Proċedura : 2016/0125(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0274/2016

Testi mressqa :

A8-0274/2016

Dibattiti :

PV 05/04/2017 - 16
CRE 05/04/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 06/04/2017 - 7.5
CRE 06/04/2017 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0129

RAPPORT     ***I
PDF 645kWORD 57k
29.9.2016
PE 585.521v02-00 A8-0274/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Ukrajna)

(COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Ukrajna)

(COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0236),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0150/0216),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0274/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li temenda r-Regolament Nru 539/2001 u li tittrasferixxi lill-Ukrajna lejn l-Anness II, li jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta' viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-obbligu ta' viża favur iċ-ċittadini Ukreni li għandhom passaport bijometriku mhijiex soġġetta għall-konklużjoni ta' ftehim ta' eżenzjoni mill-viża mal-UE peress li l-Ukrajna diġà eżentat liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni mill-obbligu ta' viża għas-soġġorni ta' sena jew inqas.

Sa mill-varar tad-Djalogu dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna f'Ottubru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet sitt rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża propost f'Novembru 2010. Ir-rapporti ta' progress juru avvanzi sinifikanti u rapidi mill-2014 'il hawn u l-ftuħ tat-tieni fażi tal-Pjan ta' Azzjoni, inkluż fil-kuntest eċċezzjonali u l-isfidi interni u esterni li qed jiffaċċja l-pajjiż. Fl-aħħar rapport ta' progress adottat fit-18 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-Ukrajna wettqet l-avvanzi meħtieġa u ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni. Ir-Rapporteur tilqa' l-fatt li d-Djalogu dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża ħareġ ta' għodda effettiva għall-promozzjoni tar-riformi diffiċli u estensivi, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni. Ir-Rapporteur tenfasizza wkoll il-kooperazzjoni pożittiva ħafna mal-awtoritajiet Ukreni u s-soċjetà ċivili fil-qafas tat-tħejjija tar-rapport preżenti.

Il-liberalizzazzjoni tal-viża taqa' fil-kuntest ta' sħubija li kulma jmur qed issir aktar mill-qrib bejn l-Ukrajna u l-Unjoni Ewropea. L-Ukrajna hija waħda mis-sħab ewlenin tal-Unjoni fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tas-Sħubija tal-Lvant. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat f'Ġunju 2014 u r-ratifika tiegħu b'mod simultanju mill-Verkhovna Rada u l-Parlament Ewropew f'Settembru 2015 jikkostitwixxu sinjal qawwi u prova tax-xewqa kondiviża tal-UE u tal-Ukraina ta' tqarrib sostanzjali fuq il-bażi tal-prinċipji ta' assoċjazzjoni politika u ta' integrazzjoni ekonomika. It-tneħħija tal-obbligu ta' viża għaċ-ċittadini Ukreni li huma detenturi ta' passaport bijometriku se tkun realizzazzjoni konkreta ta' din ix-xewqa kondiviża u tal-impenn espress mill-poplu Ukren favur il-paċi, l-istabilità u ta' trajettorja Ewropea u riformista ta' pajjiżhom.

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tal-viża se tikkontribwixxi għall-approfondiment tal-kuntatti bejn il-popli. Hija se tippermetti wkoll li jiġu approfonditi r-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u li jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar għadd ta' kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Ir-Rapporteur tfakkar ukoll fil-prinċipju tar-reċiproċità tal-liberalizzazzjoni tal-viża; reċiproċità li teżerċita ruħha wkoll fil-benefiċċji reċiproċi għaċ-ċittadini Ewropej u Ukreni tal-eżenzjoni tal-viża. L-eżenzjoni tal-viża għal soġġorn qasir se tippermetti barra minn hekk li jiġi megħjun il-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi ġodda fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ proviżorju taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, komponent ekonomiku tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

Fuq il-livell politiku, l-Ukrajna impenjat ruħha, mindu saru l-protesti paċifiċi tal-pjazza Majdan f'Novembru 2013 u l-elezzjonijiet presidenzjali u leġislattivi tal-2014, fi trasformazzjoni politika u demokratika kbira. L-Ukrajna illum il-ġurnata għandha l-opportunità li timmodernizza u li tiżviluppa demokrazija vera u li tiggarantixxi l-istat tad-dritt. L-Unjoni Ewropea timxi spalla ma' spalla mal-Ukrajna f'dan il-proċess li jirrikjedi sforzi kostanti u sostenibbli. Il-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża kkontribwixxa bis-sħiħ għal dan il-proċess, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà tad-dokumenti (inkluż permezz tal-ħruġ ta' passaporti bijometriċi skont l-ogħla standards internazzjonali u lil hinn mill-obbligi minimi tal-Pjan ta' Azzjoni, u l-varar tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża), il-kontroll tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (bil-ħolqien ta' erba' istituzzjonijiet ewlenin f'din il-materja), u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tappoġġja bis-sħiħ il-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni strateġika u operattiva bejn l-Ukrajna u l-Europol li għandu jintlaħaq malajr. Ir-Rapporteur tenfasizza barra minn hekk li, bħal fil-każijiet kollha ta' trasferiment lejn l-Anness II tar-regolament emendat preżenti, il-kriterji li ġew issodisfati fil-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża għandhom ikomplu jiġu rispettati ulterjorment. L-avvanzi li saru fil-qafas tad-Djalogu għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża se jiggwadanjaw billi jkunu soġġetti għal monitoraġġ mill-qrib fil-qafas ta' djalogi oħra dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li għandha tkompli tgawdi minn baġit suffiċjenti u minn impenn politiku mingħajr nuqqas.

Ir-Rapporteur qieset ukoll il-mobilità u r-riskji migratorji u tas-sigurtà. Jenfasizza li fil-fatt ir-rata ta' rifjut tal-għoti ta' viża lejn l-UE għaċ-ċittadini tal-Ukrajna hija ta' inqas minn 2 %. Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Riammissjoni UE-Ukrajna għar-ritorn tal-migranti li jinsabu f'sitwazzjoni irregolari konkluż f'Novembru 2007 huwa wieħed mill-aktar effikaċi b'rata effettiva ta' ritorn ogħla minn 80 %, li juri kooperazzjoni eċċellenti fuq dan il-livell u jippermetti li jittaffew ir-riskji migratorji. Ir-Rapporteur tinkoraġġixxi lill-Ukrajna tkompli bil-ħidma tal-ikkonnettjar tal-punti ta' qsim tal-fruntieri mal-bażijiet tad-data tal-Interpol, il-ħruġ ta' passaporti bijometriċi u l-kampanja ta' informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-vjaġġi lejn l-UE mingħajr viża. Għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna lit-traffikar tal-bnedmin u lill-abbuż tal-Programm għall-Eżenzjoni mill-Viża min-naħa tan-netwerks kriminali relatati miegħu.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tqis li bil-vot tiegħu favur din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jikkonferma l-prinċipju skont liema kull pajjiż li jissodisfa l-kriterji kollha jista' jibbenefika mil-liberalizzazzjoni tal-viża, filwaqt li tfakkar li l-kriterji li jkunu fetħu t-triq għal din il-liberalizzazzjoni għandhom ikomplu jiġu rispettati wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni. Mir-rispett ta' dan il-metodu jiddependu l-kredibilità u l-affidabilità tal-Unjoni Ewropea bħala sieħba għall-pajjiżi terzi, u aktar u aktar għall-pajjiżi ġirien li jkunu impenjati fuq trajettorja Ewropea. Dan il-metodu jirrifletti r-rispett tal-istat tad-dritt, tal-prevalenza tad-dritt u tad-dritt internazzjonali bħala prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż fil-kuntest tal-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta' Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.

B'konklużjoni, filwaqt li jitqiesu r-rieżami tal-kriterji tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża u l-importanza tal-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini Ewropej u għal dawk tal-Ukrajna, ir-Rapporteur tirrakkomanda li l-Membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (7.7.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (l-Ukrajna)

(COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD))  

Rapporteur għal opinjoni: Jacek Saryusz-Wolski

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ripetutament appoġġa l-faċilitazzjoni tal-viża u l-liberalizzazzjoni tal-viża għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, bħala strument importanti tal-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE u bħala mezz biex jiġu promossi l-kuntatti bejn in-nies u jissaħħu r-relazzjonijiet mal-UE. Dan l-istrument huwa meqjus bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-politika tagħna, li jiġi ripetutament enfasizzat mill-Kapijiet tal-Istati Membri tal-UE fis-Summits, u li jagħti messaġġ qawwi ta' appoġġ liċ-ċittadini tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Id-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Ukrajna ġie mniedi f'Ottubru 2008. Il-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, u dan l-ewwel ftehim ġie emendat fl-2013. F'dawn l-aħħar sentejn, l-Ukrajna kisbet progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni fl-aħħar żewġ rapporti ta' progress. 

Sistema mingħajr viża għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-Ukrajna mill-aktar fis possibbli u mingħajr ebda dewmien ulterjuri, bħala sinjal ta' rikonoxximent tal-progress li l-pajjiż kiseb fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-protesti tal-EuroMaidan sentejn ilu, meta n-nazzjon tal-Ukrajna ġġieled favur l-għażla Ewropea tiegħu u l-valuri demokratiċi Ewropej.

Sabiex jiġi inċentivat ulterjorment il-proċess ta' riforma, mekkaniżmu ta' monitoraġġ għandu jiġi introdott sabiex jiġi żgurat li l-UE tiddisponi minn mezz ta' kontroll filwaqt li timmonitorja l-implimentazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u dwar l-istat tad-dritt. Il-mekkaniżmu ta' sospensjoni li qed jiġi kkunsidrat attwalment mhuwiex biżżejjed, peress li dan jiffoka biss fuq ir-riskji tal-migrazzjoni, u għandu jkun komplut biż-żieda tar-rispett kontinwu tal-istandards u l-kriterji ta' referenza meħtieġa.

Id-deċiżjoni li tiġi stabbilita sistema mingħajr viża fir-rigward tal-Ukrajna ma għandhiex tiġi posposta sakemm jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ. Is-sistema mingħajr viża għandha tiġi stabbilita issa, iżda bil-kundizzjoni li l-mekkaniżmu ta' sospensjoni jiġi introdott awtomatikament malli l-modalitajiet tiegħu jiġu definiti. 

F'dawn l-aħħar sentejn, sa mill-EuroMaidan u l-bidliet li seħħu b'riżultat tal-protesti, l-Ukrajna bdiet proċess ta' riforma ambizzjuża u globali sabiex toħloq sistema politika demokratika ġenwina u ekonomija li tiffunzjona sew. Is-suċċess ta' dawn ir-riformi għandu jippermetti t-tranżizzjoni tal-Ukrajna minn stat post-Sovjetiku għal stat Ewropew. Mis-sena 2014, l-Ukrajna wettqet sforz ta' riforma bla preċedent.  Kif għarfet il-Kummissjoni, sar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji, inkluż fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riforma tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, ir-riforma tal-ġudikatura, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt. Madankollu, dawn ir-riformi jridu jiġu implimentati kompletament. Dan il-kompitu għadu l-bogħod minn komplut. Il-gvern il-ġdid jeħtieġ li jipprovdi d-determinazzjoni neċessarja biex isegwi aktar ir-riformi u l-istabbiltà politika, li, flimkien ma' appoġġ mill-poplu, huma ta' importanza kbira għas-suċċess tiegħu. L-istabbiliment ta' sistema mingħajr viża jikkostitwixxi rikonoxximent tal-isforz u s-suċċess fil-kisba tal-kriterji ta' referenza stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża (VLAP). Dan huwa wkoll att simboliku iżda tanġibbli ħafna ta' appoġġ mill-UE indirizzat lill-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (l-Ukrajna)

Referenzi

COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.4.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jacek Saryusz-Wolski

24.5.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, László Tőkés, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Andrzej Grzyb, András Gyürk, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.9.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (l-Ukrajna)

(COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Heidi Hautala

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kien qiegħed jissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fl-Ukrajna matul l-aħħar sena, b'mod partikolari fl-oqsma tar-riforma tal-ġudikatura u tal-amministrazzjoni pubblika u l-attività leġiżlattiva konsiderevoli, inklużi l-emendi fil-kostituzzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mal-liġi tal-UE, li seħħew matul dan iż-żmien.

Delegazzjoni ta' membri mill-Kumitat żaret Kiev f'Settembru 2015 biex teżamina kif il-Parlament jista' jgħin lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali - u lin-negozji u ċ-ċittadini - biex joħolqu rabtiet u relazzjonijiet aħjar dwar dawn il-kwistjonijiet. Dan ġie segwit f'Ġunju 2016 bl-organizzazzjoni ta' smigħ pubbliku f'Brussell, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE (EUAM Ukraine) u l-Kunsill tal-Ewropa, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati pubbliċi u privati Ukreni attivi f'dawn l-oqsma.

Fl-aħħar żewġ rapporti ta' progress tagħha, il-Kummissjoni rrikonoxxiet progress sinifikanti mill-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża (VLAP). Jeħtieġ li dan ir-ritmu jiġi sfruttat bl-għoti tar-reġim ħieles mill-viża, iżda għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi sabiex il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, b'mod partikolari fir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, jiġi sorveljat b'mod effikaċi.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jinnota bi pjaċir l-progress sinifikanti li sar, kif muri fir-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni u kif raw u semgħu il-Membri tal-Kumitat infushom waqt iż-żjara tad-delegazzjoni msemmija hawn fuq u s-smigħ pubbliku. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li r-riżultati konkreti tal-progress miksub m'għandhomx biss jiġu garantiti iżda għandu jsir progress fuqhom sabiex l-istat tad-dritt jiġi integrat fl-aspetti kollha tas-soċjetà Ukrena, mhux l-inqas sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni li tingħata l-liberalizzazzjoni tal-viża u azzjoni simili possibbli tal-UE fl-Ukrajna tikkontribwixxi biex tqarreb aktar lill-Ukrajna lejn il-liġi tal-UE u t-tradizzjonijiet ġuridiċi Ewropej.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (l-Ukrajna)

Referenzi

COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.4.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Heidi Hautala

11.7.2016

Eżami fil-kumitat

5.9.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Stefano Maullu, Virginie Rozière


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (l-Ukrajna)

Referenzi

COM(2016)0236 – C8-0150/2016 – 2016/0125(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.4.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.4.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

28.4.2016

JURI

28.4.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mariya Gabriel

23.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.5.2016

5.9.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Michał Boni, Frank Engel, Tanja Fajon, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Anna Hedh, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Luigi Morgano, Morten Helveg Petersen, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arnaud Danjean, Eugen Freund, Sylvie Goddyn, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

29.9.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Helga Stevens

GUE/NGL

Malin Björk

PPE

Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, József Nagy, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Tanja Fajon, Eugen Freund, Ana Gomes, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Luigi Morgano, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel

Verts/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Josep-Maria Terricabras

4

-

ENF

Lorenzo Fontana, Sylvie Goddyn, Mylène Troszczynski

PPE

Arnaud Danjean

1

0

EFDD

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali