Proċedura : 2016/0259(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0340/2016

Testi mressqa :

A8-0340/2016

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 18
CRE 26/04/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0140

RAPPORT     ***I
PDF 736kWORD 79k
16.11.2016
PE 592.253v01-00 A8-0340/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

(COM(2016)0543 – C8-0352/2016 – 2016/0259(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Mircea Diaconu

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS DWAR IL-KOMPATIBILITÀ FINANZJARJA
 ANNESS: SUĠĠERIMENTI TAL-KUMITAT REGI F'FORMA TA' ITTRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

(COM(2016)0543 – C8-0352/2016 – 2016/0543(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0543),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0352/2016),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0340/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Kunsiderazzjoni 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni16 ,

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

__________________

__________________

16 ĠU C , , p. .

16 ĠU C , , p. .

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-wirt kulturali jista’ jkollu rwol importanti għall-koeżjoni tal-komunità fi żmien meta d-diversità kulturali qed tiżdied f’soċjetajiet Ewropej. Approċċi parteċipatorji u interkulturali ġodda għal politiki dwar il-wirt u inizjattivi edukattivi li jattribwixxu dinjità ugwali għall-wirt kulturali kollha għandhom il-potenzjal li jżidu l-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku u l-koeżjoni soċjali.

(11)  Il-wirt kulturali jista’ jkollu rwol importanti għall-koeżjoni tal-komunità fi żmien meta d-diversità kulturali qed tiżdied f’soċjetajiet Ewropej. Is-siti li ngħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom dimensjoni Ewropea qawwija peress li ntgħażlu minħabba r-rwol tagħhom fl-istorja Ewropea. Bħala tali, dawn jissimbolizzaw l-ideali, il-valuri, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Ewropa, u jqarrbu lill-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha lejn xulxin. Flimkien mal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura, dawn is-siti jżidu s-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għal spazju kulturali komuni. Għaldaqstant, għandhom jiġi mfittxija l-komplementarjetajiet mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Approċċi parteċipatorji u interkulturali ġodda għal politiki dwar il-wirt u inizjattivi edukattivi li jattribwixxu dinjità ugwali għall-wirt kulturali kollha, filwaqt li jirrispettaw il-libertà tal-arti, f'konformità mal-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom il-potenzjal li jżidu l-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku u l-koeżjoni soċjali.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F’konformità mal-għanijiet tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura, l-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea għandhom ikunu l-inkoraġġiment u l-appoġġ b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ esperjenza u prattiki tajbin tal-isforzi tal-Unjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jipproteġu, jissalvagwardjaw, jużaw mill-ġdid, itejbu, jivvalorizzaw u jippromwovu l-wirt kulturali Ewropew fl-Unjoni Ewropea (UE). B’mod partikolari:

1.  L-objettiv ewlieni tas-Sena Ewropea huwa li tiċċelebra l-wirt kulturali Ewropew bħala riżorsa komuni li tnisslet minn storja li tmur lura għal sekli sħaħ u mill-interazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn il-popli Ewropej. F’konformità mal-għanijiet tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura, l-għanijiet l-oħra tas-Sena Ewropea għandhom ikunu l-inkoraġġiment u l-appoġġ - b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ esperjenza u prattiki tajbin - tal-isforzi tal-Unjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jipproteġu, jissalvagwardjaw, jużaw mill-ġdid, itejbu, jivvalorizzaw u jippromwovu l-wirt kulturali Ewropew fl-Unjoni Ewropea (UE). B’mod partikolari:

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għandha ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-wirt kulturali Ewropew għall-ekonomija u s-soċjetà, permezz tal-potenzjal ekonomiku dirett u indirett tagħha. Inkluża l-kapaċità li ssostni l-industriji kulturali u kreattivi u tispira l-ħolqien u l-innovazzjoni, tippromwovi turiżmu sostenibbli, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tiġġenera impjieg lokali fuq medda twila ta' żmien.

(b)  Għandha ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-wirt kulturali Ewropew għall-ekonomija u s-soċjetà, permezz tal-potenzjal ekonomiku dirett u indirett tagħha. Inkluża l-kapaċità li ssostni l-industriji kulturali u kreattivi, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll il-proġetti ta' skala żgħira u ta' skala kbira, u tispira l-ħolqien u l-innovazzjoni, tippromwovi turiżmu sostenibbli, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tiġġenera impjieg lokali fuq medda twila ta' żmien.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-ewwel kwart tal-2017, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma li jinvolvi l-Parlament Ewropew u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta pjan ta' ħidma ddettaljat tal-attivitajiet previsti għall-2018, inklużi l-allokazzjonijiet baġitarji korrispondenti, kif ukoll l-identità viżiva għas-Sena Ewropea. Għadd ta' inizjattivi ewlenin għandhom jiġu identifikati mill-grupp ta' ħidma u implimentati fil-qafas tas-Sena Ewropea.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Koordinazzjoni fil-livell nazzjonali

Koordinazzjoni fil-livell tal-Istati Membri

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinatur għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex ikun hemm garanzija ta' eżekuzzjoni tajba tas-Sena Ewropea u biex jimmultiplikaw l-impatt tagħha permezz ta' attivitajiet oħra, l-involviment tal-Komunità u azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea. Il-koordinatur għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet rilevanti fil-livell tal-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex tikkoordina t-tmexxija tas-Sena Ewropea u biex isir skambju tat-tagħrif dwar l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali u dak Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat tal-koordinaturi fil-livell tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew sabiex tikkoordina t-tmexxija tas-Sena Ewropea u biex isir skambju tat-tagħrif dwar l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni u dak Ewropew. Il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tas-Sena Ewropea għandu jkollha approċċ trasversali fi ħdan il-Kummissjoni li jiżgura l-parteċipazzjoni tad-Direttorati Ġenerali rilevanti kollha taħt il-koordinazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura bil-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni għall-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-wirt kulturali, u biex l-informazzjoni dwar is-Sena Ewropea tinxtered aħjar.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

L-involviment tas-soċjetà ċivili

 

L-istruttura tas-Sena Ewropea għandha tippermetti l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet professjonali li joperaw fil-qasam tal-wirt kulturali, tan-netwerks kulturali transnazzjonali eżistenti u tal-NGOs u assoċjazzjonijiet kulturali interessati u, b'mod partikolari, tal-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit artikolu ddedikat għas-Sena Ewropea. Dan l-Artikolu għandu jinkludi l-fondi previsti għat-tħejjija tas-Sena Ewropea, l-implimentazzjoni tagħha, u l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà fit-tul tas-Sena Ewropea. Il-finanzjament ġenerali f'dan l-Artikolu għandu jkun ta' EUR 15-il miljun.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  It-tqassim indikattiv għal kull sena għandu jkun kif ġej: EUR 1 miljun fl-2017, EUR 13-il miljun fl-2018 u EUR 1 miljun fl-2019; L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kofinanzjament fil-livell Ewropew ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għas-Sena Ewropea għandu jkun skont ir-regoli applikabbli, u fi ħdan il-possibbiltajiet eżistenti għall-istabbiliment tal-prijoritajiet fuq bażi annwali jew multiannwali, għal programmi eżistenti, b’mod partikolari l-programm Ewropa Kreattiva. Fejn xieraq, programmi u politiki oħrajn, fi ħdan id-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji eżistenti tagħhom, ukoll jistgħu jappoġġjaw is-Sena Ewropea.

1.   L-attivitajiet organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea jistgħu jiġu kkofinanzjati permezz ta' għotjiet speċifiċi mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri u permezz ta' mekkaniżmi flessibbli ta' finanzjament bħal sħubijiet pubbliċi-privati jew finanzjament kollettiv. Fejn xieraq, programmi u politiki oħrajn, fi ħdan id-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji eżistenti tagħhom, ukoll jistgħu jappoġġjaw is-Sena Ewropea.

(1)

ĠU C xx ta' xx.10.2016, p. x.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS DWAR IL-KOMPATIBILITÀ FINANZJARJA

Is-Sa Silvia Costa

President

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar mistoqsijiet rigward il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)543 – C8-0352/2016 – 2016/0259(COD))

Għażiża Sa Costa,

Din il-proposta ġiet riferuta lill-Kumitat għall-Baġits għal opinjoni nhar is-7 ta' Settembru 2016. Wara li l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Baġits ivvalutataw il-proposta, fil-15 ta' Settembru 2016, huma iddeċidew li jindirizzaw il-mistoqsijiet li jikkonċernaw il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta mal-QFP, f'konformità mal-Artikolu 41(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2016 u, minkejja għadd ta' preokkupazzjonijiet serji mqajma, iddeċieda favur il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta leġiżlattiva msemmija hawn fuq, li għandha l-għan li tippromwovi r-rwol tal-wirt kulturali Ewropew bħala element essenzjali tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, kif ukoll issaħħaħ il-kontribut tagħha għall-ekonomija u s-soċjetà.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li timplimenta s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz ta' diversi programmi tal-UE, partikolarment Ewropa Kreattiva, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, Erasmus+ u l-Ewropa għaċ-Ċittadini. L-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fuq il-ħajja kollha tagħha hija stmata għal spiża totali ta' EUR 4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li għandha tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti tal-baġit eżistenti, billi tkun ibbażata esklużivament fuq il-pakkett tas-sottoprogramm Kultura tal-Programm Ewropa Kreattiva. Peress li s-Sena Ewropea ma kinitx prevista meta ntlaħaq ftehim dwar il-pakketti tal-QFP u l-ebda finanzjament addizzjonali mhu mitlub għal dan fil-programmar finanzjarju eżistenti, li hija ta' natura indikattiva, jeżisti tħassib reali li din is-Sena Ewropea tista' tiddevja l-finanzjament minn azzjonijiet oħra taħt is-sottoprogramm Kultura.

Kif taf sewwa sew, Ewropa Kreattiva huwa programm relattivament żgħir b'ambitu wiesa' u b'livell għoli ta' ambizzjoni. Il-Kumitat jemmen li r-rati ta' implimentazzjoni attwali ta' 100 % sal-aħħar tas-sena, kemm fl-impenji u fil-pagamenti, kif ukoll fir-rati għolja b'mod invarjabbli ta' eċċess ta' applikazzjonijiet juru biċ-ċar il-massimu tar-riżorsi tal-programm. It-tneħħija ta' EUR 4 miljun minn pakkett finanzjarju li huwa diġà ferm limitat se taggrava din is-sitwazzjoni.

Huwa għal din ir-raġuni li l-Kumitat ivvota, fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-Baġit 2017, biex tinħoloq linja baġitarja speċifika li ssostni s-Sena Ewropea, b'EUR 1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament sabiex jibdew it-tħejjijiet fl-2017. Bil-ħolqien ta' linja ddedikata, il-Kumitat jixtieq jibgħat messaġġ ċar li l-Parlament huwa ferm favur Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali ta' suċċess u ambizzjuża, iżda mhux għad-detriment ta' azzjonijiet attwali u futuri taħt is-sottoprogramm Kultura tal-Programm Ewropa Kreattiva. Għaldaqstant, il-finanzjament għalih għandu jiġi delimitat. Barra minn hekk, il-Kumitat ivvota mhux biss biex jitreġġa' lura t-tnaqqis mill-Kunsill għal-linji baġitarji kollha tal-Ewropa Kreattiva, iżda anke biex jissaħħaħ il-finanzjament tagħha b'total ta' EUR 41,6 miljun f'impenji iktar minn dawk fl-Abbozz ta' Baġit, sabiex jittaffa l-piż kbir tal-programm.

Jekk il-vot tal-plenarja fis-26 ta' Ottubru jappoġġa dan, ir-Rapporteur tal-baġit jingħata mandat b'saħħtu għan-negozjati mal-Kunsill. Tista' tibqa' ċerta li l-Kumitat tagħna se jagħmel ħiltu kollha biex jilħaq eżitu aċċettabbli tan-negozjati baġitarji f'dan ir-rigward, f'koordinazzjoni mal-Kumitat tiegħek. Nixtieq nitolbok iżżomna infurmati bi kwalunkwe żvilupp rigward l-aspetti baġitarji tal-proposta matul il-proċedura tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament u matul in-negozjati mal-Kunsill.

Fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2016, il-Kumitat għall-Baġits qabel dwar il-punti ta' hawn fuq u għaldaqstant iddeċieda b'mod unanimu li jirrakkomanda li r-rapporteur ewlieni jqajjem din il-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta mal-Kummissjoni u l-Kunsill u jsegwi dawn il-kwistjonijiet matul in-negozjati f'koordinazzjoni mill-qrib mar-Rapporteur Ġenerali għall-Baġit 2017, Jens Geier u miegħi.

Il-Kumitat għall-Baġits ikun grat ħafna jekk tkun tista' tehmeż din l-ittra mar-rapport finali tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni.

Dejjem tiegħek,

Jean Arthuis


ANNESS: SUĠĠERIMENTI TAL-KUMITAT REGI F'FORMA TA' ITTRA

Is-Sa Silvia Costa

President

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Parlament Ewropew

ASP 15G306

Brussell

Għażiża Sa Costa,

Suġġett:  Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Fit-8 ta' Settembru 2016, il-koordinaturi tal-Kumitat REGI qablu li l-Kumitat ifassal opinjoni dwar ir-rapport leġiżlattiv tal-Kumitat CULT dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex l-2018 tiġi identifikata bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Issa rrikonoxxejna d-deċiżjoni tal-Kumitat CULT biex tintuża l-proċedura simplifikata prevista fl-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura. F'tali ċirkostanzi, il-Kumitat REGI ma jistax jagħti opinjoni. Jekk jogħġbok, hawnhekk tista' ssib is-suġġerimenti tagħna fil-forma ta' din l-ittra bħala l-kontribut tal-maġġoranza tal-Kumitat REGI dwar il-kwistjoni b'referenza għat-test tal-Kummissjoni biex tiġi emendata (COM (2016)543). Nittama li tkun fil-pożizzjoni li taqbel ma' dan l-approċċ.

Suġġerimenti:

1)  (l-Artikolu 7) Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali tista' tiġi ffinanzjata, fil-kuntest tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), permezz ta' proġetti integrati fil-qasam tal-wirt kulturali, meta dawn ikunu konformi mar-regolament tal-FSIE u jkunu koerenti mal-istrateġiji maqbula fil-Ftehimiet ta' Sħubija;

2)  (l-Artikolu 7) jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-UE bil-għan li tiġi sostnuta s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri biex jintegraw is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali fi proġetti ta' żvilupp ekonomiku fil-livelli lokali u reġjonali, bil-għan li jiksbu l-effikaċja massima;

3)  (Premessi 24a ġodda) Jisħaq fuq l-importanza tal-proġetti kulturali transfruntiera li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-koeżjoni ekonomika u soċjali u jħeġġu l-inklużjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, li jittieħdu miżuri li jsaħħu u jiżviluppaw l-appoġġ għall-finanzjament permezz ta' ftehimiet ta' sħubija pubblika-privata;

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA

CC:  Is-Sur Mircea Diaconu, Rapporteur


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Referenzi

COM(2016)0543 – C8-0352/2016 – 2016/0259(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

REGI

12.9.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

15.9.2016

REGI

14.10.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mircea Diaconu

8.9.2016

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

5.9.2016

Allokazzjoni finanzjarja emendata

       Data tal-opinjoni tal-BUDG

BUDG

11.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2016

 

 

 

Data tat-tressiq

17.11.2016

Avviż legali