Proċedura : 2013/0226(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0298/2016

Testi mressqa :

A8-0298/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0399

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 680kWORD 54k
18.10.2016
PE 585.504v01-00 A8-0298/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(09878/1/2016 – C8-0358/2016 – 2013/0226(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Bas Eickhout

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(09878/1/2016 – C8-0358/2016 – 2013/0226(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

-  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09878/1/2016-C8-0358/2016),

-  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0484),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0298/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0180.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-prijoritajiet tal-Parlament:

Fl-ewwel qari tiegħu, il-Parlament estenda l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni għat-trasport ta' passiġġieri. Il-Parlament jemmen li politika ta' suċċess biex ittejjeb ir-rwol tan-navigazzjoni interna fis-settur tat-trasport għandha tkun ibbażata fuq statistiċi affidabbli li jinkludu kemm it-trasport tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri. It-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament eżistenti jpoġġi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fuq bażi indaqs mas-setturi marittimi, bl-ajru u bit-triq li għalihom tinġabar data statistika kemm għall-merkanzija kif ukoll għall-passiġġieri.

Il-Parlament appoġġja wkoll l-allinjament tar-Regolament mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat (l-Artikoli 290 u 291) fir-rigward tas-setgħat delegati u ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Madankollu, il-Parlament illimita u ddefinixxa aħjar is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni.

Il-kisbiet ewlenin:

Il-Parlament u l-Kunsill qablu li jikkunsidraw it-trasport ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan il-qafas tar-Regolament. Huma ddefinixxew l-ewwel passi lejn l-integrazzjoni ta' statistiċi dwar it-trasport tal-passiġġieri skont ir-Regolament. L-ewwel nett, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, se tiżviluppa metodoloġija sabiex tiġbor statistiċi dwar it-trasport tal-passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni. Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni se tniedi studji pilota volontarji biex jittestjaw il-fattibilità tal-ġabriet ta' data ġdida. Bħala l-aħħar pass, il-Kummissjoni se tippreżenta r-riżultati ta' dawn l-istudji lill-Parlament u lill-Kunsill u tikkunsidra li tagħmel proposta biex tirrevedi r-Regolament. Il-finanzjament ta' dawn il-proġetti pilota għandu jiġi appoġġjat mill-baġit tal-UE.

Il-Parlament u l-Kunsill qablu li jillimitaw is-setgħat tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati. L-atti delegati għandhom jiġu adottati biss għall-adattament tar-Regolament għall-bidliet fil-kodifikazzjoni u n-nomenklatura f'livell internazzjonali u ż-żieda tal-livelli minimi. It-tul ta' żmien tad-delega ġie limitat għal ħames snin. Ta' min jinnota li dan ir-Regolament huwa wieħed mill-ewwel atti leġiżlattivi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-atti delegati skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

In-negozjati:

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 u d-deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) biex jinfetħu negozjati fit-13 ta' Ottubru 2014, ġie organizzat trilogu informali taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill fil-25 ta' Novembru 2014. Sussegwentement saru negozjati bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari mill-Presidenza Latvjana, Lussemburgiża u Netherlandiża. It-timijiet tan-negozjati tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim permezz ta' proċedura bil-miktub fil-11 ta' Mejju 2016. It-test tan-negozjati li rriżulta ġie approvat mill-Kumitat TRAN fl-24 ta' Mejju 2016. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN, fl-ittra tiegħu lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, qal li kien se jirrakkomanda li l-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u b'dan ikkonferma l-ftehim tat-18 ta' Lulju 2016.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

Referenzi

09878/1/2016 – C8-0358/2016 – 2013/0226(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

11.3.2014                     T7-0180/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0484 - C7-0205/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

15.9.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bas Eickhout

13.10.2014

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Bas Eickhout

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Evžen Tošenovský, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Knut Fleckenstein, Maria Grapini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

Data tat-tressiq

18.10.2016

Avviż legali