Proċedura : 2016/0031(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0305/2016

Testi mressqa :

A8-0305/2016

Dibattiti :

PV 01/03/2017 - 23
CRE 01/03/2017 - 23

Votazzjonijiet :

PV 02/03/2017 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0059

ABBOZZ TA' RAPPORT     ***I
PDF 1027kWORD 111k
18.10.2016
PE 583.986v01-00 A8-0305/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

(COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
  VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

(COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0053),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0034/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0305/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija tal-Ewropa.

(1)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. It-trasparenza u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni jirrappreżentaw element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija tal-Ewropa.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, hemm bżonn li s-sorsi tal-enerġija jiġu ddiversifikati u li jinħolqu interkonnessjonijiet enerġetiċi ġodda bejn l-Istati Membri. Fl-istess ħin, hu essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, mas-sħab strateġiċi, kif ukoll fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-għan tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 20153, hija li tagħti lill-konsumaturi enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. B’mod aktar preċiż, l-istrateġija tal-Unjoni tal-enerġija tenfasizza li l-konformità sħiħa tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija minn pajjiżi terzi mal-liġi tal-Unjoni hija element importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, li jibnu fuq l-analiżi li diġà saret fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija ta’ Mejju 2014. Fl-istess spirtu, il-Kunsill tal-Ewropa fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2015 sejjaħ ukoll għal konformità sħiħa mad-dritt tal-UE tal-ftehimiet kollha relatati mal-bejgħ ta’ gass minn fornituri esterni, b’mod partikolari billi tissaħħaħ it-trasparenza ta’ dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

(2)  L-għan tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 20153, hija li tagħti lill-konsumaturi enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. Dan jista' jintlaħaq meta l-politiki dwar l-enerġija, dwar il-kummerċ u dawk esterni jiġu segwiti b'mod koerenti u konsistenti. B’mod aktar preċiż, l-istrateġija tal-Unjoni tal-enerġija tenfasizza li l-konformità sħiħa tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija minn pajjiżi terzi mal-liġi tal-Unjoni hija element importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, li jibnu fuq l-analiżi li diġà saret fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija ta’ Mejju 2014. Fl-istess spirtu, il-Kunsill tal-Ewropa fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2015 sejjaħ ukoll għal konformità sħiħa mad-dritt tal-UE tal-ftehimiet kollha relatati mal-bejgħ ta’ gass minn fornituri esterni, b’mod partikolari billi tissaħħaħ it-trasparenza ta’ dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tipprova, fl-oqsma ta' kompetenza tagħha u skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, tiżgura li l-fornituri dominanti tal-gass f'reġjun ma jabbużawx mill-pożizzjoni tagħhom bi ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b'riferiment partikolari għall-prezzijiet inġusti imposti fl-Istati Membri kif ukoll għall-użu ta' interruzzjonijiet fil-provvisti għal raġunijiet ta' rikatt ekonomiku u politiku.

____________________

____________________

3 COM(2015)80.

3 COM(2015)0080.

4 COM (2014)330.

4 COM (2014)0330.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija"1a, enfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koerenza tas-sigurtà tal-enerġija esterna tal-UE u li jkun hemm trasparenza akbar fil-ftehimiet relatati mal-enerġija.

 

______________

 

1a  Testi adottati, P8_TA(2015)0444.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Grad għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jippermetti lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li tali ftehimiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw il-provvista tal-enerġija b'mod effikaċi. Tali trasparenza tkun ta' benefiċċju wkoll sabiex jinkisbu kemm kooperazzjoni aktar stretta internament fl-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fis-settur tal-enerġija, kif ukoll l-objettivi politiċi fit-tul tal-Unjoni b'rabta mal-enerġija, il-klima u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex jevitaw kull nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni u biex itejbu t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f’negozjati fir-rigward ta’ ftehimiet intergovernattivi ġodda jew emendi għal ftehimiet intergovernattivi eżistenti mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata b’mod regolari dwar il-progress tan-negozjati. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

(5)  Biex jevitaw kull nonkonformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni u biex itejbu t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi ġodda jew emendi għal ftehimiet intergovernattivi eżistenti mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata b’mod regolari u adegwat dwar il-progress tan-negozjati. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur jekk tqis li dan ikun meħtieġ fid-dawl tal-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. L-Istati Membri, ikun x'ikun il-każ, għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Matul in-negozjati, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tagħti pariri dwar kif għandha tiġi evitata l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, mudelli ta’ klawżoli jew linji gwida mhux obbligatorji. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiġbed l-attenzjoni għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pożizzjonijiet tal-politiki tal-Unjoni adottati mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew.

(6)  Matul in-negozjati dwar ftehim intergovernattiv il-Kummissjoni għandha tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif għandha tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, mudelli ta’ klawżoli jew linji gwida mhux obbligatorji u eżempji ta' abbozzi ta' klawżoli li, fil-prinċipju, għandhom jiġu evitati. Tali mudelli ta' klawżoli jew linji gwida għandhom iservu bħala għodda ta' referenza għall-awtoritajiet kompetenti u jżidu t-trasparenza u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiġbed l-attenzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għall-għanijiet rilevanti tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pożizzjonijiet tal-politiki tal-Unjoni adottati mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta’ ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni qabel ma jsir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta’ koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-Istat Membru fl-indentifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ konformità tal-abbozz ta’ ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f’pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista’ jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni xierqa biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni u jirrispettaw l-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun qabel ma jsir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta’ koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-Istat Membru fl-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ konformità li jista' jkun hemm fl-abbozz ta’ ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f’pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista’ jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tqassar il-perjodi previsti għall-valutazzjoni tagħha, b'mod partikolari jekk Stat Membru jitlob hekk. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. Tali valutazzjoni m'għandhiex tippreġudika s-sustanza jew il-kontenut tal-ftehimiet intergovernattivi, iżda għandha tiżgura li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. F'każ ta' inkompatibbiltà, l-Istati Membri għandhom isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fid-dawl tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, it-trasparenza fir-rigward ta’ ftehimiet intergovernattivi passati u futuri tkompli tkun ta’ importanza kbira. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u futuri, kemm jekk ikunu daħlu fis-seħħ kif ukoll jekk qegħdin jiġu applikati b’mod proviżorju fis-sens tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u l-ftehimiet intergovernattivi l-ġodda.

(8)  Fid-dawl tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, it-trasparenza fir-rigward ta’ ftehimiet intergovernattivi passati u futuri tkompli tkun ta’ importanza kbira u hija element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u futuri, kemm jekk ikunu daħlu fis-seħħ kif ukoll jekk qegħdin jiġu applikati b’mod proviżorju fis-sens tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u l-ftehimiet intergovernattivi l-ġodda.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ ftehimiet intergovernattivi li daħlu fis-seħħ jew li qegħdin jiġu applikati b’mod proviżorju qabel ma tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni u tinforma lill-Istati Membri skont dan. F'każ ta' inkompatibbiltà, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

(9)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ ftehimiet intergovernattivi li daħlu fis-seħħ jew li qegħdin jiġu applikati b’mod proviżorju mad-dritt tal-Unjoni qabel ma tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni u tinforma lill-Istati Membri b’dan. Tali valutazzjoni m'għandha tippreġudika bl-ebda mod is-sustanza jew il-kontenut tal-ftehimiet, iżda għandha tiżgura li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. F'każ ta' inkompatibbiltà, l-Istati Membri għandhom isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Din id-Deċizjoni għandha tapplika biss għal ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. F’każ ta’ dubju, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni. Fil-prinċipju, ftehimiet li m’għadhomx fis-seħħ jew m’għadhomx jiġu applikati m’għandhomx impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u għalhekk m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Deċiżjoni.

(10)  Din id-Deċizjoni għandha tapplika biss għal ftehimiet intergovernattivi li jista' jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Din tista' tikkonċerna x-xiri, il-kummerċ, it-transitu, il-bejgħ, il-ħżin jew il-provvista tal-enerġija fi, jew għal, mill-inqas Stat Membru wieħed, jew il-kostruzzjoni jew l-operat tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' mill-inqas Stat Membru wieħed. F’każ ta’ dubju, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Fil-prinċipju, ftehimiet li m’għadhomx fis-seħħ jew m’għadhomx jiġu applikati għalhekk m’għandhomx ikunu koperti b’din id-Deċiżjoni.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-fatt li strument jew partijiet minnu huma legalment vinkolanti, u mhux id-deżinjazzjoni formali tiegħu, għandu jiddetermina jekk jikkwalifikax bħala ftehim intergovernattiv jew, jekk ma jkunx legalment vinkolanti, bħala strument mhux vinkolanti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun enfasizzat li hu l-kontenut li jiddetermina n-natura tad-dokument u mhux id-deżinjazzjoni formali tiegħu.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Istati Membri jistabbilixu relazzjonijiet ma’ pajjizi terzi mhux biss billi jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi, iżda anki fil-forma ta’ strumenti mhux vinkolanti. Anke jekk mhumiex legalment vinkolanti, strumenti bħal dawn jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu qafas dettaljat għall-infrastruttura tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. F’dan ir-rigward, strumenti li ma jorbtux jista’ jkollhom impatt simili fuq is-suq intern tal-enerġija bħala ftehimiet intergovernattivi kif l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tirriżulta fi ksur tal-liġi tal-Unjoni. Biex jiżguraw aktar trasparenza rigward il-miżuri kollha applikati mill-Istati Membri li jista’ jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom għalhekk jissottomettu lill-Kummissjoni, ex-post, l-istrumenti mhux vinkolanti rispettivi wkoll. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti mhux vinkolanti ppreżentati u, jekk ikun il-każ, tinforma b’dan lill-Istat Membru.

(11)  L-Istati Membri jistabbilixxu relazzjonijiet ma’ pajjizi terzi mhux biss billi jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi, iżda anki fil-forma ta’ strumenti mhux vinkolanti. Anke jekk mhumiex legalment vinkolanti, strumenti bħal dawn jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu qafas dettaljat għall-infrastruttura tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. F’dan ir-rigward, strumenti li ma jorbtux jista’ jkollhom impatt simili fuq is-suq intern tal-enerġija bħala ftehimiet intergovernattivi kif l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tirriżulta fi ksur tal-liġi tal-Unjoni. Biex jiżguraw aktar trasparenza rigward il-miżuri kollha applikati mill-Istati Membri li jista’ jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom għalhekk jissottomettu lill-Kummissjoni, ex-ante, l-istrumenti mhux vinkolanti rispettivi wkoll. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti mhux vinkolanti ppreżentati u, jekk ikun il-każ, tinforma b’dan lill-Istat Membru.

Emenda     14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti li jeħtieġu jiġu notifikati kompletament lill-Kummissjoni abbażi ta’ atti oħrajn tal-Unjoni jew li jikkonċernaw kwistjonijiet, bħal fi ħdan l-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Deċiżjoni.

(12)  Ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti li jeħtieġu jiġu notifikati kompletament lill-Kummissjoni abbażi ta’ atti oħrajn tal-Unjoni jew li jikkonċernaw kwistjonijiet fi ħdan l-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Deċiżjoni.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Din id-deċiżjoni ma toħloqx obbligi fir-rigward ta’ ftehimiet bejn l-impriżi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ftehimiet bħal dawn li ssir referenza għalihom b’mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti.

(13)  Din id-deċiżjoni ma għandhiex toħloq obbligi fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi esklużivament bejn l-impriżi. Madankollu, bil-kundizzjoni li tiġi rispettata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkomunikaw lill-Kummissjoni ftehimiet li huma konklużi bejn l-impiriżi biss meta dawn issir referenza għalihom b’mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti.

Emenda     16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11.

(14)  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi dwar ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni u t-trasparenza bejn l-Istati Membri u b'hekk isservi ta' lieva għas-saħħa tan-negozjar tagħhom fil-konfront ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ppreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11.

_________________

_________________

11 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2012 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 299, 27.10.2001, p. 13).

11 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2012 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 299, 27.10.2001, p. 13).

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju tiegħu għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

(15)  Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju, li jkun fih l-elementi prinċipali u l-klawżoli rilevanti tiegħu, inklużi r-restrizzjonijiet, għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta’ tali mudelli ta’ klawżoli għandu jkollu l-għan li jevita kunflitti ta’ ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, u fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, kif ukoll lista ta' eżempji ta' klawżoli li ma jirrispettawx id-dritt tal-Unjoni jew l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u li fil-prinċpiju għandhom jiġu evitati. L-użu ta’ tali mudelli ta’ klawżoli għandu jiżgura l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut u l-istruttura tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

Emenda     19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-għarfien reċiproku mtejjeb ta’ ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda u strumenti mhux vinkolanti għandu jippermetti koordinaazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni u tippermetti lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi identifikati fil-qasam tal-ftehimiet intergovernattivi.

(17)  L-għarfien reċiproku mtejjeb ta’ ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda u strumenti mhux vinkolanti għandu jtejjeb it-trasparenza u l-koordinazzjoni fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. It-titjib tat-trasparenza u l-koordinazzjoni huwa importanti b'mod speċjali għall-Istati Membri li jiddependu fuq l-interkonnessjonijiet ma' Stat Membru li jkun qed jinnegozja ftehim intergovernattiv. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni, iżidu s-setgħa tagħhom ta' negozjar fil-konfront ta' pajjiżi terzi u tippermetti lill-Kummissjoni tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi.

(18)  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija permezz ta' approċċ koordinat definit sew u effettiv fit-tul fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi.

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija.

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija, tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista għall-Unjoni u jingħata kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “ftehim intergovernattiv” tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li jkollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; madankollu, fejn tali ftehim vinkolanti jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li huma relatati mal-enerġija, inklużi dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu “ftehim intergovernattiv”;

(1)  “ftehim intergovernattiv” tfisser kull ftehim legalment vinkolanti, irrispettivament mid-deżinjazzjoni formali tiegħu, bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, kumpaniji li pajjiż terz ikun il-parti kkonċernata prinċipali fihom u kumpaniji li pajjiż terz ikollu influwenza kbira fil-proċess deċiżjonali tagħhom, li jkollu impatt potenzjali fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni u li jista' jikkonċerna x-xiri, il-kummerċ, il-bejgħ, it-transitu, il-ħżin jew il-provvista ta' enerġija fi, jew għal, mill-anqas Stat Membru wieħed, jew il-kostruzzjoni jew l-operat kostruzzjoni jew l-operat tal-infrastruttura tal-enerġija b'konnessjoni fiżika ma' mill-inqas Stat Membru wieħed; madankollu, fejn tali ftehim vinkolanti jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li huma relatati mal-enerġija, inklużi dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu “ftehim intergovernattiv”;

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “strument mhux vinkolanti” tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar, bħal memorandum ta’ qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta’ kondotta konġunt, li fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-enerġija;

(3)  “strument mhux vinkolanti” tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar, bħal memorandum ta’ qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta’ kondotta konġunt, li fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew l-iżvilupp jew l-operat ta’ infrastrutturi tal-enerġija;

Emenda     24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istat Membru jagħti lill-Kumissjoni tali avviż ta’ negozjati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata b’mod regolari dwar il-progress tan-negozjati.

Ladarba l-Istat Membru jkun ta lill-Kumissjoni tali avviż ta’ negozjati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata b’mod regolari dwar il-progress tan-negozjati.

Emenda     25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, l-objettivi tan-negozjati u informazzjoni rilevanti oħra skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità kif stabbiliti fl-Artikolu 8.

Emenda     26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li taslilha, bl-eċċezzjoni tal-partijiet kunfidenzjali identifikati f'konformità mal-Artikolu 8, kif ukoll kwalunkwe nota rigward l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, jekk ikun hemm, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija jintlaħqu.

Emenda     27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-ftehim intergovernattiv ratifikat jew l-emendi għal ftehim intergovernattiv jirreferu b’mod espliċitu għal testi oħrajn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti dawk it-testi l-oħrajn sakemm ikun fihom elementi li jista’ jkollhom impatt fuq it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni.

Fejn il-ftehim intergovernattiv ratifikat jew l-emendi għal ftehim intergovernattiv jirreferu b’mod espliċitu għal testi oħrajn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti dawk it-testi l-oħrajn sakemm ikun fihom xi wieħed mill-elementi msemmija fl-Artikolu 2(1).

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 2 u 3 ma japplikax fir-rigward ta’ ftehimiet bejn l-impriżi.

4.  L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 2 u 3 ma għandux japplika fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi esklużivament bejn l-impriżi.

 

F'każ ta' dubju dwar jekk ftehim jikkostitwix ftehim intergovernattiv jew ftehim governattiv eżistenti u għalhekk jekk għandux ikun notifikat bi qbil mal-Artikoli 3 u 6, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bin-negozjati skont l-Artikolu 3(1), is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtuh parir dwar kif jista’ jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li tkun qiegħda tiġi nnegozjata mad-dritt tal-Unjoni. Dak l-Istat Membru jista’ wkoll jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f’dawk in-negozjati.

1.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bin-negozjati skont l-Artikolu 3(1), is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħtuh parir u linji gwida dwar kif jiżgura li l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li tkun qiegħda tiġi nnegozjata tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettivi tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija.

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq talba tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

2.  Jekk il-Kummissjoni tqis il-ħtieġa, fid-dawl tal-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni, hija għandha tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur mingħajr ma tillimita l-libertà tal-Istati Membri li jinnegozjaw. Stat Membru kkonċernat jista' wkoll jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni fin-negozjati.

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, din tista' tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni.

3.  Matul in-negozjati, il-Kummissjoni għandha tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jiżgura li l-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni u tirrispetta l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw b'kunfidenzjalità l-informazzjoni sensittiva li taslilhom waqt in-negozjati.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta’ notifika tal-abbozz komplut tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inklużi l-nnessi tagħha, skont l-Artikolu 3(2), tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar xi dubji li jista’ jkollha dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma għandha l-ebda dubji bħal dawn.

1.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' ġimgħat mid-data ta’ notifika tal-abbozz komplut tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inklużi l-nnessi tagħha, skont l-Artikolu 3(2), tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar xi dubji li jista’ jkollha dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda mad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma għandha l-ebda dubji bħal dawn.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 1 li għandha xi dubji, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-opinjoni tagħha rigward il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, dwar l-abbozz tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda kkonċernata sa 12-il ġimgħa mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoin ma tagħti ebda opinjoni matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet ebda oġġezzjoni.

2.  Meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 1 li sabet li ftehim intergovernattiv jew emenda huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hi għandha tagħti opinjoni dettaljata lill-Istat Membru sa 12-il ġimgħa mid-data ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda opinjoni matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet ebda oġġezzjoni.

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi. Il-perijodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan.

3.  Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi. Il-perjodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, sabiex jiġi żgurat li n-negozjati jiġu konklużi fil-ħin.

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu juri kif l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkun ġiet indirizzata sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda     36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi kollha eżistenti, inklużi l-annessi u l-emendi tagħhom.

Fi żmien [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi kollha eżistenti, inklużi l-annessi u l-emendi tagħhom. Jekk ikun hemm indikazzjonijiet li jista' jkun meħtieġ li jsiru negozjati ma' pajjiżi terzi fil-futur, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Emenda    37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma japplikax fir-rigward ta’ ftehimiet bejn l-impriżi.

L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi esklużivament bejn l-impriżi.

Emenda    38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet intergovernattivi notifikati skont il-paragrafu 1 jew 2. Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġizlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien disa' xhur min-notifika ta' dawk il-ftehimiet.

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet intergovernattivi notifikati skont il-paragrafu 1 jew 2. Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien disa' xhur min-notifika ta' dawk il-ftehimiet.

Emenda    39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi kif ukoll dwar ftehimiet intergovernattivi eżistenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-ksur, l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni u m'għandhom bl-ebda mod jippreġudikaw il-valutazzjoni tagħhom.

Emenda    40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta’ strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

Qabel jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta’ strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

Emenda    41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax fir-rigward ta’ ftehimiet bejn l-impriżi.

3.  L-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandux japplika fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi esklużivament bejn l-impriżi.

Emenda    42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri li jimplimentaw l-istrument mhux vinkolanti sottomessi lilha skont il-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħolqu kunflitt mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont dan.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-dubji tagħha li l-miżuri li jimplimentaw l-istrument mhux vinkolanti sottomessi lilha skont il-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħolqu kunflitt mad-dritt tal-Unjoni jew mal-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija.

 

4a.  Qabel jiffirma, jirratifika jew jaqbel ma' strument mhux vinkolanti jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu juri kif l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun ġiet indirizzata biex jiżgura konformità sħiħa mal-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettivi tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni.

 

Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba fi żmien erba' ġimgħat min-notifika, il-Kummissjoni għandha titqies li ma għandha ebda dubji minn dawn. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar strumenti mhux vinkolanti ma għandhiex tkun vinkolanti. Madankollu, meta jiffirma, jirratifika jew jaqbel ma' strument mhux vinkolanti, jew ma' emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-akbar kunsiderazzjoni għall-opinjoni tal-Kummissjoni u jindirizza d-dispożizzjonijiet problematiċi ta' strumenti bħal dawn.

 

4b.  Fil-każ ta' dubju dwar jekk strument jikkostitwix strument mhux vinkolanti jew strument mhux vinkolanti eżistenti u b'hekk jekk għandux ikun notifikat bi qbil mal-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Emenda     43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Stat Membru ma jkunx identifika l-informazzjoni bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli f’forma elettronika sikura għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

2.  Meta Stat Membru ma jkunx identifika l-informazzjoni bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli f’forma elettronika sikura għall-Istati Membri l-oħrajn kollha flimkien man-nota rigward kwalunkwe inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  informazzjoni rigward dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika kummerċjali komuni.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li għandha titqiegħed enfasi speċjali anke fuq il-konformità ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt kompetenzi esklużivi tal-Unjoni fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni.

Emenda     45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sommarji, msemmija fil-paragrafu 3 aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

4.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sommarji, imsemmija fil-paragrafu 3 aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha flimkien mal-kummenti tagħha rigward il-konformità mal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda     46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun limitat strettament għas-servizzi tal-Kummissjoni li jkollhom ħtieġa assoluta li jkollhom l-informazzjoni disponibbli.

5.  It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu m'għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun limitat strettament għas-servizzi tal-Kummissjoni li jkollhom ħtieġa assoluta li jkollhom l-informazzjoni disponibbli. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni li jkunu qed jipparteċipaw bħala osservaturi fin-negozjati dwar ftehimiet intergovernattivi għandhom jittrattaw b'kunfidenzjalità l-informazzjoni sensittiva li taslilhom waqt dawn in-negozjati.

Emenda    47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta’ ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi soluzzjonijiet;

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta’ ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi gwida u soluzzjonijiet;

Emenda    48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  abbażi tal-aħjar prattika u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-iżvilupp ta’ mudelli ta' klawżoli fakultattivi, li jekk jiġu applikati, itejbu b’mod sinifikanti l-konformità ta’ ftehimiet intergovernattivi tal-futur u strument mhux vinkolanti mad-dritt tal-Unjoni;

(c)  abbażi tal-aħjar prattika u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-iżvilupp, sa … [daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni], ta’ mudelli ta' klawżoli u ta' linji gwida fakultattivi, li jekk jiġu applikati, itejbu b’mod sinifikanti l-konformità ta’ ftehimiet intergovernattivi tal-futur u strument mhux vinkolanti mad-dritt tal-Unjoni;

Emenda    49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sa ... [daħħal id-data: sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni], il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-aħjar prattiki u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tiżviluppa sistema ta' informazzjoni aggregata li, filwaqt li tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva, tiggarantixxi trasparenza akbar tal-elementi ewlenin tal-ftehimiet intergovernattivi sabiex tistabbilixxi parametru referenzjarju indikattiv li jista' jintuża mill-Istati Membri f'negozjati sabiex jiġi evitat l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti minn pajjiżi terzi.

Emenda     50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, il-Kumissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni], il-Kumissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-komponent prinċipali ta’ politika tal-enerġija li tirnexxi kif definit fil-komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Enerġija huwa l-aċċess għal enerġija sikura, sostenibbli u bi prezz kompetittiv tal-enerġija għall-Ewropej kollha. Nistgħu neħduhom waħda waħda u naraw kif dawn huma indirizzati fil-proposta IGA.

Is-sigurtà tal-enerġija

Fir-rigward tas-sigurtà, il-Kummissjoni tipproponi li strumenti mhux vinkolanti, bħal dikjarazzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, ikunu soġġetti għal rieżami wara li jkunu ġew iffirmati. Dan jikkuntrasta bil-qawwi mal-ftehimiet intergovernattivi dwar l-enerġija, li jridu jiġu eżaminati ex ante. Id-dokumenti kollha ta’ dan it-tip għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-Kummissjoni qabel ma jiġu awtorizzati biex jipproċedu. Dan iwassal mhux biss għaċ-ċertezza legali meħtieġa għal investimenti ta’ kapital intensiv iżda jindirizza wkoll il-problema ta’ nuqqas ta’ definizzjoni għal “sigurtà tal-enerġija” li, sfortunatament, ma tinstab imkien fid-dritt tal-UE. Peress li t-terminu huwa estremament diffiċli li jkun indikat legalment, il-Kummissjoni teħtieġ li tkun kapaċi tintervjeni jekk jitqajjem tħassib leġittimu dwar is-sigurtà tal-enerġija. Il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-involviment tal-Kummissjoni jista’ jiġi diskuss aktar fil-fond sabiex jitfassal speċifikament għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri li jkunu qed isofru mid-dominanza ta’ fornitur wieħed li jirrifjuta li jirrispetta r-regoli tas-suq komuni. Il-pajjiżi l-oħra tal-UE għandhom juru solidarjetà f’dan ir-rigward ma’ membri inqas privileġġati tal-UE. Skrutinju ugwali ta’ kuntratti intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti għandhom ukoll jimpedixxu t-tentazzjoni mill-partijiet li jilagħbu bir-regoli u jfittxu negozjati abbażi ta’ mudell ta’ kooperazzjoni inqas rigoruż.

Il-kompetizzjoni

Kontroll regolatorju bil-quddiem għandu jiżgura suq intern li jiffunzjona tajjeb mingħajr il-frammentazzjoni u jħeġġeġ aktar kompetizzjoni ġusta. Skont id-Deċiżjoni intergovernattiva attwali, il-Kummissjoni stabbiliet li 17-il ftehim intergovernattiv ma kinux konformi mad-dritt tal-UE. Dan jirrappreżenta madwar terz tal-aktar ftehimiet rilevanti li ġew analizzati, jiġifieri dawk relatati ma’ proġetti infrastrutturali jew ta’ provvista tal-enerġija. Wara li nstabu l-irregolaritajiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi proċedura ta’ ksur kontra kull Stat Membru kkonċernat. Dan kien diffiċli għal raġunijiet politiċi u legali. Iżda jibqa’ l-fatt li dawn il-ftehimiet jgħawġu l-funzjonament tas-suq komuni u jagħmlu ħsara lill-kompetittività tiegħu. Dan idgħajjef ukoll il-fiduċja fost il-pajjiżi tal-UE li jaraw uħud mill-membri tal-klabb jiffirmaw tali ftehimiet, irrispettivament mill-interessi tal-Unjoni b’mod ġenerali. B’xorti tajba, il-Kummissjoni rnexxielha timblokka s-South Stream – l-aktar ftehim kontroversjali ta’ dan it-tip. Kieku dan baqa’ għaddej kien jhedded l-isforzi ta’ diversifikazzjoni tal-Ewropa inkluż il-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (wieħed mill-investimenti ewlenin f’dan ir-rigward) u jitfa’ ’l barra fornituri potenzjali oħra minbarra r-Russja. Il-fatt li l-Kummissjoni setgħet biss teżamina l-proġett South Stream abbażi tar-riżultati tiegħu ħoloq sitwazzjoni diffiċli għall-partijiet involuti, peress li kienu diġà ġew iffirmati għadd ta' ftehimiet u ċerti investimenti kienu diġà saru. Dan huwa argument ieħor favur aktar trasparenza fin-negozjati li, jekk tiġi applikata mill-Istati Membri kollha, telimina r-riskji tal-investiment u talloka fondi fi proġetti kompletament konformi mad-dritt tal-UE u mal-objettivi ta’ sigurtà tal-enerġija.

Is-sostenibbiltà

Xi wħud mill-opinjonijiet esprimew li s-sostenibbiltà ma ġietx indirizzata kif xieraq fil-proposta tal-Kummissjoni peress li ffokat fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija lejn l-UE li tagħmilha aktar dipendenti fuq il-fornituri esterni tal-enerġija. Meta jitqiesu l-isforzi tal-UE biex iżżid l-effiċjenza enerġetika tagħha, l-argument ikompli, il-Kummissjoni tirriskja li tissopravaluta d-domanda għall-gass. Dan huwa raġunament żbaljat. L-istrateġija għat-tisħin u t-tkessiħ hija element importanti fil-pakkett ta’ sigurtà tal-enerġija sostenibbli li jiffoka esklussivament fuq il-moderazzjoni tad-domanda tal-Ewropa. Huma mistennija azzjonijiet leġiżlattivi konkreti tal-UE aktar tard din is-sena. Fil-proposta IGA, huwa importanti li wieħed jikkonċentra fuq in-naħa tal-provvista fil-kwistjoni tal-enerġija. F’dan il-kuntest, wieħed irid jiftakar li l-gass huwa fjuwil ta’ tranżizzjoni lejn futur b’livell baxx ta’ karbonju. Jekk se nimportaw kwalunkwe fjuwil fossili aħjar ikun il-gass, li huwa l-inqas li jniġġes. Iżda dawk li jaħsbu li l-Ewropa għandha żżid l-importazzjoni tagħha tal-enerġija mhumiex qed jaraw sew dan il-punt. Din il-proposta mhijiex biss dwar il-konsum tal-gass tal-Ewropa iżda, aktar importanti minn hekk, dwar id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni. Fl-2013 (l-aħħar ċifri disponibbli minn Eurostat) dan tal-aħħar kien ta’ madwar 65 %, li żdied minn madwar 43 % fl-1995. Id-domanda għal gass importat x’aktarx li tibqa’ stabbli għal tal-inqas matul l-għoxrin sena li ġejjin minħabba li l-produzzjoni domestika fl-UE hija prevista li tonqos b’60 % sal-2035 skont l-ENTSOG. Il-konklużjoni hija li fis-snin li ġejjin, l-Ewropa se jkollha ħafna mill-gass tagħha ġej minn pajjiżi barranin, li hija r-raġuni għaliex l-isforzi tad-diversifikazzjoni tagħna jeħtieġ li jiġu mmassimizzati.

Il-politika tal-enerġija f’salib it-toroq

L-UE tinsab fi bżonn iddisprat ta’ suċċess. Maqsuma bejn kriżijiet migratorji u taż-żona tal-euro, l-UE teħtieġ integrazzjoni narrattiva ġdida li turi li l-Ewropa tista' timxi 'l quddiem b'suċċess. L-enerġija hija wieħed mill-oqsma fejn il-potenzjal tal-UE għadu fil-biċċa l-kbira mhux sfruttat. Dan jista’ jinbidel bl-applikazzjoni tal-prinċipji bażiċi li fuqhom issejset l-integrazzjoni tal-proġett, jiġifieri, solidarjetà u fiduċja bejn l-Istati Membri favur sforzi futuri tal-enerġija Ewropej. Quddiemna hemm opportunità unika biex indaħħlu att leġiżlattiv li jbiddel l-Ewropa u li juri li l-Ewropa tinsab magħquda fil-qasam tal-enerġija. Jekk infallu f'dan, hemm riskju serju li qasam ta’ politika ewlieni, minflok ikun fil-qalba tal-integrazzjoni Ewropea, iwassal biex l-Istati Membri jkomplu jitbiegħdu minn xulxin.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (14.9.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

(COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eduard Kukan

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija tal-Ewropa.

(1)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. It-trasparenza u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni jirrappreżentaw element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija tal-Ewropa.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, hemm bżonn li s-sorsi tal-enerġija jiġu ddiversifikati u li jinħolqu interkonnessjonijiet enerġetiċi ġodda bejn l-Istati Membri. Fl-istess ħin, hu essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà enerġetika mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, mas-sħab strateġiċi, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-għan tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Frar 20153 , hija li tagħti lill-konsumaturi enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. B'mod aktar preċiż, l-istrateġija tal-Unjoni tal-enerġija tenfasizza li l-konformità sħiħa tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija minn pajjiżi terzi mal-liġi tal-Unjoni hija element importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, li jibnu fuq l-analiżi li diġà saret fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija ta' Mejju 20144. Fl-istess spirtu, il-Kunsill tal-Ewropa fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Marzu 2015 sejjaħ ukoll għal konformità sħiħa mad-dritt tal-UE tal-ftehimiet kollha relatati mal-bejgħ ta' gass minn fornituri esterni, b'mod partikolari billi tissaħħaħ it-trasparenza ta' dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

(2)  L-għan tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif adottata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Frar 201533, hu li tagħti lill-konsumaturi enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli. Dan jista' jinkiseb meta l-politiki dwar l-enerġija, dwar il-kummerċ u dawk esterni jiġu segwiti b'mod koerenti u konsistenti. B'mod aktar preċiż, l-istrateġija tal-Unjoni tal-enerġija tenfasizza li l-konformità sħiħa tal-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija minn pajjiżi terzi mad-dritt tal-Unjoni hija element importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, billi tibni fuq l-analiżi li diġà saret fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija ta' Mejju 20144. Fl-istess spirtu, il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Marzu 2015 sejjaħ ukoll għal konformità sħiħa mad-dritt tal-UE tal-ftehimiet kollha relatati mal-bejgħ ta' gass minn fornituri esterni, b'mod partikolari billi tissaħħaħ it-trasparenza ta' dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tipprova, sal-limiti tal-kompetenza tagħha u b'rispett għar-regoli dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, tiżgura li l-fornituri dominanti tal-gass f'reġjun ma jabbużawx mill-pożizzjoni tagħhom bi ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b'riferiment partikolari għall-prezzijiet inġusti imposti fl-Istati Membri kif ukoll għall-użu ta' interruzzjonijiet fil-provvisti għal raġunijiet ta' rikatt ekonomiku u politiku.

____________________

____________________

3 COM(2015)80.

3 COM(2015)0080.

4 COM (2014)330.

4 COM (2014)0330.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bl-isem Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija1a enfasizza l-ħtieġa li titqawwa l-koerenza tas-sigurtà tal-enerġija esterna tal-Unjoni u li jkun hemm aktar trasparenza fil-ftehimiet relatati mal-enerġija.

 

____________________

 

1aTesti adottati P8_TA(2015)0444.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Grad għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jippermetti li l-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li tali ftehimiet jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u jiżguraw il-provvista tal-enerġija b'mod effikaċi. Tali trasparenza tkun ta' benefiċċju wkoll sabiex jinkisbu kemm kooperazzjoni aktar stretta internament fl-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fis-settur tal-enerġija, kif ukoll l-objettivi ta' politika fit-tul tal-Unjoni relatati mal-enerġija, il-klima u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex jevitaw kull nuqqas ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni u biex itejbu t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi ġodda jew emendi għal ftehimiet intergovernattivi eżistenti mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata b'mod regolari dwar il-progress tan-negozjati. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

(5)  Biex jevitaw kull nuqqas ta' konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni u biex itejbu t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi ġodda jew emendi għal ftehimiet intergovernattivi eżistenti mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tinżamm informata b'mod regolari u adegwat dwar il-progress tan-negozjati. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Matul in-negozjati, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tagħti pariri dwar kif għandha tiġi evitata l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, mudelli ta' klawżoli jew linji gwida mhux obbligatorji. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiġbed l-attenzjoni għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni u l-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pożizzjonijiet tal-politiki tal-Unjoni adottati mill-Kunsill u u mill-Kunsill Ewropew.

(6)  Matul in-negozjati, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tagħti pariri lill-Istati Membri dwar kif għandhom jevitaw l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, mudelli ta' klawżoli jew linji gwida mhux obbligatorji. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tiġbed l-attenzjoni għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni, inklużi l-għanijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija, u l-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pożizzjonijiet tal-politiki tal-Unjoni adottati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni qabel ma jsir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta' koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-Istat Membru fl-indentifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' konformità tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista' jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni xierqa biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni qabel ma jsir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta' koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-Istat Membru fl-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' konformità tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista' jkun ċertezza legali. Fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tevita dewmien mhux dovut fil-valutazzjoni mill-ġdid u għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri matul in-negozjati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha wkoll tevita dewmien mhux dovut li jista' jkollu effett negattiv fuq il-pożizzjoni negozjattiva tal-Istat Membru. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sa meta l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. Meta l-Kummissjoni ssib li abbozz ta' ftehim internazzjonali ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jsib soluzzjoni xierqa biex jelimina l-inkompatibbiltà identifikata.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fid-dawl tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, it-trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi passati u futuri tkompli tkun ta' importanza kbira. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u futuri, kemm jekk ikunu daħlu fis-seħħ kif ukoll jekk qegħdin jiġu applikati b'mod proviżorju fis-sens tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u l-ftehimiet intergovernattivi l-ġodda.

(8)  Fid-dawl tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, it-trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi passati u futuri tkompli tkun ta' importanza kbira u hija element importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu jinnotifkaw lill-Kummissjoni bil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u futuri, kemm jekk ikunu daħlu fis-seħħ kif ukoll jekk ikunu qegħdin jiġu applikati b'mod proviżorju fis-sens tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u l-ftehimiet intergovernattivi l-ġodda.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Din id-Deċizjoni għandha tapplika biss għal ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. F'każ ta' dubju, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni. Fil-prinċipju, ftehimiet li m'għadhomx fis-seħħ jew m'għadhomx jiġu applikati m'għandhomx impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu koperti b'din id-Deċiżjoni.

(10)  Din id-Deċizjoni għandha tapplika biss għal ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u fil-pajjiżi ta' tranżitu. F'każ ta' dubju, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni. Fil-prinċipju, ftehimiet li m'għadhomx fis-seħħ jew m'għadhomx jiġu applikati m'għandhomx impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu koperti b'din id-Deċiżjoni.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Istati Membri jistabbilixu relazzjonijiet ma' pajjizi terzi mhux biss billi jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi, iżda anki fil-forma ta' strumenti mhux vinkolanti. Anke jekk mhumiex legalment vinkolanti, strumenti bħal dawn jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu qafas dettaljat għall-infrastruttura tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. F'dan ir-rigward, strumenti li ma jorbtux jista' jkollhom impatt simili fuq is-suq intern tal-enerġija bħala ftehimiet intergovernattivi kif l-implimentazzjoni tagħhom tista' tirriżulta fi ksur tal-liġi tal-Unjoni. Biex jiżguraw aktar trasparenza rigward il-miżuri kollha applikati mill-Istati Membri li jista' jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom għalhekk jissottomettu lill-Kummissjoni, ex-post, l-istrumenti mhux vinkolanti rispettivi wkoll. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti mhux vinkolanti ppreżentati u, jekk ikun il-każ, tinforma b'dan lill-Istat Membru.

(11)  L-Istati Membri jistabbilixxu relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi mhux biss billi jikkonkludu ftehimiet intergovernattivi, iżda anki fil-forma ta' strumenti mhux vinkolanti. Anke jekk mhumiex legalment vinkolanti, strumenti bħal dawn jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu qafas dettaljat għall-infrastruttura tal-enerġija u l-provvista tal-enerġija. F'dan ir-rigward, strumenti li ma jorbtux jista' jkollhom impatt simili fuq is-suq intern tal-enerġija bħala ftehimiet intergovernattivi peress li l-implimentazzjoni tagħhom tista' tirriżulta fi ksur tal-liġi tal-Unjoni. Biex jiżguraw aktar trasparenza rigward il-miżuri kollha applikati mill-Istati Membri li jista' jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom għalhekk jissottomettu lill-Kummissjoni l-istrumenti mhux vinkolanti rispettivi wkoll. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti mhux vinkolanti ppreżentati u, jekk ikun il-każ, tinforma b'dan lill-Istat Membru.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta' tali mudelli ta' klawżoli għandu jkollu l-għan li jevita kunflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli u gwida fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta' tali mudelli ta' klawżoli għandu jkollu l-għan li jevita kunflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll linji gwida sabiex jiġi evitat li l-ftehimiet intergovernattivi jkunu inkompatibbli mal-għanijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija.

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jiġi ottimizzat it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvisti ta' enerġija lill-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "strument mhux vinkolanti" tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar, bħal memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta' kondotta konġunt, li fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija;

(3)  "strument mhux vinkolanti" tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar, bħal memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni konġunta ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta' kondotta konġunt, li jkun fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet), jew l-iżvilupp jew it-tħaddim tal-infrastrutturi tal-enerġija;

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bin-negozjati skont l-Artikolu 3(1), is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtuh parir dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li tkun qiegħda tiġi nnegozjata mad-dritt tal-Unjoni. Dak l-Istat Membru jista' wkoll jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f'dawk in-negozjati.

1.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bin-negozjati skont l-Artikolu 3(1), is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jagħtuh parir u linji gwida dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li jkunu qed jiġu nnegozjati. Dak l-Istat Membru jista' wkoll jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f'dawk in-negozjati.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, din tista' tagħti pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni.

3.  Meta l-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, din tista' tagħti pariri u linji gwida lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jista' jevita l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li jkunu qed jiġu nnegozjati.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni għall-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

Qabel jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness għalihom, lill-Kummissjoni.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi soluzzjonijiet;

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi gwida u soluzzjonijiet;

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  abbażi tal-aħjar prattika u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-iżvilupp ta' mudelli ta' klawżoli fakultattivi, li jekk jiġu applikati, itejbu b'mod sinifikanti l-konformità ta' ftehimiet intergovernattivi tal-futur u strument mhux vinkolanti mad-dritt tal-Unjoni;

(c)  abbażi tal-aħjar prattika u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-iżvilupp ta' mudelli ta' klawżoli u linji gwida fakultattivi, li jekk jiġu applikati, itejbu b'mod sinifikanti l-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti tal-futur;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

Referenzi

COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eduard Kukan

15.3.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

12.7.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

12.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Othmar Karas, Javi López, Marietje Schaake, Traian Ungureanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (26.9.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

(COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bendt Bendtsen

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jenfasizza li l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija, enfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koerenza tas-sigurtà tal-enerġija esterna tal-UE u li jkun hemm trasparenza akbar fil-ftehimiet relatati mal-enerġija1a.

 

______________

 

1a  Testi adottati, P8_TA(2015)0444.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni qabel ma jsir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta' koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-Istat Membru fl-indentifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' konformità tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista' jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni xierqa biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

(7)  Biex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv lill-Kummissjoni qabel ma dan isir legalment vinkolanti għall-partijiet (ex-ante). Fi spirtu ta' koperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istat Membru fl-indentifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' konformità tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda. L-Istat Membru rispettiv imbagħad ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkonkludi ftehim konformi mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha biżżejjed żmien għal tali valutazzjoni sabiex tipprovdi kemm jista' jkun ċertezza legali filwaqt li tevita dewmien bla bżonn li jista' jippreġudika l-konklużjoni tal-ftehim. Biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jikkonkludu ftehim intergovernattiv sakemm il-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru bil-valutazzjoni tagħha fil-limiti ta' żmien indikati. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni xierqa biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Din id-deċiżjoni ma toħloqx obbligi fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ftehimiet bħal dawn li ssir referenza għalihom b'mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti.

(13)  Din id-deċiżjoni ma għandhiex toħloq obbligi fir-rigward ta' ftehimiet li tagħhom l-impriżi biss huma parti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, il-ftehimiet kollha bħal dawn li ssir referenza għalihom b'mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet ma' impriżi ta' pajjiżi terzi, fejn pajjiż terz huwa parti kkonċernata prinċipali, li ssir referenza għalihom b'mod espliċitu fi ftehimiet intergovernattivi jew strumenti mhux vinkolanti.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11.

(14)  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet tal-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali sabiex iżżomm il-livell ta' kunfidenzjalità meħtieġ biex tissalvagwardja l-interessi tal-Istati Membri matul in-negozjati mal-kontroparti. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11.

_________________

_________________

11 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2012 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 299, 27.10.2001, p. 13).

11 Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2012 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 299, 27.10.2001, p. 13).

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju tiegħu għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

(15)  Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju, li jkun jinkludi l-elementi prinċipali u l-klawżoli rilevanti tiegħu, inklużi r-restrizzjonijiet, għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dak is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta' tali mudelli ta' klawżoli għandu jkollu l-għan li jevita kunflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

(16)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi, li jkunu pożittivi u negattivi, bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex ikunu ta' għajnuna għad-definizzjoni ġuridika ta' dawn il-ftehimiet. L-użu ta' tali mudelli ta' klawżoli għandu jkollu l-għan li jevita kunflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi tal-kompetizzjoni, u kunflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi.

(18)  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi, inkluż bil-ħsieb li tiżgura l-konsistenza bejn il-prinċipji tal-politika tal-enerġija u tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija.

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u l-istrumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, biex jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija, l-Unjoni tal-Enerġija, u l-koerenza tal-politiki esterni dwar is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "ftehim intergovernattiv" tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li jkollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; madankollu, fejn tali ftehim vinkolanti jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li huma relatati mal-enerġija, inklużi dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu "ftehim intergovernattiv";

(1)  "ftehim intergovernattiv" tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar jew bejn wieħed jew aktar Stati Membri u impriża jew aktar ta' pajjiż terz fejn il-pajjiż terz huwa parti kkonċernata prinċipali, li jkollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; madankollu, fejn tali ftehim vinkolanti jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li huma relatati mal-enerġija, inklużi dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu "ftehim intergovernattiv";

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "strument mhux vinkolanti" tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar, bħal memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta' kondotta konġunt, li fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija;

(3)  "strument mhux vinkolanti" tfisser impenn mhux vinkolanti legalment bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar jew organizzazzjonijiet reġjonali, u bejn Stat Membru wieħed jew aktar u impriża jew aktar li pajjiż terz huwa parteċipanti fi ħdanha bħala parti kkonċernata prinċipali jew għandu setgħat deċiżjonali, bħal memorandum ta' qbil, dikjarazzjoni konġunta, dikjarazzjoni ministerjali, azzjoni konġunta jew kodiċi ta' kondotta konġunt, li fih interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal provvista tal-enerġija (bħal volumi u prezzijiet) jew l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija;

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 2 u 3 ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi.

4.  L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 2 u 3 ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet li tagħhom l-impriżi biss huma parti.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi. Il-perijodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan.

3.  Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu estiżi. Il-perjodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, sabiex jiġi żgurat li n-negozjati jiġu konklużi fil-ħin.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel ma jiffirma, jirratifika jew jaqbel fuq ftehim intergovernattiv jew emenda, l-Istat Membru kkonċernat għandu juri kif ġew indirizzati l-oġġezzjonijiet espressi fl-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi tad-dritt tal-Unjoni u tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi.

L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet li tagħhom l-impriżi biss huma parti.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet intergovernattivi notifikati skont il-paragrafu 1 jew 2. Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġizlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien disa' xhur min-notifika ta' dawk il-ftehimiet.

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet intergovernattivi notifikati skont il-paragrafu 1 jew 2. Meta, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġizlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, il-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, u kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni fil-kuntest tal-Politika Kummerċjali Komuni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien disa' xhur min-notifika ta' dawk il-ftehimiet.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li għandha titqiegħed enfasi speċjali wkoll fuq il-konformità ma' kwistjonijiet li huma ta' kompetenza esklussiva tal-Unjoni fl-ambitu tal-Politika Kummerċjali Komuni.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

1.  Qabel ma jadotta strument mhux vinkolanti jew emenda ta' strument mhux vinkolanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-istrument mhux vinkolanti jew l-emenda, inkluż kull anness tiegħu, lill-Kummissjoni.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-impriżi.

3.  L-obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet li tagħhom l-impriżi biss huma parti.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri li jimplimentaw l-istrument mhux vinkolanti sottomessi lilha skont il-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħolqu kunflitt mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont dan.

4.  Meta wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri li jimplimentaw l-istrument mhux vinkolanti sottomessi lilha skont il-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħolqu kunflitt mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont dan, fi żmien sitt ġimgħat wara l-imsemmija notifika. Matul dak il-perjodu, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jiffirmaw jew jikkonkludu l-istrument mhux vinkolanti. L-opinjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun vinkolanti, iżda l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  informazzjoni rigward dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni fil-kuntest tal-Politika Kummerċjali Komuni.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li għandha titqiegħed enfasi speċjali wkoll fuq konformità ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt kompetenzi esklussivi tal-Unjoni fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi soluzzjonijiet;

(b)  tidentifika problemi komuni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti u tikkunsidra azzjoni xierqa biex tindirizza dawn il-problemi u, fejn xieraq, tipproponi gwida u soluzzjonijiet;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

Referenzi

COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bendt Bendtsen

14.3.2016

Eżami fil-kumitat

13.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Reimer Böge, José Bové, Edouard Ferrand, Gabriel Mato, Frédérique Ries, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Milan Zver


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

Referenzi

COM(2016)0053 – C8-0034/2016 – 2016/0031(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.3.2016

INTA

7.3.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Zdzisław Krasnodębski

25.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.4.2016

4.7.2016

5.9.2016

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Cornelia Ernst, Francesc Gambús, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki

Data tat-tressiq

18.10.2016


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Barbara Kappel

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Jerzy Buzek, Francesc Gambús, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Maria Spyraki, Antonio Tajani, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Esther de Lange, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Jens Geier, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Vladimír Maňka, Clare Moody, Dan Nica, Miroslav Poche, Sergei Stanishev, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Ernest Maragall, Claude Turmes

10

-

EFDD

David Borrelli, Rosa D'Amato, Roger Helmer, Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Jaromír Kohlíček, Neoklis Sylikiotis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali