Proċedura : 2016/2119(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0323/2016

Testi mressqa :

A8-0323/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0474

RAPPORT     
PDF 596kWORD 53k
11.11.2016
PE 589.404v02-00 A8-0323/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017

(COM(2016)0312 – C8-0245/2016 – 2016/2119(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Patricija Šulin

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017

(COM(2016)0312 – C8-0245/2016 – 2016/2119(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0312 – C8-0245/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tat-trilogu [ta' xxx],

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0323/2016),

A.  billi, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 661/2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, tqiegħed għad-dispożizzjoni ammont ta' EUR 50 000 000 biex il-pagamenti bil-quddiem jitħallsu permezz ta' approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2012, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)  Il-Fond ma għandux jaqbeż ammont massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3)  L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiddisponi li, meta jkun meħtieġ sabiex tiġi żgurata d-disponibilità fil-ħin tar-riżorsi baġitarji, jista' jiġi mobilizzat ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 mill-Fond biex jitħallsu l-pagamenti bil-quddiem, waqt li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(4)  Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità fil-ħin ta' biżżejjed riżorsi baġitarji fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017, jenħtieġ li jiġi mobilizzat ammont ta' EUR 50 000 000 mill-Fond biex jitħallsu l-pagamenti bil-quddiem.

(5)  Sabiex jiġi minimizzat iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament sabiex jitħallsu l-pagamenti bil-quddiem.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew        Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

(1)

  ĠU L 311, 14.11.2012, p. 3.

(2)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) twaqqaf biex jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza kkaġunati minn diżastri naturali maġġuri u tesprimi s-solidarjetà Ewropea lir-reġjuni milqutin mid-diżastri fl-Ewropa. Il-Fond jista' joffri għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi involuti f'negozjati ta' adeżjoni fl-eventwalità ta' "diżastru naturali maġġuri", jiġifieri fejn id-dannu dirett totali kkaġunat mid-diżastru jaqbeż EUR 3 biljun fi prezzijiet tal-2011 jew 0,6 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-pajjiż, skont liema minnhom ikun l-inqas. Jista' jiġi mobilizzat ukoll fl-eventwalità ta' diżastru reġjonali. Il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE huma ddefiniti fl-att bażiku rilevanti (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002), emendat fl-2014 (bir-Regolament (UE) Nru 661/2014).

Ir-Regolament dwar il-QFP għas-snin 2014-2020(1) (Art. 10) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), oltre l-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Din il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhix ikkollegata ma' diżastru speċifiku. Minflok, hi mmirata biex jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017 l-ammont ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament sabiex il-pagamenti bil-quddiem jitħallsu b'mod puntwali u effiċjenti fl-eventwalità li, matul is-sena d-dieħla, iseħħ xi diżastru.

Dan hu r-riżultat dirett ta' dispożizzjoni ġdida fir-Regolament Emendatorju tal-2014(2) (Art. 4a), li l-Parlament Ewropew iddefenda b'qawwa, li hi mmirata biex tħaffef l-iżborż tal-għajnuna lill-pajjiżi milquta billi jitħallas pagament bil-quddiem qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-għotja definittiva, biex b'hekk tqawwi l-effikaċja tal-Fond. Fuq l-insistenza tal-Parlament, fil-kompromess finali dwar ir-Regolament Emendatorju, li ġie adottat għall-ewwel darba permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, iddaħħlet għalhekk dispożizzjoni li pproponiet li, kull sena, jiġi bbaġitjat ammont sa massimu ta' EUR 50 miljun f'impenji u f'pagamenti, biex tiġi żgurata d-disponibilità puntwali tar-riżorsi baġitarji.

Jenħtieġ jiġi nnotat li pagament bil-quddiem jista' jingħata fuq talba ta' Stat Membru u b'segwitu għal valutazzjoni preliminari min-naħa tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni rispettiva għall-FSUE. L-ammont tal-pagament bil-quddiem m'għandux jaqbeż l-10 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u m'għandux jaqbeż EUR 30 miljun. Il-pagament bil-quddiem jitħallas mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni definittiva dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, u l-pagamenti bil-quddiem li jitħallsu indebitament jiġu rkuprati mingħand l-Istat Membru mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Rapporteur tfakkar li l-FSUE mhuwiex sempliċement forma oħra ta' appoġġ finanzjarju mill-UE, iżda jikkontribwixxi wkoll biex jibgħat messaġġ politiku ċar ta' solidarjetà filwaqt li joffri assistenza ferm meħtieġa liċ-ċittadini milquta. Kapaċità ta' rispons fil-pront, anke billi jitħallas pagament bil-quddiem, tgħin lill-Unjoni tilħaq dawn l-objettivi.

Ir-Rapporteur għalhekk tirrakkomanda li dawn l-ammonti jiġu inklużi fil-Baġit 2017.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU L 189, 27.06.2014, p. 143.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew

Avviż legali