kemm lill-awtoritajiet Kosovari sabiex jikkooperaw u jilħqu l-parametri referenzjarji meħtieġa, kif ukoll stieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tħaffef il-proċess.

Huwa importanti li wieħed jiftakar li, skont ir-regoli tal-UE dwar il-viżi, kull pajjiż għandu jiġi ġġudikat abbażi tal-merti tiegħu stess. Id-determinazzjoni dwar jekk obbligu ta' viża għandux jitneħħa għaċ-ċittadini tiegħu ssir abbażi ta' valutazzjoni kkunsidrata każ b'każ ta' għadd ta' kriterji. Approċċ ġust u bbażat fuq il-mertu għandu għalhekk ikun il-prinċipju gwida wkoll ta' din il-proposta, u mhux xi ftehim politiku moħbi. Ir-rapporteur għal dan l-għan toġġezzjona li tikkunsidra xi aspetti paralleli jew kundizzjonijiet ta' xi proposti leġiżlattivi oħra li attwalment qed jiġu diskussjoni fil-Kunsill jew fil-Parlament.

Barra minn hekk, fl-2010 wara l-liberalizzazzjoni tal-viża, il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex teżamina mill-ġdid il-funzjonament tal-iskema tal-ivvjaġġar mingħajr viża u biex tindirizza nuqqasijiet potenzjali fl-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' sospensjoni fl-2014 tipprovdi għodda addizzjonali lill-Istati Membri biex jindirizzaw abbużi potenzjali tas-sistema mingħajr viża bil-possibilità ta' introduzzjoni mill-ġdid tal-viża.

Bla dubju, il-kwistjoni ta' nuqqas ta' rikonoxximent kellha wkoll impatt qawwi fuq l-ekonomija tal-Kosovo u l-iżvilupp tiegħu, kif ukoll fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. U filwaqt li l-ħtieġa ta' soluzzjoni għall-istatut tal-Kosovo kienet iċ-ċentru tal-attenzjoni f'dan ir-reġjun flimkien mar-rabtiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea, dan poġġa wkoll ċerti limitazzjonijiet fuq ir-rata ta' progress ta' dan il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. L-Istati Membri impenjaw lilhom infushom favur il-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża għall-Kosovo ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar l-istatus.

Ir-rapporteur tistenna li r-rikonoxximent tal-istatus tal-Kosovo ma jkollux konsegwenzi negattivi fuq il-proċess tal-adozzjoni ta' din il-proposta. Għal dan l-għan, ir-rapporteur tixtieq ittenni l-istedina tal-Parlament Ewropew lill-ħames Stati Membri li fadal biex jipproċedu bir-rikonoxximent tal-Kosovo. Dan ser ikollu effetti pożittivi mhux biss fuq il-proċess ta' adeżjoni mal-UE tal-Kosovo iżda wkoll b'mod ġenerali: fuq ir-relazzjonijiet tiegħu fir-reġjun, in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Belgrad u Pristina, kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet politiċi u soċjoekonomiċi mal-bqija tad-dinja. U l-Unjoni Ewropea għandha responsabilità politika biex twettaq dan il-proċess.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (7.7.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo)

(COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))  

Rapporteur għal opinjoni: Ulrike Lunacek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija intiża sabiex temenda r-Regolament Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) (2016/0139(COD)). Tikkonċerna speċifikament l-introduzzjoni ta' sistema mingħajr viża għall-Kosovo, billi dan il-pajjiż jiġi trasferit mill-Anness I għall-Anness II. Il-proposta se tagħti aċċess mingħajr il-bżonn ta' viża liċ-ċittadini tal-Kosovo, detenturi ta' passaporti bijometriċi, li qed jivvjaġġaw lejn l-UE, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, kif ukoll lejn l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, għal soġġorn qasir ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ripetutament appoġġa l-faċilitazzjoni tal-viża u l-liberalizzazzjoni tal-viża għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent, bħala mezz biex jiġu promossi l-kuntatti bejn in-nies u jissaħħu r-relazzjonijiet mal-UE. Il-Kosovo huwa l-uniku pajjiż fil-Balkani tal-Punent li - sa mill-2010 - ma bbenefikax minn ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u attwalment huwa l-uniku pajjiż li ċ-ċittadini tiegħu jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn l-UE. Din is-sitwazzjoni ħolqot fost il-popolazzjoni sentiment qawwi ta' "iżolament" u ta' "ċittadini tat-tieni klassi", u dan qed joħloq pressjoni li fil-passat wasslet liċ-ċittadini biex ifittxu modi oħra biex jivvjaġġaw lejn l-UE.

Id-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Kosovo tnieda fid-19 ta' Jannar 2012. Qabel dan, il-Kummissjoni kienet insistiet li kellu jsir progress suffiċjenti fl-oqsma tar-riammissjoni u r-riintegrazzjoni bħala elementi neċessarji, u kienet sodisfatta bil-ħidma li saret mill-awtoritajiet tal-Kosovo. Erba' rapporti ta' progress ġew ippreżentati mill-Kummissjoni, l-aħħar wieħed fl-4 ta' Mejju 2016. Dan tal-aħħar ikkunsidra li l-Kosovo kien issodisfa r-rekwiżiti tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, bil-kundizzjoni li, qabel l-adozzjoni tal-proposta mill-PE u mill-Kunsill, il-Kosovo jkun irratifika l-ftehim tal-fruntieri mal-Montenegro u saħħaħ ir-rekord tiegħu fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin minn dejjem enfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u r-rispett għall-prinċipji demokratiċi. Permezz tar-riżoluzzjoni annwali tiegħu dwar il-progress tal-Kosovo fil-proċess lejn l-integrazzjoni fl-UE, il-Kumitat jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi u jiżgura segwitu għal dawn il-kwistjonijiet, u se jkompli joqgħod ferm attent. Il-liberalizzazzjoni tal-viża se ġġib sens ta' normalità għaċ-ċittadini tal-Kosovo. Għandha wkoll tagħti spinta lill-awtoritajiet tal-Kosovo biex jagħmlu aktar sforzi ħalli jimplimentaw ir-riformi meħtieġa, u b'mod partikolari japplikaw ir-rekwiżiti fil-qafas tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Il-Kumitat jagħlaq billi jesprimi x-xewqa tiegħu li, fid-dawl tal-importanza tal-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini tal-Kosovo, il-proċedura tiġi konkluża malajr u li r-Regolament emendat jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo*)

Referenzi

COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

6.6.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ulrike Lunacek

24.5.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

7

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, László Tőkés, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Andrzej Grzyb, András Gyürk, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

25

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

GUE/NGL

Cornelia Ernst

PPE

Jaromír Štětina

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Evelyne Gebhardt, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Clare Moody, Luigi Morgano, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Daniele Viotti, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

24

-

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Branislav Škripek

EFDD

Gerard Batten, Ignazio Corrao, Beatrix von Storch

ENF

Sylvie Goddyn

NI

Udo Voigt

PPE

Burkhard Balz, Andrea Bocskor, Michał Boni, Pál Csáky, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Andrey Kovatchev, Barbara Kudrycka, Traian Ungureanu, Vladimir Urutchev, Axel Voss, Rainer Wieland, Joachim Zeller

S&D

Juan Fernando López Aguilar

2

0

PPE

Frank Engel, József Nagy

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo*)

Referenzi

COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

6.6.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tanja Fajon

23.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.5.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

24

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Angelika Mlinar, Luigi Morgano, Emilian Pavel, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Daniele Viotti, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Evelyne Gebhardt, Sylvie Goddyn, Andrey Kovatchev, Clare Moody, Vladimir Urutchev, Rainer Wieland, Joachim Zeller

Data tat-tressiq

9.9.2016

Avviż legali