Proċedura : 2016/2165(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0270/2016

Testi mressqa :

A8-0270/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2016 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0365

RAPPORT     
PDF 731kWORD 55k
29.9.2016
PE 589.207v01-00 A8-0270/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0462 – C8-0283/2016 – 2016/2165(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Georgios Kyrtsos

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS – ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0462 – C8-0283/2016 – 2016/2165(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0462 – C8-0283/2016),

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0270/2016),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2012, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)  Il-Fond ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3)  Fil-5 ta' Frar 2016, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara terremot li laqat il-Gżejjer Joniċi f'Novembru 2015.

(4)  L-applikazzjoni tal-Greċja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(5)  Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja.Għaldaqstant, il-Fond għandu jiġi mobilizzat biex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja.

(6)  Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ġie mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem għas-sena finanzjarja 2016. Dawn l-approprjazzjonijiet intużaw biss b'mod limitat ħafna. Għaldaqstant, hemm lok għall-finanzjament tal-ammont kollu għal din il-mobilizzazzjoni permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016.

(7)  Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jitnaqqas kemm jista' jkun, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 651 834 lill-Greċja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

L-ammont ta' mobilizzazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet mobilizzati għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem fil-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016. L-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem bil-quddiem għandhom jitnaqqsu konsegwentement.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tapplika mill-... [data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni].

(5)Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU L 311, 14.11.2012, p. 3.

(2)

  ĠU C 373, tas-20.12.2013, p. 1.

(3)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)

  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem (ĠU L 47, 24.2.2016, p. 5).

(5)

Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) biex tagħti assistenza finanzjarja relatata ma' diżastru fil-Greċja (terremoti li affettwaw ir-reġjun tal-Gżejjer Joniċi, b'mod partikolari l-gżira ta' Lefkada, il-partijiet tat-Tramuntana ta' Ithaki u Kefalonia) li seħħu fis-17 ta' Novembru 2015.

It-terremoti laħqu 6.1 fuq l-iskala Richter. Żewġ persuni tilfu ħajjithom, tmienja oħra sfaw midruba, 120 dar ġarrbu ħsarat, li minnhom 20 ġew ikkunsidrati mhux adatti għall-għajxien. Ġiet irrapurtata ħsara estensiva lin-netwerks tal-infrastruttura, il-bini u s-siti kulturali. F'Lefkada, xi wħud mill-aktar bajjiet importanti f'termini ta' turiżmu ġew meqruda.

L-awtoritajiet Griegi inizjalment ikkalkulaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru tammonta għal EUR 65 919 000. Fid-9 ta' Marzu 2016 dan l-ammont ġie aġġornat 'il fuq għal EUR 66 073 345. Peress li dan jirrappreżenta 2,1 % tal-PDG reġjonali tar-reġjun NUTS 2 ikkonċernat, il-Gżejjer Joniċi, (abbażi taċ-ċifri tal-Eurostat għall-2014), u jaqbeż il-limitu ta' 1,5 % tal-PDG reġjonali, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru reġjonali" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-FSUE.

Il-kost tal-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eleġibbli, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament, ġie stmat mill-awtoritajiet Griegi għal EUR 52,374 miljun, li minnhom aktar minn EUR 38 miljun jikkonċernaw is-settur tat-trasport u aktar minn EUR 7 miljun jikkonċernaw il-protezzjoni tal-wirt kulturali.

Ir-reġjun milqut jaqa' taħt il-kategorija ta' "reġjuni inqas żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (2014-2020). L-awtoritajiet Griegi ma indikawx lill-Kummissjoni li beħsiebhom jallokaw mill-ġdid il-fondi mill-programm ta' Fondi SIE għall-miżuri tal-irkupru.

Fuq talba tal-Greċja, il-Kummissjoni, fit-18 ta' Marzu 2016, għamlet ħlas ta' pagament bil-quddiem ta' EUR 164 798, jiġifieri 10 % tal-kontribuzzjoni mistennija mill-Fond, b'konformità mal-Artikolu 4a(2) tar-Regolament dwar il-FSUE.

F'konformità mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummissjoni tipproponi li tiġi applikata r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali għall-ħsara kollha sal-livell limitu. L-ammont totali ta' għajnuna propost huwa għalhekk ta' EUR 1 651 834.

Meta jitnaqqsu l-pagamenti li diġà tħallsu bil-quddiem ta' 10 %, il-bilanċ li fadal jitħallas huwa ta' EUR 1 487 036.

Fi żmien l-adozzjoni tal-Baġit 2016, l-ammont ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament iddaħħal fil-baġit għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem. Bl-invokazzjoni tal-punt 11 tal-FII li jipprevedi l-possibbiltà għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-Fond billi jintuża dan l-ammont diġà mmobilizzat, allokat speċifikament għal ħlas ta' pagamenti bil-quddiem, sabiex jitħallas il-bilanċ li fadal ta' EUR 1 487 036.

Il-mobilizzazzjoni proposta ma teħtieġx emenda għall-baġit 2016 u abbozz ta' baġit emendatorju.

Din l-operazzjoni tħalli ammont ta' EUR 48 348 166 disponibbli għall-ħlas ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem ulterjuri fl-2016, jekk ikun hemm bżonn, li l-Kummissjoni tqis suffiċjenti biex tiġi koperta kwalunkwe applikazzjoni ġdida possibbli li tasal matul ix-xhur li għad baqa' tal-2016.

Din hija l-ewwel deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-2016 u l-ammont totali ta' għajnuna propost hawn fuq huwa konfomi mad-dispożizzjonijiet ta' limiti massimi tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE kif iffissati mir-Regolament dwar il-QFP li jammontaw għal EUR 552 miljun (jiġifieri EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2011).

Ir-rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni rapida tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport, b'sinjal ta' solidarjetà mar-reġjuni Griegi milquta.


ANNESS – ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Għażiż Sur Arthuis,

Suġġett:  Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur il-Greċja

Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (COM(2016)0462), abbażi tal-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond imressqa mill-Greċja b'rabta mat-terremot li laqat il-Gżejjer Joniċi f'Novembru 2015.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tagħti stima tal-ħsarat ikkawżati mid-diżastru kif ġej:

 

 

 

 

 

Diżastru

Ħsara diretta

(miljun EUR)

2,5 % tal-ħsarat diretti sal-livell limitu

(EUR)

6 % tal-ħsarat diretti 'l fuq mil-livell limitu

Ammont totali tal-għajnuna proposta

(EUR)

IL-GREĊJA

66,073

1 651 834

-

1 651 834

TOTAL

1 651 834

Fid-dawl tal-eżami ta' din l-applikazzjoni u fil-qies tal-ogħla għotja possibbli mill-Fond, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond għas-somma ta' EUR 1 651 834 mill-ammont ta' EUR 50 000 000 mobilizzat speċifikament għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw din il-proposta u talbuni niktiblek biex nirrappurtalek li l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-Kumitat m'għandhom l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Marco Valli

Avviż legali