Proċedura : 2016/2229(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0320/2016

Testi mressqa :

A8-0320/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0493

RAPPORT     
PDF 500kWORD 51k
10.11.2016
PE 589.305v02-00 A8-0320/2016

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja

(10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE) – 2016/2229(INI))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Jørn Dohrmann

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja

(10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE)2016/2229(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozzz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (11692/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta' [......] dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0320/2016),

A.  billi s-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja tradizzjonalment dejjem stadu b'mod konġunt f'Kattegat u Skagerrak;

B.  billi l-Ftehim jirrikonoxxi d-drittijiet storiċi tas-sajd tas-sajjieda mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja f'Kattegat u Skagerrak, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' sajjieda minn stati oħra, filwaqt li jiżgura wkoll li jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tas-sajd u l-preservazzjoni ta' dawn l-ilmijiet;

C.  billi l-Ftehim jappoġġja wkoll l-implimentazzjoni tas-sistema riformata ta' ġestjoni tas-sajd fl-UE stabbilita b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) il-ġdida, b'mod partikolari l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u miżuri obbligatorji biex l-istokkijiet jinżammu 'l fuq mil-limiti tas-sajd sostenibbli;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet ta' kwalunkwe konsultazzjoni li saret bi qbil mal-Artikolu 4 tal-Ftehim;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Ftehim u qabel il-bidu tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat rispettivi tagħhom, jinformaw lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-Ftehim u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern għal kwalunkwe pajjiż terz għandu jibni fuq ir-reċiproċità, u li fil-każ tan-Norveġja kwalunkwe dazju doganali fuq il-prodotti tal-ikel, inkluż fuq il-prodotti tas-sajd, mill-UE għandu jkun konformi mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

5.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandu jkollha l-kompitu li tiżgura li d-dazji doganali fuq il-prodotti tal-ikel u tas-sajd mill-UE ma jiġux stabbiliti b'mod kuntrarju għall-prinċipji ta' kummerċ ħieles fil-qasam tal-prodotti tal-ikel, inklużi l-prodotti tas-sajd;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tan-Norveġja.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Jørn Dohrmann, Francisco José Millán Mon

Avviż legali