Proċedura : 2016/2033(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0307/2016

Testi mressqa :

A8-0307/2016

Dibattiti :

PV 23/11/2016 - 16
CRE 23/11/2016 - 16

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0453

RAPPORT     
PDF 717kWORD 78k
19.10.2016
PE 582.077v02-00 A8-0307/2016

dwar lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

(2016/2033(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Werner Langen

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Nedzhmi Ali, Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Juan Fernando López Aguilar, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

(2016/2033(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT ippreżentat mill-Kummissjoni fis-7 ta' April 2016(1),

  wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 24/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Marzu 2016 bit-titolu "L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni",

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud,

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT(2),

  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0307/2016),

A.  billi s-Suq Uniku, stabbilit fl-1 ta' Jannar 1993, neħħa l-kontrolli mal-fruntieri għall-kummerċ intra-Komunitarju u billi, skont l-Artikoli 402 sa 404 tad-Direttiva tal-VAT attwali, l-arranġamenti tal-VAT tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ mill-1993 huma biss ta' natura provviżorja u tranżizzjonali;

B.  billi, skont l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kunsill għandu, b'mod unanimu, jadotta direttivi għall-ikkompletar tas-sistema komuni tal-VAT u, b'mod partikolari, għat-tneħħija jew għar-revoka progressivi tal-eżenzjonijiet minn din is-sistema;

C.  billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li kull erba' snin tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema attwali tal-VAT u, b'mod partikolari, dwar l-arranġamenti tranżizzjonali;

D.  billi l-VAT, li d-dħul minnha għas-sena 2014 kien ta' kważi EUR triljun, hija sors ta' dħul ewlieni u li qiegħed jikber fl-Istati Membri u tikkontribwixxi għar-riżorsi proprji tal-UE, bid-dħul totali tal-UE mir-riżorsi proprji tal-VAT ikun ta' EUR 17 667 miljun u jammonta għal 12.27 % tad-dħul totali tal-UE fl-2014(5);

E.  billi s-sistema tal-VAT attwali, peress li hi applikata minn korporazzjonijiet kbar għal tranżazzjonijiet transfruntieri, hija vulnerabbli għall-frodi, għall-istrateġiji tal-evitar tat-taxxa, għall-VAT li ma tinġabarx minħabba insolvenzi, jew għall-kalkolu ħażin; billi d-"diskrepanza tal-VAT" stmata tammonta għal madwar EUR 170 biljun kull sena, u teknoloġiji diġitali aħjar qed isiru disponibbli biex jgħinu fit-tnaqqis ta' din id-diskrepanza;

F.  billi, skont studju tal-Kummissjoni(6), il-frodi MTIC (frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes, komunement imsejjaħ frodi karusell) waħdu huwa responsabbli għal telf fid-dħul tal-VAT ta' madwar EUR 45 biljun sa EUR 53 biljun kull sena;

G.  billi l-Istati Membri jvarjaw fl-effikaċja li biha huma kapaċi jindirizzaw il-frodi tal-VAT u l-evitar tal-VAT, peress li d-diskrepanza tal-VAT hija stmata li tvarja minn inqas minn 5 % sa aktar minn 40 % skont il-pajjiż ikkunsidrat;

H.  billi, skont l-istimi tal-Europol, bejn EUR 40 biljun u EUR 60 biljun tat-telf fid-dħul annwali mill-VAT tal-Istati Membri huwa kkawżat minn gruppi ta' kriminalità organizzata, u 2 % ta' dawk il-gruppi huma wara 80 % tal-frodi MTIC;

I.  billi l-kejl tat-telf fid-dħul li jirriżulta minn frodi tal-VAT transfruntiera hija sfida iebsa ħafna minħabba li żewġ Stati Membri biss, ir-Renju Unit u l-Belġju, jiġbru u jiddisseminaw statistika dwar din il-kwistjoni;

J.  billi bosta Stati Membri taħt il-koordinazzjoni tal-Eurojust u tal-Europol reċentement wettqu tliet Operazzjonijiet Vertigo konsekuttivi u ta' suċċess li kixfu skema ta' frodi karusell li tammonta għal EUR 320 miljun;

K.  billi l-ispejjeż amministrattivi kbar ikkawżati mis-sistemi tal-VAT preżenti, speċjalment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet transfruntiera, jistgħu jitnaqqsu b'mod sinfikanti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, anke permezz ta' mekkaniżmi ta' simplifikazzjoni bl-użu ta' għodod ta' rappurtar diġitali u databases komuni;

L.  billi hemm ħafna lok għal titjib fit-tnaqqis tal-ostakoli amministrattivi u fiskali li jolqtu, b'mod partikolari, il-proġetti ta' kooperazzjoni transfruntiera;

M.  billi l-VAT hija taxxa fuq il-konsum li hija bbażata fuq sistema ta' ħlasijiet frazzjonati li tippermetti awtoregolamentazzjoni mill-persuni responsabbli għall-ħlas, u billi trid titħallas biss mill-konsumatur finali sabiex tiġi żgurata n-newtralità għan-negozji; billi huwa f'idejn l-Istati Membri li jorganizzaw il-mod prattiku li bih jiċċarġjaw il-VAT sabiex jiżguraw li din titħallas mill-konsumatur finali;

N.  billi 23 sena wara l-introduzzjoni tad-Direttiva tal-VAT, l-hekk imsejħa "derogi ta' sospensjoni" ma għadhomx rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ekonomija diġitali moderna;

O.  billi, fl-aħħar żewġ deċennji, il-Kummissjoni fetħet aktar minn 40 proċedura ta' ksur kontra aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri minħabba ksur tad-Direttiva;

P.  billi ma tistax tintlaħaq maġġoranza favur il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini rigward sistema tal-VAT definittiva, peress li dan ikun jeħtieġ livell ogħla ta' armonizzazzjoni tar-rati tat-taxxa biex jiġu evitati distorsjonijiet massivi fil-kompetizzjoni;

Q.  billi l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-qasam tat-taxxa li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri;

R.  billi l-frodi tal-VAT hija prattika li tagħmel ħafna ħsara peress li tiddevja ammonti sinifikanti tad-dħul tal-baġit tal-Istati Membri filwaqt li xxekkel l-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi;

S.  billi l-frodi tal-VAT f'livell transfruntier lill-Istati Membri u lill-kontribwenti Ewropej tagħna tiswielhom madwar EUR 50 biljun fis-sena;

T.  billi t-tipoloġiji ta' frodi tal-VAT huma multidimensjonali, kontinwament jevolvu u jirrigwardaw ħafna setturi ekonomiċi, u, għaldaqstant, jirrikjedu adattament rapidu tal-leġiżlazzjoni rilevanti bil-għan li tinqabad it-triq lejn sistema tal-VAT sempliċi u sostenibbli li tippermetti li jiġu evitati l-frodi u t-telf potenzjali tad-dħul mit-taxxa;

U.  billi t-teknika ta' frodi tal-VAT l-iktar użata hija l-frodi "karusell"; billi dan it-tip ta' frodi, komuni ħafna fis-setturi tal-komponenti elettroniċi, tat-telefonija mobbli u tal-kummerċ tat-tessuti, il-merkanzija tgħaddi minn diversi kumpaniji fi Stati Membri differenti, fejn jittieħed vantaġġ mill-fatt li ma hemm ebda taxxa imposta fuq il-provvista ta' merkanzija fi ħdan l-UE;

V.  billi l-isforzi ta' kooperazzjoni msaħħa u kostanti bejn l-Istati Membri huma meħtieġa b'mod urġenti biex jitfasslu strateġiji komprensivi u integrati fil-ġlieda kontra l-frodi, partikolarment fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali tal-UE, u ż-żieda tal-kummerċ elettroniku u tal-kummerċ fuq l-Internet, li dgħajfet il-kontroll territorjali fuq il-ġbir tal-VAT;

W.  billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri hija element fundamentali tal-aġenda politika tal-Unjoni sabiex tikkonsolida u ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tiggarantixxi li flushom qed jintużaw b'mod xieraq;

X.  billi l-frodi tal-VAT tirriżulta f'telf ta' dħul għall-Istati Membri, u għalhekk għall-UE, toħloq distorsjoni fl-ambjent fiskali li tagħmel ħsara b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u tintuża minn organizzazzjonijiet kriminali li jieħdu vantaġġ minn lakuni leġiżlattivi eżistenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tagħhom;

Y.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 24/2015 li l-frodi tal-VAT hija prinċipalment ikklassifikata bħala prattika kriminali li jeħtieġ li titwaqqaf;

Z.  billi fil-kawża "Taricco u Oħrajn" (C105/14), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stqarret li l-kunċett ta' "frodi" kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikopri d-dħul mill-VAT;

1.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi sistema tal-VAT definittiva sal-2017 li hija sempliċi, ġusta, robusta, effiċjenti u inqas suxxettibbli għall-frodi;

2.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' sistema sempliċi għall-VAT li titlob inqas eżenzjonijiet, għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku diġitali;

3.  Hu tal-fehma li l-parir espert li fuqu hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni għall-programm ta' azzjoni fih rakkomandazzjonijiet importanti; jenfasizza li l-lista ta' proposti tal-Kummissjoni mmirati lejn il-kisba ta' sistema tal-VAT robusta, sempliċi u reżistenti għall-frodi, mhijiex eżawrjenti;

4.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 u l-miżuri addizzjonali mbassra ddisinjati biex jevitaw il-frodi u jgħinu jtejbu s-sistema tal-VAT eżistenti;

5.  Hu tal-fehma li t-titjib tas-sistema eżistenti huwa wkoll importanti, u jitlob riformi fundamentali bil-ħsieb li jneħħu jew għall-inqas inaqqsu b'mod sostanzjali l-problemi li jaffettwawha, u b'mod partikolari l-problema Ewropea tal-ġbir tal-VAT;

6.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet kollha possibbli bl-istess mod mingħajr ma tippreġudika l-eżitu u għandha tinkludihom fil-proċess leġiżlattiv;

7.  Jirrikonoxxi li hemm bżonn ta' sforzi konġunti bejn l-Istati Membri biex ikun hemm qbil dwar sistema tal-VAT definittiva;

8.  Jirrikonoxxi li l-unanimità se tkun prekundizzjoni neċessarja biex jintlaħaq ftehim dwar sistema li tiffunzjona tajjeb għall-VAT, u għalhekk jitlob viżjoni ċara rigward is-sempliċità u inqas eċċezzjonijiet flimkien ma' approċċ prammatiku li jirrispetta l-interessi tal-ekonomija diġitali li qed tiżviluppa b'rata mgħaġġla;

9.  Jirrikonoxxi li huwa essenzjali għall-Istati Membri li jadottaw politika tat-tassazzjoni kkoordinata kif ukoll itejbu l-ħeffa u l-frekwenza tal-iskambju ta' informazzjoni tagħhom dwar il-kummerċ intra-Komunitarju sabiex jiġġieldu b'mod effikaċi l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u biex finalment tingħalaq d-"diskrepanza tal-VAT";

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tal-gvern jesploraw u jittestjaw teknoloġiji ġodda, bħar-reġistru tat-teknoloġija distribwit u superviżjoni f'ħin reali, bħala parti minn aġenda RegTech bil-għan li titnaqqas b'mod sinifikanti u sostanzjali id-"diskrepanza tal-VAT'' eżistenti u sinifikanti fl-Unjoni;

11.  Jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri individwali li jiżguraw li l-VAT titħallas b'mod sempliċi u faċli għall-SMEs, li jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

12.  Hu tal-fehma li, fil-passat, il-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa individwali tal-Istati Membri ma kinux adegwati u l-attivitajiet tal-Eurofisc sa issa ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti; huwa tal-opinjoni li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc għandha tkun immirata aħjar lejn il-frodi; jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-funzjonament tal-Eurofisc;

13.  Jinnota li s-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) uriet li hija għodda utli fil-ġlieda kontra l-frodi billi tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirrikonċiljaw id-data fuq negozjanti bejn il-pajjiżi, iżda li għad hemm nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikolari rigward il-puntwalità tal-informazzjoni pprovduta, il-ħeffa tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet u l-veloċità tar-reazzjoni għall-iżbalji identifikati; jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni dovuta sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet;

14.  Jinnota li d-data pprovduta lill-Eurofisc mill-awtoritajiet nazzjonali mhijiex iffiltrata b'mod li tittrasferixxi biss każijiet suspetti, u għalhekk ixxekkel il-funzjonament ottimali tal-grupp; jappoġġja l-inizjattiva minn diversi Stati Membri li jisħqu favur it-twaqqif ta' għodod nazzjonali ta' analiżi tar-riskju li jippermettu l-iffiltrar ta' data mingħajr ma jidħlu f'riskju li jeliminaw każijiet suspettużi fi kwalunkwe Stat Membru u jippermettu lill-Eurofisc jirreaġixxi b'ħeffa kontra l-frodi tal-VAT transfruntiera;

15.  Jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri individwali li jiżguraw li l-VAT titħallas b'mod xieraq u sempliċi;

16.  Ifakkar li l-Istati Membri jiddependu l-aktar fuq informazzjoni li tasal minn Stati Membri oħra dwar il-kummerċ fi ħdan l-UE sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-VAT fit-territorju tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet responsabbli biex b'mod awtomatiku jiskambjaw informazzjoni partikolarment dwar il-VAT u d-dazji kif ukoll biex jużaw mezzi teknoloġiċi affidabbli u faċli għall-utent, bħal formoli standard elettroniċi, biex ikollhom rekord tal-konsenji ta' merkanzija u ta' servizzi lill-utenti finali; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-użu ta' Numri ta' Lokazzjoni tal-VAT (VLNs), li skonthom il-konsumaturi ma jistgħux inaqqsu t-taxxa tal-input jekk il-VAT hija indikata fuq fattura mingħajr VLN validu, jista' jkun strument utli;

17.  Jemmen li n-nuqqas ta' data komparabbli u ta' indikaturi rilevanti adegwati biex ikejlu l-prestazzjoni tal-Istati Membri jaffettwa l-effikaċja tas-sistema tal-UE biex tindirizza l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, u għalhekk jistieden lill-awtoritajiet tat-taxxa jistabbilixxu, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, sistema komuni biex jiġi stmat id-daqs tal-frodi fi ħdan l-UE u mbagħad jistabbilixxu miri biex jitnaqqas, peress li dan jippermetti l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fl-indirizzar ta' din il-kwistjoni;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw ukoll l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi bħalma huma l-Europol u l-OLAF, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri;

19.  Jinnota li l-Proċedura Doganali 42, li tipprevedi għal eżenzjoni mill-VAT fuq merkanzija impurtata fi Stat Membru wieħed meta sussegwentement dawn għandhom jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, uriet li hija vulnerabbli għal abbuż frawdolenti; jinnota li l-kontroverifiki effikaċi tad-data miżmuma mill-awtoritajiet tat-taxxa b'data miżmuma mill-awtoritajiet doganali huma kruċjali biex jidentifikaw u jeliminaw dan it-tip ta' frodi; jitlob għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaġixxu ħalli jiffaċilitaw il-fluss ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali dwar l-importazzjonijiet taħt il-Proċedura Doganali 42, kif rakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

20.  Jappoġġja l-għan tal-pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi żona unika Ewropea tal-VAT, li għandha tkun pilastru għal suq intern aktar profond u aktar ekwu u biex tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ġustizzja fiskali, il-konsum sostenibbli, l-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittività, filwaqt li tillimita wkoll il-possibbiltà ta' frodi tal-VAT;

21.  Jitlob f'dan ir-rigward li s-servizzi jiġu inkorporati b'mod sħiħ fis-sistema l-ġdida malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari, li s-servizzi finanzjarji jkunu soġġetti għall-VAT;

22.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li s-sistema definittiva tal-VAT għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni fil-pajjiż li hu d-destinazzjoni finali tal-merkanzija u s-servizzi, minħabba li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini ma setax jiġi implimentat;

23.  Huwa favur li l-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni jiġi applikat bħala regola ġenerali fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod lil individwi, u li jiġu introdotti miżuri armonizzati għan-negozji ż-żgħar;

24.  Jappella għal żviluppi teknoloġiċi fid-dinja diġitali li għandhom jiġu inkorporati fil-mudelli fiskali eżistenti meta s-sistema tal-VAT li ttieħdet deċiżjoni dwarha tiġi introdotta, sabiex is-sistema tkun adegwata għas-seklu 21;

25.  Jinnota li l-eċċess attwali fir-rati tal-VAT joħloq ħafna inċertezza għall-kumpaniji involuti f'kummerċ transfruntier, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi u għall-SMEs; jinnota li l-inċertezza hija kkawżata wkoll mill-kwistjoni dwar min hu responsabbli għall-ġbir tal-VAT, il-prova ta' provvista fi ħdan il-komunità, ir-riskju li tkun involut fil-frodi b'negozjant nieqes, kwistjonijiet ta' fluss tal-flus u r-rati tal-VAT differenti għal kategoriji ta' merkanzija differenti fi ħdan l-istess pajjiż; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistudja l-impatt sa nofs l-2017 tal-frodi b'negozjant nieqes; jistieden lill-Istati Membri jaqblu fuq li jżidu l-konverġenza fir-rati tal-VAT;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tan-nuqqas li tarmonizza r-rati tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar attivitajiet transfruntiera, u biex tivvaluta l-possibbiltajiet biex jitneħħew dawn l-ostakoli;

27.  Jappoġġja l-għażla kif proposta mill-Kummissjoni ta' rieżami regolari tal-lista' ta' merkanzija u ta' servizzi eliġibbli għal rati mnaqqsa li għandu jintlaħaq qbil dwarha mill-Kunsill; jappella biex din il-lista tqis il-prijoritajiet politiċi bħall-aspetti soċjali, tas-sessi, tas-saħħa, ambjentali, nutrizzjonali u kulturali;

28.  Hu tal-fehma li t-tneħħija kompleta tar-rati tat-taxxa minimi bħala alternattiva, kif proposta mill-Kummissjoni, tista' tikkawża distorsjonijiet konsiderevoli għall-kompetizzjoni u problemi fis-suq uniku; hu tal-fehma li għandha titqies il-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni, li hija neċessarja għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku;

29.  Jitlob eżami dwar jekk tistax tiġi adottata lista unika Ewropea ta' merkanzija u ta' servizzi mnaqqsa bil-għan li tinstab alternattiva għas-sistema attwali ta' rati tal-VAT imnaqqsa li tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tas-sistema tal-VAT, u tippermetti għal sistema aktar strutturata milli hu l-każ bħalissa;

30.  Hu tal-fehma li inqas eżenzjonijiet huma importanti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u li l-aħjar u l-aktar mod effiċjenti biex tiġi indirizzata l-frodi hija sistema tal-VAT sempliċi b'rata kemm jista' jkun baxxa;

31.  Hu tal-fehma li s-sistema kkumplikata preżenti tista' tiġi ssimplifikata b'mod konsiderevoli jekk il-merkanzija u s-servizzi eliġibbli għal rati tat-taxxa mnaqqsa jitnaqqsu u wħud mill-merkanzija u s-servizzi eliġibbli għal rati tat-taxxa mnaqqsa jiġu determinati b'mod konġunt mill-Istati Membri fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġi permess lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar ir-rati tat-taxxa sakemm ikunu konformi mar-rati tat-taxxa minimi fid-Direttiva tal-VAT u sakemm dan ma joħloqx riskji ta' kompetizzjoni inġusta;

32.  Jitlob li l-merkanzija tkun soġġetta għall-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni ta' tassazzjoni ekwa irrispettivament minn liema forma jieħdu jew fuq liema pjattaforma jinxtraw u jekk humiex fornuti b'mod diġitali jew b'mod fiżiku;

33.  Jinnota li llum, problema kbira għall-SMEs hija li l-Istati Membri għandhom interpretazzjonijiet differenti rigward x'jista' jiġi deskritt bħala merkanzija jew bħala servizz; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tkun aktar ċara u distinta fid-definizzjonijiet tagħha;

34.  Jistieden lill-Istati Membri japplikaw il-VAT b'mod ekwu ma' kumpaniji privati u pubbliċi f'oqsma li fihom jikkompetu ma' xulxin;

35.  Jirrimarka li s-sistema ta' pagamenti frazzjonata għall-VAT intgħażlet bħala r-referenza għat-tassazzjoni indiretta fil-proġett BEPS tal-OECD (Azzjoni 1) peress li tiżgura li l-ġbir tat-taxxi jkun effikaċi u, min-natura tagħha, tippermetti l-awtoregolamentazzjoni mill-operaturi;

36.  Jinnota li l-Artikoli 199 u 199a tad-Direttiva tal-VAT jipprovdu għal applikazzjoni temporanja u mmirata tal-mekkaniżmu tar-reverse charge għal tranżazzjonijiet transfruntiera u għal ċerti setturi domestiċi b'riskju għoli fl-Istati Membri;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-konsegwenzi tal-mekkaniżmu tar-reverse charge u teżamina jekk din il-proċedura hix se tissimplifika s-sitwazzjoni għall-SMEs u tnaqqas il-frodi tal-VAT;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-effetti tal-proċedura tar-reverse charge, u mhux biss għas-setturi individwali li huma partikolarment suxxettibbli għall-frodi, f'termini ta' benefiċċji, spejjeż ta' konformità, frodi, effikaċja u problemi ta' implimentazzjoni, u vantaġġi u żvantaġġi fuq terminu twil permezz ta' proġetti pilota, kif mitlub minn uħud mill-Istati Membri u sadanittant ikkonfermat espliċitament mill-Kummissjoni, anke jekk dan ma kienx inkluż fil-pjan ta' azzjoni tagħha;

39.  Hu tal-fehma li l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa jridu jieħdu aktar responsabbiltà biex jiżguraw konformità mar-regoli tat-taxxa u jnaqqsu l-opportunitajiet għall-evażjoni fl-implimentazzjoni ġenerali tal-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni; jaqbel mal-Kummissjoni li għad hemm ħafna lok għal titjib fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT permezz ta' miżuri amministrattivi konvenzjonali u titjib fil-kapaċità u l-ħiliet tal-persunal tal-Istati Membri fil-ġbir u fl-ispezzjoni tat-taxxa; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet tat-taxxa fuq l-akbar frodisti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku adegwat f'dan ir-rigward;

40.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u ttejjeb il-koordinazzjoni bejniethom;

41.  Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tespandi l-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir f'punt uniku ta' servizz komplut; jinnota l-importanza kbira li dan ikun faċli għall-utent u ugwalment effiċjenti fit-28 Stat Membru kollha; jinnota li l-ħolqien ta' punt uniku ta' servizz itaffi l-piżijiet amministrattivi li ma jħallux lill-kumpaniji joperaw lil hinn mill-fruntieri u jnaqqas l-ispejjeż għall-SMEs(7);

42.  Jinnota li "punt uniku ta' servizz" huwa essenzjali jekk il-prinċipju tal-pajjiż tad-destinazzjoni jiġi impost u biex isir inqas suxxettibbli għall-frodi; jappella għal titjib tal-punt uniku ta' servizz abbażi tal-esperjenza attwali tal-Punti Uniċi ta' Servizz Żgħar għal prodotti diġitali; jinnota li anke bil-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir, in-negozji żgħar u mikro jistgħu jaffaċċjaw piż amministrattiv sinifikanti taħt il-prinċipju tad-destinazzjoni l-ġdid; jilqa', għalhekk, il-proposta fi ħdan il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT li tintroduċi miżura komuni ta' simplifikazzjoni madwar l-UE (livell limitu tal-VAT); jappella għal definizzjoni ċara ta' liema Stat Membru huwa responsabbli għall-ispezzjoni tat-taxxa f'każ ta' tranżazzjonijiet transfruntiera; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-Ħelsien mit-Taxxa għal Kunsinni ta' Valur Baxx bħala parti mill-pjan ta' azzjoni tagħha dwar il-VAT;

43.  Jirrikonoxxi li reġimi differenti tal-VAT madwar l-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu perċepiti wkoll bħala ostakolu nontariffarju fis-Suq Uniku, jissottolinja li l-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (VAT MOSS) huwa mod tajjeb li jgħin sabiex jingħeleb dan l-ostakolu u b'mod partikolari biex l-SMEs jiġu appoġġjati fl-attività transfruntiera tagħhom; jirrikonoxxi li għad hemm xi kwistjonijiet problematiċi żgħar bil-VAT MOSS; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita l-ħlas tal-obbligi tal-VAT minn kumpaniji madwar l-UE;

44.  Jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-97/09 (Ingrid Schmelz v Finanzamt Waldviertel); jieħu nota tat-28 livell limitu differenti għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-VAT; jieħu nota tad-diffikultajiet finanzjarji sussegwenti li jaffaċċjaw l-SMEs u l-mikrointrapriżi li skont is-sistemi nazzjonali tagħhom ikunu eżentati; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji ulterjuri dwar l-iffissar ta' livell limitu għall-eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT għall-mikrointrapriżi;

45.  Jitlob li jiġu eżaminati l-proposti kollha biex il-piż amministrattiv tat-taxxi fuq id-dħul minn negozju għall-MSMEs jiġi minimizzat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tinvestiga wkoll l-aħjar prattiki internazzjonali, bħalma huma l-iskemi tal-"gold card" applikabbli f'Singapore u l-Awstralja, filwaqt li tirrikonoxxi li r-riskju ta' frodi min-naħa ta' xi fornituri huwa baxx ħafna;

46.  Jilqa' n-notifika tal-Kummissjoni li fl-2017 se tissottometti pakkett għall-SMEs għall-VAT; jirrakkomanda, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid għandha tkun gradwali peress li se tiskatta spejjeż amministrattivi addizzjonali (bħal infrastruttura tal-IT jew proċessi tal-VAT);

47.  Jinnota s-sistema kumplessa ta' filing li timponi piż qawwi fuq l-SMEs u b'hekk tiskoraġġixxi l-kummerċ transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-pakkett tagħha għall-SMEs proposta għal sistema unifikata ta' filing tal-VAT u rekwiżiti armonizzati ta' rappurtar u skadenzi;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' ambjent tal-VAT armonizzat għal bejgħ mill-bogħod "minn negozju għal negozju" u "minn negozju għal konsumatur"; jinnota li l-livell limitu tal-VAT mhuwiex implimentat bl-istess suċċess fl-Istati Membri differenti minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni;

49.  Jenfasizza li trid titfassal sistema ġdida ssimplifikata tal-VAT b'mod li l-SMEs ikunu jistgħu jsegwu r-regoli għall-kummerċ transfruntier faċilment u f'kull Stat Membru jkunu jistgħu jsibu appoġġ mhux biss dwar kif jadottawhom iżda wkoll il-ġestjoni tal-proċeduri tal-VAT;

50.  Jappella, fuq perjodu qasir, għal portal tal-internet komprensiv u pubblikament aċċessibbli għall-kumpaniji u għall-utenti finali biex isibu, b'mod ċar u faċli, informazzjoni dettaljata dwar ir-rati tal-VAT applikabbli għall-merkanzija u s-servizzi individwali fl-Istati Membri; jenfasizza li l-lingwaġġ u t-tfassil ta' dan il-portal għandhom ikunu faċli biex jinftiehmu u jintużaw; itenni l-konvinzjoni tiegħu li jekk il-kumpaniji jiġu megħjuna biex ikollhom fehim ċar tar-regoli applikabbli tal-VAT fl-Istati Membri dan ikompli jsaħħaħ il-miżuri kontra l-frodi tal-VAT; jinnota wkoll li softwer tat-taxxa ċertifikat jista' jgħin sabiex jiġi limitat ir-riskju ta' tipi speċifiċi ta' frodi u irregolaritajiet oħra u jista' jipprovdi ċertezza lil negozji onesti involuti fi tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntiera; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa dwar il-klassifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tar-rata tal-VAT applikata sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità u l-kwistjonijiet ġuridiċi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' informazzjoni pubbliċi, bħal portal tal-internet dwar il-VAT, sabiex jagħmlu disponibbli informazzjoni affidabbli;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi lista b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli tal-VAT f'kull wieħed mill-Istati Membri; jissottolinja, fl-istess ħin, li hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jirrapportaw ir-regoli u r-rati tagħhom lill-Kummissjoni;

52.  Jieħu nota li, fir-rigward tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku, in-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell limitu tal-VAT iwassal għal spejjeż għoljin ta' tranżazzjoni għall-SMEs li joperaw f'attivitajiet ta' kummerċ elettroniku meta aċċidentalment jew involontarjament jaqbżu l-livell limitu;

53.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu b'mod urġenti lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar ir-rati tal-VAT, ir-rekwiżiti speċjali u l-eżenzjonijiet rispettivi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor din l-informazzjoni u tagħmilha disponibbli lill-kumpaniji u lill-konsumaturi;

54.  Hu tal-fehma li l-pjanijiet ta' riforma tal-VAT imħabbra mill-Kummissjoni fil-programm ta' azzjoni jridu jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi u sodi b'input mix-xjenza, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membru tal-UE, l-SMEs u l-kumpaniji fl-UE;

55.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni fiskali hija kompetenza esklusiva tal-Istati Membri; jenfasizza li skont l-Artikolu 329(1) tat-TFUE, grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jistgħu jidħlu f'kooperazzjoni mtejba; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja proposti għal kooperazzjoni mtejba bil-għan li tiġġieled il-frodi u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi f'termini ta' VAT;

56.  Hu tal-fehma li soluzzjoni fi ħdan il-qafas tal-OECD hija iktar mixtieqa minn miżuri awtonomi li jeħtieġ li jiġu armonizzati mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD u mal-pjan ta' azzjoni dwar il-BEPS;

57.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bit-titolu "Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020: Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika";

58.  Josserva li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid jinkludi aktar passi 'l quddiem lejn reġim definittiv aktar effiċjenti u reżistenti għall-frodi li jkun aktar favorevoli għall-impriżi fl-era tal-ekonomija diġitali u tal-kummerċ elettroniku;

59.  Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li skontha l-VAT fuq il-bejgħ transfruntier (ta' merkanzija jew ta' servizzi) tinġabar mill-awtorità tat-taxxa tal-pajjiżi tal-oriġini, f'rata applikabbli fil-pajjiż tal-użu, u tiġi ttrasferita fil-pajjiż fejn il-merkanzija u s-servizzi jiġu finalment ikkunsmati;

60.  Jissottolinja l-importanza tal-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva biex il-Mekkaniżmu Elettroniku Uniku (għar-reġistrazzjoni u għall-pagament tal-VAT għan-negozji transfruntiera) jiġi estiż biex jinkludi l-bejgħ online tal-konsumatur ta' merkanzija fiżika sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, wieħed mill-ostakoli ewlenin li n-negozji jaffaċċjaw meta joperaw matul il-fruntieri;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-problema tal-piż amministrattiv fuq in-negozji maħluq mir-reġim frammentat tal-VAT billi tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-estensjoni tal-Punt Uniku ta' Kuntatt Żgħir attwali biex tinkludi oġġetti tanġibbli mibjugħin online, b'hekk l-impriżi jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet uniċi u pagamenti tal-VAT fl-Istat Membru tagħhom stess;

62.  Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw is-sistemi nazzjonali tat-taxxa tagħhom, u jagħmluhom aktar konsistenti u robusti, b'tali mod li jiffaċilitaw il-konformità, jevitaw, jiskoraġġixxu u jissanzjonaw il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, u jagħtu spinta lill-effiċjenza tal-ġbir tal-VAT;

63.  Huwa mħasseb bil-fatt li l-għan tas-simplifikazzjoni tas-sistema ta' akkontabilità għall-VAT bħala riżorsa proprja ma ntlaħaqx totalment; ifakkar fil-bżonn ta' aktar simplifikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni relatata mar-riżorsi proprji bil-għan li jonqsu l-possibbiltajiet ta' żbalji u frodi; jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid ma jindirizzax l-impatt fuq ir-riżorsa proprja tal-VAT;

64.  Jirrimarka li d-diskrepanzi tal-VAT tal-Istati Membri, u t-telf stmat fil-ġbir tal-VAT fi ħdan l-Unjoni, ammontaw għal EUR 170 biljun fl-2015, skont l-istimi, u jissottolinja l-fatt li fi 13-il Stat Membru mis-26 eżaminati fl-2014, it-telf stmat medju tal-VAT qabeż il-15,2 %; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mis-setgħat eżekuttivi tagħha sabiex kemm tikkontrolla kif ukoll tgħin lill-Istati Membri; jirrimarka li l-azzjoni effikaċi biex tonqos id-diskrepanza tal-VAT teħtieġ approċċ miftiehem u multidixxiplinari, peress li din id-diskrepanza hija r-riżultat mhux biss ta' frodi iżda ta' kombinament ta' fatturi, fosthom il-falliment u l-insolvenza, l-iżbalji statistiċi, il-pagament tardiv, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex b'mod rapidu tippromwovi malajr leġiżlazzjoni dwar il-livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-UE u, biex tinvestiga u tiskoraġġixxi b'mod aħjar il-frodi, tistabbilixxi appoġġ finanzjarju favur il-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier, li wera biċ-ċar l-effikaċja tiegħu fl-iskandli "LuxLeaks", "Dieselgate" u "Panama Papers";

65.  Jiddispjaċih li l-frodi tal-VAT, u b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi "karusell" jew tan-"negozjant nieqes", tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u ċċaħħad lill-baġits nazzjonali minn riżorsi sinifikanti, kif ukoll tkun ta' detriment għall-baġit tal-Unjoni; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda data affidabbli dwar il-"frodi karusell" tal-VAT; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tagħti bidu għal sforz ikkoordinat min-naħa tal-Istati Membri biex tkun stabbilita sistema konġunta ta' ġbir tal-istatistika dwar il-"frodi karusell" tal-VAT; jirrimarka li tali sistema tista' tkun mibnija fuq prattiki diġà użati f'ċerti Stati Membri;

66.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-istabbiliment ta' sistema komuni li tippermetti stima aktar irfinata tal-kobor tal-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE billi tiġi kumpilata l-istatistika rigward il-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, li tkun tippermetti lill-Istati Membri individwali jevalwaw il-prestazzjonijiet rispettivi tagħhom f'dan ir-rigward abbażi ta' indikaturi preċiżi u affidabbli dwar it-tnaqqis tal-VAT fi ħdan l-UE u taż-żieda fl-identifikazzjoni tal-frodi u l-irkupru tat-taxxa korrellativ; huwa tal-fehma li l-approċċi tal-awditjar il-ġodda, bħall-awditjar uniku jew l-awditjar konġunt, għandhom ikunu estiżi ulterjorment biex jinkludu operazzjonijiet transfruntieri;

67.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati strateġiji ġodda, u li jsir użu aktar effiċjenti mill-istrutturi eżistenti tal-UE, biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; jissottolinja l-fatt li aktar trasparenza, li tippermetti skrutinju xieraq, u l-adozzjoni ta' approċċ aktar strutturat u msejjes fuq approċċ "ibbażat fuq ir-riskju", huma fundamentali għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-iskemi tal-frodi u tal-korruzzjoni;

68.  Jiddispjaċih li l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT għadha mhijiex effiċjenti meta tiġi biex tindirizza l-evażjoni u l-mekkaniżmi ta' frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, jew biex tiġġestixxi t-tranżazzjonijiet jew il-kummerċ transfruntieri; jisħaq fuq il-bżonn ta' sistema tal-VAT li tkun simplifikata, effikaċi u aċċessibbli u li tħalli lill-Istati Membri kollha jnaqqsu l-piżijiet tal-VAT tagħhom u jiġġieldu l-frodi tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq aktar żjarat ta' monitoraġġ fl-Istati Membri, magħżulin fuq il-bażi tar-riskju, matul il-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni amministrattiva; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tiffoka, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-arranġamenti amministrattivi, fuq it-tneħħija tal-ostakli ġuridiċi li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu analiżi komuni tar-riskji li tinkludi l-użu ta' analiżi tan-netwerks soċjali tiżgura li l-informazzjoni skambjata permezz tal-Eurofisc tkun immirata kontra l-frodi; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu penali effikaċi, proporzjonati u dissważivi kif ukoll itejbu s-sistema ta' skambju tal-informazzjoni attwalment użata;

69.  Jenfasizza l-bżonn li Eurofisc jissaħħaħ sabiex jitħaffu l-iskambji ta' informazzjoni; jirrimarka li għad hemm problemi fir-rigward tal-eżattezza, tal-kompletezza u tal-puntwalità tal-informazzjoni; iqis li huwa meħtieġ li jkunu akkomunati l-azzjonijiet, u jkunu kkoordinati l-istrateġiji, tal-awtoritajiet tat-taxxa, ġudizzjarji u tal-pulizija tal-Istati Membri kif ukoll tal-korpi Ewropej – bħall-Europol, il-Eurojust u l-OLAF – fil-ġlieda kontra l-frodi, il-kriminalità organizzata u l-ħasil ta' flus; jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha jkomplu jqisu mudelli sempliċi u komprensibbli ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni f'ħin reali bil-għan li jippermettu reazzjonijiet rapidi jew miżuri ta' mitigazzjoni għall-ġlieda kontra skemi ta' frodi eżistenti jew emerġenti ġodda;

70.  Iqis bħala essenzjali għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-Eurofisc f'kull qasam ta' attività tagħhom, bil-għan li jitħallew jittieħdu miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jippermettu kontroverifiki effikaċi bejn data mill-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali, u tiffoka l-monitoraġġ tagħha tal-Istati Membri fuq miżuri indikattivi tat-titjib tal-puntwalità tar-risposti tagħhom għat-talbiet għall-informazzjoni u dwar l-affidabbiltà tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES);

72.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jattwaw sistema ta' n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fuq żewġ livelli (jiġifieri numru allokati lin-negozjanti li jixtiequ jieħdu sehem fil-kummerċ intra-Komunitarju li huwa differenti min-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT domestiku) u biex iwettqu l-verifiki stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 904/2010, filwaqt li joffru konsulenza bla ħlas lin-negozjanti;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi elettroniċi ta' approvazzjoni doganali tal-Istati Membri huma kapaċi u jwettqu verifika awtomatika tan-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT;

74.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi emenda għad-Direttiva tal-VAT bil-għan li tinkiseb aktar armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-VAT tal-Istati Membri għall-forniment fi ħdan l-UE ta' merkanzija u ta' servizzi;

75.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligazzjoni in solidum f'każijiet ta' kummerċ transfruntier ma ġietx adottata mill-Kunsill; jirrimarka li dan inaqqas id-deterrenza kontra t-twettiq ta' negozji man-negozjanti frawdolenti; iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-VAT, fir-rigward tal-perjodu ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi, mhijiex uniformi fost l-Istati Membri, u li dan il-fatt iżid il-piż amministrattiv fuq in-negozjanti li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, japprova l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-obbligazzjoni in solidum;

76.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu aktar attivi fil-livell internazzjonali, isaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux tal-UE kif ukoll jinfurzaw il-ġbir effiċjenti tal-VAT, bil-għan li jiġu stabbiliti standards u strateġiji ta' kooperazzjoni bbażati prinċipalment fuq il-prinċipji ta' trasparenza, governanza tajba u skambju ta' informazzjoni; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni li taslilhom mill-pajjiżi mhux tal-UE bil-għan li jkun faċilitat l-infurzar tal-ġbir tal-VAT, partikolarment fil-kummerċ elettroniku;

77.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jinkludi l-VAT fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ("id-Direttiva PIF") bil-għan li jinstab qbil dwar il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta d-dħul iġġenerat minn organizzazzjonijiet kriminali permezz tal-frodi tal-VAT, u biex tippreżenta strateġija komprensiva, komuni u multidixxiplinari fil-ġlieda kontra l-mudelli kummerċjali ta' organizzazzjonijiet kriminali bbażati fuq il-frodi tal-VAT, anke permezz ta' timijiet investigattivi konġunti fejn meħtieġ;

79.  Iqis kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) uniku, b'saħħtu u indipendenti, li jkun kapaċi jinvestiga, iħarrek u jressaq il-qorti dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-frodi tal-VAT, kif definit fid-Direttiva PIF ta' hawn fuq, u jemmen li kwalunkwe soluzzjoni aktar dgħajfa tkun spiża għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun żgurat li t-tqassim tal-kompetenza bejn l-UPPE u l-awtoritajiet investigattivi tal-Istati Membri ma jwassalx għal reati b'impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-UPPE;

80.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jippubblikaw stimi dwar it-telf minħabba frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, biex jindirizzaw id-dgħufijiet fil-Eurofisc, u biex jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar ir-reverse charging tal-VAT fuq merkanzija u servizzi;

81.  Iqis li huwa kruċjali li l-Istati Membri jużaw kontrolli multilaterali (MLCs) – kontroll ikkoordinat minn żewġ Stati Membri jew aktar tal-obbligi tat-taxxa ta' persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar – bħala għodda utli biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT;

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1)

COM(2016)0148.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2011)0436.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0234.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0173.

(5)

Kummissjoni Ewropea, rapport finanzjarju 2014

(6)

http://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/resources/documents/common/publications/studies/ey_study_destination_principle.pdf

(7)

COM(2016)0148.


NOTA SPJEGATTIVA

Sa mill-1993, is-sistema eżistenti ta' VAT fl-Unjoni Ewropea hija maħsuba bħala arranġament transizzjonali tal-VAT. Għaldaqstant, it-"tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri" għandha tiġi sostitwita b'sistema definittiva, li hija bbażata fuq il-prinċipju fundamentali li l-forniment ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi għandhom jiġu intaxxati fl-Istat Membru ta' oriġini; Il-Kunsill għandu jipprovdi direttivi adegwati għat-tlestija tas-sistema komuni ta' VAT u "b'mod partikolari għar-restrizzjoni progressiva jew l-abolizzjoni tar-Regolamenti diverġenti minn din is-sistema". Il-Kummissjoni hija obbligata li kull erba' snin tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-sistema eżistenti tal-VAT u b'mod partikolari dwar il-funzjonament tal-arranġamenti transizzjonali tal-VAT.

Permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ġie fi tmiemu d-dewmien twil, fid-direzzjoni lejn żona Ewropea unifikata ta' taxxa fuq il-valur miżjud, u dan jindika li wasal iż-żmien għal riformi.

Bi dħul ta' kważi EUR triljun fis-sena 2014, it-taxxa fuq il-valur miżjud hija sors sinfikanti u li qiegħed jikber fl-UE. Din tikkorrispondi għal madwar 7 % tal-prodott domestiku gross tal-UE u hija wkoll riżorsa proprja tal-Unjoni Ewropea. Is-sistema eżistenti ta' taxxa fuq il-valur miżjud kienet mill-bidu suxxettibbli għall-frodi. Minkejja bosta inizjattivi, il-frodi għadhom ma trażżnux. B'kollox, il-Kummissjoni tikkalkula l-"lakuni tal-VAT" mill-frodi għal madwar EUR 170 biljun fis-sena, li EUR 50 biljun minnhom jistgħu jiġu kkwantifikati bħala frodi transfruntieri.

L-unanimità meħtieġa tal-Istati Membri kienet ostaklu sinfikanti għar-rifroma tas-sistema ta' VAT. Dawk l-Istati Membri li jiddefendu kemm is-sistemi ta' dħul antiki tagħhom kif ukoll jipperċepixxu b'mod inadegwat l-obbligi u l-kontrolli tagħhom għall-ġlieda kontra l-frodi, ipposponew jew imblukkaw riformi fundamentali.

Fost il-proposti ta' riformi possibbli, tinsab disponibbli evalwazzjoni komprensiva minn kumpaniji ta' konsulenza rikonoxxuti internazzjonalment, li fih ġew ippreżentanti b'kollox ħames għażliet. Permezz ta' tnejn minn dawn l-għażliet, f'perjodu ta' żmien qasir, diġà jista' jintlaħaq tnaqqis fil-frodi tal-VAT transfruntier. Huwa disponibbli wkoll rapport mill-Qorti tal-Awdituri li fih jiġu diskussi b'mod kritiku l-eċċezzjonijiet eżistenti u li fih huwa propost li r-rati żero tat-taxxa jiġu permessi għall-prodotti tal-ikel biss u sabiex ir-rati minimi ta' tassazzjoni jkunu kemm jista' jkun unifikati. Fl-ewwel xhur tas-sena 2016 ma kien hemm l-ebda rata minima ta' taxxa ta' 15 %, minħabba li l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għall-estensjoni tard wisq.

Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li sejra tippreżenta proposta leġiżlattiva għal sistema definittiva tal-VAT, wara li s-sistema tal-VAT tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-prodotti u s-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrinunzja b'mod definittiv il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini li ntalab oriġinarjament u li minħabba ħafna problemi u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma setax jiġi infurzat. B'mod konkret dan ifisser li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa, li tirriżulta fil-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud mill-fornitur tal-prodotti mingħand il-klijent tiegħu, sejra tkun estiża għal tranżazzjonijiet transfruntiera u b'hekk għandha titnaqqas b'mod sinifikanti l-possibbiltà għall-frodi tal-VAT.

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tikteb: "Fuq kollox, hija meħtieġa tmexxija politika, biex jingħelbu l-ostakoli b'għeruq fondi li mblokkaw il-progress fil-passat u li finalment jiġu adottati r-riformi meħtieġa biex jiġu miġġielda l-frodi, jitneħħew l-ostakoli amministrattivi u jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji biex tiġi ssimplifikata l-ħajja għan-negozji tal-Ewropa". Minħabba l-kumplessità tas-sistema huwa diffiċli għall-Istati Mmebri biex jiżguraw il-konformità mar-regoli.

Il-Kummissjoni tqis li l-kumpaniji tal-UE għandhom żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla ma' fornituri ta' pajjiżi terzi, peress li dawn, fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa, jistgħu jipprovdu importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar eżentati mill-VAT. Għalhekk, il-Kummissjoni ħabbret proposta għall-immodernizzar tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kummerċ elettroniku transfruntier, b'mod partikolari għal intrapriżi żgħar u medji. Il-bażi essenzjali hija l-introduzzjoni ta' punt uniku ta' taxxa għall-bejgħ online ta' oġġetti fiżiċi lill-utent finali, l-introduzzjoni ta' simplifikazzjoni uniformi madwar l-UE għall-appoġġ ta' start-ups żgħar fil-kummerċ elettroniku u t-tneħħija tal-eżenzjonijiet mill-VAT fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar minn fornituri f'pajjiżi terzi.

Sabiex jintlaħaq dan kollu, il-Kummissjoni tipproponi titjib fil-kooperazzjoni fi ħdan l-UE u ma' pajjiżi terzi, kif kien meħtieġ mill-Qorti tal-Awdituri, peress li l-istrumenti tal-kooperazzjoni amministrattiva għadhom s'issa ma ġewx utilizzati biżżejjed. Barra minn hekk, in-netwerk tal-Eurofisc ma ġiex applikat b'mod suffiċjenti u mhuwiex ambizzjuż biżżejjed. Il-miżuri jinkludu l-kollaborazzjoni ta' 28 awtorità tat-taxxa u awtoritajiet doganali u l-ftehimiet volontarji bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet tat-taxxa.

Fuq l-aġenda tal-Kummissjoni hemm ukoll derogi temporanji għall-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi b'karattru nazzjonali u strutturali. Għalhekk xi Stati Membri li ġew affettwati b'mod qawwi mill-frodi tal-VAT, talbu biex temporanjament japplikaw sistema ġenerali ta' reverse charges, biex permezz tagħha jkunu jistgħu jitneħħew il-prinċipji ġenerali tad-Direttiva tal-VAT.

Fit-tħejjija lejn approċċ modern għall-istabbiliment tar-rati minimi tal-VAT, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva tal-VAT diġà tkopri regoli ġenerali dwar il-libertà tal-Istati Membri fl-istabbiliment tar-rati minimi tal-VAT u dawn ir-regoli għandhom fuq kollox "jiggarantixxu, fuq kollox, in-newtralità, is-sempliċità u l-prattiċità tas-sistema tal-VAT". Il-leġiżlaturi nazzjonali jiddeċiedu b'mod indipendenti dwar ir-rata standard tal-VAT għall-kunsinni ta' prodotti u servizzi taxxabbli kollha u b'mod konġunt dwar ir-rata minima tal-VAT li għandha tiġi applikata. Għal ċerti prodotti u servizzi li huma elenkati fid-Direttiva dwar il-VAT, jippermettu żewġ rati mnaqqsa tat-taxxa ta' 5 % jew aktar. 23 sena wara l-introduzzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT, id-"derogi ta' sospensjoni" li joriġinaw mill-perjodu tal-fondazzjoni jew mis-snin tat-tkabbir u li f'ċerti każijiet jistgħu jkunu inqas minn 5 %, ma għadhomx rilevanti.

Il-Kummissjoni tosserva li fil-passat, l-Istati Membri ta' spiss kisru l-leġiżlazzjoni minħabba d-dewmien fir-rigward tal-adozzjoni ta' bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE u s'issa l-Kummissjoni fetħet aktar minn 40 proċedura ta' ksur kontra aktar minn żewġ terzi tal-Istati Membri. Għalhekk, il-proposta tipprovdi riforma li toffri aktar libertà lill-Istati Membri u tevita lill-UE proċeduri legali li mhumiex meħtieġa. Il-Kummissjoni ma investigatx jekk dan imurx kontra n-newtralità fil-kompetizzjoni tas-sistema ta' taxxa fuq il-valur miżjud jew jekk jikkawżax prattiki mhux ġusti dwar it-taxxa.

It-taxxa fuq il-valur miżjud hija dazju tas-sisa li l-utent finali għandu jħallas. Għalhekk, il-prinċipju ta' newtralità huwa wieħed mill-karatteristiċi ewlenin tat-taxxa fuq il-valur miżjud, skont liema, il-kumpaniji ma jibqgħux iġorru l-piż tat-taxxa fuq il-valur miżjud jekk ikun possibbli u li fil-prinċipju, it-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha għandhom ikunu intaxxati u għandhom jiġu permessi biss eċċezzjonijiet b'mod limitat.

Għall-pjanijiet ta' riformi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi u affidabbli bl-involviment tax-xjenza, tal-awtoritajiet tat-taxxa u tal-kumpaniji mill-UE huma essenzjali, sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jnaqqsu b'mod sinfikanti l-ispejjeż amministrattivi tagħhom mhux biss matul in-negozjati, iżda wkoll fil-fażi tal-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali.

Konklużjoni

L-inizjattivi proposti u l-iskedar mhuma xejn ħlief pass sinifikanti 'l quddiem. Minflok riforma fundamentali tas-sistema tranżizzjonali li ilha teżisti aktar minn 20 sena, il-Kummissjoni tillimita ruħha għall-proposti dwar kooperazzjoni aktar b'saħħitha, tama għal aktar fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, l-"iffissar tal-aġenda" u valutazzjonijiet oħrajn.

Sistema permanenti għat-taxxa fuq il-valur miżjud tista' tkun ta' kopertura għat-tranżazzjonijiet kollha tal-Ewropa bejn l-intrapendituri fl-estensjoni tal-proċedura tar-reverse charges. Skont dan il-mudell, il-ġbir tat-taxxa fuq ix-xiri u r-rimborż mhumiex meħtieġa. Fejn ma jkunx hemm flussi ta' flus, il-possibbilità għal frodi tkun eliminata. B'hekk, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jiġu mnaqqsa b'mod sinifikanti.

Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jiġu eżentati b'mod sinfikanti mill-finanzjament u d-dmirijiet amministrattivi. Il-fatturar ġie ssimplifikat b'mod sinfikanti. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx għalfejn "jiffinanzjaw minn qabel" it-taxxa fuq ix-xiri. Jitnaqqsu wkoll żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji kbar, li jistgħu jużaw il-ħlas lura ta' taxxa fuq id-dħul bħala strument ta' finanzjament. Barra minn hekk, jistgħu jiġu evitati bosta każijiet tat-taxxa fuq id-dħul minn negozju li jirriżultaw minn inadempjenza.

Permezz tal-mekkaniżmu komprensiv tar-reverse charges tinkiseb simplifikazzjoni u unifikazzjoni, minħabba t-tnaqqis sinfikanti tas-sistema attwali ta' koeżistenza ta' tassazzjoni standard, tal-bażi tal-ġbir u tal-mekkaniżmu tar-reverse charges. Anke l-moviment transfruntier bil-kundizzjonijiet diversi attwali tiegħu jiġi ffaċilitat għal regoli ta' simplifikazzjoni u l-obbligi tar-reġistrazzjoni.

Huwa diffiċli biex wieħed jifhem l-approċċ riżervat tal-Kummissjoni lejn l-użu mifrux ta' din il-proċedura. Din diġà wriet li kienet ta' suċċess kbir f'oqsma suxxettibbli għall-frodi ta' wħud mill-Istati Membri. F'dan ir-rigward, għadu ma ġiex stabbilit li s-sistema ma taħdimx f'livell usa'.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (6.7.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar Lejn sistema ta' VAT definittiva u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

(2016/2033(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Nedzhmi Ali

(*)  Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-qasam tat-taxxa li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri;

B.  billi l-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tagħmel ħsara kbira immens għaliex minħabba fiha l-Istati Membri jitilfu ammonti konsiderevoli mid-dħul tal-baġit, u b'hekk jiġu ostakolati l-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom.

C.  billi l-frodi tal-VAT f'livell transfruntier lill-Istati Membri u lill-kontribwenti Ewropej tagħna tiswielhom madwar EUR 50 biljun fis-sena;

D.  billi t-tipoloġiji ta' frodi tal-VAT huma multidimensjonali, kontinwament jevolvu u jirrigwardaw ħafna setturi ekonomiċi, u, għaldaqstant, jirrikjedu adattament rapidu tal-leġiżlazzjoni rilevanti bil-għan li tinqabad it-triq lejn sistema tal-VAT sempliċi u sostenibbli li tippermetti li jkun evitat il-fenomenu tal-frodi u t-telf potenzjali tad-dħul mit-taxxa;

E.  billi t-teknika ta' frodi tal-VAT l-iktar użata hija l-frodi "karusell"; billi din hija teknika komuni ħafna fis-setturi tal-komponenti elettroniċi, tat-telefonija mobbli u tat-tessuti, li tikkonsisti mill-fatt li l-prodotti jgħaddu minn diversi kumpaniji li jinsabu fi Stati Membri differenti, biex b'hekk jittieħed vantaġġ mill-fatt li l-ebda taxxa ma hija imposta fuq il-forniment ta' prodotti intra-UE;

F.  billi l-isforzi ta' kooperazzjoni msaħħa u kostanti bejn l-Istati Membri jeħtieġ li jintużaw b'urġenza biex jitfasslu strateġiji komprensivi u integrati għall-ġlieda kontra l-frodi, partikolarment fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji attwali fil-livell tal-UE u ż-żieda tal-kummerċ elettroniku u tal-kummerċ fuq l-Internet, li dgħajfet il-kontroll territorjali fuq il-ġbir tal-VAT;

G.  billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE hija element fundamentali tal-aġenda politika tal-UE biex tissaħħaħ u tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini tagħha;

1.  Jilqa' favorevolment il-pjan ta' azzjoni l-ġdid fil-qasam tal-VAT, inizjattiva fundamentali, li ilha żmien mistennija, biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-prijorità politika "suq intern aktar profond u aktar ġust" u biex tikkontribwixxi għal din tal-aħħar, permezz tal-Strateġija tal-UE għal Suq Uniku Diġitali u l-ispazju ta' VAT uniku fl-UE; jisħaq fuq il-fatt li għandha tkun prijorità urġenti li l-UE u l-Istati Membri jaffrontaw id-distakk tal-VAT u l-frodi tat-taxxa; jenfasizza l-bżonn ta' suq uniku aktar profond u aktar ekwu għall-promozzjoni tal-ġustizzja fiskali, tal-konsum sostenibbli, tal-impjiegi, tat-tkabbir, tal-investimenti u tal-kompetittività; iqis li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid għandu jkun sottopost għal valutazzjoni tal-impatt komprensiva;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni bit-titolu "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020: Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika";

3.  Josserva li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid fih passi 'l quddiem ulterjuri lejn reġim definittiv aktar effiċjenti u reżistenti għall-frodi li jkun aktar favorevoli għall-impriżi fl-era tal-ekonomija diġitali u tal-kummerċ elettroniku;

4.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-VAT hija taxxa regressiva u tolqot l-aktar lill-gruppi b'introjtu baxx; ifakkar, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li għandhom iżommu f'kunsiderazzjoni dan il-fatt meta jiġu biex jiffissaw ir-rati għall-prodotti li jintużaw aktar mill-gruppi b'introjtu baxx;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex iżżid l-effikaċja tas-sistemi tal-VAT u tiggarantixxi konformità aħjar mar-regoli tal-VAT; jilqa' favorevolment l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-"pajjiż tad-destinazzjoni" (jiġifieri, il-pajjiżi fejn jintużaw il-prodotti u s-servizzi) bħala l-prinċipju ta' bażi tas-sistema definittiva tal-VAT tal-UE li x'aktarx twassal għal tnaqqis ta' EUR 40 biljun fis-sena mill-frodi transfruntieri tal-VAT, skont l-istimi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni temenda d-Direttiva dwar il-VAT biex l-importatur ikun jista' jinżamm responsabbli konġuntament mit-telf tal-VAT fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

6.  Isostni l-proposta tal-Kummissjoni skont liema l-VAT fuq il-bejgħ transfruntier (ta' prodotti jew ta' servizzi) tinġabar mill-awtorità tat-taxxa tal-pajjiżi tal-oriġini, f'rata applikabbli fil-pajjiż tal-użu, u tiġi ttrasferita fil-pajjiż li fih fl-aħħar mill-aħħar intużaw il-prodotti jew is-servizzi;

7.  Josserva li s-sistema tal-VAT attwali għadha frammentata u toħloq piżijiet amministrattivi sinifikanti, partikolarment għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-kumpaniji online; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva dwar il-VAT bil-għan li tippermetti applikazzjoni teknoloġikament newtrali tar-regoli tal-VAT, u dan se jiżgura li l-verżjoni fiżika u dik diġitali ta' ċertu prodott ikunu ttrattati bl-istess mod; jistieden lill-Kummissjoni timminimizza l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, partikolarment għall-SMEs; isostni l-proposta tal-Kummissjoni biex jiddaħħal limitu minimu eżenti mill-VAT biex tingħata għajnuna lin-negozji l-ġodda u lill-mikroimpriżi;

8.  Jissottolinja l-importanza tal-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva biex il-Mekkaniżmu Elettroniku Uniku għar-reġistrazzjoni u għall-pagament tal-VAT jiġi estiż biex jinkludi l-bejgħ online transfruntier ta' prodotti fiżiċi mill-impriżi lill-konsumaturi bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv, wieħed mill-ostakli ewlenin li jħabbtu wiċċhom miegħu l-impriżi huma u joperaw b'mod transfruntier;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni ssolvi l-problema tal-piż amministrattiv fuq l-impriżi maħluq mir-reġim frammentat tal-VAT billi tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-estensjoni tal-mini punt uniku ta' kuntatt ta' bħalissa biex jinkludi oġġetti tanġibbli mibjugħin online, b'hekk l-impriżi jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet u pagamenti uniċi tal-VAT fl-Istat Membru tagħhom stess;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jissemplifikaw is-sistemi nazzjonali tat-taxxa tagħhom, u jagħmluhom aktar konsistenti u robusti biex tkun faċilitata l-konformità, ikunu evitati, skoraġġiti u ssanzjonati l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u tingħata spinta lill-effiċjenza tal-ġbir tal-VAT;

11.  Huwa mħasseb bil-fatt li l-għan tas-semplifikazzjoni tas-sistema ta' responsabilità għall-VAT bħala riżorsa proprja ma ntlaħaqx totalment; ifakkar fil-bżonn ta' aktar semplifikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni relatata mar-riżorsi proprji bil-għan li jonqsu l-possibilitajiet ta' żbalji u frodi; jiddispjaċih li l-pjan ta' azzjoni l-ġdid ma jindirizzax l-impatt fuq ir-riżorsa proprja tal-VAT;

12.  Jirrikonoxxi li l-adozzjoni f'Lulju 2013 tad-Direttiva rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fir-rigward ta' fornimenti ta' ċerti prodotti u servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal frodi(1) u tad-Direttiva rigward mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT(2) għenet biex tissawwar u tissaħħaħ ulterjorment is-sistema tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw b'mod aħjar il-politiki rispettivi tagħhom dwar il-mekkaniżmi tar-reverse charge, bil-għan li jistabbilixxu skambju obbligatorju ta' informazzjoni preċiża u komprensibbli; jistieden lill-Kummissjoni tkompli teżamina, u tivvaluta b'mod aħjar, il-possibilitajiet ta' estensjoni għall-forniment ta' prodotti minn impriża għal impriża tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tal-VAT, billi diġà japplika għall-prodotti u s-servizzi diġitali, bil-għan li jiġi evitat li jinbtu forom ġodda ta' frodi tal-VAT minflok dik tal-frodi "karusell", u tiġi evitata żieda tal-piżijiet amministrattivi għall-SMEs;

14.  Jirrimarka li d-distakk tal-VAT tal-Istati Membri, u t-telf stmat fil-ġbir tal-VAT fi ħdan l-Unjoni, ammonta għal EUR 170 biljun fl-2015, skont l-istimi, u jissottolinja l-fatt li fi 13-il Stat Membru mis-26 eżaminati fl-2014, it-telf stmat medju tal-VAT qabeż il-15,2 %; jistieden lill-Kummissjoni tuża totalment is-setgħat eżekuttivi tagħha ħalli tikkontrolla u tgħin lill-Istati Membri; jirrimarka li l-azzjoni effikaċi biex jonqos id-distakk tal-VAT teħtieġ approċċ miftiehem u multidixxiplinari inkwantu tali distakk huwa r-riżultat mhux biss ta' frodi iżda ta' kombinazzjoni ta' fatturi, fosthom il-falliment u l-insolvenza, l-iżbalji statistiċi, il-pagament tardiv, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippromwovi malajr leġiżlazzjoni dwar livell minimu ta' protezzjoni għall-informaturi fl-UE u, biex tinvestiga u tiskoraġġixxi b'mod aħjar il-frodi, tipprevedi appoġġ finanzjarju favur il-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier, li wera biċ-ċar l-effikaċja tiegħu fl-iskandli "LuxLeaks", "Dieselgate" u "Panama Papers";

15.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni tal-istrateġija dwar id-distakk tal-VAT fil-kuntest tas-Semestru Ewropew inkwantu tikkostitwixxi strument għall-Istati Membri biex jidentifikaw il-kawżi ta' dan id-distakk, is-segmenti tal-ekonomija vulnerabbli għall-frodi, l-effetti makroekonomiċi f'riskju u l-impatt korrelattiv tar-riżorsi proprji tal-UE;

16.  Jiddispjaċih li l-frodi tal-VAT, u b'mod partikolari l-hekk imsejħa frodi "karusell" jew tal-"kummerċjant nieqes", tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni u ċċaħħad lill-baġits nazzjonali minn riżorsi sinifikanti kif ukoll tipperikola l-baġit tal-Unjoni; jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda data affidabbli dwar il-frodi "karusell" tal-VAT; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tagħti bidu għal sforz koordinat min-naħa tal-Istati Membri biex tkun stabbilita sistema konġunta ta' ġbir tal-istatistika dwar il-frodi tal-VAT tat-tip "karusell"; jirrimarka li tali sistemi jistgħu jkunu bbażati fuq prattiki diġà użati f'ċerti Stati Membri;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-ħolqien ta' sistema komuni li tippermetti stima aktar irfinata tal-kobor tal-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE billi tiġi kumpilata l-istatistika rigward il-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, li tkun tippermetti lill-Istati Membri individwali jevalwaw ir-riżultati rispettivi tagħhom f'dan ir-rigward abbażi ta' indikaturi preċiżi u affidabbli dwar it-tnaqqis tal-VAT fi ħdan l-UE u taż-żieda fl-identifikazzjoni tal-frodi u l-irkupru korrispondenti tat-taxxa; huwa tal-fehma li l-approċċi tal-awditjar il-ġodda, bħall-awditjar uniku jew l-awditjar konġunt, għandhom ikunu estiżi ulterjorment għall-operazzjonijiet transfruntieri;

18.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati strateġiji ġodda u li jsir użu aktar effiċjenti mill-istrutturi eżistenti tal-UE biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; jissottolinja l-fatt li aktar trasparenza, li tippermetti skrutinju korrett, u l-adozzjoni ta' approċċ aktar strutturat u msejjes fuq ir-riskji huma fundamentali għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-iskemi tal-frodi u tal-korruzzjoni;

19.  Jiddispjaċih li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT għadha mhijiex effiċjenti meta tiġi biex tindirizza l-evażjoni u l-mekkaniżmi ta' frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, jew biex tiġġestixxi t-tranżazzjonijiet jew il-kummerċ transfruntieri; jisħaq fuq il-bżonn ta' sistema tal-VAT li tkun semplifikata, effikaċi u aċċessibbli u li tħalli lill-Istati Membri kollha jnaqqsu l-piżijiet tal-VAT tagħhom u jiġġieldu l-frodi tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq aktar żjarat ta' monitoraġġ fl-Istati Membri, magħżulin fuq il-bażi tar-riskji, matul il-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni amministrattiva; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tikkonċentra, fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tal-arranġamenti amministrattivi, fuq it-tneħħija tal-ostakli ta' natura ġuridika li jimpedixxu l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u dawk inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu analiżi komuni tar-riskji li tinkludi l-użu ta' analiżi tan-netwerks soċjali biex jiġi żgurat li l-informazzjoni skambjata permezz ta' Eurofisc tkun immirata kontra l-frodi; jistieden lill-Istati Membri jipprevedu sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi kif ukoll itejbu s-sistema ta' skambju tal-informazzjoni attwalment użata;

20.  Jenfasizza l-bżonn li jissaħħaħ Eurofisc sabiex jitħaffef l-iskambju ta' informazzjoni; jirrimarka li għad hemm problemi fir-rigward tal-eżattezza, tal-kompletezza u tal-puntwalità tal-informazzjoni; iqis li huwa meħtieġ li jkunu akkomunati l-azzjonijiet u jkunu koordinati l-istrateġiji tal-awtoritajiet tat-taxxa, ġudizzjarji u tal-pulizija tal-Istati Membri kif ukoll tal-korpi Ewropej – bħal Europol, Eurojust u OLAF – dwar il-ġlieda kontra l-frodi, l-kriminalità organizzata u l-ħasil ta' flus; jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha jkomplu jqisu mudelli sempliċi u komprensibbli ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni f'ħin reali bil-għan li jkun possibbli reazzjonijiet rapidi jew miżuri ta' taffija maħsuba għall-ġlieda tal-metodi ta' frodi eżistenti jew emerġenti ġodda;

21.  Iqis bħala essenzjali għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw f'Eurofisc f'kull qasam ta' attività tiegħu, bil-għan li jitħallew jittieħdu miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jippermettu kontroverifiki effikaċi bejn data doganali u tal-awtoritajiet tat-taxxa, u tikkonċentra s-sorveljanza tagħha tal-Istati Membri fuq miżuri indikattivi tat-titjib tal-puntwalità tar-risposti tagħhom għat-talbiet għall-informazzjoni u dwar l-affidabilità tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES);

23.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jattwaw sistema dupliċi tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT (jiġifieri l-għoti lill-kummerċjanti, li biħsiebhom jieħdu sehem fil-kummerċ intra-Komunitarju, ta' numru ta' identifikazzjoni tal-VAT differenti minn dak għall-użu nazzjonali), u jwettqu l-verifiki previsti mill-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 904/2010 filwaqt li joffru konsulenza bla ħlas lill-kummerċjanti;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi ta' żdoganar elettroniku tal-Istati Membri jkunu jippermettu u jwettqu l-verifika awtomatika tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi emenda għad-Direttiva dwar il-VAT bil-għan li tinkiseb aktar armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-VAT tal-Istati Membri għall-forniment fi ħdan l-UE ta' prodotti u ta' servizzi;

26.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligazzjoni in solidum f'każijiet ta' kummerċ transfruntier ma ġietx adottat mill-Kunsill; jirrimarka li din iċ-ċirkostanza tnaqqas il-funzjoni deterrenti fil-konfront tan-negozju mal-kummerċjanti frawdolenti; iqis li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT fir-rigward tal-perjodu ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi mhijiex uniformi fost l-Istati Membri, u li dan il-fatt iżid il-piż amministrattiv fuq il-kummerċjanti li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill japprova l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-obbligazzjoni in solidum;

27.  Jemmen li OLAF u Europol għandhom ikollhom aċċess għad-data ta' VIES u Eurofisc, u li l-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mill-informazzjoni ta' intelligence li jfornu dawn il-korpi biex ikunu jistgħu jiksbu effiċjenza fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità organizzata li topera f'livell transnazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li l-OLAF għandu bżonn ikollu kompetenzi u strumenti ċari biex jinvestiga l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE;

28.  Jenfasizza li kemm id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (Direttiva PIF) kif ukoll ir-Regolament dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (Regolament UPPE) jistgħu jikkumplementaw u jsaħħu l-qafas ġuridiku u jirrinfurzaw konsiderevolment il-ġlieda kontra l-frodi; itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-bżonn urġenti li jkunu adottati d-Direttiva PIF u r-Regolament UPPE, bl-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-aktar tipi ta' frodi tal-VAT li jagħmlu ħsara, bħall-frodi internazzjonali minn gruppi organizzati; jenfasizza li l-esklużjoni tal-VAT mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-proposti tkun tirrappreżenta pass lura notevoli, billi l-frodi tal-VAT hija koperta mill-qafas ġuridiku attwali, jiġifieri il-Konvenzjoni PIF, kif fakkret dan l-aħħar il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-8 ta' Settembru 2015 kontra Taricco u oħrajn (kawża C-105/14);

29.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu aktar attivi f'livell internazzjonali, isaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi mhux membri tal-UE kif ukoll jinfurzaw il-ġbir effiċjenti tal-VAT, bil-għan li jiġu stabbiliti standards u strateġiji ta' kooperazzjoni bbażati prinċipalment fuq il-prinċipji ta' trasparenza, governanza tajba u skambju ta' informazzjoni. jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni li taslilhom mill-pajjiżi terzi bil-għan li jkun faċilitat l-infurzar tal-ġbir tal-VAT, partikolarment fil-kummerċ elettroniku.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Iris Hoffmann, Cătălin Sorin Ivan, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Patricija Šulin

(1)

Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta' Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fir-rigward ta' fornimenti ta' ċerti prodotti u servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal frodi.

(2)

Direttiva tal-Kunsill 2013/42/UE tat-22 ta' Lulju 2013 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta' Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (8.7.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar lejn sistema ta' VAT definittiva u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

(2016/2033(INI))

Rapporteur għal opinjoni: (*): Juan Fernando López Aguilar

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0055/2015),

A.  billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri hija element fundamentali tal-aġenda politika tal-Unjoni, sabiex tikkonsolida u ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tiggarantixxi li flushom qed jintużaw b'mod korrett.

B.  billi l-frodi tal-VAT tirriżulta f'telf ta' dħul għall-Istati Membri, u għalhekk għall-UE, toħloq distorsjoni fl-ambjent fiskali li tagħmel ħsara b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u tintuża minn organizzazzjonijiet kriminali li jieħdu vantaġġ minn lakuni leġiżlattivi eżistenti bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tagħhom;

C.  billi, skont l-istimi tal-Europol, bejn EUR 40 biljun u EUR 60 biljun ta' telf ta' dħul annwali tal-VAT tal-Istati Membri huma kkawżati minn gruppi ta' kriminalità organizzata, u 2 % ta' dawk il-gruppi huma wara 80 % ta' frodi intra-Komunitarja b'negozjant nieqes ("frodi karusell");

D.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 24/2015 li l-frodi tal-VAT hija prinċipalment prattika kriminali li jeħtieġ li titwaqqaf;

E.  billi fil-każ ta' "Taricco u Oħrajn" (C105/14), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stqarret li l-kunċett ta' "frodi" kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tkopri d-dħul mill-VAT;

1.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jinkludi l-VAT fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ("id-Direttiva PIF") sabiex jinstab qbil dwar il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli;

2.  Iqis li huwa importanti li l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni u jikkoordinaw strateġiji biex jitneħħew il-lakuni fl-indirizzar tal-frodi tal-VAT b'mod effettiv; iqis li t-twaqqif ta' għodod ta' analiżi tar-riskju nazzjonali jista' jtejjeb l-effiċjenza ta' skambji ta' informazzjoni; barra minn hekk huwa tal-fehma li huma meħtieġa passi addizzjonali li jallinjaw strateġiji nazzjonali ma' dawk ta' aġenziji Ewropej u korpi bħall-Europol, l-Eurojust u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata t-tneħħija ta' ostakli legali li jipprevjenu l-iskambju ta' informazzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta d-dħul iġġenerat minn organizzazzjonijiet kriminali minħabba l-frodi tal-VAT, u biex tippreżenta strateġija komprensiva, komuni u multidixxiplinarja fil-ġlieda kontra l-mudelli kummerċjali ta' organizzazzjonijiet kriminali bbażati fuq il-frodi tal-VAT, inkluż permezz ta' timijiet investigattivi konġunti fejn meħtieġ;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi xierqa kollha biex tkun żgurata t-traċċabilità tal-flussi finanzjarji u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet bankarji sabiex jevitaw li d-dħul mill-frodi tal-VAT jiġi investit mill-ġdid.

5.  Iqis kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) uniku, b'saħħtu u indipendenti, li jkun kapaċi jinvestiga, iħarrek u jressaq il-qorti dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-frodi tal-VAT, kif definit fid-Direttiva PIF ta' hawn fuq, u jemmen li kwalunkwe soluzzjoni aktar dgħajfa tkun spiża għall-baġit tal-Unjoni. jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun żgurat li t-tqassim tal-kompetenza bejn l-UPPE u l-awtoritajiet investigattivi tal-Istati Membri ma jwassalx għal reati b'impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-UPPE;

6.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jippubblikaw stimi dwar it-telf minħabba frodi tal-VAT fi ħdan l-UE, biex jindirizzaw id-dgħufijiet fl-Eurofisc, u biex jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom dwar ir-reverse charging tal-VAT fuq oġġetti u servizzi;

7.  ’Iqis li huwa kruċjali li l-Istati Membri jużaw kontrolli multilaterali (MLCs) – kontroll koordinat minn żewġ Stati Membri jew aktar tal-obbligi tat-taxxa ta' persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar – bħala għodda utli biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, József Nagy, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Petra Kammerevert, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Andrejs Mamikins, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georg Mayer

(1)

Testi adottati, P7_TA(2014)0234.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Beatrix von Storch, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alain Cadec, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Emmanuel Maurel, Siôn Simon, Joachim Starbatty, Tibor Szanyi, Romana Tomc

Avviż legali - Politika tal-privatezza