Proċedura : 2015/2326(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0262/2016

Testi mressqa :

A8-0262/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/10/2016 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0385

RAPPORT     
PDF 626kWORD 69k
9.9.2016
PE 578.513v02-00 A8-0262/2016

dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE: Rapport Annwali 2014

(2015/2326(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Heidi Hautala

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE: Rapport Annwali 2014

(2015/2326(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-32 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2014) (COM(2015)0329),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat "Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Proġett "EU Pilot"" (COM(2010)0070),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat "It-Tieni Rapport ta' Evalwazzjoni dwar l-EU Pilot" (COM(2011)0930),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-kwelerant fil-qasam tal-ksur tad-dritt Komunitarju (COM(2002)0141),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2012 intitolata "L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni" (COM(2012)0154),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Setttembru 2015 dwar it-30 u l-31 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-Dritt tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0262/2016),

A.  billi l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jiddefinixxi r-rwol fundamentali tal-Kummissjoni bħala "gwardjan tat-Trattati";

B.  billi, skont l-Artikolu 6(1) TUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") għandha l-istess valur legali tat-Trattati, u hija intiża għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (l-Artikolu 51(1) tal-Karta);

C.  billi, skont l-Artikolu 258 (1) u (2) TFUE, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni motivata lil Stat Membru meta tqis li dan ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu fl-ambitu ta' dawn it-Trattati, u tista' tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mal-opinjoni fi żmien skadenza stabbilita mill-Kummissjoni;

D.  billi l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jipprevedi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-proċeduri ta' ksur kollha bbażati fuq ittri ta' avviż formali, iżda ma jkoprix il-proċedura informali tal-EU Pilot li tippreċedi l-ftuħ tal-proċedimenti ta' ksur formali;

E.  billi l-Kummissjoni invokat l-Artikolu 4(3) tat-TUE u l-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni u l-Istati Membri sabiex tinforza l-obbligi tagħha biex teżerċita diskrezzjoni fir-rigward tal-Istati Membri matul il-proċeduri tal-EU Pilot;

F.  billi l-proċeduri tal-EU Pilot huma maħsuba għal kooperazzjoni eqreb u aktar koerenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikun hemm rimedju għall-ksur tad-dritt tal-UE fi stadju bikri sabiex, kulfejn ikun possibbli, tiġi evitata l-ħtieġa li jsiru proċedimenti ta' ksur formali;

G.  billi fl-2014 il-Kummissjoni rċeviet 3 715-il ilment li rrapporta dwar possibilitajiet ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-Istati Membri li kontra tagħhom tressqu l-aktar ilmenti kienu Spanja (553), l-Italja (475) u l-Ġermanja (276);

H.  billi fl-2014 il-Kummissjoni nediet 893 proċedura ġdida ta' ksur, u l-Istati Membri li kellhom l-ikbar għadd ta' każijiet miftuħa kienu l-Greċja (89), l-Italja (89) u Spanja (86);

I.  billi l-Artikolu 41 tal-Karta jiddefinixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt ta' kull persuna li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali, ġust u fi żmien debitu min-naħa tal-istituzzjonijiet, u l-Artikolu 298 tat-TFUE jistipula li, fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti;

1.  Ifakkar li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tat-TUE, għandha tissorvelja l-applikazzjoni tad-Dritt tal-Unjoni inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 6(1) TUE), li d-dispożizzjonijiet tagħha huma intiżi għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE hija tal-Istati Membri, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan ma jeżonerax lill-istituzzjonijiet tal-UE mid-dmir tagħhom li jirrispettaw id-dritt primarju tal-UE meta jkunu qed jistabbilixxu d-dritt sekondarju tal-UE;

3.  Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u tissottometti r-rapport annwali tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni tkompli fir-rwol attiv tagħha fl-iżvilupp ta' diversi għodod biex jittejbu l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-konformità tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri, u tipprovdi data, flimkien ma' dik dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-UE, dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE fir-rapport annwali tagħha li jmiss;

4.   Jirrikonoxxi li r-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE hija tal-Istati Membri, jenfasizza li l-Istati Membri, meta jimplimentaw id-dritt tal-UE, iridu jirrispettaw bis-sħiħ il-valuri u d-drittijiet fundamentali li jinsabu fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; ifakkar li l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE hija tal-Kummissjoni; jappella ripetutament, għal dan l-għan, lill-Istati Membri biex jirrikorru sistematikament għat-tabelli ta' korrelazzjoni, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan ma jeżonerax lill-istituzzjonijiet tal-UE mid-dmir tagħhom li jirrispettaw id-dritt primarju tal-UE meta jkunu qed jistabbilixxu d-dritt sekondarju tal-UE; huwa mfakkar fil-bżonn li jagħmel użu mir-rapporti ta' implimentazzjoni tiegħu rigward il-leġiżlazzjonijiet settorjali;

5.  Jirrikonoxxi li l-Parlament għandu wkoll rwol kruċjali f'dan ir-rigward billi jeżerċita kontroll politiku fuq l-azzjonijiet ta' infurzar tal-Kummissjoni, iwettaq skrutinju tar-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jadotta riżoluzzjonijiet parlamentari rilevanti; jissuġġerixxi li huwa jista' jikkontribwixxi ulterjorment għat-traspożizzjoni f'waqtha u preċiża tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi jikkondividi l-għarfien espert li kiseb fil-proċess deċiżjonali leġiżlattiv permezz ta' kollegamenti prestabbiliti mal-parlamenti nazzjonali;

6.  Jinnota li t-traspożizzjoni f'waqtha u korretta tad-dritt tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u qafas leġiżlattiv nazzjonali ċar għandhom ikunu prijorità għall-Istati Membri bl-għan li jiġi evitat ksur tad-dritt tal-UE filwaqt li l-individwi u n-negozji jingħataw il-benefiċċji maħsuba li saru possibbli minħabba l-applikazzjoni effiċjenti u effikaċi tad-dritt tal-UE;

7.  Jenfasizza r-rwol importanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra fil-ħolqien ta' leġiżlazzjoni u fil-monitoraġġ u fir-rappurtar ta' nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jinnota r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tar-rwol tal-partijiet ikkonċernati bit-tnedija ta' strumenti ġodda fl-2014 li jiffaċilitaw dan il-proċess; jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati jibqgħu attenti f'dan ir-rigward fil-futur;

8.  Jirrikonoxxi l-impatt ta' applikazzjoni effikaċi tad-dritt tal-UE fuq it-tisħiħ tal-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; japprezza l-importanza mogħtija fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-petizzjonijiet imressqa minn ċittadini, negozji u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dritt fundamentali stabbilit fit-Trattat ta' Lisbona, li jikkostitwixxi element importanti taċ-ċittadinanza Ewropea u mezz sekondarju importanti ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, u ta' identifikazzjoni ta' lakuni possibbli f'dan id-dritt permezz tal-espressjoni diretta taċ-ċittadini tal-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom, flimkien mal-elezzjonijiet u r-referenda li jibqgħu l-mezzi primarji tagħhom għall-espressjoni demokratika;

9.  Iqis li l-iskadenzi mhux realistiċi għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-Istati Membri biex jikkonformaw, ħaġa li tapprova b'mod taċitu l-applikazzjoni tardiva; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jiftehmu skadenzi aktar realistiċi għall-implimentazzjoni tar-regolamenti u d-direttivi, b'kont meħud kif xieraq tal-perjodi neċessarji għal skrutinju u konsultazzjoni; jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħti rapporti, rieżamijiet u reviżjonijiet leġiżlattivi dwar id-dati miftiehma mill-koleġiżlaturi u kif stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti;

10.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Ftehim Interistituzzjonali il-ġdid dwar tfassil aħjar ta' liġijiet fih dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar strutturata f'dan ir-rigward; jappoġġja l-appell, espress fil-ftehim, għal identifikazzjoni aħjar ta' miżuri nazzjonali li mhumiex strettament relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (prattika magħrufa bħala "gold plating"); jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tat-traspożizzjoni, u l-bżonn għall-Istati Membri li jipprovdu notifika ta' miżuri nazzjonali li jikkumplimentaw id-direttivi Ewropew, u jindikawhom b'mod ċar; jenfasizza li l-Istati Membri, meta japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE, għandhom jevitaw li jżidu piżijiet mhux meħtieġa mal-leġiżlazzjoni tal-UE, peress li dan iwassal għal kunċett żbaljat tal-attività leġiżlattiva tal-UE u jżid xettiċiżmu mhux ġustifikat dwar l-UE fost iċ-ċittadini; jirrimarka, madankollu, li dan bl-ebda mod ma jaffettwa l-prerogattiva tal-Istati Membri li jadottaw standards soċjali u ambjentali ogħla fil-livell nazzjonali minn dawk miftiehma fil-livell tal-UE:

11.  Jenfasizza li l-Parlament għandu jaqdi rwol aktar b'saħħtu fl-analiżi dwar kif il-pajjiżi ta' adeżjoni u l-pajjiżi bi ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea qed jikkonformaw mad-dritt tal-UE; jipproponi f'dan ir-rigward li dawk il-pajjiżi jiġu provduti b'għajnuna xierqa, fil-forma ta' kooperazzjoni kontinwa mal-parlamenti nazzjonali tagħhom fil-qasam tal-osservanza u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;

12.  Jissuġġerixxi li l-Parlament għandu jabbozza rapporti xierqa u mhux sempliċement riżoluzzjonijiet dwar il-pajjiżi kandidati kollha bi tweġiba għar-rapporti ta' progress annwali maħruġa mill-Kummissjoni, sabiex tingħata l-possibbiltà li l-kumitati kkonċernati kollha jagħtu l-opinjonijiet rilevanti. jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli toħroġ rapporti ta' progress għall-Pajjiżi Ewropej tal-Viċinat kollha li ffirmaw ftehimiet ta' assoċjazzjoni biex il-Parlament jipproċedi b'valutazzjoni serja u sistematika tal-progress li sar minn dawk il-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE relatata mal-aġenda ta' assoċjazzjoni;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-32 "rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE" tal-Kummissjoni, u jinnota li l-ambjent, it-trasport u s-suq intern u s-servizzi kienu fl-2013 l-oqsma ta' politika li fihom l-aktar każijiet ta' ksur fl-2014 baqgħu pendenti; jinnota wkoll li fl-2014, l-ambjent, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-mobbiltà u t-trasport kienu mill-ġdid l-oqsma ta' politika li kellhom l-ogħla numri ta' proċedimenti ta' ksur ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-interess li tiġi żgurata t-trasparenza interistituzzjonali, tagħti lill-Parlament aċċess aħjar għal każijiet li jinvolvu ksur tad-dritt tal-UE;

14.  Jinnota li skont ir-Rapport Annwali, "[l]-għadd ta' proċeduri ta' ksur formali [...] naqas f'dawn l-aħħar ħames snin" u li, skont il-Kummissjoni, dan jirrifletti l-effikaċja tad-djalogu strutturat mal-Istati Membri permezz tal-EU Pilot; iqis, madankollu, li t-tnaqqis fis-snin riċenti u t-tnaqqis mistenni li jseħħ fis-snin li ġejjin huma prinċipalment ikkawżati mit-tnaqqis kontinwu fin-numru ta' proposti leġiżlattivi ġodda mill-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni ma twettaq l-ebda proċedura tal-EU Pilot meta d-direttivi jkunu ġew trasposti tard;

15.   Ifakkar li din l-evalwazzjoni ex post m'għandhiex teżonera lill-Kummissjoni mid-dmir li twettaq monitoraġġ effikaċi u f'waqtu tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, u jinnota li l-Parlament jista' jgħin fir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni permezz tal-iskrutinju tiegħu fuq il-Kummissjoni;

16.  Jirrimarka li ż-żieda fin-numru ta' fajls ġodda tal-EU Pilot tul il-perjodu eżaminat u t-tnaqqis fin-numru ta' każijiet ta' ksur pendenti juru, skont ir-rapport annwali, li s-sistema tal-EU Pilot uriet kemm hija utli u kellha impatt pożittiv fuq infurzar aktar effiċjenti tad-dritt tal-UE; itenni, madankollu, li l-infurzar tad-dritt tal-UE la hija trasparenti biżżejjed u lanqas hija soġġetta għal kontroll reali min-naħa tal-persuni li jilmentaw u l-partijiet interessati, u jiddispjaċih li, minkejja t-talbiet imtennija tiegħu, il-Parlament għad ma għandux aċċess adegwat għall-informazzjoni dwar il-proċedura tal-EU Pilot u l-każijiet pendenti; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura trasparenza akbar fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-proċedura tal-EU Pilot, u dwar każijiet pendenti;

17.  Huwa tal-fehma li l-penalitajiet finanzjarji għal nuqqas ta' konformità mad-dritt tal-UE għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, jikkunsidraw nuqqas ripetut fl-istess qasam u li d-drittijiet ġuridiċi tal-Istati Membri għandhom jiġu rrispettati;

18.  Jirrimarka li, f'Unjoni Ewropea msejsa fuq l-istat tad-dritt u fuq iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà tal-liġijiet, iċ-ċittadini tal-UE jeħtiġilhom, bi dritt, ikunu l-ewwel li jsiru jafu, b'mod ċar, aċċessibbli, trasparenti u f'waqtu (permezz tal-internet u ta' mezzi oħrajn) jekk hemmx liġijiet nazzjonali li ġew adottati permezz tat-traspożizzjoni tal-liġijiet tal-UE, u jekk iva, liema huma, kif ukoll liema awtoritajiet nazzjonali għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tagħhom;

19.  Jappella lill-Kummissjoni toħloq kollegamenti bejn il-portali, il-punti ta' aċċess u s-siti ta' informazzjoni fuq l-internet differenti kollha f'portal uniku li jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess faċli għall-formoli għall-ilmenti fuq l-internet u għal informazzjoni faċilment komprensibbli għall-utenti rigward il-proċeduri ta' ksur; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' monitoraġġ tagħha li jmiss, tinkludi informazzjoni aktar dettaljata rigward l-użu ta' dawn il-portali;

20.  Jirrimarka li kooperazzjoni sinċiera bejn il-Kummissjoni u l-Parlament hija obbligu impost fuqhom it-tnejn; jitlob, għaldaqstant, li l-Ftehim Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jiġi rivedut sabiex l-informazzjoni dwar proċeduri tal-EU Pilot ikunu jistgħu jingħataw fil-forma ta' dokument (kunfidenzjali) mill-kumitat parlamentari responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

21.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013, il-Parlament talab l-adozzjoni ta' regolament tal-UE dwar liġi Ewropea tal-proċedura amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 298 TFUE, iżda li, minkejja l-fatt li r-riżoluzzjoni ġiet adottata b'maġġoranza kbira ħafna (572 favur, 16 kontra, 12-il astensjoni), it-talba tal-Parlament ma ġietx segwita minn proposta tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' teżamina r-riżoluzzjoni tal-Parlament bil-għan li titressaq proposta għal att leġiżlattiv fir-rigward tal-liġi ta' proċedura leġiżlattiva;

22.  Jiddeplora, b'mod aktar speċifiku, il-fatt li ma kien hemm l-ebda segwitu għas-sejħa tiegħu għal regoli vinkolanti fil-forma ta' regolament li jistabbilixxi l-aspetti varji tal-proċedura tal-ksur u l-proċedura ta' qabel dan – inkluż in-notifiki, il-limiti ta' żmien obbligatorji, id-dritt tas-smigħ, l-obbligu li jingħataw ir-raġunijiet, u d-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha – sabiex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini u tiġi ggarantita t-trasparenza;

23.  Ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali stabbilixxa Grupp ta' Ħidma ġdid dwar id-dritt amministrattiv li ddeċida li jħejji abbozz ta' regolament dwar il-proċedura amministrattiva tal-amministrazzjoni tal-Unjoni bħala "sors ta' ispirazzjoni" għall-Kummissjoni, mhux biex jikkontesta d-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni, iżda biex jintwera li tali regolament ikun utli u fattibbli li jiġi promulgat;

24.  Jemmen li l-iskop ta' dan l-abbozz ta' regolament mhuwiex li jissostitwixxi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, iżda pjuttost li jikkompleta dan meta lakuni jew problemi jinqalgħu rigward l-interpretazzjoni, u biex ikun hemm aktar aċċessibbiltà, ċarezza u koerenza tal-interpretazzjoni tar-regoli eżistenti, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji u tal-amministrazzjoni u l-uffiċjali tagħha;

25.  Jitlob, għalhekk, għal darb' oħra lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar liġi Ewropea tal-proċedura amministrattiva, filwaqt li tqis il-passi li ttieħdu s'issa mill-Parlament f'dan il-qasam;

26.   Ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-UE, anki meta jaġixxu bħala membri ta' gruppi ta' kredituri internazzjonali ('trojkas'), huma marbuta mit-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-konformità mad-dritt tal-UE prijorità politika reali li trid tiġi segwita b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament, li għandu d-dmir (a) li jżomm lill-Kummissjoni politikament responsabbli u (b), bħala koleġiżlatur, li jiżgura li huwa stess ikun informat għal kollox sabiex itejjeb b'mod kostanti l-ħidma leġiżlattiva tiegħu;

28.  Jappoġġja l-ħolqien ta' proċess fi ħdan il-Parlament għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri li huwa kapaċi janalizza l-kwistjoni ta' nuqqas ta' konformità b'mod li huwa speċifiku għal kull pajjiż u jikkunsidra l-fatt li l-kumitati permanenti rilevanti fil-Parlament jimmonitoraw l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fi ħdan l-oqsma rispettivi tagħhom ta' kompetenza;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Testi adottati, P8_TA(2015)0322.


NOTA SPJEGATTIVA

It-32 "Rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE" tal-Kummissjoni jinkludi, għal darb' oħra, informazzjoni interessanti dwar l-implimentazzjoni reali u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-UE. Għalhekk, ir-rapport juri li l-ambjent, it-trasport u s-suq intern u s-servizzi jibqgħu l-oqsma tal-politika fejn fl-2014 baqgħu pendenti l-iktar każijiet ta' ksur. Ir-Rapport Annwali jenfasizza wkoll li l-għadd ta' proċeduri ta' ksur naqas f'dawn l-aħħar ħames snin. Skont il-Kummissjoni dan jirrifletti l-effikaċja tad-djalogu mal-Istati Membri fil-kuntest tal-proċedura tal-EU Pilot. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-Parlament għad għandu ftit aċċess għall-informazzjoni dwar il-proċedura tal-EU Pilot u l-każijiet pendenti, huwa diffiċli li jiġi evalwat sa liema punt it-tnaqqis fi proċedimenti formali ta' ksur huwa fil-fatt sinjal ta' konformità aqwa mad-dritt tal-UE mill-Istati Membri, aktar milli soluzzjonijiet ta' kompromess bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li wettqu ksur. Minn dan ir-rapport jista' jiġu konkluż, għalhekk, li l-infurzar tad-dritt tal-UE għadu mhux trasparenti biżżejjed. F'dan il-kuntest ir-Rapporteur tqis li l-proposti li saru mill-Grupp ta' Ħidma l-ġdid dwar id-Dritt Amministrattiv imwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistgħu jipprovdu ispirazzjoni siewja għall-Kummissjoni, peress li dawn juru li regolament dwar il-proċedura amministrattiva għall-amministrazzjoni tal-UE stess ikun utli u fattibbli li jiġi promulgat. Ir-Rapporteur temmen li l-Parlament Ewropew jista' u għandu jaqdi rwol aktar strutturat fl-analiżi dwar kif il-pajjiżi ta' adeżjoni u l-pajjiżi bi ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea qed jikkonformaw mad-dritt tal-UE kif ukoll fl-iżvilupp ta' appoġġ adatt f'dan ir-rigward lil dawn il-pajjiżi;


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (28.4.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: Rapport Annwali 2014

(2015/2326(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ramon Tremosa i Balcells

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi fl-2014 il-Kummissjoni rċeviet 3 715-il ilment li rrapporta dwar possibilitajiet ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE, fejn l-Istati Membri li kontra tagħhom tressqu l-aktar ilmenti kienu Spanja (553), l-Italja (475) u l-Ġermanja (276);

B.  billi fl-2014 il-Kummissjoni nediet 893 proċedura ġdida ta' ksur, fejn l-Istati Membri li kellhom l-ikbar livell ta' każijiet miftuħa kienu l-Greċja (89), l-Italja (89) u Spanja (86);

C.  billi bejn l-2010 u l-2014 infetħu 3 550 każ ta' ksur minħabba t-traspożizzjoni tardiva mill-Istati Membri ta' 439 direttiva, filwaqt li medja ta' tmien Stati Membri kisru kull direttiva li ġiet approvata matul dak il-perjodu; billi l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati kienu l-Belġju (36), ir-Rumanija (34) u s-Slovenja (26)(1);

1.  Iqis li l-effettività tad-dritt tal-UE hija mdgħajfa sistematikament bl-applikazzjoni mhux sodisfaċenti tiegħu mill-Istati Membri u b'azzjoni ta' segwitu mhux sodisfaċenti mill-Kummissjoni; jinnota li n-nuqqas ta' implimentazzjoni u infurzar għandu rwol importanti f'numru ta' kriżijiet Ewropej, joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fi ħdan is-suq uniku u jisħaq li t-titjib fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE jista' jsaħħaħ il-fiduċja fl-għanijiet u l-oġġettivi tal-Unjoni Ewropea fost iċ-ċittadini tagħha;

2.  Iqis li l-iskadenzi mhux realistiċi għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-Istati Membri biex jikkonformaw, ħaġa li tapprova b'mod taċitu l-applikazzjoni tardiva; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jiftehmu skadenzi aktar realistiċi għall-implimentazzjoni tar-regolamenti u d-direttivi, b'kont meħud kif xieraq tal-perjodi neċessarji ta' skrutinju u konsultazzjoni; jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħti rapporti, rieżamijiet u reviżjonijiet leġiżlattivi dwar id-dati miftiehma mill-koleġiżlaturi u kif stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddedika, għal kull Direttorat Ġenerali, paġna web li telenka l-Istati Membri li ma jkunux ittrasponew id-direttivi jew li ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet u mar-regolamenti; iqis li din il-paġna għandha tiġi aġġornata kull xahar u għandha tagħti dettalji ta' liema direttivi ma ġewx trasposti u/jew liema deċiżjonijiet u regolamenti ma ġewx osservati;

4.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tindirizza b'mod aktar attiv il-każijiet ta' direttivi trasposti b'mod mhux xieraq, sabiex tkopri każijiet ta' azzjoni kemm involontarja kif ukoll volontarja min-naħa tal-Istati Membri;

5.  iqis li huwa d-dmir tal-Kummissjoni li topponi ż-żewġ fergħat leġiżlattivi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell Ewropew, li jħallu li l-elementi sostantivi jiġu deċiżi permezz ta' atti delegati/atti ta' implimentazzjoni matul il-proċess ta' kodeċiżjoni, minħabba l-inċertezzi legali u r-riskji, perikli u kumplikazzjonijiet li potenzjalment jistgħu jirriżultaw;

6.  Jinnota bi tħassib li 11-il Direttiva fil-qasam tas-servizzi bankarji u l-leġiżlazzjoni finanzjarja ma ġewx trasposti minn għall-inqas Stat Membru wieħed jew aktar, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż li ttraspona l-leġiżlazzjoni eżistenti kollha f'dan il-qasam, u l-Awstrija tkun l-uniku Stat Membru b'inqas minn tliet direttivi li għadhom iridu jiġu trasposti(2);

7.  Jirrimarka li d-Direttiva dwar Ħlasijiet Tardivi ma ġietx implimentata sew fi 11-il Stat Membru, u li s-sitwazzjoni hija l-agħar fl-Italja, f'Ċipru, fi Spanja, fil-Portugall u fil-Greċja, fejn id-dewmien fil-ħlasijiet B2B(3) huwa ferm ogħla mill-medja(4) li jikkawża problemi addizzjonali għall-SMEs;

8.  Jindika barra minn hekk li d-Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment, id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti għal qafas baġitarju tal-Istati Membri u d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur għadhom ma ġewx trasposti mill-Istati Membri kollha(5); jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja aktar mill-qrib il-kawżi tal-għajnuna statali marbuta mat-taxxi u d-dazji peress li din hija waħda mill-erba' oqsma ta' politika fejn infetħu l-aktar kawżi ta' ksur fl-2014;

9.  Ifakkar li n-nuqqas ta' konformità mal-kriterji ta' Maastricht, u l-infurzar dgħajjef u diskrezzjonali tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) mill-Kummissjoni u l-Kunsill, ikkontribwixxa biex titfaċċa kriżi Ewropea tad-dejn sovran li ġiet wara l-kriżi finanzjarja globali; huwa kkonċernat dwar in-nuqqas ta' konformità persistenti u infurzar inkonsistenti tar-regoli PST, filwaqt li jinnota li r-regoli eżistenti jridu jiġu applikati billi jintużaw il-klawżoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw pożizzjoni aktar proattiva fir-rigward tal-infurzar tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi u b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-prevenzjoni effettiva ta' żbilanċi makroekonomiċi u finanzjarji severi;

10.  Jinnota li fl-2014, kienu biss 10 mill-157 rakkomandazzjoni ewlenija li saru lill-Istati Membri fil-qafas tas-Semestru Ewropew, li ġew implimentati b'mod sħiħ jew urew progress sostanzjali(6); jitlob, f'dan il-kuntest, li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet dwar is-Semestru Ewropew fir-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar approfondiment tal-UEM, jiġifieri: Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (RSP) iktar konkreti u ambizzjużi u enfasi iktar ċara fuq prijoritajiet definiti filwaqt li jitħalla l-ispazju meħtieġ għall-Istati Membri għal manuvrar fl-implimentazzjoni tar-RSP, kif ukoll użu aktar sistematiku ta' rappurtar, evalwazzjoni bejn il-pari u l-approċċ ta' "jew tikkonforma jew tispjega" sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa kif ukoll dibattitu pubbliku akbar li jwassal għal sjieda nazzjonali akbar;

11.  Jenfasizza li għall-Istati Membri li jagħmlu parti miż-żona tal-Euro jew li jieħdu sehem fl-Unjoni Bankarja, it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni Bankarji (BRRD) hija indispensabbli sabiex jiffunzjona l-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni, peress li f'ħafna każijiet id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jridu jiġu implimentati fuq il-bażi ta' traspożizzjoni tal-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni Bankarji (BRRD(7)) fil-liġi nazzjonali;

12.  Jinnota li fit-22 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni ressqet sitt Stati Membri(8) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li naqsu milli jittrasponu l-BRRD;

13.  Jinsab imħasseb ħafna mill-fatt li d-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (DGSD)(9) għadha ma ġietx implimentata minn 10 Stati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li din tiġi implimentata; jistieden għalhekk għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Bankarja u tat-tisħiħ tad-djalogu mal-esperti tas-settur u mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex jevalwaw l-impatt u l-effettività tal-leġiżlazzjoni adottata;

14.  Jilqa' l-ewwel proposti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u jenfasizza l-importanza li jitħeġġu aktar investimenti fl-ekonomija reali;

15.  Jemmen li huwa n-nuqqas ta' skambju xieraq ta' informazzjoni skont id-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC) li wassal għall-prattika ħażina li kienet fl-għeruq tal-każ LuxLeaks u prattiki fiskali abbużivi oħra fi Stati Membri oħra.

16.  Jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea tevalwa jekk is-sistemi bankarji tal-Istati Membri li ma jirrispettawx il-BRDD u d-DGSD humiex qed isofru minn żvantaġġ kompetittiv;

17.  Jinnota b'diżappunt li, minħabba l-inabilità tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u tal-Kummissjoni li jabbozzaw u jadottaw il-miżuri tal-livell 2 meħtieġa fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni ħtiġilha tipproponi li d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (il-MIFID II) u tar-Regolament li jakkumpanjawha, il-MIFIR, jiġi pospost b'sena, kif ukoll li tipposponi bl-istess mod l-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR) u fir-Regolament dwar Depożitorji Ċentrali tat-Titoli (CSDR);

18.  Jitlob lill-Kummissjoni tibda proċedimenti għan-nuqqas ta' konformità lill-Istati Membri li rrifjutaw bil-miftuħ jonoraw l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) (1601/2015, kif ukoll mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 1523/2015, tal-14 u t-22 ta' Settembru rispettivament, li jistabbilixxu sistema ta' kwoti obbligatorji għar-riċeviment tar-refuġjati;

19.  Jemmen li l-Kummissjoni, meta jkun possibbli u proporzjonat, għandha tipproponi iktar regolamenti u inqas direttivi biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari fil-każ tad-dritt tal-UE relatata mas-Suq Uniku, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-forma li jieħdu t-testi legali għandhom jikkorrispondu mal-oġġettivi u l-għanijiet tal-proposti;

20.  Huwa tal-fehma li l-penali finanzjarji għal nuqqas ta' konformità mad-dritt tal-UE għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, jikkunsidraw nuqqas ripetut fl-istess qasam u li d-drittijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu rrispettati;

21.  Iqis li l-għadd ta' proċeduri ta' ksur formali naqas wkoll b'riżultat tal-effettività tad-djalogu strutturat mal-Istati Membri permezz tal-applikazzjoni tal-applikazzjoni ta' EU Pilot;

22.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; jinkoraġġixxi aktar sforzi biex tiżdied it-trasparenza;

23.  Jappoġġa l-ħolqien ta' proċess strutturat standard fi ħdan il-Parlament għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri li huwa kapaċi janalizza l-kwistjoni ta' nuqqas ta' konformità b'mod li huwa speċifiku għal kull pajjiż u jikkunsidra l-fatt li l-kumitati permanenti rilevanti fil-Parlament jimmonitoraw l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fi ħdan l-oqsma rispettivi tagħhom ta' kompetenza.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

26.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

24

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Philippe De Backer, Mady Delvaux, Marian Harkin, Ian Hudghton, Sophia in ‘t Veld, Syed Kamall, Krišjānis Kariņš, Paloma López Bermejo, Emmanuel Maurel, Siôn Simon, Romana Tomc

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Virginie Rozière

(1)

Id-data mill-premessi A, B u C jiġu mir-Rapport tal-Kummissjoni dwar "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni – Rapport Annwali tal-2014" [9.7.2015].

(2)

Ta' tħassib partikolari huma l-każijiet ta' ksur tal-Polonja (10 ksur), tal-Lussemburgu (9), tas-Slovenja, ta' Spanja u tal-Estonja (8 kull wieħed).

(3)

Bejn negozju u ieħor.

(4)

Ara "it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali", Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew.

(5)

Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, Rapport Annwali tal-2014, pp. 19-20 - http://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/docs/annual_report_32/com_2015_329_en.pdf

(6)

Rata ta' suċċess ta' madwar 6.5 %: Zsolt Darvas u Alvaro Leandro, "Il-limitazzjonijiet tal-Politika ta' koordinazzjoni fiż-żona tal-Euro taħt is-Semestru Ewropew", Bruegel, Novembru 2015.

(7)

Komunikat għall-istampa tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2015 dwar tressiq ta' sitt pajjiżi lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba li naqsu milli jittrasponu l-BRRD.

(8)

Ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

(9)

Il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Iżvezja: Komunikat għall-istampa tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2015.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (18.2.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar it-32 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE (2014)

(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni għandha s-setgħa u d-dover li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u li tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li jkunu naqsu milli jissodisfaw xi obbligu skont it-Trattati; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni biex qabel timplimenta proċedimenti ta' ksur formali, tagħti prijorità lill-inizjattiva pilota tal-UE u tniedi proċessi ta' djalogu mal-Istati Membri; ifakkar lill-Istati Membri li d-dritt tal-UE huwa parti integrali mid-dritt nazzjonali tagħhom u li għandhom ir-responsabbiltà li japplikawh b'mod korrett;

2.  Jinnota li t-traspożizzjoni f'waqtha u korretta tad-dritt tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u qafas leġiżlattiv domestiku ċar għandhom ikunu prijorità għall-Istati Membri bl-għan li jiġi evitat ksur tad-dritt tal-Unjoni filwaqt filwaqt li l-individwi u n-negozji jingħataw il-benefiċċji maħsuba li saru possibbli minħabba l-applikazzjoni effiċjenti u effikaċi tad-dritt tal-UE;

3.  Jenfasizza r-rwol importanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra fil-ħolqien ta' leġiżlazzjoni u fil-monitoraġġ u fir-rappurtar ta' nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jinnota r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tar-rwol tal-partijiet ikkonċernati bit-tnedija ta' strumenti ġodda fl-2014 li jiffaċilitaw dan il-proċess; jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati jibqgħu attenti f'dan ir-rigward fil-futur;

4.  Jenfasizza l-fatt li 3 715-il ilment ġdid ġew irreġistrati fl-2014, bil-Kummissjoni tirċievi l-ogħla għadd ta' lmenti ġodda (666) fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni mill-2011(1); ifakkar li n-nuqqas ta' implimentazzjoni u l-applikazzjoni mhux korretta jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Istati Membri jagħmlu l-leġiżlazzjoni mhux effikaċi, inaqqsu b'mod sinifikanti d-drittijiet soċjali u tax-xogħol u jistgħu jeħtieġu azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE, b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' sussidjarjetà;

5.  Jenfasizza l-fatt li fl-2014 ma kien hemm ebda deċiżjoni sinifikanti tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni;

6.  Jirrimarka li, mill-2 341 ilment indirizzati min-netwerk Ewropew SOLVIT fl-2014, 1 458 kienu jikkonċernaw l-aċċess għal u l-użu tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, bl-ogħla numri ta' lmenti rreġistrati għal każijiet li jirrigwardaw il-benefiċċji tat-tfal, il-pensjonijiet u l-benefiċċji tal-qgħad;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-reviżjoni, li ilha mistennija, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata t-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali minn kulħadd; ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jikkooperaw mill-qrib dwar dan sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini mobbli tal-UE ma jiġux imċaħħda mid-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali, fuq bażi annwali, biex tevalwa liema huma l-problemi li jseħħu ta' spiss, biex tressaq suġġerimenti konkreti għal titjib fis-sitwazzjoni u biex tippubblika l-valutazzjoni u s-suġġerimenti tagħha;

8.  Jirrimarka li l-għadd ta' każijiet ġodda ta' ksur ta' traspożizzjoni tardiva fl-2014 fil-qasam tal-impjiegi (17) żdied bi ftit meta mqabbel mas-sena ta' qabel (13), u li kollha kemm huma relatati mal-liġi tax-xogħol(2); ifakkar li t-traspożizzjoni tardiva tal-liġi tax-xogħol hija problema persistenti f'xi Stati Membri, u xxekkel liċ-ċittadini milli jgawdu d-drittijiet tagħhom u milli jirċievu l-benefiċċji tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li traspożizzjoni tardiva u mhux korretta tad-direttivi tal-UE għandha effett negattiv fuq iċ-ċertezza tad-dritt ġenerali u l-kondizzjonijiet ekwi tas-suq uniku; jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni, inkluża azzjoni leġiżlattiva, fejn xieraq sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni prattika u benefiċjali tad-direttivi tal-UE fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali kollha;

9.  Jenfasizza li d-dewmien fit-traspożizzjoni huwa xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jmur kontra l-interessi taċ-ċittadini u tal-impriżi, li jiġu mċaħħda minn ċerti drittijiet tagħhom; jappella, f'dan is-sens, lill-Istati Membri biex malajr kemm jista' jkun jittrasponu d-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, sabiex jiġi żgurat li l-Ewropej ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità fi Stat Membru ieħor;

10.  Jenfasizza li fl-aħħar tal-2014, kien hemm 1 347 każ ta' ksur miftuħa, inklużi 72 li kienu relatati max-xogħol(3);

11.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, bħala parti mill-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), qed tagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjoni tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE, bil-ħsieb li tipprevjeni u tillimita n-numru ta' każijiet ta' traspożizzjoni tardiva mill-Istati Membri;

12.  Jinnota li r-raġunijiet għal traspożizzjoni tardiva tad-Direttivi tvarja minn pajjiż għal ieħor; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond fl-Istati Membri bl-għan li tikseb għarfien aktar komprensiv f'dan il-qasam, u biex tiġġieled it-traspożizzjoni tardiva fil-futur billi tipprovdi soluzzjonijiet li huma kompatibbli mal-kontinġenzi ġuridiċi ta' Stati Membri partikolari;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għamlet sforz biex tnaqqas l-għadd ta' proċeduri formali ta' ksur fl-aħħar ħames snin permezz ta' djalogu strutturat effikaċi mal-Istati Membri, mibdi permezz tal-EU Pilot qabel tinbeda proċedura ta' ksur formali;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, meta tkun qiegħda tabbozza u tivvaluta l-leġiżlazzjoni, tqis il-benefiċċji potenzjali u l-piżijiet, inkluż għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji Ewropej u joħolqu 85 % tal-impjiegi ġodda; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir"; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu vvalutati mhux biss l-effetti fuq terminu qasir, iżda wkoll il-valur tal-leġiżlazzjoni fuq terminu twil; jenfasizza, madankollu, li l-impjegati kollha għandhom id-dritt jibbenefikaw mill-ogħla livell ta' protezzjoni possibbli fi kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, indipendentement mid-daqs tan-negozju li jimpjegahom;

15.  Jitlob li jkun hemm aktar miżuri biex jiżguraw monitoraġġ u infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni, inklużi t-traspożizzjoni fil-ħin u l-konformità mal-objettivi ta' dik il-leġiżlazzjoni, u biex jittrattaw lakuni ta' ħsara fejn jinqalgħu; jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni b'diċitura ċara sabiex tiffaċilita l-konformità;

16.  Jenfasizza, madankollu, li l-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi biss standards minimi li jistgħu jittejbu mill-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;

17.  Jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jinkludu testijiet tal-SMEs u tal-kompetittività sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji u, b'mod partikolari l-SMEs, ma jkunux mgħobbija żżejjed bil-leġiżlazzjoni l-ġdida;

18.  Jilqa' l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni fis-snin reċenti, u jirrikonoxxi l-firxa ta' miżuri stabbiliti biex jgħinu lill-Istati Membri bl-implimentazzjoni, bħal tabelli ta' korrelazzjoni, tabella ta' valutazzjoni annwali u linji gwida; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tipprovdi pjanijiet ta' implimentazzjoni biex tagħmilha aktar faċli li d-dritt tal-Unjoni jiġi applikat b'mod effikaċi u mingħajr dewmien; jinnota l-importanza li l-Kummissjoni tissorvelja l-użu ta' pjanijiet ta' implimentazzjoni mill-Istati Membri;

19.  Jinnota r-reviżjoni li qed issir mill-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti permezz tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, li għandha l-għan li tiżgura l-kwalità għolja tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'termini ta' trasparenza, konsultazzjoni pubblika, implimentazzjoni u konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tikkoordina l-isforzi tagħha ma' dawk tal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew fi stadju aktar bikri tal-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li jiżguraw li d-dritt tal-UE futur jista' jiġi implimentat b'mod aktar effikaċi, peress li d-deregolamentazzjoni, ir-regolamentazzjoni żejda jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni jistgħu jikkawżaw aktar ħsara lin-negozji u lill-impjiegi; jirrimarka, madankollu, li koordinazzjoni bħal din trid tkun mingħajr preġudizzju għall-prerogattiva tal-leġiżlaturi u trid tirrispetta b'mod sħiħ il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-leġittimità demokratika tal-Istati Membri;

20.  Jenfasizza li l-prinċipju ta' trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni huwa stabbilit sew fid-dritt tal-UE, u għalhekk għandu jitqies u jiġi rrispettat waqt l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri sabiex tħaffef il-korrezzjoni tal-ksur tad-dritt tal-UE fejn meħtieġ; jenfasizza li din il-kooperazzjoni trid tkun trasparenti u miftuħa għall-iskrutinju parlamentari;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-qafas li taħtu l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni ta' sostenn dwar it-traspożizzjoni tad-direttivi fid-dritt nazzjonali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri aktar appoġġ għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE billi tipprovdi għodod magħmula apposta, bħal pjanijiet ta' implimentazzjoni u dokumenti ta' gwida dettaljati, li huma r-riżultat ta' kooperazzjoni mtejba u reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sa minn stadju bikri fil-proċess leġiżlattiv; jemmen li djalogu regolari mas-sħab soċjali huwa wkoll mezz essenzjali kif l-Istati Membri jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-liġi tax-xogħol tal-UE;

24.  Jenfasizza li t-tisħiħ tal-ispettorati tax-xogħol tal-Istati Membri huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-liġi tax-xogħol tal-UE fl-Istati Membri;

25.  Jilqa' l-għodod żviluppati mill-Kummissjoni biex jipprovdu appoġġ lill-partijiet ikkonċernati, bħall-Portal Ewropew Tiegħek, is-SOLVIT u ċ-Chap, iżda jiddeplora l-fatt li dawn l-għodod għadhom mhux magħrufa u ftit li xejn jintużaw;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni aktar ċara u aktar dettaljata dwar it-traspożizzjoni tad-direttivi, sabiex ikun jista' jsir rieżami aħjar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

17.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Jane Collins, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Tania González Peñas, Miapetra Kumpula-Natri, António Marinho e Pinto, Tamás Meszerics, Neoklis Sylikiotis, Ivo Vajgl

(1)

"Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni: Rapport Annwali tal-2014" (COM(2015)0329 finali), p. 8.

(2)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Parti I - Oqsma ta' politika" (dokument ta' akkumpanjament ta' "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni: Rapport annwali tal-2014), p. 40.

(3)

"Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni: Rapport Annwali tal-2014" (COM(2015)0329), p. 15.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (22.4.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: 2014 Annual Report

(2015/2326(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Cecilia Wikström

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Itenni l-fatt li l-problemi ta' implimentazzjoni u infurzar tad-dritt tal-UE ilhom jeżistu u jappoġġa l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli komuni tal-UE fl-Istati Membri, li hi vitali biex tissaħħaħ il-kredibilità tal-Unjoni u biex jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini rigward il-benefiċċji li tista' tagħtihom l-UE;

2.  Jisħaq fuq ir-rwol essenzjali tal-Kummissjoni biex tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u tissottometti r-rapport annwali tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni tkompli fir-rwol attiv tagħha fl-iżvilupp ta' diversi għodod biex jittejbu l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-konformità tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri, u tipprovdi data, flimkien ma' dik dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-UE, dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE fir-rapport annwali tagħha li jmiss;

3.  Jirrikonoxxi li l-Parlament jiżvolġi wkoll rwol kruċjali billi jeżerċita kontroll politiku fuq l-azzjonijiet ta' infurzar tal-Kummissjoni, iwettaq skrutinju tar-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jadotta riżoluzzjonijiet parlamentari rilevanti; jissuġġerixxi li l-PE jista' jikkontribwixxi ulterjorment għat-traspożizzjoni puntwali u preċiża tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi jikkondividi l-għarfien espert li kiseb fil-proċess deċiżjonali leġiżlattiv permezz ta' kollegamenti prestabbiliti mal-parlamenti nazzjonali;

4.  Ifakkar fl-importanza tal-petizzjonijiet u l-mistoqsijiet li l-Parlament jirċievi skont l-Artikolu 227 TFUE, li ta' spiss jattivaw il-ftuħ ta' proċeduri ta' ksur mill-Kummissjoni kontra Stat Membru; jenfasizza li l-ilmenti individwali taċ-ċittadini huma waħda mill-għejun prinċipali għad-determinazzjoni ta' dgħufijiet u l-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet u ksur tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri u sors ta' informazzjoni għall-Kummissjoni; jinnota li fl-2014, membri tal-pubbliku, negozji, organizzazzjonijiet mhux governattivi u ta' tip ieħor baqgħu attivi ħafna fir-rapportar ta' ksur potenzjali tad-dritt tal-UE u, b'riżultat ta' dan, fl-2014 l-għadd totali ta' lmenti miftuħa żdied b'madwar 5,7 % u nfetħu 1208 proġett pilota ġodda; jirrikonoxxi fl-istess waqt l-għadd ta' lmenti u fajls tal-EU Pilot ipproċessati fl-2014 u japprezza r-rata ta' riżoluzzjoni ta' 75 % tal-fajls tal-EU Pilot bħala metodu rapidu u effikaċi għas-soluzzjoni ta' problemi;

5.  Jirrikonoxxi l-impatt ta' applikazzjoni effikaċi tad-dritt tal-UE fuq it-tisħiħ tal-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; japprezza l-importanza mogħtija fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lil petizzjonijiet imressqa minn ċittadini, negozji u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala mezz sekondarju importanti ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, u ta' identifikazzjoni ta' lakuni possibbli f'dan id-dritt permezz tal-espressjoni diretta taċ-ċittadini tal-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom – minbarra l-mezz ewlieni tagħhom għall-espressjoni demokratika: elezzjonijiet u referenda, dritt fundamentali minqux fit-Trattat ta' Lisbona u element importanti ta' ċittadinanza Ewropea;

6.  Jirrimarka li differenzi fl-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE joħolqu ostakli kontinwi għaċ-ċittadini u n-negozji, speċifikament għal dawk li jixtiequ jibbenefikaw mill-kisbiet tas-suq intern u jgħixu, jaħdmu, jinnegozjaw jew jistudjaw fi Stat Membru ieħor; jisħaq fuq il-fatt li d-dewmien fit-traspożizzjoni jkollu wkoll impatt negattiv fuq iċ-ċertezza legali; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-konformità mad-dritt tal-UE prijorità politika ġenwina permezz ta' kooperazzjoni effikaċi mal-istituzzjonijiet, b'attenzjoni speċjali għall-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu sistematiku tat-tabelli ta' korrelazzjoni, u l-Istati Membri u l-partijiet interessati l-oħra; jissottolinja r-responsabilità ewlenija tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw id-dritt tal-UE b'mod korrett;

7.  Jirrikonoxxi l-garanziji amministrattivi mogħtija lil dawk li jressqu l-ilmenti, bħall-għoti puntwali ta' informazzjoni u n-notifika, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilmenti tagħhom, kif mitlub ukoll mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-opinjoni tiegħu tal-2015 dwar ir-rapport imsemmi hawn fuq; jiddispjaċih madankollu dwar id-dewmien biex jaslu t-tweġibiet mill-Kummissjoni fir-rigward ta' diversi petizzjonijiet meta tintalab tagħti opinjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-prattiki attwali tagħha biex tinforma liċ-ċittadini b'mod puntwali u xieraq dwar kwalunkwe azzjoni u pass li tkun ħadet b'reazzjoni għall-ipproċessar tal-ilmenti tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li l-kwalità tat-trattament tiegħu tal-petizzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ m'għandha fl-ebda każ tiddgħajjef minn volum akbar ta' petizzjonijiet li jaslu;

8.  Jinnota l-impatt pożittiv tal-proġett EU Pilot fuq l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fuq ir-riżoluzzjoni tal-problemi marbuta mal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-livell nazzjonali u jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali għall-infurzar innifsu u r-rieżami intern tad-deċiżjonijiet meħuda matul il-proċess tal-EU Pilot; jisħaq li dan jista' jipprovdi wkoll informazzjoni siewja għall-petizzjonijiet pendenti u jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-petizzjonanti fil-proċess tal-każijiet tal-EU Pilot misluta minn petizzjonijiet, inter alia biex tiffaċilita d-djalogu bejn il-petizzjonanti u l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati; jilqa' ż-żieda fl-isforzi tal-Istati Membri biex jirriżolvu l-każijiet ta' ksur qabel l-istadju tal-proċedura fil-qorti; jinnota li d-deċiżjonijiet preliminari jgħinu biex jiċċaraw il-mistoqsijiet rigward l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u jistgħu jipprevjenu l-proċeduri ta' ksur;

9.  Jistiedem lill-Parlament u b'mod partikolari lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, biex jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni rigward is-sistemi għall-ilmenti taċ-ċittadini rigward ksur tad-dritt tal-UE, il-proġett EU Pilot u l-proċeduri ta' ksur b'mod li jissaħħaħ użu aktar estensiv u jiġi ffaċilitat l-aċċess min-naħa tal-pubbliku għall-informazzjoni permezz tas-sit tal-internet tal-Parlament;

10.  Jilqa' l-impenn li wrew is-servizzi tal-Kummissjoni lejn it-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u jtenni t-talbiet tiegħu biex tittejjeb il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-bidu tal-proċeduri ta' ksur u t-tmexxija tagħhom mill-Kummissjoni, inkluża l-proċedura EU Pilot, u biex isiru sforzi sabiex il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġi pprovdut bl-informazzjoni fi żmien raġonevoli, biex b'hekk ikun jista' jwieġeb għar-rikjesti taċ-ċittadini b'mod aktar effikaċi; ifakkar fit-talba ripetuta tiegħu lill-Kummissjoni biex, fil-ħidma ta' monitoraġġ u dik leġiżlattiva tagħha, tqis ir-rapporti u s-sejbiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

11.  Jilqa' l-għoti mtejjeb ta' informazzjoni mill-Kummissjoni liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u dwar mekkaniżmi xierqa ta' rimedju permezz ta' siti web, databażijiet, formoli tal-ilmenti iktar sempliċi u għodod onlajn ta' riżoluzzjoni tal-problemi, li jimmiraw lejn aktar trasparenza; jilqa', f'dan ir-rigward, l-aċċessibilità onlajn aħjar ta' deċiżjonijiet dwar ksur u t-taqsima tal-websajt imġedda "L-applikazzjoni tal-liġi tal-UE" tal-portal Europa u t-taqsima "Your rights (Drittijietek)" fil-Portal Europa, li tagħti liċ-ċittadini informazzjoni rilevanti dwar kif id-dritt tal-UE ġie applikat fl-Istati Membri u dwar kif jitressaq ilment; jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn miżuri ulterjuri biex jingħata aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u l-istrumenti għar-riżoluzzjoni tal-problemi u biex jittejjeb it-trattament tal-ilmenti miċ-ċittadini u n-negozji tal-UE rigward ksur tad-dritt tal-UE;

12.  Jappella lill-Kummissjoni biex toħloq kollegamenti bejn il-portali, il-punti ta' aċċess u s-siti ta' informazzjoni fuq l-internet differenti kollha f'portal uniku li jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess faċli għall-formoli għall-ilmenti fuq l-internet u għal informazzjoni faċilment komprensibbli għall-utenti rigward il-proċeduri ta' ksur; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' monitoraġġ tagħha li jmiss, tinkludi informazzjoni aktar dettaljata rigward l-użu ta' dawn il-portali;

13.  jiddispjaċih li l-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini tal-UE għadhom jirreferu għal ksur tad-dritt tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li, fil-biċċa l-kbira, il-petizzjonijiet ikollhom x'jaqsmu ma' ksur tad-dritt tal-UE fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' dawk li jappartjenu għal minoranzi u dawk b'diżabilitajiet, tad-diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, tas-suq intern, tal-libertà ta' moviment, tat-trasport, tal-ambjent, tal-edukazzjoni, tal-impjiegi u tal-kura tas-saħħa; iqis li dawn il-petizzjonijiet huma prova tal-fatt li għad hemm każijiet frekwenti u mifruxa ta' traspożizzjoni tardiva jew mhux kompluta, jew ta' applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-UE, u jisħaq li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw u japplikaw id-dritt tal-UE b'mod effikaċi u għandhom jilleġiżlaw b'rispett sħiħ tal-valuri u l-prinċipji fundamentali stabbiliti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jappella lill-Istati Membri sabiex itejbu b'mod sustanzjali l-kwalità tal-iskambju ta' informazzjoni mal-Kumitati għall-Petizzjonijiet u l-kjarifiki pprovduti; jenfasizza l-ħtieġa għal preżenza u djalogu bbilanċjat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri rigward il-petizzjonijiet ikkonċernati matul il-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jissuġġerixxi l-inkorporazzjoni ta' mekkaniżmi preventivi b'mod aktar effettiv;

14.  Ifakkar li l-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali (preċedentement magħruf bħala 't-tielet pilastru') ta' spiss jiġi indirizzat fil-petizzjonijiet minn persuni fiżiċi; jinnota li spiss, fit-trattament ta' diversi petizzjonijiet, jiġu identifikati nuqqasijiet persistenti bħal dewmien twil fil-proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali rigward kwistjonijiet li jinvolvu d-dritt tal-UE; jenfasizza l-utilità u l-adegwatezza ta' deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala gwida għal dawn il-każijiet, u jiddispjaċih dwar l-użu skars ta' tali dispożizzjoni mill-qrati nazzjonali; jilqa', għaldaqstant, l-espansjoni tal-kompetenzi tal-Kummissjoni biex tinkludi l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali mill-1 ta' Diċembru 2014; ifakkar li l-eżami u t-trattament tal-petizzjonijiet huwa indipendenti u ta' natura differenti minn dik ta' proċeduri ġudizzjarji nazzjonali;

15.  Jissottolinja l-importanza tal-pjanijiet ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni bil-għan li tassisti u tiggwida lill-Istati Membri lejn traspożizzjoni f'waqtha, ċara u korretta tad-direttivi tal-UE, li hi meħtieġa għall-effikaċità u l-vijabilità tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jilqa' l-importanza mogħtija lill-aġenda ta' Regolamentazzjoni Aħjar, u jieħu nota tal-monitoraġġ ta' idoneità regolatorja tal-UE permezz tal-programm REFIT fir-rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni biex b'mod attiv tinvolvi lill-partijiet interessati kollha, inklużi s-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u n-negozji, meta tkun qed tivvaluta l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE, twettaq il-verifika tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà (fl-istadju ex ante), u tissorvelja l-implimentazzjoni (fl-istadju ex post); jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fl-evalwazzjoni tagħha l-kejl u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini u tqis l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali usa' tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll tikkunsidra l-vantaġġi u l-valuri tal-leġiżlazzjoni tal-UE; ifakkar lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipji ta' trattament indaqs tal-Istati Membri u ta' imparzjalità fl-iskrutinju tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; iħares' il quddiem lejn kwalità aħjar fil-leġiżlazzjoni tal-UE u jittama li jkun hemm impatt pożittiv fuq l-għadd ta' petizzjonijiet imressqa;

16.  Jenfasizza li għandu jittieħed approċċ aktar qalbieni min-naħa tal-Kummissjoni meta tkun qed teżamina petizzjonijiet li jqajmu kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Alberto Cirio, Pál Csáky, Miriam Dalli, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Rikke Karlsson, Jude Kirton-Darling, Notis Marias, Edouard Martin, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Eleni Theocharous, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Kostadinka Kuneva, Miltiadis Kyrkos, Jérôme Lavrilleux, Julia Reda, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Martina Dlabajová, Zbigniew Kuźmiuk


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

5.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Stefano Maullu, Virginie Rozière, Cecilia Wikström

Avviż legali