Proċedura : 2016/2211(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0273/2016

Testi mressqa :

A8-0273/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2016 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0366

RAPPORT     
PDF 674kWORD 66k
29.9.2016
PE 587.428v02-00 A8-0273/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft )

(COM(2016)0490 – C8-0348/2016 – 2016/2211(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Petri Sarvamaa

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft )

(COM(2016)0490 – C8-0348/2016 – 2016/2211(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0490 – C8-0348/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) , u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII) tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0273/2016),

A.  billi, peress li l-globalizzazzjoni toħloq tkabbir ekonomiku, dan it-tkabbir għandu jintuża sabiex itaffi s-sitwazzjoni ta' persuni li jaffaċċjaw effetti negattivi tal-globalizzazzjoni;

B.  billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

C.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun,

D.  billi l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2016/001 FI/Microsoft għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG, wara 2161 sensja minn Microsoft Mobile Oy u 8 fornituri u produtturi downstream tagħha fil-Finlandja, li joperaw fid-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2 (Programmar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati);

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

F.   billi l-kontroll finanzjarju tal-azzjonijiet appoġġati mill-FEG jinkombi għall-Istat Membru kkonċernat, kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-FEG;

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Finlandja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 5 364 000 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 8 940 000;

2.  Jinnota li l-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-11 ta' Marzu 2016, u li b'segwitu għal informazzjoni addizzjonali li pprovdiet il-Finlandja, il-valutazzjoni tagħha ġiet iffinalizzata mill-Kummissjoni fid-29 ta' Lulju 2016, b'hekk il-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa minn mindu tasal l-applikazzjoni, u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ġew issodisfati;

3.  Jinnota li r-raġuni prinċipali għat-tnaqqis fil-forza tax-xogħol fil-Microsoft hija li s-sehem tas-suq tat-telefowns tagħha li jużaw is-sistema operattiva Microsoft Windows naqas b'aktar minn 50 % fl-2009 għal 0,6 % fit-tieni kwart tal-2016;

4.  Ifakkar li s-sehem tal-Unjoni fis-settur globali tal-impjiegi fl-ICT naqas f'dawn l-aħħar snin, u li l-ICT għandha rwol ewlieni fl-ekonomija Finlandiża, 6,7 % tal-ħaddiema jaħdmu fis-settur tal-ICT fl-2014, l-ogħla persentaġġ fost l-Istati Membri kollha; iqis li s-sensji fil-Microsoft huma marbuta max-xejra li qiegħda taffettwa lill-industrija tal-elettronika Finlandiża b'mod globali minħabba t-tinqis tan-Nokia fil-pajjiż ta' oriġini tagħha u li b'riżultat ta' dan ġew ippreżentati erba' applikazzjonijiet preċedenti; jikkonkludi li dawn l-avvenimenti huma marbuta direttament ma' bidliet strutturali fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni;

5.  Ifakkar li l-industrija tas-software hija ferm internazzjonali, u l-kompetizzjoni f'dan is-settur hija globali, li jfisser li l-atturi kollha tas-suq jistgħu jikkompetu għall-istess klijenti, u l-post u l-isfond kulturali tal-persunal għandhom sinifikat limitat;

6.  Jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ssegwi serje ta' każijiet dwar it-tinqis tan-Nokia fil-Finlandja u li huma mistennija żewġ applikazzjonijiet oħra fir-rigward ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-settur tal-ICT;

7.  Jinnota li s-sensji huma miġbura flimkien f'reġjuni NUTS 2, Helsinki-Uusimaa (FI1B), Etelä-Suomi (FI1C) u Länsi-Suomi (FI197), u jirrigwardaw ħaddiema b'kompetenzi li jvarjaw ħafna, b'89 % minnhom fl-età ta' bejn it-30 u l-54 sena; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad diġà diffiċli ta' persuni li għandhom livell għoli ta' ħiliet u edukazzjoni, li l-prospettivi tagħhom ta' impjieg kieku jkunu tradizzjonalment tajbin, b'mod speċjali n-nisa, li jaffaċċjaw sfida akbar biex isibu impjieg, meta jitqies li huma jirrappreżentaw kważi nofs il-benefiċjarji fil-mira;

8.  Jinnota li, sal-lum, is-settur "Ipprogrammar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati" kien is-suġġett ta' żewġ applikazzjonijiet preċedenti tal-FEG, it-tnejn li huma bbażati fuq il-kriterju tal-globalizzazzjoni (EGF/2013/001 FI/Nokia u EGF/2015/005 FI/Computer programming);

9.  Jenfasizza l-importanza tas-settur tal-ICT għall-impjieg fir-reġjuni ta' Ħelsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi u Länsi-Suomi u l-potenzjal tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja li jikkontribwixxu għall-industrija jekk huma jirċievu biżżejjed appoġġ permezz ta' aktar edukazzjoni, taħriġ u pjanijiet biex jidħlu fil-qasam tal-intraprenditorija;

10.  Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi bdew jagħtu s-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati fil-11 ta' Settembru 2015, ferm qabel l-applikazzjoni għal appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost, peress li azzjonijiet bħal dawn huma eliġibbli għall-kofinanzjament mill-FEG;

11.  Jilqa' l-persentaġġ għoli (qrib it-80 %) tal-pakkett kumplessiv li qiegħed jintuża għas-servizzi personalizzati;

12.  Jinnota li l-Finlandja qiegħda tippjana sitt tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) miżuri ta' coaching u miżuri preparatorji oħrajn; (ii) impjiegi u servizzi tan-negozju; (iii) taħriġ vokazzjonali fis-suq tax-xogħol; (iv) sussidju tal-pagi; (v) għotja għal negozji ġodda; u (vi) allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni billejl u l-ġarr; jinnota li hemm biżżejjed fondi allokati għall-kontroll u r-rapportar;

13.  Jinnota li s-sussidju tal-pagi msemmi fil-paragrafu 12 huwa ta' bejn 30 % u 50 % tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema u se jingħata għal perjodu ta' bejn 6 xhur u 24 xahar; jistieden lill-Istati Membri joqogħdu ħafna attenti meta jużaw sussidji tal-pagi biex jiżguraw li ħaddiema li ngħataw is-sensja li jiġu reklutati b'sussidju ma jkunux qegħdin jokkupaw totalment jew parzjalment kariga li kienet ta' ħaddiem ieħor fil-kumpanija kkonċernata; jinsab sodisfatt li l-awtoritajiet Finlandiżi taw il-garanziji f'dan is-sens;

14.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għad-dħul jammontaw għal 16,64 % tal-pakkett kumplessiv ta' miżuri personalizzati, li huwa ferm inqas mil-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG, u li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tiftix ta' impjieg jew ta' taħriġ;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt ta' dawn il-miżuri ta' appoġġ għad-dħul fuq perjodu ta' diversi snin, sabiex tiżgura li dawn qegħdin jappoġġaw impjiegi ta' kwalità għolja u li mhumiex jintużaw biex jissussidjaw kuntratti għal żmien qasir bi prezz baxx;

16.  Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira kif ukoll ma' sħab soċjali, nazzjonali u reġjonali;

17.  Ifakkar fl-importanza li titjieb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha; jistenna li t-taħriġ offrut ikun adattat għall-bżonnijiet, ħiliet u kompetenzi tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, kif ukoll għall-ambjent kummerċjali reali;

18.  Jinnota li l-każ ta' Microsoft se jikkoopera ma' Labour Mobility in Europe 2014-2020, li huwa proġett nazzjonali ta' żvilupp tas-servizzi tal-EURES; jinnota li avvenimenti ta' reklutaġġ internazzjonali se jiġu organizzati b'mod reġjonali b'kooperazzjoni mas-servizzi tal-FEG u tal-EURES; jilqa' pożittivament miżuri bħal dawn, u l-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi qegħdin iħeġġu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja biex jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tagħhom ta' libertà ta' moviment;

19.  Jinnota li pakkett ta' miżuri nazzjonali bit-titolu "Mudelli bejn il-kumpanija tar-reklutaġġ u l-kumpanija li qed tnaqqas l-investiment" tnieda fi ħdan l-Fond Soċjali Ewropew; jinnota li dan il-pakkett ta' miżuri se jkun qed jipproduċi riżultati li jistgħu jkunu utli għall-implimentazzjoni ta' proġetti taħt din l-applikazzjoni tal-FEG; jilqa' l-isforzi tal-awtoritajiet Finlandiżi biex ifittxu sinerġiji ma' azzjonijiet oħra li huma ffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni;

20.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li ser ikun hemm bżonn fil-futur fis-suq tax-xogħol, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

21.  Jinnota li f'każijiet preċedenti tal-FEG is-servizz dirett għal ħaddiema li ngħataw is-sensja wera kemm huwa ferm utli;

22.  Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, li mhu se jitħalla jsir l-ebda finanzjament doppju, u li dawn l-azzjonijiet huma komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva annwali ta' dik id-data bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

23.  Jilqa' l-assigurazzjoni tal-Finlandja li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se tissostitwixxi azzjonijiet li l-intrapriża kkonċernata għandha tagħmel skont id-dritt nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi;

24.  Japprezza l-proċedura mtejba stabbilita mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni mil-lat ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-każijiet;

25.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-Anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Finlandja – EGF/2016/001 FI/Microsoft

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3)  Fil-11 ta' Marzu 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, fir-rigward ta' sensji minn Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u 8 fornituri u produtturi downstream. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)  Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 364 000 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

(5)  Sabiex jitnaqqas iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 5 364 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni tapplika minn ... [id-data tal-adozzjoni tagħha].

(4)Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)

  Id-data tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Sfond

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni nħoloq biex jagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013(2), il-Fond ma jistax jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011). L-ammonti xierqa jiddaħħlu bħala proviżjonament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-proċedura, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), sabiex jiġi attivat il-Fond, il-Kummissjoni, f'każ ta' valutazzjoni pożittiva ta' applikazzjoni, għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja proposta għal mobilizzazzjoni tal-Fond u, fl-istess ħin, talba korrispondenti għal trasferiment. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, għandu jinbeda trilogu.

II. L-applikazzjoni Microsoft u l-proposta tal-Kummissjoni

Fid-29 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG favur il-Finlandja biex tappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Microsoft u 8 fornituri u produtturi downstream tagħha fil-Finlandja, li joperaw fid-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2 (Programmar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati).

Din hija s-seba' applikazzjoni li se tiġi eżaminata matul il-baġit 2016 u tirreferi għall-mobilizzazzjoni ta' ammont totali ta' EUR 1 365 000 mill-FEG għall-Finlandja. Tikkonċerna 1 441 ħaddiem minn 2 161 ħaddiema li ngħataw is-sensja.

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Kummissjoni fil-11 ta' Marzu 2016 u ġiet supplimentata b'informazzjoni addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2016. Il-Kummissjoni kkonkludiet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament dwar il-FEG, li l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG.

L-awtoritajiet Finlandiżi jsostnu li r-raġuni ewlenija li għaliha ngħataw is-sensji f'Microsoft hija t-tnaqqis tas-sehem tas-suq tat-telefowns ċellulari tagħha. Huma jorbtu t-tnaqqis tal-ħaddiema mal-bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni billi jfakkru li naqas is-sehem tal-UE tal-impjiegi fis-settur tal-ICT, filwaqt li żdied is-sehem taċ-Ċina u tal-Istati Uniti.

Filwaqt li n-Nokia iddominat is-swieq tat-telefowns ċellulari fl-ewwel deċennju tas-snin 2000, is-sistemi operattivi Android u iOS li jintużaw minn diversi manifatturi bbażati fl-Asja kibru b'tali mod li jiddominaw is-suq.

L-awtoritajiet Finlandiżi rrimarkaw ix-xejra li qiegħda taffettwa lill-industrija tal-elettronika Finlandiża b'mod globali u li għandha rabta mat-tinqis ta' Nokia, li tbigħ l-operazzjoni tat-telefowns ċellulari tagħha lil Microsoft. Fl-2014 il-Microsoft ħabbret il-pjanijiet tagħha li tnaqqas id-daqs tal-forza tax-xogħol globali tagħha bi 18 000-il elf impjieg, li jinkludu 1 100 impjieg fil-Finlandja, u fl-2015 ħabbret pjanijiet għar-ristrutturar tan-negozju tat-telefonija tagħha, li jipprevedu telf ta' 2 300 impjieg fil-Finlandja.

Is-servizzi personalizzati li se jingħataw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja inklużi f'din l-applikazzjoni jikkonsistu f'sitt tipi ta' miżuri: (i) miżuri ta' kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn, (ii) impjiegi u servizzi tan-negozju, (iii) taħriġ vokazzjonali fis-suq tax-xogħol, (iv) sussidju tal-pagi, (v) għotja għal negozji ġodda, u (vi) allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni billejl u l-ġarr.

Skont il-Kummissjoni, il-miżuri deskritti jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali.

L-awtoritajiet Finlandiżi pprovdew il-garanziji neċessarji kollha rigward dan li ġej:

il-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom,

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,

Microsoft Mobile Oy, l-entità li qiegħda tagħti s-sensji, li kompliet l-attivitajiet tagħha wara li tat is-sensja lill-ħaddiema, ikkonformat mal-obbligi legali tagħha li jirregolaw is-sensji u pprovdiet għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi,

l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u mhu se jitħalla jsir l-ebda finanzjament doppju,

l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet ffinanzjati mill-Fondi Strutturali,

il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li s-sorsi ta' prefinanzjament jew ta' kofinanzjament nazzjonali primarjament ġejjin mill-partita tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Impjiegi u tal-Ekonomija. Xi servizzi se jkunu ffinanzjati min-nefqa operattiva taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, Trasport u Ambjent (Ċentri ELY) u tal-Uffiċċji TE.

III. Proċedura

Sabiex timmobilizza l-Fond, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Awtorità Baġitarja għal trasferiment ta' ammont globali ta' EUR 5 364 000 mir-riżerva tal-FEG (40 02 43) għal-linja baġitarja tal-FEG (04 04 01).

Sal-lum, din hija s-seba' proposta għal trasferiment għall-mobilizzazzjoni tal-Fond mibgħuta lill-Awtorità Baġitarja matul l-2016.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil għandha tinbeda proċedura ta' trilogu, kif previst fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament dwar il-FEG.

Skont ftehim intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali għandu jiġi assoċjat fil-proċess, sabiex joffri appoġġ kostruttiv u jagħti kontribut għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-Fond.

(1)

   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

   ĠU L 347, 30.12.2013, p. 855.

(3)

   ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

CF/jb

D(2016)41681

Is-Sur Jean ARTHUIS

President tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 09G205

Suġġett: Opinjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għall-każ EGF/2016/001 FI/Microsoft mill-Finlandja - (COM(2016)490 final)

Għażiż Sur President,

Il-Kumitat għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali (EMPL) kif ukoll il-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar l-FEG eżaminaw il-mobilizzazzjoni tal-FEG għall-każ EGF/2016/001 FI/Microsoft u adottaw l-opinjoni li ġejja.

Il-Kumitat EMPL u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-FEG huma favur il-mobilizzazzjoni tal-Fond fir-rigward ta' din l-applikazzjoni. F'dan ir-rigward, il-Kumitat EMPL qiegħed jippreżenta xi kummenti mingħajr, madankollu, ma jqajjem dubju dwar it-trasferiment tal-pagamenti.

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat EMPL huma msejsa fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

A)  Billi din l-applikazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (ir-Regolament dwar il-FEG) u tirrigwarda 2 161 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u 8 fornituri u produtturi downstream;

B)  Billi l-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2, (ipprogrammar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati);

C)  Billi s-sensji mogħtija minn Microsoft jinsabu prinċipalment fir-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS ta' Helsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi u Länsi-Suomi;

D)  Billi, bl-għan li tistabbilixxi rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, il-Finlandja argumentat li s-sehem tal-UE ta' impjiegi fis-settur tal-ICT naqas f'dawn l-aħħar snin, u li dawn l-effetti inħassu b'mod partikolari fil-Finlandja, fejn is-settur għandu rwol ewlieni fl-ekonomija; billi l-industrija tas-software hija ferm internazzjonali, il-kompetizzjoni f'dan is-settur hija globali, l-atturi kollha tas-suq jistgħu jikkompetu għall-istess klijenti, u l-post u l-isfond kulturali tal-persunal għandhom sinifikat limitat;

E)  Billi t-talba ssegwi l-akkwist tal-Microsoft ta' tagħmir u servizzi tan-Nokia, u d-deċiżjoni sussegwenti dwar ir-ristrutturar tan-negozju tat-telefonija tal-intrapriża biex ikun iffukat aħjar u biex ir-riżorsi jiġu allinjati;

F)  Billi 60 % tal-ħaddiema fil-mira tal-miżura huma rġiel u 40 % huma nisa; billi 88 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja huma tal-età ta' bejn it-30 u l-54 sena.

Għaldaqstant, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni Finlandiża:

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kriterji ta' intervent stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 huma ssodisfati, u li għalhekk il-Finlandja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 5 364 000 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 8 940 000;

2.  Jinnota li l-Kummissjoni rrispettat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni mill-awtoritajiet Finlandiżi, fis-6 ta' Mejju 2016, sa ma ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja, fid-29 ta' Lulju 2016 u nnotifikatha lill-Parlament fit-30 ta' Awwissu 2016;

3.  Jirrikonoxxi li l-applikazzjoni ssegwi serje ta' każijiet dwar it-tinqis tan-Nokia fil-Finlandja u li huma mistennija żewġ applikazzjonijiet oħra fir-rigward ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-settur tal-ICT;

4.  Jenfasizza l-importanza tas-settur tal-ICT għall-impjiegi fir-reġjuni ta' Ħelsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi u Länsi-Suomi u l-potenzjal tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja li jikkontribwixxu għall-industrija jekk huma jirċievu biżżejjed appoġġ permezz ta' aktar edukazzjoni, taħriġ u pjanijiet biex jidħlu fil-qasam tal-intraprenditorija;

5.  Jinnota li s-servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja jinkludu coaching dwar ix-xogħol u l-karrieri, taħriġ, servizzi ta' impjieg u negozju, ħlas tas-sussidji, għotjiet għal negozji ġodda u allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni billejl u l-ġarr;

6.  Jinnota li s-sussidju tal-pagi msemmi aktar 'il fuq huwa ta' bejn 30 % u 50 % tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema u se jingħata għal perjodu ta' bejn 6 xhur u 24 xahar; jistieden lill-Istati Membri joqogħdu ħafna attenti meta jużaw sussidji tal-pagi biex jiżguraw li ħaddiema li ngħataw is-sensja li jiġu reklutati b'sussidju ma jkunux qegħdin jokkupaw totalment jew parzjalment kariga li kienet ta' ħaddiem ieħor fil-kumpanija kkonċernata; jinsab sodisfatt li l-awtoritajiet Finlandiżi taw il-garanziji f'dan is-sens;

7.  Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Finlandiżi li jibdew joffru s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fil-11 ta' Settembru 2015, ferm qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ mill-FEG;

8.  Jinnota li l-Finlandja indikat li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira u tas-sħab soċjali;

9.  Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet proposti ma jirċevux appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, li mhu se jitħalla jsir l-ebda finanzjament doppju, u li l-azzjonijiet proposti huma komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

10.  Jilqa' l-assigurazzjoni tal-Finlandja li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se tissostitwixxi azzjonijiet li l-intrapriża kkonċernata għandha tagħmel skont id-dritt nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi;

11.  Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għad-dħul jammontaw għal 16,64 % tal-pakkett ġenerali tas-servizzi personalizzati, li huwa ferm taħt il-limitu ta' 35 % stabbilit mir-Regolament; u li dawn l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f'attivitajiet ta' tiftix ta' impjieg jew ta' taħriġ;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt ta' dawn il-miżuri ta' appoġġ għad-dħul fuq perjodu ta' diversi snin, sabiex tiżgura li dawn qegħdin jappoġġaw impjiegi ta' kwalità għolja u li mhumiex jintużaw biex jissussidjaw kuntratti għal żmien qasir bi prezz baxx;

13.  Jilqa' l-persentaġġ għoli (qrib it-80 %) tal-pakkett kumplessiv li qiegħed jintuża għas-servizzi personalizzati;

14.  Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jkun imfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

Dejjem tiegħek,

Thomas HÄNDEL

Il-President tal-Kumitat EMPL


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Suġġett:  Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Għażiż Sur Arthuis,

Proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġiet riferuta lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-opinjoni tiegħu. Nifhem li hemm il-ħsieb li jiġi adottat rapport dwar din il-proposta fil-Kumitat għall-Baġits fit-28 ta' Settembru 2016:

-  COM(2016)0490 tipproponi kontribuzzjoni mill-FEG li tammonta għal EUR 5 364 000 għal 2 035 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u 8 fornituri u produtturi downstream. L-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 62 tan-NACE Reviżjoni 2, programmar tal-kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati. Is-sensji mogħtija minn Microsoft jinsabu prinċipalment fir-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS ta' Helsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi u Länsi-Suomi, il-Finlandja.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG huma stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw din il-proposta u talbuni niktiblek biex ninfurmak li l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-Kumitat m'għandha l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Marco Valli


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

Grupp ALDE

Grupp EFDD

Grupp GUE/NGL

Grupp PPE

 

Grupp S&D

 

Grupp Verts/ALE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

Marco Valli

Liadh Ní Riada

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Patricija Šulin

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Vladimír Maňka, Pina Picierno, Paul Tang, Isabelle Thomas

Ernest Maragall, Indrek Tarand, Monika Vana

6

-

Grupp ECR

Grupp EFDD

Grupp ENL

NI

Richard Ashworth, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

Jonathan Arnott

Auke Zijlstra

Eleftherios Synadinos

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali