Proċedura : 2016/0120(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0363/2016

Testi mressqa :

A8-0363/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/01/2017 - 7.6

Testi adottati :

P8_TA(2017)0007

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 605kWORD 55k
2.12.2016
PE 589.222v02-00 A8-0363/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

(08558/2016 – C8-0214/2016 – 2016/0120(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Elmar Brok

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

(08558/2016 – C8-0214/2016 – 2016/0120(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08558/16),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (12681/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 31(1) u 37 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 180 u Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0214/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0363/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-partijiet tal-Ftehim.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond

Jeżistu żewġ organizzazzjonijiet intergovernattivi, l-ISTC (f'Astana) u ċ-Ċentru tax-Xjenza u t-Teknoloġija fi Kiev l-Ukrajna (STCU), li għandhom l-għan jappoġġaw proġetti ta' riċerka u żvilupp ma' xjentisti u inġiniera b'għarfien ta' użu doppju li joriġina prinċipalment mill-programmi ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika dwar armi ta' qerda massiva.

L-ISTC ġie stabbilit oriġinarjament fl-1994 mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun, il-Federazzjoni Russa u, bħala parti waħda, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Komunità Ekonomika Ewropea, abbażi ta' Ftehim tal-1992, bħala organizzazzjoni intergovernattiva f'Moska. Dan kien fi żmien meta kien hemm kooperazzjoni internazzjonali aktar mill-qrib bejn dawk li kienu avversarji tal-Gwerra Bierda, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju li l-għarfien militari jispiċċa f'idejn żbaljati. Madankollu, nuqqas ta' fiduċja u objettivi differenti tal-politika għall-affarijiet barranin bejn dawk li kienu l-firmatarji wasslu sabiex il-Federazzjoni Russa ħabbret l-irtirar tal-parteċipazzjoni tagħha fl-2010, li daħal fis-seħħ f'Lulju 2015.

L-għan ta' dan l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill huwa li jiġi konkluż il-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (ISTC) wara li r-Russja rtirat il-parteċipazzjoni tagħha, iffirmat fid-9 ta' Diċembru 2015, li jitlob il-kunsens tal-Parlament sabiex jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tat-Trattati dwar l-UE, u dwar il-Funzjonament tal-UE rispettivament. Partijiet mill-Ftehim li jaqgħu taħt il-kompetenza tat-Trattat EURATOM diġà ġew adottati mill-UE, li ma jeħtieġux il-kunsens tal-Parlament.

Il-Ftehim ta' Kontinwazzjoni tal-ISTC se jiżġura li l-proġetti li għaddejjin u dawk ġodda jkomplu bi sħubija differenti, ambitu ġeografiku usa' li possibilment jinkludi r-reġjun tal-Lvant Nofsani, u sett ta' objettivi aġġornati li jimmiraw speċifikament l-għarfien b'użu doppju.

L-għan ewlieni taċ-Ċentru se jkun:

•  li jippromwovi t-titjib fil-mekkaniżmi internazzjonali għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u s-sistemi ta' forniment tagħhom;

•  li jagħti lix-xjenzjati u lill-inġiniera l-għarfien, il-ħiliet u l-opportunitajiet rilevanti għat-taħriġ u impjieg alternattiv b'mod paċifiku;

•  li jippromwovi kultura ta' sigurtà;

•  li jikkontribwixxi permezz tal-attivitajiet tiegħu f'sens wiesa':

a)  għall-iżvilupp ta' sħubija xjentifika internazzjonali, it-tisħiħ tas-sigurtà globali, u t-trawwim tat-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni;

b)  għar-riċerka bażika u applikata u l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni teknoloġiċi, li jibbenefikaw ukoll lill-kontinent Ewropew; kif ukoll

c)  għall-promozzjoni tal-integrazzjoni ulterjuri ta' xjenzjati rilevanti fil-komunità xjentifika internazzjonali.

Iċ-Ċentru għandu jkollu:

  Bord Governattiv li fih ikunu rappreżentati l-Partijiet kollha, li jieħu deċiżjonijiet b'kunsens dwar il-politika, il-proġetti u r-regoli tiegħu; kif ukoll

  Segretarjat.

Il-Partijiet jistgħu jistabbilixxu Kumitat Konsultattiv Xjentifiku sabiex jirċievu pariri xjentifiċi.

Il-Ftehim jipprevedi li l-attivitajiet kollha se jibbenefikaw mir-reġim ħieles mit-taxxa u privileġġi oħra tat-taxxa fil-pajjiżi benefiċjarji u jagħti immunitajiet u privileġġi lill-persunal parteċipanti, f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1961 dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi.

Il-Ftehim jipprevedi wkoll il-possibilità ta' adeżjoni ta' pajjiżi oħra.

Ir-rieżami tal-Ftehim għandu jsir sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur ukoll jinsab imħasseb dwar l-isfidi għas-sigurtà u s-sikurezza globali li tippreżenta l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (inklużi dawk nukleari, radjoloġiċi, kimiċi u bijoloġiċi), u għalhekk jappoġġa bis-sħiħ miżuri mmirati sabiex jipprevjenu l-proliferazzjoni ta' għarfien, teknoloġija u materjali, kif ukoll il-mezzi ta' forniment tagħhom f'dan ir-rigward skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u impenji tal-G8, immirati għal Stati u atturi mhux statali li jippruvaw jakkwistawhom jew jużawhom.

F’dan il-kuntest, ir-rapporteur jirrakkomanda li jingħata kunsens għall-Ftehim li jipprevedi l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-ISTC li issa jinsab f'Astana, il-Każakistan, wara li r-Russja rtirat miċ-Ċentru f'Lulju 2015, kif imħabbar fl-2010.

Ir-rapporteur jinnota li l-kooperazzjoni mal-Federazzjoni Russa issa waqfet, minkejja li r-Russja hija l-akbar benefiċjarju tal-programm. Il-post u l-arranġamenti l-ġodda ġentilment ipprovduti mill-gvern tal-Każakistan se jkomplu l-ħidma importanti mibdija miċ-Ċentru preċedenti fis-snin wara li tfarrket l-Unjoni Sovjetika.

Ir-rapporteur jirringrazzja lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ tal-isforzi kontinwi tagħhom biex jappoġġaw iċ-Ċentru, inkluż tal-użu kontinwu tal-finanzi tal-UE, hekk kif l-UE hija l-akbar donatur meta mqabbla ma' partijiet oħra (28 % tal-finanzjament totali għaċ-Ċentru ġie pprovdut mill-UE mindu twaqqaf (inkluż permezz tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi), kif ukoll matul in-negozjati dwar l-abbozz ta' Ftehim.

Ir-rapporteur ifakkar lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Kunsill tal-obbligu li għandhom li jinfurmaw lill-PE awtomatikament fil-bidu tan-negozjati, inkluż li jagħtuh aċċess għal abozz ta' direttivi negozjati kif ukoll għal dawk adotatti, kif stipulat fl-Artikolu 218(10) TFUE, u previst ukoll mill-każistika tal-UE.

Huwa importanti li tiġi enfasizzata n-natura tant ta' benefiċċju ta' dan il-proġett kollaborattiv fost il-pajjiżi parteċipanti, li jikkontribwixxi għas-sigurtà u s-sikurezza globali u Ewropea. Mhux biss il-Partijiet tal-Ftehim se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-proġetti; dawn jistgħu jitwettqu f'pajjiżi li mhumiex Partijiet għal dan il-Ftehim.

Ir-rieżami tal-Ftehim għandu jsir sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Jekk ikun hekk, il-Parlament għandu jżomm id-dritt tiegħu li jkun involut u infurmat kif dovut matul il-proċedura ta' kunsens, f'każ li l-Ftehim ikun suġġett għal tibdil sostanzjali.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim ta’ kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Euratom li jaġixxu bħala Parti waħda u l-Ġeorġja, il-Ġappun, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Każakistan, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika tat-Taġikistan, u l-Istati Uniti tal-Amerika

Referenzi

08558/2016 – C8-0214/2016 – JOIN(2016)0019 – 2016/0120(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

9.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

22.6.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

22.6.2016

ITRE

22.6.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

23.5.2016

ITRE

4.7.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Elmar Brok

12.7.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Jean-Luc Mélenchon, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Soraya Post, Igor Šoltes, Renate Sommer, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Reimon, Hilde Vautmans

Data tat-tressiq

2.12.2016

Avviż legali