Proċedura : 2016/2028(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0312/2016

Testi mressqa :

A8-0312/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0397

RAPPORT     
PDF 508kWORD 48k
20.10.2016
PE 584.083v02-00 A8-0312/2016

dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio

(2016/2028(IMM))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Angel Dzhambazki

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio

(2016/2028(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Mario Borghezio tal-5 ta' Jannar 2016, imħabbra fis-seduta plenarja fl-1 ta' Frar 2016, għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti kriminali pendenti quddiem il-Qorti ta' Milan (RGNR Nru 41838/13, RG GIP Nru 12607/14),

–  wara li sema' lil Mario Borghezio skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 1(a) tal-Liġi Taljana Nru 205/1993,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0312/2016),

A.  billi Membru tal-Parlament Ewropew, Mario Borghezio, talab għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tiegħu, skont l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7, b'konnessjoni ma' proċedimenti kriminali pendenti quddiem il-Qorti ta' Milan; billi, skont avviż mogħti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, is-Sur Borghezio allegatament sostna ideat ibbażati fuq is-superjorità u l-mibegħda razzjali jew etnika matul programm tar-radju, fejn tali mġiba hija punibbli skont l-Artikolu 1(a) tal-Liġi Taljana Nru 205/1993;

B.  billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huma esklussivi b'mod reċiproku(2); billi dan il-każ jikkonċerna biss opinjonijiet allegatament diskriminatorji espressi minn Membru tal-Parlament Ewropew; billi, għalhekk, l-applikabbiltà tal-Artikolu 8 biss tal-Protokoll hija evidenti;

C.  billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7, Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom;

D.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, sabiex wieħed igawdi mill-immunità, opinjoni għandha tkun espressa minn Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi din ir-rabta għandha tkun diretta u ovvja(3);

E.  billi, matul il-programm tar-radju msemmi, is-Sur Borghezio ntalab jikkummenta dwar il-ħatra u l-kompetenza ta' membru ġdid tal-Gvern Taljan, jiġifieri l-Ministru għall-Integrazzjoni l-ġdida;

F.  billi l-fatti tal-kawża, kif jidher fid-dokumenti pprovduti lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u fis-seduta quddiem din tal-aħħar, jindikaw li d-dikjarazzjonijiet li għamel ma kellhom ebda konnessjoni diretta u ovvja mal-attivitajiet parlamentari tiegħu;

G.  billi, b'mod partikolari, ġie allegat li d-dikjarazzjonijiet li saru jaqbżu l-limitu li ġeneralment imdorrijin bih f'dibattiti politiċi u, barra minn hekk, huma ta' natura profondament mhux parlamentari; billi huma kuntrarji għall-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet magħmula waqt il-qadi ta' dmirijietu ta' Membru tal-Parlament Ewropew;

H.  billi Mario Borghezio, għalhekk, ma jistax jitqies li kien qed jaġixxi fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

I.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, meta titressaq kawża kontra Membru tal-Parlament Ewropew quddiem qorti nazzjonali u din tiġi informata li nbdiet proċedura għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet ta' dak il-Membru, kif previst fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, l-imsemmija qorti għandha tissospendi l-proċedimenti legali u titlob lill-Parlament jagħti l-opinjoni tiegħu mill-iktar fis possibbli(4); billi l-Qorti ta' Milan, li quddiemha tressqu proċedimenti legali kontra s-Sur Borghezio, irrifjutat li tissospendi l-proċedimenti u ordnat li dawn jitkomplew minkejja talba magħmula mis-Sur Borghezio abbażi tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja;

1.  Jiddeċiedi li ma jħarisx il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio;

2.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti ta' Milan, minkejja l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, irrifjutat li tissospendi l-proċedimenti mibdija kontra s-Sur Borghezio;

3.  Jeżiġi li l-awtoritajiet Taljani jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju previst mill-Qorti tal-Ġustizzja f'dak li jikkonċerna l-obbligu fuq il-qorti kompetenti li tissospendi l-proċedimenti ġudizzjarji meta titressaq talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Mario Borghezio.

(1)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

(2)

Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra, ikkwotati iktar 'il fuq, paragrafu 45.

(3)

Kawża C-163/10, Patriciello, ikkwotata iktar 'il fuq, paragrafi 33 u 35.

(4)

Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra, ikkwotati iktar 'il fuq, paragrafu 43.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

12.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Mary Honeyball, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Virginie Rozière

Avviż legali