Proċedura : 2016/0261(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0359/2016

Testi mressqa :

A8-0359/2016

Dibattiti :

PV 23/10/2017 - 18
CRE 23/10/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2017 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0393

RAPPORT     ***I
PDF 889kWORD 95k
30.11.2016
PE 589.454v02-00 A8-0359/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni, sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju fuq sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Michał Boni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni, sistema ta' twissija bikrija u proċedura ta' valutazzjoni tar-riskju fuq sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0547),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0351/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0359/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jippreżentaw theddid transkonfinali serju għas-saħħa li jeħtieġ it-titjib tal-monitoraġġ, it-twissija bikrija u l-ġlieda kontra dan it-theddid.

(1)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda, li jista' jkollhom ħafna użi kummerċjali u industrijali, kif ukoll użi xjentifiċi, jistgħu jippreżentaw theddid transkonfinali serju għas-saħħa, b'mod partikolari minħabba d-diversità tagħhom u l-ħeffa li biha qed jitfaċċaw. It-tkabbir rapidu tas-suq ta' dawn il-prodotti ġodda qed ikompli jkun ta' sfida, u għalhekk huwa neċessarju li jitjiebu s-sistemi ta' monitoraġġ u ta' twissija bikrija, biex jiġu vvalutati r-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u r-riskji soċjali tagħhom sabiex jiġu żviluppati reazzjonijiet bħal pereżempju miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li jiġġieldu kontra dan it-theddid.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Dan ir-Regolament għandu jqis il-fatt li l-gruppi vulnerabbli, u speċjalment iż-żgħażagħ, huma partikolarment esposti għar-riskji għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza u għar-riskji soċjali li jirriżultaw minn sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji soċjali u għas-saħħa madwar l-Unjoni għandhom ikunu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jinqara flimkien mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI15 [kif emendata mid-Direttiva (UE) …/…] peress li ż-żewġ atti huma mfassla sabiex jissostitwixxu l-mekkaniżmu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI.

(3)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u riskji soċjali madwar l-Unjoni għandhom ikunu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jinqara flimkien mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI15 [kif emendata mid-Direttiva (UE) …/…] peress li ż-żewġ atti huma mfassla sabiex jissostitwixxu l-mekkaniżmu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI.

__________________

__________________

5 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi fuq l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u penalitajiet fil-qasam tat-traffikar ta' droga (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

5 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi fuq l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u penalitajiet fil-qasam tat-traffikar ta' droga (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika.

(5)  Kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika jew fuq biżżejjed data dwar ir-riskji li joħolqu s-sustanzi psikoattivi ġodda. Minħabba li f'xi każijiet is-sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jkunu tant ġodda għall-qasam li, tal-inqas inizjalment, ikun hemm evidenza ferm limitata mir-riċerka xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika, jeħtieġ li jitwettqu proċeduri rapidi tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ma għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk tkun soġġetta għal valutazzjoni taħt il-liġi internazzjonali, jew jekk tkun sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju.

(7)  Ma għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk tkun soġġetta għal valutazzjoni taħt il-liġi internazzjonali, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data disponibbli fil-livell tal-Unjoni, li tissuġġerixxi l-ħtieġa għal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju. L-ebda valutazzjoni tar-riskju ma għandha ssir fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk tkun sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju.

Ġustifikazzjoni

Anki jekk is-sustanza tkun evalwata skont il-liġi internazzjonali, jista' jkun hemm każijiet fejn ikun hemm kundizzjonijiet speċjali fl-UE, u s-sustanza li ma tkunx meqjusa perikoluża fuq livell internazzjonali tista' tkun ta' theddida serja fl-UE; għal din ir-raġuni u jekk hemm data li tindika dan, għandu jkun possibbli li jitħejja rapport ta' valutazzjoni tar-riskju. L-istess loġika ġiet applikata mill-pożizzjoni tal-Parlament adottata fl-2014 dwar ir-regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-Artikolu 5(2) it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra.

(2)  Fl-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 jikkonċerna xejriet ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi eżistenti u għandu, għaldaqstant, jinżamm.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti Fokali Nazzjonali Reitox u l-Unità Nazzjonali tal-Europol tiegħu jipprovdu l-informazzjoni disponibbli dwar sustanzi psikoattivi ġodda liċ-Ċentru u lill-Europol fil-waqt u mingħajr dewmien bla bżonn. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-kxif u l-identifikazzjoni, l-użu u t-tendenzi tal-użu, ir-riskji potenzjali u dawk identifikati, il-manifattura, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, it-traffikar, l-użu kummerċjali kif ukoll dak mediku u xjentifiku ta' dawn is-sustanzi.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti Fokali Nazzjonali Reitox u l-Unità Nazzjonali tal-Europol tiegħu jipprovdu l-informazzjoni disponibbli dwar sustanzi psikoattivi ġodda liċ-Ċentru u lill-Europol fil-waqt u mingħajr dewmien bla bżonn. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-kxif u l-identifikazzjoni, l-użu u t-tendenzi tal-użu, ir-riskji potenzjali u dawk identifikati, il-manifattura, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni u l-kanali ta' distribuzzjoni, it-traffikar u l-kuntrabandu, l-użu kummerċjali kif ukoll dak mediku u xjentifiku ta' dawn is-sustanzi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-Ċentru, f'kooperazzjoni mal-Europol, għandu jiġbor, janalizza, jivvaluta u jikkomunika din l-informazzjoni fil-waqt lill-Istati Membri bl-għan li jipprovdi lill-Istati Membri bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' twissija bikrija u sabiex iċ-Ċentru jkun jista' jfassal ir-rapport inizjali jew ir-rapport inizjali kkombinat skont l-Artikolu 5b.

Iċ-Ċentru, f'kooperazzjoni mal-Europol, għandu jiġbor, janalizza, jivvaluta u jikkomunika din l-informazzjoni fil-waqt lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-għan li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' twissija bikrija u sabiex iċ-Ċentru jkun jista' jfassal ir-rapport inizjali jew ir-rapport inizjali kkombinat skont l-Artikolu 5b.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn iċ-Ċentru, il-Kummissjoni jew il-Kunsill, waqt li jaġixxu b'maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri, jikkunsidraw li l-informazzjoni kondiviża fuq sustanza psikoattiva ġdida miġbura skont l-Artikolu 5a fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri tqajjem tħassib li s-sustanza psikoattiva ġdida tista' toħloq riskji jew għas-saħħa jew għas-soċjetà fil-livell tal-Unjoni, iċ-Ċentru għandu jfassal rapport inizjali dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

1.  Fejn iċ-Ċentru, il-Kummissjoni jew il-Kunsill, waqt li jaġixxu b'maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri, jikkunsidraw li l-informazzjoni kondiviża fuq sustanza psikoattiva ġdida miġbura skont l-Artikolu 5a fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri tqajjem tħassib li s-sustanza psikoattiva ġdida tista' toħloq riskji għas-saħħa, għas-sikurezza jew riskji soċjali fil-livell tal-Unjoni, iċ-Ċentru għandu jfassal mingħajr dewmien mhux iġġustifikat rapport inizjali dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   indikazzjoni inizjali tan-natura jew l-iskala tar-riskji għas-saħħa u għas-soċjetà assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida;

(a)   indikazzjoni inizjali tan-natura jew l-iskala tar-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza jew għas-soċjetà assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(d)  informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fl-iżvilupp, fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex:

5.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex:

Ġustifikazzjoni

Billi waħda mir-raġunijiet ta' dan ir-rapport huwa li tagħmel il-proċeduri li jillimitaw sustanzi psikoattivi ġodda perikolużi iqsar u aktar effiċjenti, l-informazzjoni għandha tiġi provduta mingħajr dewmien żejjed. Skont l-Artikolu 5b paragrafu 8, id-dettalji tal-kooperazzjoni se jiġu inklużi fil-ftehimiet ta' ħidma bejn iċ-Ċentru u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Europol jipprovdi informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida, u fi kwalunkwe użu tas-sustanza psikoattiva ġdida.

6.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Europol jipprovdi, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura, id-distribuzzjoni u l-kanali ta' distribuzzjoni, it-traffikar u l-kuntrabandu tas-sustanza psikoattiva ġdida, u fi kwalunkwe użu tas-sustanza psikoattiva ġdida u informazzjoni relevanti oħra dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jipprovdu l-informazzjoni u d-dejta li għandhom dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

7.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jipprovdu mingħajr dewmien bla bżonn l-informazzjoni u d-data li għandhom dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Iċ-Ċentru għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li jiġu kkomunikati liċ-Ċentru, inklużi l-kundizzjonijiet dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni u tad-dejta dwar informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju.

9.  Iċ-Ċentru għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li jiġu kkomunikati liċ-Ċentru, inklużi l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess għad-dokumenti, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni u tad-data dwar data kunfidenzjali, inklużi data sensittiva jew informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda adottat fl-2014.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Meta ċ-Ċentru jiġbor informazzjoni dwar diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill rapporti inizjali individwali jew rapporti kkombinati li jittrattaw diversi sustanzi psikoattivi ġodda, diment li l-karatteristiċi ta' kull sustanza psikoattiva ġdida jkunu identifikati b'mod ċar, fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tar-rapport inizjali.

11.  Meta ċ-Ċentru jiġbor informazzjoni dwar diversi sustanzi psikoattivi ġodda li hu jqis li jkollhom struttura kimika simili, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill rapporti inizjali individwali jew rapporti kkombinati li jittrattaw diversi sustanzi psikoattivi ġodda, diment li l-karatteristiċi ta' kull sustanza psikoattiva ġdida jkunu identifikati b'mod ċar, fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tar-rapport inizjali.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu huwa żieda pożittiva għar-Regolament billi jippermetti liċ-Ċentru jwettaq aktar ħidma f'daqqa; madankollu, il-livell ta' xebh bejn l-istrutturi kimiċi tas-sustanzi psikoattivi ġodda jista' kultant ikun diffiċli li jiġi stabbilit, u għaldaqstant għandu jkun f'idejn iċ-ċentru li jiddetermina jekk is-sustanzi jistgħux jiġu kkunsidrati simili biżżejjed biex jitqiesu flimkien f'rapport kombinat.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tar-rapport inizjali kkombinat imsemmi fl-Artikolu 5b(11), il-Kummissjoni tista' titlob liċ-Ċentru jivvaluta r-riskji potenzjali kkawżati mid-diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili u jfassal rapport kkombinat dwar il-valutazzjoni tar-riskju. Il-valutazzjoni kkombinata tar-riskju għandha ssir mill-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru.

2.  Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tar-rapport inizjali kkombinat imsemmi fl-Artikolu 5b(11), il-Kummissjoni tista' titlob liċ-Ċentru jivvaluta r-riskji potenzjali kkawżati mid-diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili u jfassal rapport kkombinat dwar il-valutazzjoni tar-riskju. Il-valutazzjoni kkombinata tar-riskju għandha ssir mill-Kumitat Xjentifiku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-loġika tal-Artikolu 5c paragrafu 2.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  analiżi tar-riskji għas-saħħa assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tossiċità akuta u kronika tagħha, ir-responsabbiltà tal-abbuż, il-potenzjal ta' produzzjoni ta' dipendenza, u l-effetti fiżiċi, mentali u komportamentali tagħha;

(c)  analiżi tar-riskji għas-saħħa assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tossiċità akuta u kronika tagħha, ir-responsabbiltà tal-abbuż, il-potenzjal ta' produzzjoni ta' dipendenza, u l-effetti fiżiċi, mentali u komportamentali tagħha, inklużi kontroindikazzjonijiet għall-użu ma' sustanzi oħrajn, fejn ikunu disponibbli;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda adottat fl-2014.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  analiżi tar-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, l-ordni pubblika u l-attivitajiet kriminali, l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(d)  analiżi tar-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, l-ordni pubbliku u l-attivitajiet kriminali, l-involviment ta' gruppi kriminali fl-iżvilupp, fil-manifattura, id-distribuzzjoni u l-kanali ta' distribuzzjoni, it-traffikar u l-kuntrabandu tas-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jivvaluta r-riskji li toħloq is-sustanza psikoattiva ġdida jew il-grupp ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kumitat jista jkun estiż skont il-ħtieġa mid-Direttur, li jaġixxi fuq parir tal-President tal-Kumitat Xjentifiku, billi jinkludi esperti li jirrappreżentaw oqsma xjentifiċi rilevanti biex tkun żgurata valutazzjoni bbilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur għandu jagħżilhom minn lista ta' esperti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-lista ta' esperti kull tliet snin.

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jivvaluta r-riskji li toħloq is-sustanza psikoattiva ġdida jew il-grupp ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kumitat jista' jkun estiż skont il-ħtieġa mid-Direttur, li jaġixxi fuq parir tal-President tal-Kumitat Xjentifiku, billi jinkludi esperti li jirrappreżentaw oqsma xjentifiċi rilevanti biex tkun żgurata valutazzjoni bbilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida, inkluż psikologu li jispjeċjalizza fid-dipendenza fuq id-drogi. Id-Direttur għandu jagħżilhom minn lista ta' esperti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-lista ta' esperti kull tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda adottat fl-2014.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida tkun fi stadju avvanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippublika ir-reviżjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm informazzjoni abbundanti ġdida jew rilevanti għall-Unjoni u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida tkun fi stadju avvanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippubblika r-reviżjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm biżżejjed data u informazzjoni disponibbli li jissuġġerixxu l-ħtieġa għal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, li r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu indikati fir-rapport inizjali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament dwar ir-Regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda adottat fl-2014.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta sustanza psikoattiva ġdida tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li iżda ġie deċiż li din ma tiġix skedata taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ħlief fejn hemm biżżejjed informazzjoni li din hija ġdida jew rilevanti għall-Unjoni.

2.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta sustanza psikoattiva ġdida tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li iżda ġie deċiż li din ma tiġix skedata taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ħlief fejn hemm biżżejjed data u informazzjoni disponibbli li jissuġġerixxu l-ħtieġa għal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, li r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu indikati fir-rapport inizjali.

Ġustifikazzjoni

Anki jekk is-sustanza tkun evalwata skont il-liġi internazzjonali, jista' jkun hemm każijiet fejn ikun hemm kundizzjonijiet speċjali fl-UE, u s-sustanza li ma tkunx meqjusa perikoluża fuq livell internazzjonali tista' tkun ta' theddida serja fl-UE; għal din ir-raġuni u jekk hemm data li tindika dan, għandu jkun possibbli li jitħejja rapport ta' valutazzjoni tar-riskju. L-istess loġika ġiet applikata mill-pożizzjoni tal-Parlament adottata fl-2014 dwar ir-regolament dwar sustanzi psikoattivi ġodda.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (9.11.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema ta' twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda

(COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian-Silviu Buşoi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Qed isir komunement rikonoxxut li l-użu ta' sustanzi psikoattivi għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jikkawża l-mewt ta' miljuni ta' individwi kull sena. Id-WHO tiddikjara li sustanzi psikoattivi ġodda huma sustanzi li, meta jiġu integrati jew amministrati fis-sistema ta' persuna, jaffettwaw il-proċessi mentali, pereżempju l-proċess ta' konjizzjoni jew il-proċess affettiv. Dan it-terminu u l-ekwivalent tiegħu, droga psikotropika, huma l-aktar termini newtrali u deskrittivi għall-klassi sħiħa ta' sustanzi, leċiti u illeċiti, li huma ta' interess għall-politika dwar id-droga. "Psikoattiv" ma jimplikax neċessarjament dipendenza, u t-terminu ħafna drabi jitħalla barra fil-lingwaġġ komuni, bħal pereżempju meta ssir referenza għal "użu ta' drogi" jew "abbuż minn sustanzi".(1)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) huwa l-punt ta' referenza għall-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni rigward is-sitwazzjoni dwar id-droga fl-Unjoni Ewropea. Kompitu ċentrali tal-aġenzija huwa li tipproduċi rapport annwali tal-aktar dejta riċenti disponibbli dwar l-użu tad-drogi fl-Ewropa, abbażi ta' sett ta' għodod ta' rapportar standardizzati, li ġew raffinati matul l-20 sena meta s-sistema kienet operattiva.

L-użu ta' sustanzi u l-użu ta' sustanzi fost iż-żgħażagħ huma problema sinifikanti għas-saħħa pubblika mad-dinja kollha, madankollu, ftit huwa magħruf dwar il-prevalenza tagħhom. Il-proposta tal-Kummissjoni tintervjeni fi żmien meta f'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda rapida fin-numru ta' SPĠ disponibbli u introdotti fis-suq Ewropew tad-drogi; l-EMCDDA qed timmonitorja aktar minn 450 sustanza, kważi d-doppju tan-numru kkontrollat taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali tan-NU dwar il-kontroll tad-drogi.(2)

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li matul dawn l-aħħar ħames snin ġiet irrapportata tendenza għal żieda mingħajr preċedent fin-numru, it-tip u d-disponibilità ta' SPĠ fil-livell tal-Unjoni, b'numru totali ta' 101 sustanza identifikati għall-ewwel darba u rrapportati permezz tas-sistema ta' twissija bikrija matul is-sena 2014, skont l-aħħar rapport tal-EMCDDA.

Il-presenza ta' wħud minn dawn is-sustanzi l-ġodda nstabet permezz tas-sistema Ewropea ta' rapportar li tinkorpora indikaturi multipli flimkien ma' sistema ta' twissija bikrija (STB) dwar sustanzi psikoattivi ġodda mhux ikkontrollati. Is-sistema Ewropea ta' rapportar tkopri b'mod formali t-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE), in-Norveġja u t-Turkija.

Bħal ta' qabilha, il-proposta l-ġdida ser tipprova ssaħħaħ is-sistema ta' twissija bikrija tal-UE u l-valutazzjoni tar-riskju u tissimplifika l-proċeduri sabiex tassigura azzjoni aktar effettiva u rapida.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li filwaqt li sar ħafna biex jitjiebu l-kwalità u l-paragunabilità tad-dejta, biex jingħelbu d-diffikultajiet fil-monitoraġġ tal-użu ta' drogi u fil-ġenerazzjoni ta' paraguni transnazzjonali, il-fenomenu tal-użu ta' SPĠ qiegħed jiżdied kontinwament u dan jirrappreżenta sfida.

Il-fehim tan-natura u d-dimensjoni tal-użu ta' SPĠ kif ukoll il-fatturi li jikkontribwixxu għalih għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' strateġiji jew pjanijiet ta' azzjoni ta' intervent effettivi fit-tul. Issa hija disponibbli informazzjoni strutturata dwar ix-xejriet u t-tendenzi fil-konsum tad-drogi fl-Ewropa, madankollu, ix-xejra tal-fatturi li jaffettwaw l-użu ta' SPĠ għadha mhijiex magħrufa sew. Ir-riżultati tar-rapport tal-EMCDDA juru li SPĠ awtodikjarati jew misjuba l-aktar frekwenti huma l-kannabinojdi sintetiċi u l-katinoni sintetiċi, u li taħlita ta' SPĠ differenti u wkoll imħallta ma' drogi oħra, l-aktar il-kannabis u l-ekstasi, huwa normali fost persuni li għandhom l-esperjenza fil-konsum tad-drogi.

Huwa diffiċli li tiġi stmata l-prevalenza ta' SPĠ ukoll minħabba inkonsistenzi metodoloġiċi u teoretiċi. Ir-rapporteur iqis li r-riskji għas-saħħa pubblika għandhom iqisu wkoll l-informazzjoni dwar it-tossiċità ta' SPĠ u evidenza rilevanti dwar l-interazzjoni ma' sustanzi oħra u kundizzjonijiet tas-saħħa eżistenti minn qabel. Iż-żieda rapida ta' SPĠ hija problema li dejjem qiegħda tiżdied u toħloq sfidi ġodda mhux biss għas-soċjetajiet fil-prevenzjoni tad-drogi u t-twassil ta' politiki biex jiġi miġġieled l-użu ta' sustanzi, iżda wkoll fit-tossikoloġija klinika u forensika.

Ir-rapporteur jirrifletti li fil-proċess għandhom jiġu vvalutati wkoll ir-riskji għas-sikurezza assoċjati mas-sustanzi psikoattivi ġodda.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jippreżentaw theddid transkonfinali serju għas-saħħa li jeħtieġ it-titjib tal-monitoraġġ, it-twissija bikrija u l-ġlieda kontra dan it-theddid.

(1)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda, li jistgħu jkollhom ħafna użi kummerċjali u industrijali, kif ukoll użi xjentifiċi, jistgħu jippreżentaw theddid transkonfinali serju għas-saħħa, b'mod partikolari minħabba d-diversità tagħhom u l-ħeffa li biha qed jitfaċċaw. It-tkabbir rapidu tas-suq ta' dawn il-prodotti ġodda qed ikompli jkun ta' sfida, u għalhekk huwa neċessarju li jitjiebu s-sistemi ta' monitoraġġ u ta' twissija bikrija, biex jivvalutaw ir-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u r-riskji soċjali tagħhom sabiex jiġu żviluppati reazzjonijiet bħal pereżempju miżuri għat-tnaqqis tar-riskju biex jiġġieldu kontra dan it-theddid.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  It-terminu "sustanzi psikoattivi" jirreferi għal kategorija wiesgħa ta' komposti psikoattivi mhux regolati jew prodotti li fihom dawn is-sustanzi li huma kummerċjalizzati bħala alternattivi legali għal drogi kkontrollati magħrufa sewwa, u li normalment jinbiegħu minn fuq l-internet jew fi "smart shops" jew "head shops".

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Sustanzi psikoattivi jistgħu jiġu reklamati bi strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni aggressivi u sofistikati u jistgħu jinbiegħu lill-konsumaturi b'tikkettar li jkun intenzjonalment ħażin u b'ingredjenti ddikjarati li jkunu differenti mill-kompożizzjoni reali. Għalhekk, huwa neċessarju li tittieħed azzjoni malajr fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Matul dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri nnotifikaw għadd akbar ta' sustanzi psikoattivi ġodda permezz tal-mekkaniżmu għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni li ġie stabbilit mill-Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI adottata mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda13 u li ġiet imsaħħa aktar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI14.

(2)  Matul dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri nnotifikaw għadd akbar ta' sustanzi psikoattivi ġodda permezz tal-mekkaniżmu għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni li ġie stabbilit mill-Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI adottata mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda13 u li ġiet imsaħħa aktar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI14. Skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru"), l-Istati Membri nnotifikaw 101 sustanza psikoattiva ġdida, li ma kinux ġew irrappurtati qabel, permezz ta' dak il-mekkaniżmu matul is-sena 2014.

__________________

__________________

13 Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/396/ĠAI tas-16 ta' Ġunju 1997 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda (ĠU L 167, 25.6.1997, p. 1).

13 Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/396/ĠAI tas-16 ta' Ġunju 1997 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda (ĠU L 167, 25.6.1997, p. 1).

14 Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).

14 Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-Europol, fil-Valutazzjoni interim tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata għall-20151a, iwissi kontra l-fatt li l-gruppi tal-kriminalità organizzata huma kapaċi jirreaġixxu malajr għat-tibdil fil-leġiżlazzjoni u jirrispondu għall-projbizzjoni ta' ċerti sustanzi billi joħolqu formuli ġodda li ma jkunux koperti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.

 

__________________

 

1a Interim SOCTA 2015: An update on Serious and Organised Crime in the EU.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Dan ir-Regolament għandu jqis il-fatt li l-gruppi vulnerabbli, u speċjalment iż-żgħażagħ, huma partikolarment esposti għar-riskji għas-saħħa pubblika, għas-sikurezza u għar-riskji soċjali li jirriżultaw minn sustanzi psikoattivi ġodda.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji soċjali u għas-saħħa madwar l-Unjoni għandhom ikunu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jinqara flimkien mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI15 [kif emendata mid-Direttiva (UE) …/…] peress li ż-żewġ atti huma mfassla sabiex jissostitwixxu l-mekkaniżmu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI.

(3)  Is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u riskji soċjali madwar l-Unjoni għandhom ikunu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jinqara flimkien mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI15 [kif emendata mid-Direttiva (UE) …/…] peress li ż-żewġ atti huma mfassla sabiex jissostitwixxu l-mekkaniżmu stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI.

__________________

__________________

15 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi fuq l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u penalitajiet fil-qasam tat-traffikar ta' droga (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

15 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi fuq l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u penalitajiet fil-qasam tat-traffikar ta' droga (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika.

(5)  Kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika jew fuq biżżejjed dejta dwar ir-riskji li joħolqu s-sustanzi psikoattivi ġodda. Huwa neċessarju li jitwettqu proċeduri ta' valutazzjoni rapida tar-riskju fil-livell tal-Unjoni billi f'xi każijiet sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jkunu tant ġodda għall-qasam li, tal-inqas inizjalment ikun hemm evidenza ferm limitata mir-riċerka xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ma għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk tkun soġġetta għal valutazzjoni taħt il-liġi internazzjonali, jew jekk tkun sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju.

(7)  Ma għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk tkun soġġetta għal valutazzjoni taħt il-liġi internazzjonali, jew jekk tkun sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju, ħlief jekk ikun hemm biżżejjed evidenza, dejta jew studji xjentifiċi fil-livell tal-Unjoni li jissuġġerixxu l-ħtieġa għal tali valutazzjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-Artikolu 5(2) it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra.

(2)  Fl-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 jikkonċerna xejriet ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi eżistenti u għandu, għaldaqstant, jinżamm.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti Fokali Nazzjonali Reitox u l-Unità Nazzjonali tal-Europol tiegħu jipprovdu l-informazzjoni disponibbli dwar sustanzi psikoattivi ġodda liċ-Ċentru u lill-Europol fil-waqt u mingħajr dewmien bla bżonn. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-kxif u l-identifikazzjoni, l-użu u t-tendenzi tal-użu, ir-riskji potenzjali u dawk identifikati, il-manifattura, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, it-traffikar, l-użu kummerċjali kif ukoll dak mediku u xjentifiku ta' dawn is-sustanzi.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti Fokali Nazzjonali Reitox fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ("Reitox") u l-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol tiegħu jipprovdu l-informazzjoni disponibbli dwar x'jidher li tkun sustanza jew taħlita psikoattivi ġodda liċ-Ċentru u lill-Europol fil-waqt u mingħajr dewmien bla bżonn. L-informazzjoni għandha tkun relatata mal-kxif u l-identifikazzjoni, l-użu u t-tendenzi tal-użu, il-prevalenza tal-użu, ir-riskji potenzjali u dawk identifikati, il-manifattura, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni u l-kanali ta' distribuzzjoni, it-traffikar u l-katini ta' provvista globali transfruntieri, l-użu kummerċjali kif ukoll dak mediku u xjentifiku ta' dawn is-sustanzi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-Ċentru, f'kooperazzjoni mal-Europol, għandu jiġbor, janalizza, jivvaluta u jikkomunika din l-informazzjoni fil-waqt lill-Istati Membri bl-għan li jipprovdi lill-Istati Membri bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' twissija bikrija u sabiex iċ-Ċentru jkun jista' jfassal ir-rapport inizjali jew ir-rapport inizjali kkombinat skont l-Artikolu 5b.

Iċ-Ċentru, f'kooperazzjoni mal-Europol, għandu jiġbor, janalizza, jivvaluta u jikkomunika din l-informazzjoni fil-waqt lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, bl-għan li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta' mudelli ta' twissija bikrija u sabiex iċ-Ċentru jkun jista' jfassal ir-rapport inizjali jew ir-rapport inizjali kkombinat skont l-Artikolu 5b.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn iċ-Ċentru, il-Kummissjoni jew il-Kunsill, waqt li jaġixxu b'maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri, jikkunsidraw li l-informazzjoni kondiviża fuq sustanza psikoattiva ġdida miġbura skont l-Artikolu 5a fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri tqajjem tħassib li s-sustanza psikoattiva ġdida tista' toħloq riskji jew għas-saħħa jew għas-soċjetà fil-livell tal-Unjoni, iċ-Ċentru għandu jfassal rapport inizjali dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

1.  Fejn iċ-Ċentru, il-Kummissjoni jew il-Kunsill, waqt li jaġixxu b'maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri, jikkunsidraw li l-informazzjoni kondiviża fuq sustanza psikoattiva ġdida miġbura skont l-Artikolu 5a fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri tqajjem tħassib li s-sustanza psikoattiva ġdida tista' toħloq riskji għas-saħħa, għas-sikurezza jew riskji soċjali fil-livell tal-Unjoni, iċ-Ċentru għandu jfassal rapport inizjali dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  indikazzjoni inizjali tan-natura jew l-iskala tar-riskji għas-saħħa u għas-soċjetà assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida;

(a)  indikazzjoni inizjali tan-natura jew l-iskala tar-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u r-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, inklużi kontroindikazzjonijiet għall-użu ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  informazzjoni dwar it-tossiċità tas-sustanza psikoattiva ġdida u evidenza rilevanti dwar l-interazzjoni tagħha ma' sustanzi oħra jew kundizzjonijiet tas-saħħa eżistenti minn qabel;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(d)  informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fl-iżvilupp, fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  informazzjoni dwar is-similaritajiet u d-differenzi b'paragun ma' sustanzi oħra bi struttura kimika jew proprjetajiet farmakoloġiċi simili;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex:

5.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex:

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Europol jipprovdi informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida, u fi kwalunkwe użu tas-sustanza psikoattiva ġdida.

6.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Europol jipprovdi, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni dwar l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura, id-distribuzzjoni u l-provvista tas-sustanza psikoattiva ġdida, u fi kwalunkwe użu tas-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jipprovdu l-informazzjoni u d-dejta li għandhom dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

7.  Iċ-Ċentru għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jipprovdu l-informazzjoni u d-dejta li għandhom dwar is-sustanza psikoattiva ġdida.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5b – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Meta ċ-Ċentru jiġbor informazzjoni dwar diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill rapporti inizjali individwali jew rapporti kkombinati li jittrattaw diversi sustanzi psikoattivi ġodda, diment li l-karatteristiċi ta' kull sustanza psikoattiva ġdida jkunu identifikati b'mod ċar, fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tar-rapport inizjali.

11.  Meta ċ-Ċentru jiġbor informazzjoni dwar diversi sustanzi psikoattivi ġodda li hu jqis li jkollhom struttura kimika simili, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill rapporti inizjali individwali jew rapporti kkombinati li jittrattaw diversi sustanzi psikoattivi ġodda, diment li l-karatteristiċi ta' kull sustanza psikoattiva ġdida jkunu identifikati b'mod ċar, fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tar-rapport inizjali.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu huwa żieda pożittiva għar-Regolament billi jippermetti liċ-Ċentru jwettaq aktar ħidma f'daqqa; madankollu, il-livell ta' xebh bejn l-istrutturi kimiċi tas-sustanzi psikoattivi ġodda jista' kultant ikun diffiċli li jiġi stabbilit, u għaldaqstant għandu jkun f'idejn iċ-ċentru li jiddetermina jekk is-sustanzi jistgħux jiġu kkunsidrati simili biżżejjed biex jitqiesu flimkien f'rapport konġunt.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  analiżi tar-riskji għas-saħħa assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tossiċità akuta u kronika tagħha, ir-responsabbiltà tal-abbuż, il-potenzjal ta' produzzjoni ta' dipendenza, u l-effetti fiżiċi, mentali u komportamentali tagħha;

(c)  analiżi tar-riskji għas-saħħa assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tossiċità akuta u kronika tagħha, ir-responsabbiltà tal-abbuż, il-potenzjal ta' produzzjoni ta' dipendenza, u l-effetti fiżiċi, mentali u komportamentali tagħha, u wkoll evidenza rilevanti dwar l-interazzjoni tas-sustanzi psikoattivi ġodda ma' sustanzi oħra jew ma' kundizzjonijiet tas-saħħa eżistenti minn qabel;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  analiżi tar-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b’mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, l-ordni pubblika u l-attivitajiet kriminali, l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(d)  analiżi tar-riskji soċjali assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b’mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, l-ordni pubblika u l-attivitajiet kriminali, l-involviment ta' gruppi kriminali fl-iżvilupp, fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  informazzjoni dwar il-prevalenza u t-tendenzi tal-użu tas-sustanza psikoattiva ġdida, id-disponibbiltà tagħha u l-potenzjal ta' diffużjoni fi ħdan l-Unjoni;

(e)  informazzjoni dwar il-prevalenza u t-tendenzi tal-użu tas-sustanza psikoattiva ġdida, id-disponibbiltà tagħha u l-potenzjal ta' diffużjoni fi ħdan l-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-kanali ta' distribuzzjoni kollha possibbli, kif ukoll informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-konsum tagħha;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  analiżi tar-riskji għas-sikurezza assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida, b'mod partikolari fir-rigward tal-manifattura tagħha, il-kundizzjonijiet tal-manifattura tagħha u l-ingredjenti li jifformaw dik is-sustanza psikoattiva ġdida;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  informazzjoni dwar l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-firxa ta' dan l-użu, kif ukoll l-użu tagħha għal skopijiet ta' riċerka xjentifika u ta' żvilupp.

(f)  informazzjoni dwar l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-firxa ta' dan l-użu, kif ukoll l-użu tagħha għal skopijiet ta' riċerka xjentifika u ta' żvilupp, inkluża informazzjoni dwar il-potenzjal għal użu ħażin tas-sustanza awtorizzata għal skopijiet leġittimi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat Xjentifiku għandu jivvaluta r-riskji li toħloq is-sustanza psikoattiva ġdida jew il-grupp ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kumitat jista jkun estiż skont il-ħtieġa mid-Direttur, li jaġixxi fuq parir tal-President tal-Kumitat Xjentifiku, billi jinkludi esperti li jirrappreżentaw oqsma xjentifiċi rilevanti biex tkun żgurata valutazzjoni bbilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur għandu jagħżilhom minn lista ta' esperti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-lista ta' esperti kull tliet snin.

Il-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru għandu jivvaluta r-riskji li toħloq is-sustanza psikoattiva ġdida jew il-grupp ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kumitat jista' jkun estiż skont il-ħtieġa mid-Direttur, li jaġixxi fuq parir tal-President tal-Kumitat Xjentifiku, billi jinkludi esperti li jirrappreżentaw oqsma xjentifiċi rilevanti biex tkun żgurata valutazzjoni bbilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur għandu jagħżilhom minn lista ta' esperti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-lista ta' esperti kull tliet snin.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju abbażi tal-informazzjoni disponibbli u ta' kwalunkwe evidenza xjentifika rilevanti oħra. Għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet tal-membri tiegħu kollha. Iċ-Ċentru għandu jorganizza l-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' informazzjoni futuri u studji rilevanti.

5.  Il-Kumitat Xjentifiku taċ-Ċentru għandu jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju abbażi tal-informazzjoni disponibbli u ta' kwalunkwe evidenza xjentifika rilevanti oħra. Għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet tal-membri tiegħu kollha. Iċ-Ċentru għandu jorganizza l-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju, inkluża l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' informazzjoni futuri u studji rilevanti.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1920/2006

Artikolu 5d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida tkun fi stadju avvanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippublika ir-reviżjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm informazzjoni abbundanti ġdida jew rilevanti għall-Unjoni u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

1.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida tkun fi stadju avvanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippublika ir-reviżjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm evidenza ġdida rilevanti li tissuġġerixxi l-ħtieġa għal rapport ta' valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema ta' twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda

Referenzi

COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cristian-Silviu Buşoi

10.10.2016

Eżami fil-kumitat

12.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Cristian-Silviu Buşoi, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Michel Dantin, Christofer Fjellner, Elena Gentile, Peter Jahr, James Nicholson, Jasenko Selimovic, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson, Marco Valli

(1)

http://www.who.int/substance_abuse/terminology/psychoactive_substances/en/

(2)

New psychoactive substances in Europe: Innovative legal responses, EMCDDA Publication, Lisbona, Ġunju 2015, paġna 4


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda

Referenzi

COM(2016)0547 – C8-0351/2016 – 2016/0261(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Michał Boni

3.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.10.2016

20.10.2016

17.11.2016

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Frank Engel, Tanja Fajon, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Verónica Lope Fontagné, Mylène Troszczynski, Ramón Luis Valcárcel Siso, Tom Vandenkendelaere, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

30.11.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Lorenzo Fontana

GUE/NGL

Malin Björk, Lynn Boylan, Barbara Spinelli

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Ramón Luis Valcárcel Siso, Tom Vandenkendelaere, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel

VERTS/ALE

Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero

0

-

 

 

3

0

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali