Proċedura : 2016/0355(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0356/2016

Testi mressqa :

A8-0356/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0458

RAPPORT     ***I
PDF 676kWORD 56k
29.11.2016
PE 594.019v02-00 A8-0356/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)

(COM(2016)0709 – C8-0457/2016 – 2016/0355(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Pervenche Berès

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
  PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)

(COM(2016)0709 – C8-0457/2016 – 2016/0355(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0709),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0457/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet għas-sodisfar tar-rekwiżiti biex jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2016)03999 – 2016/2816(DEA)), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tagħha(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Novembru 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0356/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

REGOLAMENT

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (UE) 2016/...

ta’

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni għal dak li jirrigwarda d-data ta’ applikazzjoni tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) introduċa sensiela ta' miżuri bil-għan li jsaħħu l-ħarsien tal-investituri u li jibnu mill-ġdid il-fiduċja tal-konsumatur fl-industrija tas-servizzi finanzjarji billi tiżdied it-trasparenza fis-suq tal-investiment fil-livell ta' konsumatur. Dan jitlob lill-manifatturi ta' prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni jipproduċu dokument bl-informazzjoni ewlenija ("KID").

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jagħti s-setgħa lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) biex iħejju standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi tal-KID.

(3)  Fit-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat regolament delegat li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014(9) (ir-‘regolament delegat’) li jispeċifika l-preżentazzjoni u l-kontenut tal-KID u l-format standardizzat tiegħu, il-metodoloġija li tirfed il-preżentazzjoni tar-riskju u l-benefiċċju u l-kalkolu tal-kostijiet, il-kundizzjonijiet u l-frekwenza minima għall-analiżi tal-informazzjoni li tinsab fil-KID u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li l-KID jingħata lill-investituri fil-livell tal-konsumatur.

(4)  Fl-14 ta’ Settembru 2016, il-Parlament Ewropew oġġezzjona għar-regolament delegat adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2016 u, flimkien mal-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri, talab li d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tiġi differita.

(5)  Diferiment ta' tnax-il xahar jagħti biżżejjed żmien lil dawk ikkonċernati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, huwa xieraq u ġġustifikat li r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jiġi emendat skont dan.

(6)  Minħabba l-perjodu ta' żmien qasir ħafna li fadal qabel li d-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 jiġu applikati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(7)  Għalhekk, f'dan il-każ huwa wkoll iġġustifikat li tiġi applikata l-eċċezzjoni għal każijiet urġenti prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej:

"Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0347.

(2)

  ĠU C ..., p ....

(3)

  ĠU C ..., p ....

(4)

  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’... (ĠU ...) (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’... .

(5)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(6)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(8)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(9)

  Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kontenut, l-analiżi u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet għas-sodisfar tar-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2016)3999).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni

Referenzi

COM(2016)0709 – C8-0457/2016 – 2016/0355(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

21.11.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

21.11.2016

LIBE

21.11.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.11.2016

LIBE

1.12.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pervenche Berès

7.11.2016

 

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

7.11.2016

Eżami fil-kumitat

28.11.2016

 

 

 

Data tat-tressiq

29.11.2016

Avviż legali