Proċedura : 2016/2047(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0353/2016

Testi mressqa :

A8-0353/2016

Dibattiti :

PV 30/11/2016 - 11
CRE 30/11/2016 - 11

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.20
CRE 01/12/2016 - 6.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0475

RAPPORT     
PDF 757kWORD 71k
25.11.2016
PE 594.102v01-00 A8-0353/2016

dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja

(14635/2016 – C8-0470/2016 – 2016/2047(BUD))

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

Rapporteurs:   Jens Geier (Taqsima III – Kummissjoni)

  Indrek Tarand (Taqsimiet oħra)

ANNESS
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ANNESS

17.11.2016

FINALI

Baġit 2017 – Elementi għal konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.  Baġit 2017

2.  Baġit 2016 – Abbozzi ta' Baġit Emendatorji 4, 5 u 6/2016

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

Ħarsa ġenerali

A.  Baġit 2017

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

-  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit 2017 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 157 857,8 miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2017 ta' EUR 1 100,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

-  Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2017 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 134 490,4 miljun.

-  L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2017 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 530 miljun għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).

-  Il-marġni globali għall-impenji hija mmobilizzata fil-livell ta' EUR 1 439,1 miljun għall-intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi).

-  Il-marġni ta' Kontinġenza hija mmobilizzata fil-livell ta' EUR 1 906,2 miljun għall-intestatura 3 u għall-intestatura 4. Dan huwa kkumpensat b'EUR575,0 miljun mill-marġni mhux allokata taħt l-intestatura 2 (tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) fl-2017, u b'EUR 507,3 miljun fl-2017, EUR 570,0 miljun fl-2018 u EUR 253,9 miljun fl-2019 mill-marġnijiet mhux allokati taħt l-intestatura 5 (Amministrazzjoni);

-  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2017 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014, fl-2015 u fl-2016 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 981,1 miljun.

B.  Baġit 2016

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

-  L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 4/2016 u l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza li takkumpanjah huma aċċettati, kif proposti mill-Kummissjoni.

-  L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 5/2016 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni.

-  L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2016 u l-mobilizzazzjoni relatata tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huma aċċettati, kif proposti mill-Kummissjoni.

1.  Baġit 2017

1.1.  Linji "magħluqa"

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.8 ta' hawn taħt.

1.2.  Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji deċentralizzati huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 bl-eċċezzjoni ta':

•  L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew allokati 10 karigi addizzjonali, b'ammont addizzjonali ta' EUR 675 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

•  L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għaliha ġew allokati 10 karigi addizzjonali, b'ammont addizzjonali ta' EUR 675 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

•  L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, artikolu baġitarju 12 02 04) li għaliha ġie mnaqqas l-ammont ta' EUR 500 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

•  L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 3 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

•  L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA, linja baġitarja 17 03 12 01) li għaliha ġie mnaqqas l-ammont ta' EUR 8 350 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Aġenziji Eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' karigi għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017.

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 78 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 76,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hija koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.  Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji "magħluqa", l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

L-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-linji baġitarji li ġejjin huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017

Baġit 2017

Differenza

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn

167 030 000

217 030 000

50 000 000

06 02 01 03

Ottimizzar tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni bejn il-mezzi tat-trasport u t-titjib tal-interoperabbiltà

360 321 493

410 321 493

50 000 000

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fl-ERC –– Kunsill Ewropew tar-Riċerka

1 736 471 644

1 753 136 644

16 665 000

08 02 04

Tixrid tal-eċċellenza u firxa tal-parteċipazzjoni

123 492 850

140 157 850

16 665 000

09 04 02 01

Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

779 380 777

796 050 777

16 670 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 701 963 700

1 725 463 700

23 500 000

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

201 400 000

227 900 000

26 500 000

 

Total

 

 

200 000 000(1)

Il-Kunsill u l-Parlament jikkonfermaw li ż-żidiet maqbula fl-intestatura 1a bħala parti mill-baġit 2017 jirrispettaw bis-sħiħ il-ftehimiet preċedenti, u huma mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn l-oħra kollha tal-intestatura 1a huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, li jintegraw l-aġġustamenti maqbula fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u inklużi fit-tabella ta' hawn taħt. Inħoloq artikolu baġitarju speċifiku għall-"Avvenimenti speċjali" kif previst fil-qari tal-Parlament.

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

32 02 01 01

Integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà transfruntiera tan-netwerks tal-elettriku u tal-gass

217 403 954

206 508 927

-10 895 027

32 02 01 02

Tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni

217 403 954

207 441 809

-9 962 145

32 02 01 03

Il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent

217 404 002

206 509 070

-10 894 932

32 02 01 04

Ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi

85 227 000

77 291 975

-7 935 025

15 02 10

Avvenimenti annwali speċjali

 

6 000 000

6 000 000

04 03 02 01

PROGRESS — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol

60 000 000

65 000 000

5 000 000

04 03 02 02

EURES — Promozzjoni tal-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' impjieg

22 578 000

23 578 000

1 000 000

 

Total

 

 

-27 687 129

B'konsegwenza, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 21 312,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 51,9 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 1a u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 1 439,1 miljun.

Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz ta' Baġit 2017.

Meta jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul tal-impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 53 586,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 0,4 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 1b.

Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2017, inkluż it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 325,0 miljun li ġej minn dħul assenjat miżjud għall-FAEG kif imħabbar mill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru. B'konsegwenza ta' dan, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar dan li ġej:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

05 03 01 10

Skema ta' pagamenti bażiċi (BPS)

15 621 000 000

15 296 000 000

-325 000 000

Meta jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 58 584,4 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 1 031,6 miljun taħt il-limitu massimu ta' nfiq għall-intestatura 2, peress li l-ammont ta' EUR 575,0 miljun qiegħed jintuża biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza.

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

19 573 000

22 573 000

3 000 000

15 04 02

Sottoprogramm kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali

54 350 000

55 350 000

1 000 000

 

 Total

 

 

4 000 000

Il-kumment baġitarju tal-artikolu 09 05 05 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: "Fejn xieraq, il-proċeduri ta' akkwist u ta' għoti jistgħu jinkludu l-konklużjoni ta' sħubiji ta' qafas, bl-għan li jiġi promoss qafas finanzjarju stabbli għan-netwerks pan-Ewropej iffinanzjati taħt din l-approprjazzjoni."

Il-kumment baġitarju tal-artikolu 15 04 02 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: "Din l-approprjazzjoni tista' tiffinanzja wkoll it-tħejjija tas-Sena Ewropea għall-Patrimonju Kulturali."

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 4 284,0 miljun, mingħajr ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 3, il-mobilizzazzjoni ta' EUR 530 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà u l-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-ammont ta' EUR 1 176,0 miljun.

Intestatura 4 – Ewropa Globali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

30 828 000

45 828 000

15 000 000

01 03 08

Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija EFSD

275 000 000

p.m.

-275 000 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

31 836 240

34 836 240

3 000 000

19 03 01 05

Miżuri ta' emerġenza

69 480 000

62 850 000

-6 630 000

21 02 07 05

Migrazzjoni u asil

448 273 912

404 973 912

-43 300 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

282 219 939

310 100 000

27 880 061

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kunflitti

340 360 500

332 480 439

-7 880 061

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli

313 825 583

322 125 583

8 300 000

 

 Total

 

 

-278 630 000

Madankollu, għall-partita baġitarja 19 03 01 07 Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSRs) l-approprjazzjonijiet huma stabbiliti fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit 2017.

B'konsegwenza ta' dan, u wara li jitqiesu l-aġenziji, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 10 162,1 miljun, mingħajr ebda marġni taħt il-limitu massimu ta' nfiq tal-intestatura 4 u l-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-ammont ta' EUR 1 730,1 miljun.

Intestatura 5 - Amministrazzjoni

L-għadd ta' karigi fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

•  Il-qari tal-Parlament huwa approvat bl-eċċezzjoni li ż-żieda ta' 76 kariga għall-gruppi politiċi hija kkumpensata kompletament bit-tnaqqis kumpensatorju ta' karigi fl-organigramma tal-amministrazzjoni tal-Parlament, b'mod newtrali mil-lat baġitarju. Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li fil-Baġit 2017 jiġi integrat l-impatt tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 (EUR 8 717 000).

•  Il-qari tal-Kunsill huwa approvat bl-integrazzjoni fil-Baġit 2017 tal-impatt tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li huwa applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 (EUR 3 301 000).

•  It-tnaqqis għall-Qorti tal-Awdituri meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit 2017 li huwa nkluż fil-qari tal-Parlament, huwa approvat.

•  Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għalih ammont ta' EUR 560 250 (partita baġitarja 1200) ġie allokat għal-linja dwar l-aġenti kuntrattwali filwaqt li l-istess ammont ġie mnaqqas mill-partita baġitarja 3003 (Bini u nefqiet relatati). Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 1200 se jiġi modifikat biż-żieda ta' din is-sentenza: "Dawn l-approprjazzjonijiet ikopru wkoll l-ispejjeż tal-aġenti kuntrattwali involuti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni strateġika". Barra minn hekk, il-linji baġitarji li ġejjin fit-taqsima tas-SEAE huma aġġustati biex jitneħħa t-trasferiment tar-rwol doppju tal-EUSRs kif propost fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017.

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

Differenza

3001

Persunal estern u servizzi minn barra

-3 645 000

3002

Nefqa oħra marbuta mal-persunal

-1 980 000

3003

Bini u nefqiet relatati

-3 636 000

3004

Nefqa amministrattiva oħra

-815 000

 

 Total

-10 076 000

B'konsegwenza ta' dan, wara li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-livell maqbul ta' impenji huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 9 394,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 16,2 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, wara l-użu tal-ammont ta' EUR 507,3 miljun tal-marġni biex jikkumpensa l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza.

L-istrumenti speċjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-istrumenti speċjali huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2017, għajr ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) li tneħħiet.

Kumpens għall-marġni ta' Kontinġenza fl-2018 u fl-2019

L-użu totali tal-marġni ta' Kontinġenza fl-2017 jammonta għal EUR 1 176,0 miljun għall-intestatura 3 u EUR 730,1 miljun għall-intestatura 4 għal ammont totali ta' EUR 1 906,2 miljun. Il-kumpens sar għal ammont ta' EUR 575,0 miljun mill-marġni mhux allokata taħt l-intestatura 2 fl-2017, u għal ammonti ta' EUR 507,3 miljun fl-2017, EUR 570,0 miljun fl-2018 u EUR 253,9 miljun fl-2019 mill-marġnijiet mhux allokati taħt l-intestatura 5. Id-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' kontinġenza għall-2017 adottata flimkien mal-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 se tiġi aġġustata skont dan.

1.4.  Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit 2017 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.  L-ewwelnett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi t-tnaqqis għan-nefqa agrikola b'EUR 325 miljun u l-aġġustamenti għan-nefqa amministrattiva għat-Taqsimiet I, II, III, IV, V, VI, VII, IX u X (EUR 13,4 miljun), u għall-aġenziji deċentralizzati (li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-approprjazzjonijiet ta' pagament hija stabbilita fil-livell propost fit-taqsima 1.2 hawn fuq). L-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 332,2 miljun;

2.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 35,2 miljun;

3.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għal "avvenimenti speċjali" (artikolu baġitarju 15 02 10) huwa l-ammont iddikjarat fil-qari tal-Parlament (EUR 6 miljun);

4.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament (artikolu baġitarju 01 03 08 Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija EFSD) huwa stabbilit f'"p.m.";

5.  L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni ta' impenji għal approprjazzjonijiet differenzjati:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

30 828 000

45 828 000

15 000 000

04 03 02 01

PROGRESS — Sostenn tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol

38 000 000

41 167 000

3 167 000

04 03 02 02

EURES — Promozzjoni tal-mobbiltà ġeografika volontarja tal-ħaddiema u t-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' impjieg

17 000 000

17 753 000

753 000

09 05 05

Azzjonijiet ta' Multimedia

23 997 455

26 997 455

3 000 000

13 07 01

Sostenn finanzjarju għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka

36 031 865

39 031 865

3 000 000

15 04 02

Sottoprogramm kulturali — Sostenn ta' azzjonijiet transfruntiera u l-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali

43 430 071

44 229 071

799 000

22 04 01 04

Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA)

280 000 000

307 661 000

27 661 000

22 04 02 02

Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli

167 700 000

172 135 000

4 435 000

19 03 01 05

Miżuri ta' emerġenza

33 212 812

30 043 812

-3 169 000

21 02 07 05

Migrazzjoni u asil

155 000 000

115 722 000

-39 278 000

22 04 01 03

Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ konflitti

138 000 000

134 805 000

-3 195 000

32 02 01 01

Integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà transfruntiera tan-netwerks tal-elettriku u tal-gass

34 765 600

33 023 600

-1 742 000

32 02 01 02

Tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni

26 032 000

24 839 000

-1 193 000

32 02 01 03

Il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien tal-ambjent

26 531 000

25 201 000

-1 330 000

32 02 01 04

Ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi

31 200 000

28 295 000

-2 905 000

 

Total

 

 

5 003 000

6.  L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (artikolu baġitarju 40 02 43) huma stabbiliti għal żero (tnaqqis ta' EUR 30 miljun) peress li l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli minn dħul assenjat huma stmati li jkunu biżżejjed biex ikopru s-sena sħiħa tal-2017.

7.  Tneħħiet ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44).

8.  Tnaqqis addizzjonali fil-pagamenti saru skont kif ġej:

 

 

 

 

F'EUR

Linja baġitarja

Isem

AB 2017 (inkl. l-IE 1/2017)

Baġit 2017

Differenza

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

2 508 475 000

2 490 475 000

-18 000 000

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi transizzjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

2 214 431 000

2 204 431 000

-10 000 000

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

3 068 052 000

3 043 052 000

-25 000 000

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

884 299 000

783 299 000

-101 000 000

 

Total

 

 

-154 000 000

Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 134 490,4 miljun, tnaqqis ta' EUR 931,4 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017.

1.5.  Riżerva

Ma hemm l-ebda riżerva addizzjonali għal dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, għajr:

•  Il-partita baġitarja 13 01 04 04 (Nefqa ta' sostenn għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)) u l-artikolu baġitarju 13 08 01 (Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H1B (il-FSE, il-FEŻR u l-FK)), li għalihom l-ammont sħiħ f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tqiegħdu f'riżerva sakemm tiġi adottata l-bażi ġuridika għall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali.

•  L-artikolu baġitarju 13 08 02 (Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H2 (il-FAEŻR)) li għalih l-ammont sħiħ f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tqiegħed f'riżerva sakemm tiġi adottata l-bażi ġuridika għall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma Strutturali.

•  Il-partita baġitarja 18 02 01 03 (Twaqqif ta' sistemi tal-IT ġodda biex jappoġġaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji matul il-fruntieri esterni tal-Unjoni) li għaliha l-ammonti ta' EUR 40 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 28 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament tqiegħdu f'riżerva sakemm tiġi konkluża l-proċedura leġiżlattiva li tistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ.

1.6.  Kummenti baġitarji

Sakemm mhux speċifikament imsemmi fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għat-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, għajr għal dawk dwar linji baġitarji elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, li għalihom it-test tal-kummenti baġitarji, kif propost mill-Abbozz ta' Baġit, emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 u l-FAEG aġġornat huwa approvat.

Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.

Linja baġitarja

Isem

04 03 02 03

Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni ġuridiċi u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali

S 03 01 06 01

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA)

05 02 11 99

Miżuri oħra (prodotti/miżuri oħra tal-pjanti)

05 04 60

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — FAEŻR (2014 sa 2020)

05 04 60 02

Assistenza teknika operazzjonali

18 04 01 01

Ewropa għaċ-ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni

1.7.  Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017, b'inklużjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u l-artikolu baġitarju l-ġdid dwar Avvenimnet Annwali Speċjali (15 02 10), hija maqbula.

1.8.  Dħul

Il-proposta tal-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 dwar l-inklużjoni fil-Baġit ta' dħul minn penali għal ammont ta' EUR 1 biljun huwa maqbul.

2.  Baġit 2016

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 4/2016 u l-mobilizzazzjoni tal-marġni ta' Kontinġenza li takkumpanjah huma approvati, kif proposti mill-Kummissjoni.

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 5/2016 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2016 u l-mobilizzazzjoni relatata tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huma approvati, kif proposti mill-Kummissjoni.

3.  Dikjarazzjonijiet konġunti

3.1.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI).

Huma jfakkru li, f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (Regolament QFP), "Il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2014-2017 għandhom jikkostitwixxu Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ".

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproponi baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġu pprovduti EUR 500 miljun(2) għall-YEI fl-2017 iffinanzjati skont il-Marġini globali għall-impenji, malli jiġi adottat l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament QFP.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni.

3.2.  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2017.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.

3.3  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fil-qbil li progressivament inaqqsu 5 % tal-persunal kif hemm fl-organigramma fl-1 ta' Jannar 2013, li għandha tiġi applikata għall-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji kollha, kif iddikjarat fil-Punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba.

It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal hija l-2017. Huma jaqblu li ser jittieħdu miżuri ta' segwitu xierqa biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li qed isiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien ieħor fl-implimentazzjoni ta' mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha.

It-tliet istituzzjonijiet jilqgħu l-perspettiva ġenerali mill-Kummissjoni tad-data konsolidata dwar il-persunal estern kollu impjegat mill-istituzzjonijiet, ippreżentata fl-abbozz ta' baġit, skont il-punt (b) tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament Finanzjarju. Huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tkompli tipprovdi din l-informazzjoni meta tippreżenta l-abbozz tal-baġits tagħha għas-snin li ġejjin.

Il-Kunsill u l-Parlament jissottolinjaw li l-kisba tal-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal għandha tikkontribwixxi lejn iffrankar fl-infiq amministrattiv tal-istituzzjonijiet. Fid-dawl ta' dan, huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tibda bil-valutazzjoni tal-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu tagħlimiet għall-futur.

3.4  Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

Sabiex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni nediet il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) ibbażat fuq l-istabbiliment ta' Garanzija EFSD u Fond ta' Garanzija EFSD. Il-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja l-Fond ta' Garanzija EFSD b'EUR 750 miljun fuq il-perjodu 2017-2020, li EUR 400 miljun minnhom ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fuq l-erba' snin, EUR 100 miljun mill-ENI fuq il-perjodu 2017–2020 (EUR 25 miljun minnhom fl-2017), u EUR 250 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (u ta' pagament) fl-2017.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni titlob l-approprjazzjonijiet meħtieġa f'baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-EFSD mill-baġit tal-UE malli tiġi adottata l-bażi ġuridika.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni.

3.5  Dikjarazzjoni Konġunta dwar Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-istabbiliment ta' Fondi Fiduċjarji kif ukoll tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija għandhom ikunu trasparenti u ċari, konsistenti mal-prinċipju tal-unità tal-baġit tal-Unjoni, mal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, u mal-objettivi ta' bażijiet ġuridiċi eżistenti.

Huma jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw, kif xieraq, dawk il-kwistjonijiet bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju sabiex jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn il-flessibbiltà u r-responsabbiltà.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li:

-  tinforma regolarment lill-awtorità baġitarja dwar finanzjament (inkluż kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri) u operazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew ippjanati tal-Fondi Fiduċjarji;

-  tippreżenta, mill-2017 'il quddiem, Dokument ta' Ħidma li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja ta' wara;

-  tipproponi miżuri għal involviment xieraq tal-Parlament Ewropew.

3.6  Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-agrikoltura

Il-baġit għall-2017 jinkludi sensiela ta' miżuri ta' emerġenza biex jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw id-diffikultajiet fis-suq esperjenzati dan l-aħħar. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-marġini taħt l-intestatura 2 hija biżżejjed biex tindirizza ħtiġijiet possibbli mhux previsti. Hija timpenja ruħha li tissorvelja s-sitwazzjoni fis-suq b'mod regolari u li tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, miżuri xierqa biex jiġu indirizzati ħtiġijiet li ma jkunux jistgħu jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit. F'każ bħal dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw il-proposti baġitarji rilevanti kemm jista' jkun malajr.

(1)

  Dawn l-ammonti huma parti minn żieda globali għall-intestatura 1a sal-2020 fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP.

(2)

  Dan l-ammont huwa parti miż-żieda globali għall-YEI sal-2020 fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

Referenzi

[00000/2016] – C8-0000/2016] – [2016/2047](BUD)

President tad-delegazzjoni: Il-President

Martin Schulz

Kumitat responsabbli

  President

BUDG

Jean Arthuis

Rapporteur(s)

Jens Geier

Indrek Tarand

Abbozz ta' atti kkunsidrati

COM(2016)3000, COM(2016)0679

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill

  Data tal-adozzjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

11900/2016 – C8-0373/2016

12.9.2016

14.9.2016

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew

27.10.2016

P8_TA(2016)0411

Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-Parlament

26.10.2016

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

08.11.2016

16.11.2016

 

 

Data tal-adozzjoni mid-delegazzjoni tal-Parlament skont l-Artikolu 314(5) TFUE

17.11.2016

Membri preżenti

Jean Arthuis, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Monika Hohlmeier, Ernest Maragall, Marian-Jean Marinescu, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Indrek Tarand, Isabelle Thomas

Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

17.11.2016

Data meta l-Kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill

17.11.2016

Data tat-tressiq

25.11.2016

Avviż legali