Proċedura : 2016/0047(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0358/2016

Testi mressqa :

A8-0358/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0501

RAPPORT     *
PDF 741kWORD 76k
30.11.2016
PE 583.919v01-00 A8-0358/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm

(COM(2016)0075 – C8-0099/2016 – 2016/0047(NLE))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Jerzy Buzek

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm

(COM(2016)0075 – C8-0099/2016 – 2016/0047(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0075),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll Nru 37, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0099/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0358/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jeħtieġ li jiġu riveduti r-regoli dwar il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Konsulenza u tal-Gruppi Tekniċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' esperti maħtura mill-Kummissjoni biex tkun żgurata aktar trasparenza kif ukoll konformità u koerenza mal-qafas għall-gruppi esperti tal-Kummissjoni, u jingħata kontribut, safejn huwa possibbli, għal rappreżentanza bilanċjata tal-oqsma rilevanti ta' għarfien u oqsma ta' interess kif ukoll għal bilanċ aħjar bejn is-sessi.

(3)  Jeħtieġ li jiġu riveduti r-regoli dwar il-kompetenzi u l-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Konsulenza u tal-Gruppi Tekniċi, biex il-partijiet interessati rilevanti jkunu konxji tad-deliberazzjonijiet f'dawn il-gruppi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' esperti maħtura mill-Kummissjoni u tal-influwenza tagħhom, biex tkun żgurata aktar trasparenza kif ukoll konformità u koerenza mal-qafas għall-gruppi esperti tal-Kummissjoni, u jingħata kontribut safejn huwa possibbli, għal rappreżentanza bilanċjata tal-oqsma rilevanti ta' għarfien u oqsma ta' interess kif ukoll għal bilanċ aħjar bejn is-sessi. Madankollu jeħtieġ li tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Kontroll tar-Reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal bidla tal-bażi ġuridika tal-Programm RFCS ġiet ippubblikata qabel ma l-KE ppubblikat aġġornament tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta' esperti (Deċiżjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament ta' gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (C(2016)3301); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kummissjoni – Qafas dwar il-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni: regoli orizzontali u reġistru pubbliku (C(2016)3300).

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Huwa xieraq li jiġu kkunsidrati regoli aktar sempliċi ta' finanzjament li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fil-Programm RFCS u li jkun permess l-użu ta' ‘kostijiet unitarji' biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż eliġibbli tal-persunal għas-sidien tal-SME u għal persuni fiżiċi oħrajn li ma jirċevux salarju.

(4)  Huwa xieraq li tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni ġenerali tal-SMEs fil-Programm RFCS billi, inter alia, jiġu ssimplifikati r-regoli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) fil-Programm RFCS u li jkun permess l-użu ta' ‘kostijiet unitarji' biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż eliġibbli tal-persunal għas-sidien tal-SME u għal persuni fiżiċi oħrajn li ma jirċevux salarju.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Is-setturi tal-faħam u tal-azzar huma importanti fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u għandhom rwol ewlieni fix-xena industrijali ġenerali tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dawn is-setturi huma esiġenti u sikwit irriżultaw fi ħsara għas-saħħa tal-ħaddiema u ċ-ċittadini. L-installazzjonijiet u l-kumpaniji għandhom għalhekk jirrispettaw ir-rekwiżiti legali kollha dwar ir-responsabbiltà soċjali, joffru soluzzjonijiet definittivi, u jimminimizzaw l-implikazzjonijiet soċjali ta' tranżizzjoni jew ta' għeluq ta' stallazzjonijiet. Is-sħab soċjali jeħtieġ ikunu kkonsultati sa fejn ikun possibbli dwar kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltà soċjali.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ga)   l-impatt tal-operazzjonijiet ta' tħaffir fil-minjieri fuq l-impjieg ta' ħaddiema u tal-komunità lokali;"

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(gb)  l-impatt tal-operazzjonijiet ta' tħaffir fil-minjieri fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u tal-komunità lokali;"

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt 1

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 21 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-valutazzjoni tal-proġetti finalizzati, inklużi miżuri ta' appoġġ addizzjonali biex tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom u l-vijabbiltà fit-tul tal-produzzjoni tal-faħam u l-azzar fiż-żoni kkonċernati;

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt 2

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun kompost skont it-tabelli stabbiliti fl-Anness. Il-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu individwi maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni sabiex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati. Mgħandhomx jirrappreżentaw parti interessata individwali, iżda għandhom jesprimu opinjoni komuni għad-diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati.

Kull Grupp Konsultattiv għandu jkun kompost skont it-tabelli stabbiliti fl-Anness. Il-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu individwi maħtura mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati. M'għandhomx jaġixxu individwalment u m'għandhomx jirrappreżentaw parti interessata individwali, iżda għandhom jesprimu opinjoni komuni għad-diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt 2

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernati u għandhom ikunu konxji mill-prijoritajiet industrijali.

Huma għandhom ikunu attivi fl-oqsma kkonċernati u għandhom ikunu konxji mill-prijoritajiet industrijali u settorjali.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt 3

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Gruppi Tekniċi għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Il-membri tal-Gruppi Tekniċi għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt 9

Deċiżjoni 2008/376/KE

Artikolu 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-ħatra ta' esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 38, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 (*) għandhom japplikaw b'analoġija.

Għall-ħatra ta' esperti indipendenti u ferm ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 38, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 (*) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) għandhom japplikaw b'analoġija, għall-gruppi ta' esperti kollha, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-operat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Kontroll tar-Reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni.

 

 

(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).”;

(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).”;

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata wara l-proposta tal-RFCS, għalhekk din tal-aħħar għandha tqis il-kontenut tagħha. Kif semma r-rapporteur tal-Parlament, ikun siewi wkoll li r-rapport attwali jkun konsistenti mar-riżoluzzjoni 2015/2319(INI) li jmiss tal-Parlament u m'għandu, bl-ebda mod, jippreġudika l-eżitu tagħha.


NOTA SPJEGATTIVA

Ġenerali

L-UE appoġġjat ir-riċerka dwar il-faħam u l-azzar għal aktar minn 50 sena. Dan kollu beda bit-Trattat dwar il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA, iffirmat fl-1951).

Meta skada dan it-Trattat fl-2002, ġie deċiż li l-assi tal-KEFA (u l-interessi assoċjati) isiru disponibbli għal fond ta' riċerka għall-faħam u l-azzar ('RFCS'). Il-programm hu ffinanzjat minn dħul iġġenerat mill-assi li fadal tal-KEFA (li m'għadux jeżisti). Dan il-fond qed jiġi ġestit mill-Kummissjoni.

Ir-RFCS hu kumplimentari għall-programm Orizzont 2020 iżda ġestit indipendentement mill-programm. Il-fond jipprovdi madwar EUR 50 miljun ta' finanzjament kull sena għar-Riċerka u l-Iżvilupp u għall-Innovazzjoni kemm għas-settur tal-faħam kif ukoll tal-azzar (bi tqassim ta' 72.8 % għall-azzar u 27.2 % għall-faħam). Huwa jġib flimkien sħab industrijali, SMEs, ċentri ta' riċerka u universitajiet ewlenin mill-Unjoni Ewropea kollha biex jiżviluppaw l-għarfien u jħeġġu l-innovazzjoni fis-settur. Ir-riċerka finanzjata tkopri l-proċessi ta' produzzjoni, l-użu u l-konservazzjoni tar-riżorsi, it-titjib ambjentali u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol fis-setturi relevanti.

Kuntest:

Skont il-Kummissjoni, l-għan ta' din il-proposta hu li temenda l-bażi ġuridika wara l-valutazzjoni perjodika tar-regoli ta' ġestjoni tagħha, bil-ħsieb li timplimenta l-objettivi li ġejjin:

1)  Jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament permezz ta' regoli ssemplifikati u ta' allinjament proporzjonat mar-regoli dwar il-programm ta' riċerka ġenerali 'Orizzont 2020' li miegħu l-partijiet ikkonċernati tal-Faħam u l-Azzar huma familjari.

L-emendi proposti tal-RFCS jiffukaw fuq ir-regoli ta' ġestjoni tal-programm RFCS (il-Kapitolu III) u jallinjaw kemm jista' jkun il-proċeduri u l-kunċetti użati għal Orizzont 2020 sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-istess benefiċjarji għaż-żewġ programmi (RFCS u H2020).

2)  Jiġi żgurat li l-programm ikun ġestit mill-Kummissjoni bi trasparenza dovuta u bi qbil mar-regoli tal-Kummissjoni dwar il-gruppi ta' esperti. Dan jinkludi aġġornament tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-bażi ġuridika b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-komitoloġija.

Il-Kummissjoni qed tipproponi emendi li jiċċaraw in-natura tal-esperti maħtura sabiex jipparteċipaw fil-Gruppi Konsultattivi u fil-Gruppi Tekniċi mwaqqfa mill-bażi ġuridika tal-Programm RFCS bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi. It-tibdiliet proposti jsegwu r-regoli orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-gruppi konsultattivi tagħha(1).

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur mhux qed jittratta dan ir-rapport abbażi tal-kapaċità personali tiegħu imma bħala l-President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Fid-dawl ta' dan il-fatt, hu, għalhekk, iħoss li ma għandux jippreġudika l-pożizzjoni tal-Kumitat f'dan l-abbozz ta' rapport.

Madankollu, f'dan l-istadju, ir-rapporteur jixtieq jirrimarka dawn il-fatti li ġejjin, li l-Kumitat, u fi stadju aktar tard il-Parlament, jistgħu jikkunsidraw meta jiddiskutu u jiddeċiedu dwar l-eżitu:

1.  Ir-rapporteur humhuwiex konvint għall-aħħar li l-allinjament tar-regoli RFCS ma' dawk tal-programm Orizzont 2020 jeħtieġ bidla fil-bażi ġuridika.

2.  Il-proposta kkonċernata kienet ippubblikata ftit ġimgħat biss qabel ma l-Kummissjoni ppubblikat ir-regoli orizzontali aġġornati dwar din il-kwistjoni(2). Ir-rapporteur jinsab imħasseb dwar l-implikazzjonijiet futuri li l-aġġornament tar-regoli jista' jkollu fuq din il-proposta dwar l-RFCS.

3.  Il-Parlament Ewropew qed iħejji riżoluzzjoni dwar il-kontroll tar-Reġistru u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (2015/2319(INI)) li se tagħti l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-aħħar aġġornament tal-Kummissjoni. Ikun xieraq li r-rapport attwali jkun konsistenti ma' din ir-riżoluzzjoni li se titressaq, u m'għandux, bl-ebda mod, jippreġudika l-eżitu tagħha.

(1)

Komunikazzjoni mill-President lill-Kummissjoni: Qafas għar-regoli Orizzontali dwar il-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u r-reġistru pubbliku C(2010)7649).

(2)

Id-Deċiżjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (C (2016)3301). Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kummissjoni - Qafas dwar il-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni: regoli orizzontali u r-reġistru pubbliku (C(2016)3300).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm

Referenzi

COM(2016)0075 – C8-0099/2016 – 2016/0047(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

29.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.3.2016

JURI

7.3.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

16.3.2016

JURI

24.5.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jerzy Buzek

16.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Ian Duncan, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Jens Rohde, Massimiliano Salini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto

Data tat-tressiq

30.11.2016

Avviż legali