Proċedura : 2015/0293(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0281/2016

Testi mressqa :

A8-0281/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0393

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 609kWORD 51k
6.10.2016
PE 584.017v02-00 A8-0281/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

(15470/2015 – C8-0110/2016 – 2015/0293(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Bodil Valero

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

(15470/2015 – C8-0110/2016 – 2015/0293(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15470/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (15469/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0110/2016),

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0281/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-qafas tar-relazzjonijiet

Skont ir-Regolament tal-Kunsill )(KE) Nru 539/2001(1), iċ-Ċina hija fost dawk il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom l-obbligu li jkollhom viża meta jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen. Iċ-ċittadini tal-UE wkoll jeħtieġu viża biex jidħlu fiċ-Ċina. Barra minn hekk, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tnediet uffiċjalment fit-12 ta' Ottubru 2015 fiċ-Ċina u minn dik id-data 'l quddiem l-applikanti kollha miċ-Ċina huma meħtieġa jipprovdu d-data bijometrika tagħhom meta japplikaw għal viża ta' Schengen.

Id-djalogu dwar il-migrazzjoni u l-mobilità bejn l-UE u ċ-Ċina huwa l-qafas li taħtu ż-żewġ partijiet jiskambjaw il-fehmiet u jiddiskutu il-possibilitajiet ta' kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku tal-politiki rispettivi tagħhom dwar il-migrazzjoni.

Dan id-djalogu ġie stabbilit f'Ottubru 2013 u, taħt din l-istrateġija, ġie miftiehem li jingħata bidu għan-negozjati għal ftehim reċiproku ta' eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi.

F'dan il-kuntest, fl-14 ta' Settembru 2015 il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati u li tindirizza d-direttivi negozjanti għal ftehim għall-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi. In-negozjati nfetħu fil-21 ta' Settembru u saru permezz ta' skambju ta' noti bil-miktub. Il-ftehim ġie inizjalat min-negozjaturi ewlenin tal-UE u taċ-Ċina rispettivament fit-3 u fl-4 ta' Novembru 2015.

Il-Kummissjoni Ewropea abbozzat il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fil-15 ta' Diċembru 2015. Il-Kunsill adottata d-deċiżjoni tiegħu fis-26 ta' Jannar 2016, u biex jagħmel dan kellu bżonn il-kunsens tal-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-TFUE.

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim

Il-ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport diplomatiku validu jew laissez-passer tal-UE u għaċ-ċittadini taċ-Ċina li għandhom passaport diplomatiku validu meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-parti kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dikjarazzjoni konġunta dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-perjodu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum tinsab mehmuża mal-ftehim.

Ir-rapporteur tilqa' l-Ftehim propost li, għall-ewwel darba, japplika wkoll għad-detenturi ta' laissez-passer tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE, l-Artikolu 10(6) tal-Ftehim jipprevedi li ċ-Ċina tista' tissospendi jew ittemm il-ftehim fir-rigward tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni biss u, b'mod reċiproku, l-UE tista' tissospendi jew ittemm il-ftehim fir-rigward tal-Istati Membri kollha biss.

Dispożizzjonijiet speċifiċi territorjali

Fil-premessi tal-ftehim konkluż titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen tissemma wkoll f'dikjarazzjoni konġunta annessa mal-ftehim. Id-dikjarazzjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu ftehimiet simili dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi maċ-Ċina f'termini simili għal dan il-Ftehim.

Il-ftehim fih dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni territorjali tiegħu: f'dak li jirrigwarda lil Franza u n-Netherlands, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim japplikaw biss għat-territorji Ewropej ta' dawn iż-żewġ Stati Membri.

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-ftehim

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim (l-Artikolu 7). Ir-rapporteur tixtieq tiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li, fil-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata biss mill-Kummissjoni. Bħala istituzzjoni direttament eletta miċ-ċittadini Ewropej, il-Parlament Ewropew jista' jiġi involut fil-ħidmiet tal-Kumitat Konġunt jew tal-anqas jirċievi informazzjoni regolari dwar l-eżitu tal-laqgħa.

Bl-istess mod, ir-rapporteur tesprimi tħassib dwar il-prattika tal-iffirmar tal-ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża u l-applikazzjoni proviżorja tagħhom qabel l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur tosserva li din il-prattika għandha t-tendenza li tnaqqas il-marġni ta' manuvrar tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, toħloq iktar problemi peress li l-Parlament ma jiġix informat dwar il-progress tan-negozjati bilaterali, bi ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat (l-Artikolu 218) u tal-Ftehim Qafas attwali dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

* *

Ir-rapporteur tittama li l-eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi tirrappreżenta pass 'il quddiem fl-istabbiliment ta' eżenzjoni reċiproka sħiħa mill-viża għad-detenturi ta' passaporti ordinarji. Is-sinifikat tal-liberalizzazzjoni tal-viżi hu konsiderevoli billi jġib miegħu benefiċċji tanġibbli.

It-tneħħija tal-viżi tnaqqas il-ħin ta' stennija fil-konsulati u l-ispejjeż marbuta mal-ivvjaġġar. Din tiffaċilita l-kuntatt bejn in-nies, li hija kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp sod tar-rabtiet ekonomiċi, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, kif ukoll tintensifika l-kuntatti bejn in-nies. Naturalment, il-liberalizzazzjoni tal-viżi għandha timxi id f'id ma' titjib fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif meħtieġ mill-Artikolu -1 tar-Regolament Nru 539/2001.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Membri tal-Kumitat Parlamentari għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jappoġġjaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, ĠU L 81, 21.03.2001, p. 1.


ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

Ref.: D(2016)11290

Claude MORAES

President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE)

Suġġett:  Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (2015/0293(NLE))

Sur President,

Qed nirreferi għall-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2015 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni u ċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi.

Nieħu nota tal-fatt li l-Ftehim ġie ffinalizzat waqt is-17-il Summit bejn l-UE u ċ-Ċina fid-29 ta' Ġunju 2015. Jiena konxju li l-Istati Membri ġew ikkonsultati u taw l-appoġġ tagħhom fil-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar l-Asil u l-Migrazzjoni. Ninnota wkoll il-proposta tal-Kummissjoni għal applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fl-istennija tal-finalizzazzjoni tar-ratifikazzjoni.

Ninsab kuntent li l-Ftehim propost ikopri wkoll id-detenturi ta' "laissez-passer" tal-Unjoni Ewropea. Madankollu xorta nqis li l-Kummissjoni għandha tikseb aktar informazzjoni dwar il-ħruġ ta' passaporti diplomatiċi, kif ukoll dwar l-għadd tal-benefiċjarji reali potenzjali u stmati ta' passaporti diplomatiċi Ċiniżi.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huwa tal-fehma li l-proposta li jiġi konkluż Ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi għandha tiġi approvata peress li l-Ftehim jappoġġja s-sħubija strateġika tagħna maċ-Ċina, jiffaċilita l-iskambji reċiproċi u kooperazzjoni eqreb, u huwa sinjal ta' rieda tajba miż-żewġ naħat.

Ninsab ċert li l-kumitat ippresedut minnek, ladarba jikkompleta l-evalwazzjoni tal-proposta, se jikkondividi l-valutazzjoni pożittiva tagħna.

Dejjem tiegħek,

Elmar Brok


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi

Referenzi

15470/2015 – C8-0110/2016 – COM(2015)06432015/0293(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

3.3.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.3.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

10.3.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

1.2.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bodil Valero

16.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2016

12.7.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

3.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Michał Boni, Caterina Chinnici, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Dennis de Jong, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Emilian Pavel, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Norbert Lins, Georg Mayer, Georgi Pirinski, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

5.10.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Helga Stevens, Kazimierz Michał Ujazdowski

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Georg Mayer, Harald Vilimsky

GUE/NGL

Martina Anderson, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Dennis de Jong

PPE

Georges Bach, Michał Boni, Frank Engel, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Norbert Lins, Alessandra Mussolini, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Hugues Bayet, Caterina Chinnici, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Eva Joly, Jean Lambert, Bodil Valero

2

-

EFDD

Kristina Winberg, Beatrix von Storch

1

0

ENF

Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni(jiet)

Avviż legali