RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

15.11.2016 - (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Mariya Gabriel

Proċedura : 2016/0098(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0337/2016
Testi mressqa :
A8-0337/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09780/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09779/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0388/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0337/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Federali tal-Mikroneżja.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Qafas tar-relazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja huma regolati mill-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, imsejjaħ il-"Ftehim ta' Cotonou".

Fil-qafas tal-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001[1] permezz tar-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2], l-Istati Federali tal-Mikroneżja ġew trasferiti lejn l-Anness II, li jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta' viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 – fil-forma emendata tiegħu – japplika fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda u r-Renju Unit.

Wara l-adozzjoni tal-imsemmi Regolament fl-20 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni, fid-9 ta' Ottubru 2014, li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-l-Istati Federali tal-Mikroneżja. In-negozjati nfetħu fis-17 ta' Diċembru 2014 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat, permezz ta' skambju ta' ittri, fis-16 ta' Diċembru 2015 mill-Istati Federali tal-Mikroneżja u fit-13 ta' Jannar 2016 mill-Unjoni Ewropea. Fl-24 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar l-iffirmar ta' ftehim għall-eżenzjoni mill-viża għal żjara qasira. Il-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Settembru 2016 fi New York. Minn dik id-data 'l quddiem, il-ftehim applika fuq bażi proviżorja, fl-istennija tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill iddeċieda fit-23 ta' Settembru 2016 li jitlob lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

Il-ftehim iffirmat jiddisponi għal vjaġġar mingħajr l-obbligu ta' viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Istati Federali tal-Mikroneżja meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. L-eżenzjoni mill-viża tkopri l-kategoriji kollha ta' persuni (detenturi ta' passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz/uffiċjali jew speċjali) li jivvjaġġaw għal skopijiet differenti, bl-eċċezzjoni tal-iskop tat-twettiq ta' attività bi ħlas.

**

Ġustifikazzjoni tar-Rapporteur

Dan il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra jikkostitwixxi suċċess fl-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja – filwaqt li jagħti sinifikat politiku qawwi fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou – kif ukoll mezz supplementari għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u biex jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar diversi kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Ir-Rapporteur tinnota li l-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża jista' jkollu effetti pożittivi billi jissimplifika l-kundizzjonijiet ta' vvjaġġar għall-intraprendituri, filwaqt li jiffaċilita l-investimenti u jagħti spinta lit-turiżmu. L-ekonomija tal-Istati Federali tal-Mikroneżja hija essenzjalment ibbażata fuq is-settur tas-servizzi, li jirrappreżenta 74 % tal-PDG tagħha, b'settur turistiku li qed jespandi bis-sħiħ. Ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea ssaħħew mis-sena 2000 'l hawn, meta l-Istati Federali tal-Mikroneżja saru parti mill-Ftehim ta' Cotonou.

Filwaqt li r-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mal-Istati Federali tal-Mikroneżja huma limitati ħafna, dawn għandhom potenzjal għall-iżvilupp. Bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tinnegozja Ftehim ta' Sħubija Ekonomika komprensiv ma' erbatax-il pajjiż tar-reġjun tal-Paċifiku, fosthom l-Istati Federali tal-Mikroneżja. F'dan l-isfond, ir-Rapporteur tinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viżi se tissimplifika l-kundizzjonijiet ta' vvjaġġar għall-intraprendituri, tiffaċilita l-investimenti u tintensifika r-rabtiet ekonomiċi bejn l-intrapriżi. Dan il-ftehim se jippermetti li jiġi attivat it-turiżmu u li jingħata impetu ġdid lill-kummerċ.

Politikament, l-Istati Federali tal-Mikroneżja huma repubblika demokratika li timpenja ruħha bis-sħiħ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li huma garantiti mill-Kostituzzjoni. Id-djalogu politiku tal-Unjoni Ewropea mal-Istati Federali tal-Mikroneżja jiffoka fuq il-protezzjoni tal-ambjent vulnerabbli tagħhom, speċjalment b'rabta mat-tibdil fil-klima u mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet dwar il-ġeneri. F'dan il-kuntest, il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża jirrappreżenta pass sinifikanti lejn djalogu politiku mtejjeb u aktar regolari.

Fir-rigward tal-mobilità, l-informazzjoni disponibbli turi li l-fiduċja fl-applikanti għall-viża hija qawwija u r-rata ta' ċaħdiet ta' viża hija waħda baxxa ħafna. Fl-2014 u l-2015, l-ebda ċittadin tal-Istati Federali tal-Mikroneżja ma ġie arrestat għal preżenza illegali fl-Unjoni Ewropea u ma saret l-ebda ċaħda ta' dħul fil-fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea u ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni ta' ritorn fir-rigward ta' ċittadini Mikroneżjani. Barra minn hekk, l-ebda applikazzjoni għal ażil ma ġiet sottomessa minn ċittadini tal-Istati Federali tal-Mikroneżja. F'dan il-kuntest, il-pajjiż ma jirrappreżenta l-ebda theddida la f'dik li hi migrazzjoni irregolari u lanqas f'dawk li huma sigurtà u ordni pubbliku.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tenfasizza l-impatt mhux negliġibbli li se jkollha l-eżenzjoni mill-viża fuq it-tqarrib bejn il-popli Ewropej u tal-Paċifiku. Il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża jippermetti liċ-ċittadini mhux biss li jgawdu bis-sħiħ mis-sħubija AKP-UE, iżda wkoll li jipparteċipaw fiha billi jivvjaġġaw bi prezz ekonomiku u prattiku mnaqqas.

F'dan il-kuntest ir-rapporteur tilqa' r-rwol tal-membri tal-Assemblea Parlamentari AKP-UE, li kkontribwew bil-kbir għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim li, barra minn hekk, se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

**

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-ftehim

Fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ftehim, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tosserva kwalunkwe żvilupp li jista' jseħħ f'dak li jirrigwarda l-kriterji li inizjalment wasslu għat-trasferiment mill-Anness I għall-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 509/2014. Dawn il-kriterji jinkludu mhux biss l-immigrazzjoni klandestina, il-politika pubbliku u s-sigurtà, iżda wkoll ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi terzi kkonċernati inklużi, b'mod partikolari, kunsiderazzjonijiet marbuta mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Federali tal-Mikroneżja biex jiżguraw ir-reċiproċità sħiħa tal-eżenzjoni mill-viża li għandha tippermetti l-ugwaljanza fit-trattament taċ-ċittadini kollha, b'mod partikolari ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Rapporteur tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-Kumitat Konġunt għall-Ġestjoni tal-Ftehim (l-Artikolu 6), l-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata biss mill-Kummissjoni. Bħala istituzzjoni direttament eletta miċ-ċittadini Ewropej li tiddefendi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jista' jiġi involut fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt. Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew terġa' tħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrieżamina l-kompożizzjoni tal-kumitati konġunti ta' ġestjoni għall-ftehimiet futuri.

Ir-Rapporteur tesprimi wkoll tħassib dwar il-prattika tal-iffirmar tal-ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża u l-applikazzjoni proviżorja tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-Rapporteur tirrimarka li din il-prattika għandha t-tendenza li tnaqqas il-marġini ta' manuvrar tal-Parlament u hija għalhekk problematika peress li l-Parlament ma jiġix informat dwarhom waqt il-progress tan-negozjati bilaterali.

**

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Fil-premessi tal-ftehim konkluż titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda. Għalhekk ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux se jipparteċipaw fil-ftehim li ġie konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen qed tiġi wkoll riflessa f'dikjarazzjoni konġunta annessa mal-ftehim. Id-dikjarazzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-ftehim, malajr kemm jista' jkun, mal-Istati Federali tal-Mikroneżja.

Il-ftehim fih dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni territorjali tiegħu: rigward Franza u n-Netherlands, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim japplikaw biss għat-territorji Ewropej ta' dawk iż-żewġ Stati Membri.

**

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tirrakkomanda lill-Membri tal-Kumitat Parlamentari għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

  • [1]    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
  • [2]    Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Referenzi

09780/2016 – C8-0388/2016 – COM(2016)01932016/0098(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

23.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

3.10.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

24.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mariya Gabriel

23.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.5.2016

12.10.2016

8.11.2016

 

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Gerard Batten, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Kostas Chrysogonos, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Daniel Dalton, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Ulrike Lunacek, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Maria Noichl

Data tat-tressiq

15.11.2016

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Helga Stevens

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Cornelia Ernst

PPE

Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Rachida Dati, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Ana Gomes, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Maria Noichl, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS-ALE

Ska Keller, Ulrike Lunacek, Judith Sargentini, Bodil Valero

4

-

EFDD

Gerard Batten, Kristina Winberg, Beatrix von Storch

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet