Proċedura : 2013/0297(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0300/2016

Testi mressqa :

A8-0300/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0398

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 668kWORD 54k
18.10.2016
PE 587.493v02-00 A8-0300/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti

(10000/1/2016 – C8-0365/2016 – 2013/0297(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Michael Cramer

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti

(10000/1/2016 – C8-0365/2016 – 2013/0297(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10000/1/2016-C8-0365/2016),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0611),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0300/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0197.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-prijoritajiet tal-Parlament:

Fl-ewwel qari l-Parlament iddeċieda li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija għandu jiġi estiż biex ikopri dejta dwar l-infrastruttura, b’mod partikolari dwar il-varar tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), li kienet waħda mill-prijoritajiet tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T). Il-Parlament Ewropew enfasizza li huwa importanti ħafna li jkun hemm idea ċara dwar l-iżvilupp tal-ERTMS peress li l-Unjoni nefqet miljuni ta’ EUR għall-finanzjament ta’ dan it-tip ta’ infrastruttura mingħajr l-ebda riżultat konkret s’issa f’termini ta’ tħaddim tas-sistema madwar l-Ewropa minħabba l-użu irregolari u d-dewmien fl-implimentazzjoni.

Il-Parlament iddeċieda wkoll li l-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dejta ta' statistika dwar l-istazzjonijiet mingħajr ostakoli aċċessibbli għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u persuni b’diżabbiltà, kif ukoll dwar l-użu ta’ infrastrutturi ferrovjarji transkonfinali.

Fir-rigward ta’ aċċidenti, li l-Kummissjoni pproponiet li jitħassru mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, il-Parlament iddefenda l-fehma li l-istatistika tal-inċidenti ferrovjarji għandha tinżamm fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u saħansitra estiża sabiex tkopri aċċidenti u inċidenti li jinvolvu t-trasport ta’ merkanzija perikoluża u aċċidenti li jinvolvu intersezzjonijiet fuq l-istess livell. Barra minn hekk, il-Parlament kien tal-opinjoni li l-Eurostat u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandhom jikkooperaw mill-qrib biex titjieb l-istatistika tal-aċċidenti ferrovjarji u b’mod partikolari jiżguraw il-konsistenza metodoloġika rigward id-dejta dwar l-aċċidenti fuq mezzi oħra ta’ trasport.

Il-Parlament jemmen li huwa importanti ħafna li ċ-ċittadini tal-UE jkollhom aċċess faċli, bħala punt ta’ waqfa waħda, għal dejta relatata mal-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE.

Il-kisbiet ewlenin:

Wara negozjati fit-tul, il-Kunsill u l-Parlament qablu li l-aktar mod effiċjenti u kosteffikaċi biex ikun evitat xogħol doppju bejn l-Eurostat, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) kien li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet u jiġi żgurat li d-dejta ta' statistika marbuta mal-politiki tal-UE li huma faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE u l-partijiet interessati.

Qbil dwar is-simplifikazzjoni tar-Regolament dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija kien possibbli biss wara l-firma ta’ żewġ Memoranda ta’ Qbil (MtQ) bejn l-Eurostat u l-Kummissjoni (27/04/2016) u bejn l-Eurostat u l-ERA (12/05/2016). Dawn l-MtQ mhumiex biss strumenti importanti lejn l-ottimizzazzjoni tal-użu ta’ tagħrif eżistenti u tnaqqis tal-piż amministrattiv, iżda jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti mqajma mill-koleġislaturi fir-rigward ta’ użu aħjar fl-istatistika tat-trasport bil-ferrovija. Huma se jipprovdu l-kategoriji kollha ta’ utenti b'dejta u informazzjoni affidabbli faċilment aċċess dwar il-progress tal-politiki Ewropej fis-settur ferrovjarju.

In-negozjati:

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-11 ta’ Marzu 2014 u d-deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) biex jinfetħu negozjati fit-13 ta’ Ottubru 2014, ġie organizzat trilogu informali taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill fil-25 ta’ Novembru 2014. Sussegwentement saru negozjati informali bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari mill-Presidenza Latvjana u dik Lussemburgiża. It-timijiet tan-negozjati tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim taħt il-Presidenza Netherlandiża waqt it-tieni trilogu informali fl-24 ta’ Mejju 2016. It-test tan-negozjati li rriżulta ġie approvat mill-Kumitat TRAN fil-15 ta' Ġunju 2016. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN, fl-ittra tiegħu lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, qal li kien se jirrakkomanda li l-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u b'dan ikkonferma l-ftehim tat-18 ta' Lulju 2016.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti

Referenzi

10000/1/2016 – C8-0365/2016 – 2013/0297(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

11.3.2014                     T7-0197/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0611 - C7-0249/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

15.9.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Michael Cramer

25.9.2013

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Michael Cramer

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Knut Fleckenstein, Maria Grapini, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

Data tat-tressiq

18.10.2016

Avviż legali