Proċedura : 2016/0192(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0321/2016

Testi mressqa :

A8-0321/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0492

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 577kWORD 53k
10.11.2016
PE 587.521v02-00 A8-0321/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja

(10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Jørn Dohrmann

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja

(10711/2016 – C8-0332/2016 – 2016/0192(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10711/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbożż ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja,

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0332/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' [......] dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0321/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ftehim dwar aċċess reċiproku għas-sajd f'Skagerrak u Kattegat bejn id-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja tal-1966 daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1967. Dan il-ftehim, li kien issuplimentat bil-ftehim dwar is-sajd bilaterali tal-1980 bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, ippermetta aċċess reċiproku bejn it-tliet pajjiżi biex jistadu sa erba' mili nawtiċi mil-linji bażi rispettivi tagħhom fi Skagerrak u Kattegat. Barra minn hekk, il-Ftehim stabbilixxa li, għall-finijiet ta' dan is-sajd, iż-żona kkonċernata kienet meqjusa bħala ibħra miftuħa. Għalhekk, il-Ftehim irregola r-relazzjoni bejn l-istati kemm bħala stati tal-bandiera u bħala stati kostali.

Il-Ftehim tal-1966 qies il-ġeografija partikolari ta' Skagerrak u Kattegat fir-rigward tas-sajd u rrikonoxxa li d-drittijiet storiċi ta' sajd f'din iż-żona żgħira tal-ibħra tas-sajjieda mit-tliet pajjiżi kkonċernati. Għal dik ir-raġuni, il-Ftehim tal-1966 kien jikkonsisti minn tliet artikoli biss, fejn l-ewwel wieħed kien jiddefinixxi ż-żona konċernata, u t-tieni wieħed kien jiddefinixxi d-drittijiet ta' aċċess u x-xewqa li jiġu armonizzati r-regolamenti tekniċi.

Permezz tal-adeżjoni tad-Danimarka u l-Isvezja fl-UE fl-1973 u l-1995 rispettivament, il-Kummissjoni refgħet ir-responsabilità tal-ġestjoni ta' dan il-Ftehim f'isem dawk iż-żewġ Stati Membri. Saru konsultazzjonijiet dwar l-arranġamenti li jirriżultaw minn dan il-Ftehim b'mod parallell mal-konsultazzjonijiet li saru għall-Ftehim tas-sajd bilaterali tal-1980.

Il-Ftehim tal-1966 baqa' fis-seħħ għal perjodu inizjali ta' 35 sena sal-2002 u sussegwentament ġie estiż għal żewġ perjodi ta' ħames snin sal-2012.

Minħabba iktar żviluppi riċenti fil-liġi internazzjonali tas-sajd u, b'mod partikolari, permezz tal-introduzzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982 u l-Ftehim tal-Istokkijiet tal-Ħut tan-NU tal-1995, in-Norveġja kkunsidrat li l-Ftehim eżistenti ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet attwali tal-Liġi tal-Baħar. In-Norveġja kienet ikkonċernata b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll. Barra minn hekk, ikkunsidrat li l-Ftehim ma kienx f'armonija mal-prinċipji tal-ġurisdizzjoni normali tal-Istati Kostali skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u ma kienx jikkorrispondi mal-konservazzjoni u l-prinċipji amministrattivi moderni.

Fid-29 ta' Lulju 2009, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Norveġiż informa b'mod formali lill-awtoritajiet Daniżi, il-Gvern Depożitarju tal-Ftehim, li huma xtaqu jtemmu l-Ftehim permezz ta' denunzja formali f'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim. Bħala konsegwenza, il-Ftehim tal-1966 skada fis-7 ta' Awwissu 2012.

Sussegwentament, in-Norveġja daħlet f'negozjati formali mal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, bil-għan li tistabbilixxi Ftehim ta' sostituzzjoni dwar aċċess reċiproku għas-sajd fiż-żona ta' Skagerrak u Kattegat. Dan il-Ftehim il-ġdid ġie inizjalat fl-24 ta' Ottubru 2013, u ġie ffirmat fil-15 ta' Jannar 2015. Huwa konformi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar kif ukoll id-dispożizzjonijiet sussegwenti relatati fi ftehimiet oħrajn.

Il-Ftehim il-ġdid iżomm l-aċċess esklużiv mogħti lill-bastimenti mid-Danimarka, in-Norveġja u l-Isvezja għall-ilmijiet ta' xulxin lil hinn minn erba' mili nawtiċi mil-linji bażi. Dan jiżgura aċċess reċiproku kontinwat għaż-żewġ Stati Membri u n-Norveġja għall-ilmijiet rispettivi tagħhom tal-Partijiet l-oħrajn fiż-żona ta' Skagerrak u Kattegat, filwaqt li fl-istess ħin, jiżgura l-konservazzjoni tajba u l-miżuri amministrattivi għas-sajd fiż-żona. Barra minn hekk, jipprevedi miżuri ta' kontroll f'armonija mal-prinċipji tal-ġurisdizzjoni normali tal-istati kostali, kif inhu diġà l-każ għas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Tradizzjonalment, is-sajjieda ma jistadux f'ċerti ilmijiet: huma jistadu għal ċerti stokkijiet ta' ħut jew għal ċerti speċijiet u ħut f'ibħra fejn jinsabu dawn l-istokkijiet jew l-ispeċijiet u jsegwu l-ispeċijiet migratorji. Din it-tradizzjoni tmur lura għal qabel il-ħolqien ta' stati u r-rikonoxximent tal-ibħra territorjali u, aktar tard, taż-żoni ekonomiċi esklużivi.

Kattegat u Skagerrak huma eżempji tipiċi ta' dan. Is-sajjieda Svediżi, Daniżi u Norveġiżi stadu flimkien f'dawn l-ilmijiet sa mill-inqas iż-żminijiet medjevali għall-istess stokkijiet. Il-fatt li tnejn minn dawn il-pajjiżi saru Stati Membri ma biddilx il-prinċipju li s-sajjieda mit-tliet pajjiżi għandhom igawdu d-drittijiet storiċi li jistadu fi Skagerrak u Kattegat. Huwa ta' importanza kbira li dawn id-drittijiet storiċi tas-sajd jiġu rispettati.

Il-politika komuni tas-sajd tal-UE tipprevedi sistema għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet koperti minnha u b'dan il-mod tappoġġja d-drittijiet storiċi tas-sajjieda. Il-Ftehim iżid mal-appoġġ tad-drittijiet storiċi tas-sajd f'dan il-qasam u se jkun ukoll ta' benefiċċju għall-implimentazzjoni tal-PKS riformata f'Kattegat u Skagerrak.

Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Ftehim.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Jørn Dohrmann, Francisco José Millán Mon

Avviż legali