Proċedura : 2012/0236(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0325/2016

Testi mressqa :

A8-0325/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2016 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0431

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 584kWORD 53k
14.11.2016
PE 592.439v02-00 A8-0325/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi

pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

(11309/1/2016 – C8-0403/2016 – 2012/0236(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Diane Dodds

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

(11309/1//2016 – C8-0403/2016 – 2012/0236(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11309/1/2016 – C8-0403/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0498),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0325/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.

(2)

ĠU C 65, 19.2.2016, p. 193.


NOTA SPJEGATTIVA

Fit-12 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1342/2008 (COM(2012) 498 final) bl-għan li jittejbu u jiġu kkjarifikati d-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar. Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill, mingħajr ma inkluda d-dispożizzjonijiet kollha tal-proposta għal regolament (COM(2012) 498 final), adotta regolament, filwaqt li għażel bħala bażi legali l-Artikolu 43(3) TFUE u fejn inkluda biss l-emendi relatati mal-Artikoli 9 u 12 tar-Regolament Nru 1342/2008. Azzjonijiet għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE ittieħdu fl-14 ta' Marzu 2013, kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kummissjoni. Permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' April 2013, il-Kawżi C‑124/13 (Parlament) u C‑125/13 (Kummissjoni) ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.  B’mod simili, permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2013, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja ġew ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill. Il-Qorti tat is-sentenza tagħha fl-1 ta' Diċembru 2015 u annullat ir-Regolament tal-Kunsill, li jfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja qablet mal-Parlament u l-Kummissjoni.

Sadattant, il-Parlament, wara vot fil-Kumitat PECH fit-23 ta’ April 2013, adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Wara s-sentenza tal-QEĠ, il-Kumitat PECH adotta mandat għan-negozjati mal-Kunsill fid-19 ta' April 2016 u l-fajl ġie konkluż fi trilogu uniku fid-29 ta' Ġunju 2016. Il-ftehim, li jimplimenta l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida u jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha, ġie aċċettat mill-Kumitat PECH fil-11 ta' Lulju 2016.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Referenzi

11309/1/2016 – C8-0403/2016 – 2012/0236(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

11.6.2013                     T7-0244/2013

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0498 - C7-0290/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

6.10.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

6.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Diane Dodds

4.2.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Jørn Dohrmann, Francisco José Millán Mon

Data tat-tressiq

14.11.2016

Avviż legali