Proċedura : 2015/0277(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0364/2016

Testi mressqa :

A8-0364/2016

Dibattiti :

PV 11/06/2018 - 16
CRE 11/06/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 12/06/2018 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0245

RAPPORT     ***I
PDF 1695kWORD 231k
2.12.2016
PE 576.812v01-00 A8-0364/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2015)0613 – C8-0389/2015 – 2015/0277(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Marian-Jean Marinescu

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2015)0613 – C8-0389/2015 – 2015/0277(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0613),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0389/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Taljan u l-Parlament Malti, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ... (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Ottubru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0364/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa – 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Huwa xieraq li titqies ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar l-użu sikur ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS), komunement magħrufa bħala inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili1a

 

______________

 

1a 2014/2243(INI)

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Għandu jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u ta’ protezzjoni ambjentali f’kull waqt permezz tal-adozzjoni ta’ regoli komuni dwar is-sikurezza u permezz ta’ miżuri li jiżguraw li kwalunkwe merkanzija, persuna u organizzazzjoni involuti fl-attività tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli u ma’ dawk adottati għall-protezzjoni tal-ambjent.

(1)  Għandu jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili f’kull waqt permezz tal-adozzjoni ta’ regoli komuni dwar is-sikurezza u permezz ta’ miżuri li jiżguraw li kwalunkwe merkanzija, persuna u organizzazzjoni involuti fl-attività tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Barra minn hekk, livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni ambjentali għandu jkun iggarantit f'kull ħin permezz ta’ miżuri li jiżguraw li kwalunkwe merkanzija, persuna u organizzazzjoni involuti fl-attività tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali rilevanti u mal-prattiki rakkomandati;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  L-Aġenzija għandha tippromwovi l-iffrankar tal-enerġija, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, u l-mitigazzjoni tal-impatt negattiv tal-emissjonijiet fuq it-tibdil fil-klima u t-tniġġis akustiku u tal-arja. Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha tibbaża lilha nnifisha fuq ir-regolamenti tal-Ajru Uniku Ewropew (SES) u taġixxi permezz tal-prestazzjoni transfruntiera mtejba tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ATM/ANS).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ma jkunx xieraq li l-inġenji tal-ajru kollha jiġu soġġetti għal regoli komuni. B’mod partikolari, fid-dawl tar-riskju limitat tagħhom għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, l-inġenji tal-ajru li huma ta’ disinn sempliċi jew li jitħaddmu prinċipalment fuq bażi lokali u dawk li huma mibnija mid-dilettanti jew li huma partikolarment rari jew li jeżisti biss numru żgħir minnhom, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda obbligu skont dan ir-Regolament fuq Stati Membri oħra biex jirrikonoxxu dawn l-arranġamenti nazzjonali.

(3)  Ma jkunx xieraq li l-inġenji tal-ajru kollha jiġu soġġetti għal regoli komuni. B’mod partikolari, fid-dawl tar-riskju limitat tagħhom għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, l-inġenji tal-ajru li huma ta’ disinn sempliċi jew li jitħaddmu prinċipalment fuq bażi lokali u dawk li huma mibnija mid-dilettanti jew li huma partikolarment rari jew li jeżisti biss numru żgħir minnhom, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda obbligu skont dan ir-Regolament fuq Stati Membri oħra biex jirrikonoxxu dawn l-arranġamenti nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha madankollu tiffaċilita l-adozzjoni ta’ standards komuni tal-ajrunavigabbiltà u materjal ta’ gwida biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (g) u (h) tal-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament għal ċerti tipi ta’ inġenji tal-ajru li huma esklużi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod speċjali dawk li huma prodotti b’mod industrijali u li jista’ jkollhom benefiċċji miċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn għandhom jitħallew jitolbu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi li r-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tad-disinn, tal-manifattura u tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru japplikaw għal tipi ġodda ta’ inġenji tal-ajru li jridu jitqiegħdu fis-suq minn organizzazzjonijiet bħal dawn.

(4)  Għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament għal ċerti tipi ta’ inġenji tal-ajru li huma esklużi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod speċjali dawk li huma prodotti b’mod industrijali u li jista’ jkollhom benefiċċji miċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn għandhom jitħallew jitolbu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi li r-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tad-disinn, tal-manifattura u tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru japplikaw għal tipi ġodda ta’ inġenji tal-ajru li jridu jitqiegħdu fis-suq minn organizzazzjonijiet bħal dawn.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament l-ajrudromi b’volum baxx ta’ traffiku, diment li jkun hemm awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni, u diment li madankollu l-ajrudromi kkonċernati jilħqu l-għanijiet komuni minimi tas-sikurezza stabbiliti fir-rekwiżiti essenzjali rilevanti. Meta Stat Membru jagħti eżenzjonijiet bħal dawn, dawk l-eżenzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għat-tagħmir li jintuża fl-ajrudrom ikkonċernat u għall-fornituri tas-servizzi ta’ groundhandling u tal-ġestjoni tar-rampa li joperaw fl-ajrudromi eżentati. L-eżenzjonijiet li ngħataw mill-Istati Membri lill-ajrudromi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, filwaqt li għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar dawn l-eżenzjonijiet tkun disponibbli għall-pubbliku.

(6)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament l-ajrudromi b’volum baxx ta’ traffiku, diment li jkun hemm notifika u deċiżjoni bil-quddiem tal-Aġenzija, u diment li madankollu l-ajrudromi kkonċernati jilħqu l-għanijiet komuni minimi tas-sikurezza stabbiliti fir-rekwiżiti essenzjali rilevanti. Meta Stat Membru jagħti eżenzjonijiet bħal dawn, dawk l-eżenzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għat-tagħmir li jintuża fl-ajrudrom ikkonċernat u għall-ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi eżentati. L-eżenzjonijiet li ngħataw mill-Istati Membri lill-ajrudromi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, filwaqt li għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar dawn l-eżenzjonijiet tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  B’mod partikolari bl-għan li jiksbu s-sikurezza, l-interoperabbiltà jew it-titjib fl-effiċjenza, l-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun preferibbli li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minflok il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-inġenji tal-ajru tal-istat, għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) u għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ANS”) ipprovduti mill-militar. Għandhom jitħallew jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni neċessarji sabiex tiddeċiedi dwar talbiet bħal dawn. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġi kkonfermat li l-inġenji tal-ajru u l-attivitajiet ikkonċernati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

(7)  Bl-għan li jiksbu titjib fis-sikurezza u fl-interoperabbiltà, l-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun preferibbli li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, minflok il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-inġenji tal-ajru tal-istat, għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (“ATM”) u għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ANS”) ipprovduti mill-militar. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġi kkonfermat li l-inġenji tal-ajru u l-attivitajiet ikkonċernati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament għar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li ġew adottati abbażi tiegħu, għandhom jikkorrispondu man-natura u mar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet u ta’ attivitajiet li jindirizzaw, u għandhom ikunu proporzjonati magħhom. Sa fejn dan ikun possibbli, għandhom jiġu fformulati wkoll b’mod li jiffoka fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti kif jistgħu jintlaħqu dawk l-għanijiet. Dan għandu jikkontribwixxi biex il-livelli ta’ sikurezza rikjesti jinkisbu b’mod iżjed kosteffiċjenti u biex tiġi xprunata l-innovazzjoni teknika u operazzjonali. Għandu jsir użu minn standards u prattiki rikonoxxuti tal-industrija, meta jkun instab li dawn jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(8)  Il-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan ir-Regolament għar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li ġew adottati abbażi tiegħu, għandhom jikkorrispondu man-natura u mar-riskji assoċjati mat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru, ta' operazzjonijiet u ta’ attivitajiet li jindirizzaw, u għandhom ikunu proporzjonati magħhom. Sa fejn dan ikun possibbli, għandhom jiġu fformulati wkoll b’mod li jiffoka fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti kif jistgħu jintlaħqu dawk l-għanijiet u approċċ sistemiku lejn l-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jitqiesu l-interdipendenzi bejn is-sikurezza u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni, inkluża ċ-ċibersigurtà. Dan għandu jikkontribwixxi biex il-livelli ta’ sikurezza rikjesti jinkisbu b’mod iżjed kosteffiċjenti u biex tiġi xprunata l-innovazzjoni teknika u operazzjonali. Għandu jsir użu minn standards u prattiki rikonoxxuti tal-industrija, meta jkun instab li dawn jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament speċifikament fl-oqsma fejn dan tradizzjonalment kien il-każ, bħalma hu l-groundhandling.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ titjib tas-sikurezza. Għal dak il-għan, fil-livell tal-Unjoni għandhom jitfasslu Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jfassal ukoll Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dak il-programm għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Istat Membru sabiex itaffi r-riskji identifikati għas-sikurezza.

(9)  L-applikazzjoni ta’ prinċipji sodi ta’ ġestjoni tas-sikurezza hija essenzjali għat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġu antiċipati r-riskji emerġenti għas-sikurezza, u jsir l-aħjar użu minn riżorsi tekniċi limitati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ titjib tas-sikurezza. Għal dak il-għan, fil-livell tal-Unjoni għandhom jitfasslu Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Kull Stat Membru għandu jfassal ukoll Programm Statali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Dak il-programm għandu jkun akkumpanjat minn pjan li jiddeskrivi l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Istat Membru sabiex itaffi r-riskji identifikati għas-sikurezza. Il-pjanijiet u l-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, kif ukoll il-Programmi għas-Sikurezza tal-Istat deskritti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom jiġu stabbiliti bl-involviment mill-qrib tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Sabiex jassisti lill-Istati Membri biex jissodisfaw dan ir-rekwiżit b’mod ikkoordinat, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jistabbilixxi livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza għall-Unjoni fir-rigward tal-kategoriji differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni. Dak il-livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza ma għandux ikun ta’ natura vinkolanti, iżda għandu jesprimi l-ambizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(10)  F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Sabiex jassisti lill-Istati Membri biex jissodisfaw dan ir-rekwiżit b’mod ikkoordinat, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jistabbilixxi livell għoli u uniformi ta’ prestazzjoni tas-sikurezza għall-Unjoni fir-rigward tal-kategoriji differenti ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni. Dak il-livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza ma għandux ikun ta’ natura vinkolanti, iżda għandu minflok jesprimi l-ambizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  F’konformità mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali applikabbli għal prodotti ajrunawtiċi, parts, tagħmir mhux installat, ajrudromi u l-provvista ta’ ATM/ANS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, fit-tħaddim tal-ajrudromi u fil-provvista ta’ ATM/ANS, u rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal prodotti involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tal-ekwipaġġ tal-ajru u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

(12)  F’konformità mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Chicago, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali applikabbli għal prodotti ajrunawtiċi, parts, tagħmir mhux installat, ajrudromi inklużi tagħmir u sistemi ta’ ATM/ANS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, fit-tħaddim tal-ajrudromi u fil-provvista ta’ ATM/ANS, u rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u għal prodotti involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tal-ekwipaġġ tal-ajru u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Huwa vitali li l-persunal responsabbli mill-apparat elettroniku ta' sikurezza tat-traffiku tal-ajru (Air Traffic Safety Electronics Personnel - ATSEP) ikunu kwalifikati kif xieraq biex iwettqu dmirijiethom. Minħabba l-varjetà wiesgħa ta’ ambjenti li fihom jaħdmu l-ATSEP, huwa essenzali li l-kwalifika tkun tista' tiġi adattata għall-ambjenti tax-xogħol li jinbidlu. Għalhekk, kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni għandu jiddisponi għal bażi ġuridika espliċita li tistabbilixxi regoli u linji gwida armonizzati dettaljati fuq it-taħriġ u fuq il-valutazzjoni tal-kompetenza professjonali tal-ATSEP għal tipi differenti ta’ kompiti relatati mas-sikurezza. Dan għandu jiżgura l-livell meħtieġ ta’ sikurezza, filwaqt li jqis in-natura multidimensjonali tal-kompiti tal-ATSEP.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw il-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti ajrunawtiċi għandhom jindirizzaw kemm l-istorbju kif ukoll l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru, u jippermettu li l-Unjoni tistabbilixxi standards tekniċi dettaljati li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bnedmin minn effetti ta’ ħsara tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards u l-prattiki rakkomandati stabbiliti bil-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(13)  Ir-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw il-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti ajrunawtiċi għandhom jindirizzaw kemm l-istorbju kif ukoll l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru, u jippermettu li l-Unjoni tistabbilixxi standards tekniċi dettaljati li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bnedmin minn effetti ta’ ħsara tal-operazzjonijiet tal-avjazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u l-istandards internazzjonali rilevanti u mal-prattiki rrakkomandati.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Unjoni għandha tistabbilixxi wkoll rekwiżiti essenzjali għall-forniment sikur tas-servizzi ta’ groundhandling.

(14)  L-Unjoni għandha tistabbilixxi wkoll rekwiżiti essenzjali għas-servizzi ta’ groundhandling relatati mas-sikurezza, abbażi tar-regoli eżistenti u l-istandards tal-industrija rikonoxxuti fil-livell internazzjonali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-prodotti ajrunawtiċi, il-parts u t-tagħmir mhux installat, l-ajrudromi u t-tagħmir tagħhom, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u tal-ajrudromi, is-sistemi u l-fornituri ta’ ATM/ANS, kif ukoll il-bdoti, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-persuni, il-prodotti u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tagħhom, għandhom jiġu ċċertifikati jew jingħataw il-liċenzja malli jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti jew, meta jkun rilevanti, mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament jew skontu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta r-regoli dettaljati neċessarji għall-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati u meta jkun rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru għal dan l-għan, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament u n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata.

(16)  Ladarba jkunu nstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti jew, fejn ikun rilevanti, mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f'dan Regolament jew bis-saħħa tiegħu, dawn li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati jew liċenzjati: il-prodotti ajrunawtiċi, il-parts ajrunawtiċi u t-tagħmir ajrunawtiku mhux installat; l-ajrudromi, inklużi l-operaturi tat-tagħmir tagħhom relatat mas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u tal-ajrudromi; is-sistemi u l-kostitwenti ta' ATM/ANS, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà; u l-fornituri ta’ ATM/ANS, kif ukoll il-bdoti, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-persuni, il-prodotti u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u fl-eżami mediku tagħhom. Bl-għan li dan isir, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli dettaljati neċessarji għall-ħruġ ta’ dawk iċ-ċertifikati u meta jkun rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru għal dan l-għan, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament u n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-grupp tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Meta tkun qed tadotta dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu approċċ proporzjonat fir-rigward tat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru u ta’ operazzjonijiet, filwaqt li tiżgura li dawn l-atti delegati ma jwasslux għal piż amministrattiv addizzjonali jew żieda fl-ispejjeż, u b’hekk titnaqqas il-kompetittività fl-industrija tal-avjazzjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Għandha tingħata l-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u fil-manifattura ta’ prodotti u ta’ parts ajrunawtiċi biex jiddikjaraw il-konformità tad-disinn tal-prodotti u tal-parts mal-istandards rilevanti tal-industrija, meta dan jitqies li jiżgura livell aċċettabbli ta’ sikurezza. Din il-possibbiltà għandha tkun limitata għal prodotti li jintużaw fl-avjazzjoni ħafifa u dik sportiva, u skont limitazzjonijiet u kundizzjonijiet xierqa sabiex tiġi żgurata s-sikurezza.

(17)  Għandha tingħata l-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn u fil-manifattura ta’ prodotti u ta’ parts ajrunawtiċi biex jiddikjaraw il-konformità tad-disinn tal-prodotti u tal-parts mal-istandards rilevanti tal-industrija, meta dan jitqies li jiżgura livell għoli u uniformi ta’ sikurezza. Din il-possibbiltà għandha tkun limitata għal prodotti li jintużaw fl-avjazzjoni ħafifa u dik sportiva, u skont limitazzjonijiet u kundizzjonijiet xierqa sabiex tiġi żgurata s-sikurezza. Il-Kummissjoni għandha madankollu tiffaċilita l-adozzjoni ta’ standards komuni tal-ajrunavigabbiltà u materjal ta’ gwida biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (g) u (h) tal-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Peress li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord joperaw ukoll fl-ispazju tal-ajru kondiviż mal-inġenji tradizzjonali tal-ajru, dan ir-Regolament għandu jkopri inġenji tal-ajru bħal dawn, tkun xi tkun il-massa operattiva tagħhom. It-teknoloġiji għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord issa jippermettu firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet possibbli li għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jkunu proporzjonati mar-riskju tal-operazzjoni partikolari jew mat-tip ta’ operazzjonijiet.

(18)  Peress li l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord joperaw ukoll fl-ispazju tal-ajru kondiviż mal-inġenji tal-ajru bil-bdot abbord, dan ir-Regolament għandu jkopri inġenji tal-ajru bħal dawn. It-teknoloġiji għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord issa jippermettu firxa wiesgħa ta’ operazzjonijiet possibbli li għandhom ikunu soġġetti għal regoli li jkunu proporzjonati mar-riskju tal-operazzjoni partikolari jew mat-tip ta’ operazzjonijiet.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Ir-regoli għall-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu ċari, infurzabbli, u armonizzati fl-Istati Membri kollha, sabiex ikunu żgurati l-operazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u kultura ta’ konformità fost l-operaturi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ir-regoli dwar l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom kemm jista’ jkun jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-konformità mad-drittijiet rilevanti ggarantiti skont il-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ dik il-Karta u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Unjoni (“TFUE”) u kif regolat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data11.

(19)  Ir-regoli dwar l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-konformità mad-drittijiet rilevanti ggarantiti skont il-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ dik il-Karta u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Unjoni (“TFUE”) u kif regolat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data11.

__________________

__________________

11Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

11Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Għal xi tipi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Aġenzija, mhijiex neċessarja għall-fini li jintlaħqu livelli adegwati ta’ sikurezza. Il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq ipprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti għandhom ikunu applikabbli għal dawk il-każijiet.

(20)  Għal xi tipi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mar-reġistrazzjoni, maċ-ċertifikazzjoni, mal-identifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Aġenzija, mhijiex neċessarja għall-fini li jintlaħqu livelli adegwati ta’ sikurezza. Il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq ipprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti għandhom ikunu applikabbli għal dawk il-każijiet.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Għal raġunijiet ta’ sigurtà u kontroll, kull sid ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinħariġlu numru tas-sid li permezz tiegħu tali inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jiġu identifikati. Dan in-numru għandu jkun fejn jidher fuq kull inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord operat minn tali sid u għandu jidher ukoll f’reġistru Ewropew tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord miżmum mill-Aġenzija. Dak ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Il-mudelli tal-inġenji tal-ajru huma inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord użati primarjament għal attivitajiet rikreattivi u jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Huma kellhom rekord ta’ sikurezza tajjeb għal għexieren ta’ snin, speċjalment dawk imħaddma mill-membri ta’ assoċjazzjoni jew klabb. B’mod ġenerali, dawn l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs huma strutturati tajjeb u stabbilixxew kultura ta’ sikurezza tajba ħafna. Meta tkun qed tadotta atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprova tiżgura li l-mudelli tal-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu bħalma jagħmlu bħalissa taħt is-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, meta tkun qed tadotta dawk l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa ta' tranżizzjoni bla xkiel mis-sistemi nazzjonali differenti għal kwalunkwe qafas regolatorju ġdid, u għandha tqis l-aħjar prattiki eżistenti fl-Istati Membri.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaħdmu fi sħubija sabiex jiġu identifikati aħjar il-kundizzjonijiet mhux sikuri u sabiex jittieħdu l-miżuri ta’ rimedju kif ikun jixraq. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu r-responsabbiltajiet lil xulxin jew lill-Aġenzija skont ir-Regolament relatat maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, speċjalment meta dak ikun neċessarju għal sikurezza mtejba jew għal użu iktar effiċjenti tar-riżorsi. Huwa wkoll neċessarju, skont il-każ, li l-Istati Membri jingħataw appoġġ sabiex iwettqu dawk il-kompiti, b’mod partikolari s-sorveljanza kooperattiva u transfruntiera, billi jiġi stabbilit qafas effiċjenti għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni tal-ispetturi tal-avjazzjoni u ta’ speċjalisti oħra b’għarfien espert rilevanti.

(22)  L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaħdmu fi sħubija sabiex jiġu identifikati aħjar il-kundizzjonijiet mhux sikuri u sabiex jittieħdu l-miżuri ta’ rimedju kif ikun jixraq. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu r-responsabbiltajiet lil xulxin jew lill-Aġenzija skont ir-Regolament relatat maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar, speċjalment meta dak ikun neċessarju għal sikurezza msaħħa, interoperabbiltà mtejba jew għal użu iktar effiċjenti tar-riżorsi. Bl-istess objettivi, l-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom ukoll jingħataw il-possibbiltà li jitolbu lill-Aġenzija tieħu r-responsabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar tal-attività tagħhom. Huwa wkoll neċessarju, skont il-każ, li l-Istati Membri jingħataw appoġġ sabiex iwettqu dawk il-kompiti, b’mod partikolari s-sorveljanza kooperattiva u transfruntiera, billi jiġi stabbilit qafas effiċjenti għall-akkomunament u għall-kondiviżjoni tal-ispetturi tal-avjazzjoni u ta’ speċjalisti oħra b’għarfien espert rilevanti. Dan l-akkomunament, madankollu, ma għandu bl-ebda mod iwassal għal xi piż jew ħlasijiet addizzjonali għall-industrija tal-avjazzjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Skont is-sistema istituzzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar rikjesti b’dan ir-Regolament, u bl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom bħala prinċipju jitwettqu fil-livell nazzjonali minn awtorità kompetenti waħda jew iktar tal-Istati Membri. Madankollu, f’ċerti każijiet definiti b’mod ċar, l-Aġenzija għandha wkoll tingħata s-setgħa li twettaq dawk il-kompiti kif speċifikat f’dan ir-Regolament. F’dawk il-każijiet, l-Aġenzija għandha titħalla wkoll tieħu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru, tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-użu tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi meta dan ikun l-aħjar mezz li bih tiżgura l-uniformità u tiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern.

(33)  Skont is-sistema istituzzjonali tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, il-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar rikjesti b’dan ir-Regolament, u bl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom bħala prinċipju jitwettqu fil-livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri. F’ċerti każijiet definiti tajjeb, l-Aġenzija għandha titħalla wkoll tieħu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru, tal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-użu tal-inġenji tal-ajru ta’ pajjiżi terzi meta dan ikun l-aħjar mezz li bih tiżgura l-uniformità u tiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-għarfien tekniku espert lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni neċessarja u tassisti, meta dan ikun xieraq, lill-Istati Membri u lill-industrija fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun tista’ toħroġ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u materjal ta’ gwida kif ukoll tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati jew tirreġistra dikjarazzjonijiet kif ikun meħtieġ.

(34)  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-għarfien tekniku espert lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni neċessarja u tassisti lill-Istati Membri u lill-industrija, inklużi l-SMEs, fl-implimentazzjoni tagħha. Għandha tkun tista’ toħroġ speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u materjal ta’ gwida kif ukoll tagħmel sejbiet tekniċi u toħroġ ċertifikati jew tirreġistra dikjarazzjonijiet kif ikun meħtieġ.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Is-sistemi globali tan-navigazzjoni bis-satellita, u b’mod partikolari l-programm tal-Unjoni Galileo, se jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ sistema Ewropea ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji u li tiċċertifika l-organizzazzjonijiet li jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza, ta’ interoperabbiltà u ta’ effiċjenza operazzjonali.

(35)  Is-sistemi globali tan-navigazzjoni bis-satellita, u b’mod partikolari l-programm tal-Unjoni Galileo, se jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ sistema Ewropea ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi neċessarji u li tiċċertifika s-sistemi ATM/ANS u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza, ta’ interoperabbiltà u ta’ effiċjenza operazzjonali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 jimponi fuq l-Aġenzija d-dmir li tikkomunika l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti għall-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li, għal raġunijiet ta’ sikurezza, ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, billi twettaq l-evalwazzjonijiet neċessarji ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom, u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 jimponi fuq l-Aġenzija d-dmir li tikkomunika l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti għall-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li, għal raġunijiet ta’ sikurezza, ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, billi twettaq l-evalwazzjonijiet tas-sikurezza neċessarji kollha ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom, u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.

__________________

__________________

14 Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

14 Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  L-Aġenzija għandha tiffoka fuq l-integrar tar-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkunu sikuri u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-programmi msemmija hawn fuq.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-regoli u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati. Għandha tkun intitolata tistabbilixxi r-relazzjonijiet xierqa, permezz ta’ arranġament ta’ ħidma, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, soġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem tal-Kummissjoni. Sabiex tippromwovi s-sikurezza fil-livell dinji, fid-dawl tal-istandards għoljin applikati fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha titħalla, fi ħdan il-kompetenza tagħha, tidħol f’kooperazzjoni teknika ad hoc, fi proġetti ta’ riċerka u ta’ assistenza ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili, fosthom is-sigurtà jew l-Ajru Uniku Ewropew, li fihom l-Aġenzija jkollha l-għarfien espert rilevanti.

(41)  Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-regoli u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati. Għandha tkun intitolata tistabbilixxi r-relazzjonijiet xierqa, permezz ta’ arranġament ta’ ħidma, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tiġi mgħarrfa minn qabel. L-Aġenzija, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tagħti kontribut maġġuri għall-esportar tal-istandards tal-avjazzjoni tal-Unjoni u għall-promozzjoni tal-moviment tal-prodotti, il-professjonisti u s-servizzi ajrunawtiċi tal-Unjoni madwar id-dinja kollha, bl-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ġodda li qed jikbru. Hija għandha tagħmel dan mod partikolari permezz ta’ sħubijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ta’ pajjiżi terzi u billi tiftaħ uffiċċji lokali fit-territorju ta’ pajjiżi terzi. Sabiex tippromwovi s-sikurezza fil-livell dinji, fid-dawl tal-istandards għoljin applikati fl-Unjoni, l-Aġenzija għandha wkoll titħalla, fi ħdan il-kompetenza tagħha, tidħol f’kooperazzjoni teknika, fi proġetti ta’ riċerka u ta’ assistenza ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni ċivili, fosthom is-sigurtà jew l-Ajru Uniku Ewropew, li fihom l-Aġenzija jkollha l-għarfien espert rilevanti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu mir-rimedji neċessarji b’mod li jkun adattat għan-natura speċjali tal-qasam tal-avjazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord ta’ Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mat-TFUE.

(48)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu mir-rimedji neċessarji b’mod li jkun adattat għan-natura speċjali tal-qasam tal-avjazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord ta’ Appell, li d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mat-TFUE.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Meta l-Aġenzija tiżviluppa abbozz ta’ regoli ta’ natura ġenerali li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati. Barra minn hekk, meta r-regoli jista’ jkollhom implikazzjonijiet soċjali importanti, il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-imsieħba soċjali tal-Unjoni, għandhom jiġu kkonsultati kif jixraq meta l-Aġenzija tħejji l-abbozz ta’ regoli korrispondenti.

(50)  Meta l-Aġenzija tiżviluppa abbozz ta’ regoli ta’ natura ġenerali li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiġu kkonsultati. Barra minn hekk, meta r-regoli jista’ jkollhom implikazzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jew soċjali importanti, jew it-tnejn li huma, il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-imsieħba soċjali tal-Unjoni, se jiġu kkonsultati kif jixraq. Meta l-Aġenzija tħejji l-abbozz ta’ regoli korrispondenti, hija għandha tindirizza kif jixraq dawn l-implikazzjonijiet fil-Valutazzjoni tal-Impatt Regolatorju tagħha.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 54a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(54a)  Huwa vitali li tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha, inkluż f’ħin reali, tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza sabiex tkun tista' tiġi analizzata u disseminata mingħajr dewmien bla bżonn. Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha tikkoordina fil-livell tal-Unjoni l-ġbir, l-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi d-dejta tat-titjiriet u r-reġistrazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota mqiegħda fis-sigur li jitniżżlu, f’ħin reali, f'bażi ta’ dejta. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, jew ma’ assoċjazzjonijiet ta’ persuni bħal dawn, dwar il-ġbir, l-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni. Dawk l-arranġamenti għandhom, sa fejn ikun possibbli, jippreferu l-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni eżistenti, filwaqt li jevitaw l-impożizzjoni ta’ piż addizzjonali fuq dawk il-persuni ġuridiċi u fiżiċi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 56a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(56a)  Bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza tal-ATM/ANS, se jkun meħtieġ ukoll li l-iskema attwali ta' talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru en route tiġi emendata b'tali mod li tkopri b'mod xieraq il-kompetenzi ta' sorveljanza tal-ATM/ANS tal-Aġenzija. Dan se jiżgura wkoll li l-Aġenzija jkollha r-riżorsi li teħtieġ biex twettaq il-kompiti ta' sorveljanza tas-sikurezza assenjati lilha permezz tal-approċċ ta’ sistema totali tal-Unjoni fis-sikurezza tal-avjazzjoni. Se jikkontribwixxi wkoll għall-forniment aktar trasparenti, kosteffiċjenti u effettiv ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jiffinanzjaw is-sistema, u jistimula l-forniment ta’ servizz integrat. Dik l-emenda se jeħtiġilha wkoll tiżgura distribuzzjoni xierqa tal-kompiti bejn l-Aġenzija u l-Eurocontrol.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)  Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tekniċi, xjentifiċi, operazzjonali jew ta’ sikurezza, billi jiġu emendati jew issupplimentati d-dispożizzjonijiet dwar l-ajrunavigabbiltà, il-protezzjoni ambjentali, l-ekwipaġġ tal-ajru, l-operazzjonijiet bl-ajru, l-ajrudromi, l-ATM/l-ANS, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-operaturi minn pajjiżi terzi, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-sorveljanza u l-infurzar, id-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà, il-multi u l-imposti, kif ukoll il-ħlasijiet perjodiċi penali, u t-tariffi u l-imposti, kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(59)  Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tekniċi, xjentifiċi, operazzjonali jew ta’ sikurezza, billi jiġu emendati jew issupplimentati d-dispożizzjonijiet dwar l-ajrunavigabbiltà, il-protezzjoni ambjentali, l-ekwipaġġ tal-ajru, l-operazzjonijiet bl-ajru, l-ajrudromi, l-ATM/l-ANS, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-operaturi minn pajjiżi terzi, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, is-sorveljanza u l-infurzar, id-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà, il-multi u l-imposti, kif ukoll il-ħlasijiet perjodiċi penali, u t-tariffi u l-imposti, kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll approċċ imfassal apposta proporzjonat għat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru u operazzjonijiet.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 59a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(59a)  L-utenti differenti tal-ispazju tal-ajru għandhom jingħataw aċċess ġust għall-ispazju tal-ajru. Fl-interess tas-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ispazju tal-ajru, kull Stat Membru għandu jiżgura l-kontinwità tal-forniment tal-ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru li jinsab taħt ir-responsabbiltà tiegħu, filwaqt li jżomm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza u jnaqqas kemm jista' jkun it-tħarbit tas-servizzi lill-partijiet terzi mhux involuti, inkluż f’ċirkostanzi mhux previsti. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni ta’ livell minimu ta’ servizz li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jserrħu fuqu.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 61a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61a)  Il-bidliet li jsiru permezz ta’ dan ir-Regolament għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ atti legali oħra tal-Unjoni u, inter alia, jirrikjedu t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________

 

1aIr-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies b’mod xieraq l-possibbiltà stabbilita b’dan ir-Regolament li l-Aġenzija tista’ ssir l-awtorità kompetenti għall-ħruġ u għas-sorveljanza taċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Barra minn hekk, peress li kulma jmur qed tikber l-importanza tat-trasportaturi tal-ajru b’bażijiet operazzjonali f’diversi Stati Membri li jwassal biex l-awtorità kompetenti għal-liċenzji tal-operat u l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati tal-operatur tal-ajru mhux neċessarjament ikunu identiċi, hemm bżonn li tissaħħaħ is-superviżjoni effiċjenti ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza fir-rigward taċ-ċertifikat tal-operaturi tal-ajru u l-liċenzja tal-operat rispettivament.

(63)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies b’mod xieraq l-possibbiltà stabbilita b’dan ir-Regolament li l-Aġenzija tista’ ssir l-awtorità kompetenti għall-ħruġ u għas-sorveljanza taċ-ċertifikati tal-operaturi tal-ajru. Barra minn hekk, hemm bżonn li tissaħħaħ is-superviżjoni effiċjenti ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandu jiġi emendat biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza fir-rigward taċ-ċertifikat tal-operaturi tal-ajru u l-liċenzja tal-operat rispettivament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan prinċipali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit u li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat livell uniformi għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

1.  L-għan prinċipali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit, miżmum u infurzat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jikkontribwixxi għal livell għoli u uniformi ta' protezzjoni ambjentali;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment tal-merkanzija, is-servizzi u l-persunal tal-avjazzjoni fid-dinja kollha billi jistabbilixxi kooperazzjoni adatta ma’ pajjiżi terzi u mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni tagħhom.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jippromwovi l-kosteffiċjenza u l-effettività fil-proċessi regolatorji u ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll l-użu ottimali tar-riżorsi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

(c)  jippromwovi l-kosteffiċjenza, inter alia billi jevita d-duplikazzjoni, u jippromwovi l-effettività fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kif ukoll l-użu ottimali tar-riżorsi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f)  jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bl-għan li jiġu promossi s-sikurezza, kundizzjonijiet ekwi u l-aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati li jikkonċernaw il-merkanzija, is-servizzi u l-persunal tal-avjazzjoni;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, fost l-oħrajn, fil-proċessi regolatorji u ta’ ċertifikazzjoni;

(g)  jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, inter alia fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jippromwovi l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

(h)  jippromwovi l-interoperabbiltà amministrattiva, teknika u operazzjonali fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  jappoġġa l-fiduċja tal-passiġġieri fis-sikurezza, is-sigurtà u l-effiċjenza tal-avjazzjoni ċivili.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu jkunu validi madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;

(b)  jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet, il-liċenzji u ċ-ċertifikati maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu jkunu validi, rikonoxxuti u applikati madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  titwaqqaf Aġenzija indipendenti tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”);

(d)  titwaqqaf Aġenzija indipendenti tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”);

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jitwettqu inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza.

(g)  jitwettqu inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza u, fejn jeżistu interdipendenzi mas-sigurtà tal-avjazzjoni, informazzjoni rilevanti dwar is-sigurtà.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għad-disinn u għall-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru minn persuna fiżika jew ġuridika taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija jew ta’ Stat Membru;

(a)  għad-disinn u għall-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru, ta’ prodotti u ta' parts minn:

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i)  persuna fiżika jew ġuridika taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija jew ta’ Stat Membru;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii)  persuna fiżika jew ġuridika ta’ pajjiż terz, maħsubin biex jiġu reġistrati jew imħaddma, u rispettivament użati, fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll ta’ prodotti, parts u tagħmir mhux installat li jkunu assoċjati, meta l-inġenju tal-ajru jkun:

(b)  għall-manutenzjoni u għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll ta’ prodotti, parts u tagħmir mhux installat li jkunu assoċjati, meta l-inġenju tal-ajru jkun:

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  reġistrat fi Stat Membru, għajr jekk u sakemm l-Istat Membru jkun ttrasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur minn pajjiż terz;

(i)  reġistrat jew maħsub biex jiġi reġistrat fi Stat Membru, għajr jekk u sakemm l-Istat Membru jkun ttrasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur minn pajjiż terz;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  reġistrat f’pajjiż terz u jitħaddem minn operatur stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

(ii)  reġistrat f’pajjiż terz u jitħaddem jew maħsub biex jiġi operat minn operatur stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru lejn l-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, fih jew ’il barra minnu, minn operatur minn pajjiż terz;

(c)  għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru lejn l-ispazju tal-ajru li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew ’il barra minnu, minn operatur minn pajjiż terz;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u t-tħaddim tat-tagħmir tal-ajrudrom li jintuża jew maħsub biex jintuża fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) u għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa f’dawk l-ajrudromi;

(d)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u t-tħaddim tat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza li jintuża jew maħsub biex jintuża fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) u għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa f’dawk l-ajrudromi;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għad-disinn, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ ajrudromi li jkunu jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, li:

(e)  għad-disinn, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ ajrudromi inkluż it-tagħmir tagħhom relatat mas-sikurezza li jkunu jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, li:

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;

(i)  ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  ikunu jaqdu l-operazzjonijiet li jużaw proċeduri tal-approċċ bl-istrumenti jew tat-tluq; u

imħassar

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  jkollhom runway pavimentata ta’ 800 metru jew iżjed, jew li jaqdu esklużivament lill-ħelikopters;

(iv)  ikollhom runway bl-istrumenti pavimentata ta' 800 metru jew aktar;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  għall-forniment tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ATM/ANS”) fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, u d-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ sistemi u ta’ kostitwenti li ntużaw fil-forniment ta’ dawk l-ATM/l-ANS;

(g)  għall-forniment tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (“ATM/ANS”) fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, u d-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat ta’ sistemi u ta’ kostitwenti, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, użati fil-forniment ta’ dawk l-ATM/l-ANS;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, għall-magni, għall-iskrejjen, għall-parts u għat-tagħmir mhux installat tagħhom, kif ukoll għat-tagħmir biex l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu kkontrollati mill-bogħod, meta inġenji tal-ajru bħal dawn jitħaddmu fl-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew minn operatur stabbilit jew li jkun residenti fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati.

(h)  għall-manutenzjoni u għall-operat ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, għall-magni, għall-iskrejjen, għall-parts u għat-tagħmir mhux installat tagħhom, kif ukoll għat-tagħmir biex l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu kkontrollati mill-bogħod, meta inġenji tal-ajru bħal dawn jitħaddmu fl-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-inġenji tal-ajru tal-istat, u għall-prodotti, għall-parts u għat-tagħmir mhux installat tagħhom, u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet u fis-servizzi mwettqa minn inġenji tal-ajru tal-istat;

(a)  għall-inġenji tal-ajru u għall-magni, għall-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, meta jkunu qed iwettqu attivitajiet jew servizzi militari, doganali, tal-pulizija, tat-tiftix u s-salvataġġ, tat-tifi tan-nar, tal-gwardja tal-kosta jew attivitajiet jew servizzi simili taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' Stat Membru, imwettqa fl-interess pubbliku minn korp li jkollu setgħat ta' awtorità pubblika, u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet u s-servizzi mwettqa minn dawk l-inġenji tal-ajru;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-ATM/għall-ANS, inklużi sistemi u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet, li jiġu pprovduti mill-militar jew ikun disponibbli permezz tal-militar;

(c)  għall-ATM/għall-ANS (inklużi sistemi u kostitwenti li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, persunal u organizzazzjonijiet) li jiġu pprovduti mill-militar jew ikun disponibbli permezz tal-militar;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru li l-operat tagħhom jinvolvi riskju baxx għas-sikurezza tal-avjazzjoni, kif elenkat fl-Anness I, u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fihom.

(d)  għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I, li l-operat tagħhom jinvolvi riskju baxx għas-sikurezza tal-avjazzjoni, u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti fihom.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-punt (d), l-Istati Membri jirrikonoxxu mingħajr aktar rekwiżiti jew evalwazzjonijiet iċ-ċertifikati nazzjonali maħruġa lil dawn l-inġenji tal-ajru u lill-bdoti tagħhom meta dawn l-inġenji tal-ajru u l-bdoti huma involuti f’titjiriet transfruntiera għall-finijiet ta’ manutenzjoni, tiswija, testijiet, modifiki jew parteċipazzjoni fi sports u wirjiet tal-ajru, għal perjodu massimu ta’ 60 jum matul sena kalendarja.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  il-limiti ta’ piż, ta’ veloċità, u ta’ volum ta’ arja sħuna msemmija fil-punti (e), (f), (g), (h), (i) u (j) ta’ dak l-Anness.

(ii)  il-limiti ta’ piż, ta’ veloċità, u ta’ volum ta’ arja sħuna msemmija fil-punti (e), (f), (g), (h), (i) u (j) ta’ dak l-Anness; u

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt d – subparagrafu 3 – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  il-kriterji spjegati fil-punti (b) u (c) ta’ dak l-Anness.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Organizzazzjoni responsabbli għad-disinn ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru tista’ titlob lill-Kummissjoni tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw għad-disinn, għall-produzzjoni u għall-manutenzjoni ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet, meta:

4.  Organizzazzjoni responsabbli għad-disinn ta’ tip ta’ inġenju tal-ajru tista’ titlob lill-Aġenzija tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw għad-disinn, għall-produzzjoni u għall-manutenzjoni ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru u għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet, meta:

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)   id-disinn ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx ġie approvat f’konformità mal-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru.

(c)   l-approvazzjoni minn qabel tad-disinn ta’ dak it-tip ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx ġie ottenut f’konformità mal-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tiddeċiedi abbażi ta’ dik it-talba, wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija u lill-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, dwar jekk il-kriterji tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. Dik id-deċiżjoni tiġi adottata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi wkoll dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

L-Aġenzija tiddeċiedi abbażi ta’ dik it-talba, wara li tkun ikkonsultat lill-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni kkonċernata jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha, dwar jekk il-kriterji tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mid-data speċifikata f’dik id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat u l-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet jiġu rregolamentati biss bid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. F’dak il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u l-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw ukoll fir-rigward tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat.

Mid-data speċifikata f’dik id-deċiżjoni, id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat u l-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f’dawk l-attivitajiet jiġu rregolamentati biss bit-Taqsima I tal-Kapitolu III u bl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom. F’dak il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u l-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Taqsima I tal-Kapitolu III japplikaw ukoll fir-rigward tat-tip ta’ inġenju tal-ajru kkonċernat.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni), l-Istati Membri jiżguraw li l-faċilitajiet militari msemmija fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu li jkunu miftuħa għat-traffiku tal-ajru ġenerali u l-ATM/l-ANS imsemmija fil-paragrafu 3(c) ta’ dan l-Artikolu li jiġu pprovduti mill-militar jew li jsiru disponibbli permezz tal-militar għat-traffiku tal-ajru ġenerali joffru livell ta’ sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi VII u VIII ta’ dan ir-Regolament.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni), l-Istati Membri jiżguraw li l-faċilitajiet militari msemmija fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu li jkunu miftuħa għat-traffiku tal-ajru ġenerali u l-ATM/l-ANS imsemmija fil-paragrafu 3(c) ta’ dan l-Artikolu li jiġu pprovduti mill-militar jew li jsiru disponibbli permezz tal-militar għat-traffiku tal-ajru ġenerali joffru livell ta’ sikurezza u interoperabbiltà mas-sistemi ċivili li jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi VII u VIII ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-intenzjoni tiegħu. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, u b’mod partikolari:

F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Aġenzija dwar l-intenzjoni tiegħu. Dik in-notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, u b’mod partikolari:

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet inkwistjoni u tal-fini u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lilha, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv u, meta jkun xieraq, skont liema kundizzjonijiet. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiġi adottata f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

L-Aġenzija tiddeċiedi jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet inkwistjoni u tal-fini u tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lilha, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv u, meta jkun xieraq, skont liema kundizzjonijiet. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lill-Kummissjoni wara deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni u, meta dan ikun rilevanti, wara li jkun żgura li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet mehmuża ma’ dik id-deċiżjoni. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jiġu rregolamentati biss minn dawk id-dispożizzjonijiet u mid-dispożizzjonijiet tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha. F’dak il-każ, japplikaw ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u tal-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati fir-rigward tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati lill-Aġenzija wara deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija u, meta dan ikun rilevanti, wara li jkun żgura li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet mehmuża ma’ dik id-deċiżjoni. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jiġu rregolamentati biss minn dawk id-dispożizzjonijiet u mill-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha. F’dak il-każ, japplikaw ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV u tal-Kapitolu V fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima jew tat-Taqsimiet innotifikati fir-rigward tal-attivitajiet, tal-persunal u tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom li ġew adottati skont dan il-paragrafu. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Dik in-notifika tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludiha fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63. Ikun previst perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom li ġew adottati skont dan il-paragrafu. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Aġenzija. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63. Ikun previst perjodu xieraq ta’ tranżizzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    81    

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija permezz ta’ sottomissjoni raġunata, li biħsiebu jieħu deċiżjoni bħal din. Dik is-sottomissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, fir-rigward tad-deċiżjoni li biħsiebu jieħu.

F’każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Aġenzija permezz ta’ sottomissjoni raġunata, li biħsiebu jieħu deċiżjoni bħal din. Dik is-sottomissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, fir-rigward tad-deċiżjoni li biħsiebu jieħu.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiġi adottata f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2) u tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

L-Aġenzija tiddeċiedi jekk il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu ġewx issodisfati. L-Aġenzija tinkludi dik id-deċiżjoni fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 7 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-deċiżjoni li biħsiebu jieħu wara deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajrudrom ikkonċernat, u t-tagħmir tiegħu, ma jkunux irregolamentati iktar bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

L-Istat Membru kkonċernat jadotta biss id-deċiżjoni li biħsiebu jieħu wara deċiżjoni pożittiva mill-Aġenzija. F’dak il-każ, mid-data speċifikata fid-deċiżjoni tal-Istat Membru, id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat tal-ajrudrom ikkonċernat, u t-tagħmir tiegħu, ma jkunux irregolamentati iktar bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 7 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, fuq bażi annwali, jeżaminaw iċ-ċifri tat-traffiku tal-ajrudromi li huma jkunu eżentaw skont dan il-paragrafu. Meta dak l-eżami juri li, matul tliet snin konsekuttivi, wieħed minn dawk l-ajrudromi jkollu iżjed minn 10 000 passiġġier fis-sena u iżjed minn 850 moviment fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija fis-sena, l-Istat Membru kkonċernat jirrevoka l-eżenzjoni ta’ dak l-ajrudrom. F’dak il-każ, l-Istat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija skont dan. Id-deċiżjoni li tiġi rrevokata l-eżenzjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-Aġenzija tinkludiha fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

L-Istati Membri, fuq bażi annwali, jeżaminaw iċ-ċifri tat-traffiku tal-ajrudromi li huma jkunu eżentaw skont dan il-paragrafu. Meta dak l-eżami juri li, matul tliet snin konsekuttivi, wieħed minn dawk l-ajrudromi jkollu iżjed minn 10 000 passiġġier fis-sena u iżjed minn 850 moviment fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija fis-sena, l-Istat Membru kkonċernat jirrevoka l-eżenzjoni ta’ dak l-ajrudrom. F’dak il-każ, l-Istat Membru jgħarraf lill-Aġenzija skont dan. Id-deċiżjoni li tiġi rrevokata l-eżenzjoni tiġi ppubblikata fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 63.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “sorveljanza” tfisser il-verifika, mill-awtorità kompetenti jew f’isimha, fuq bażi kontinwa li r-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ ċertifikat jew ir-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom tkun saret dikjarazzjoni, ikomplu jiġu rrispettati;

(1)  “sorveljanza” tfisser il-verifika, mill-awtorità kompetenti jew f’isimha, fuq bażi kontinwa li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, inklużi r-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ ċertifikat jew ir-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom tkun saret dikjarazzjoni, ikomplu jiġu rrispettati;

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  “Sistemi u kostitwenti ATM/ANS li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà” tfisser kwalunkwe waħda mis-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS li huma meħtieġa għas-sikurezza tal-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u tan-navigazzjoni bl-ajru.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  “ċertifikazzjoni” tfisser kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent f’konformità ma’ dan ir-Regolament, abbażi ta’ valutazzjoni xierqa, li organizzazzjoni jew persuna, prodott, part, tagħmir mhux installat, ajrudrom, tagħmir ta’ ajrudrom, sistema ATM/ANS, jew kostitwent ATM/ANS jew apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikat li juri konformità bħal din;

(6)  “ċertifikazzjoni” tfisser kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikat li juri konformità bħal din;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  “dikjarazzjoni” tfisser kull stqarrija bil-miktub li ssir f’konformità ma’ dan ir-Regolament taħt ir-responsabbiltà unika ta’ persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament u li tikkonferma li r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u li huma relatati ma’ persuna, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir tal-ajrudrom, sistema ATM/ANS jew kostitwent ATM/ANS qed jiġu rrispettati;

(7)  “dikjarazzjoni” tfisser kull stqarrija bil-miktub li ssir f’konformità ma’ dan ir-Regolament taħt ir-responsabbiltà unika ta’ persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament u li tikkonferma li r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu qed jiġu rrispettati;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  “tagħmir tal-ajrudrom” tfisser kwalunkwe tagħmir, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jintuża jew li huwa maħsub biex jintuża sabiex jikkontribwixxi għall-operat ta’ inġenju tal-ajru f’ajrudrom;

(13)  "tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza" tfisser kwalunkwe tagħmir, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jintuża jew li maħsub biex jintuża sabiex jikkontribwixxi għall-operat sikur ta’ inġenju tal-ajru f’ajrudrom;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13a(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  "tagħmir tal-ajrudrom kritiku għas-sikurezza" tfisser kwalunkwe tagħmir, apparat, part, software jew aċċessorju li l-ħsara tiegħu jew il-funzjonament ħażin tiegħu jista' jqiegħed fil-periklu s-sikurezza jew l-operat tal-inġenju tal-ajru f'ajrudrom.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  “servizz ta’ groundhandling” tfisser kwalunkwe servizz ipprovdut fl-ajrudromi li jinkludi attivitajiet relatati mas-sikurezza fl-oqsma tal-amministrazzjoni u tas-superviżjoni fuq l-art, l-immaniġġjar tal-passiġġieri, l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, l-immaniġġjar tar-rampa, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, l-immaniġġjar tal-fjuwil u taż-żejt, il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-operazzjonijiet tat-titjir u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ, it-trasport fuq superfiċje u s-servizz tal-ikel;

(22)  “servizz ta’ groundhandling” tfisser kwalunkwe servizz ipprovdut fl-ajrudromi li hu relatat mas-sikurezza fl-oqsma tal-amministrazzjoni u tas-superviżjoni fuq l-art, l-immaniġġjar tal-passiġġieri, l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, l-immaniġġjar tar-rampa, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, l-immaniġġjar tal-fjuwil u taż-żejt, il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-operazzjonijiet tat-titjir u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ, it-trasport fuq superfiċje u s-servizz tal-ikel;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  “trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser operat ta’ inġenju tal-ajru għat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija jew tal-posta bil-ħlas jew b’kunsiderazzjoni oħra ta’ valur bejn żewġ ajrudromi differenti;

(23)  “trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser operat ta’ inġenju tal-ajru miftuħ għall-pubbliku, li għalih tingħata jew tiġi mwiegħda rimunerazzjoni jew kunsiderazzjoni ta’ valur oħra għat-trasport ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  “tagħmir mhux installat” tfisser kwalunkwe tagħmir li jinġarr abbord inġenju tal-ajru, iżda li ma jkunx installat fl-inġenju tal-ajru u li jista’ jkollu impatt fuq is-sikurezza;

(28)  'tagħmir mhux installat' tfisser kull strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, part, software jew aċċessorju li jinġarr abbord inġenju tal-ajru mill-operatur ta' inġenju tal-ajru, li ma jkunx part, u li jintuża jew ikun intenzjonat biex jintuża fl-operazzjoni jew il-kontroll ta' inġenju tal-ajru, jappoġġa l-kapaċità ta' sopravivenza tal-okkupanti, jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  “bdot mill-bogħod” tfisser persuna li tħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew li tissorvelja l-operat ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord awtomatizzat;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  “inġenju tal-ajru statali” tfisser inġenju tal-ajru li jwettaq attivitajiet jew servizzi militari, doganali, tal-pulizija, tat-tiftix u s-salvataġġ, tat-tifi tan-nar, tal-għassa tal-kosta jew attivitajiet jew servizzi simili taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ Stat Membru, li jsiru fl-interess pubbliku minn korp li jkollu setgħat ta’ awtorità pubblika;

(32)  “inġenju tal-ajru statali” tfisser inġenju tal-ajru li jwettaq attivitajiet jew servizzi militari, doganali, tal-pulizija, tat-tiftix u s-salvataġġ, tat-tifi tan-nar, tal-għassa tal-kosta jew attivitajiet jew servizzi simili taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ Stat Membru, li jsiru fl-interess pubbliku minn korp li jkollu setgħat ta’ awtorità pubblika, jew li jsiru f'isem tali korp;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  “awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser entità waħda jew iktar maħtura minn Stat Membru u li jkollha s-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

(34)  “awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni” tfisser l-entità maħtura minn Stat Membru u akkreditata mill-Aġenzija li jkollha s-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, u r-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  "akkreditazzjoni" tfisser il-proċess li permezz tiegħu awtorità nazzjonali kompetenti jew entità kwalifikata tirrikonoxxi l-kwalifiki li jawtorizzaw lid-detenturi tagħhom iwettqu kompiti b'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Article 3 – paragraph 1 – point 34 b (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b)  “reġistru Ewropew tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser pjattaforma online, imwaqqfa u mmaniġġjata mill-Aġenzija, li telenka n-numri mogħtija lis-sidien ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jitħaddmu fl-Unjoni Ewropea;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  iqisu t-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru u operazzjonijiet;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  iqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni;

(d)  iqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni, iċ-ċibersigurtà u oqsma tekniċi oħra ta’ regolamentazzjoni tal-avjazzjoni;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jistabbilixxu, meta dan ikun possibbli, ir-rekwiżiti b'tali mod li jiffukaw fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb il-konformità ma’ dawn l-għanijiet;

(e)  jistabbilixxu, meta dan ikun possibbli, ir-rekwiżiti li huma bbażati fuq il-prestazzjoni u li jiffukaw fuq l-għanijiet li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb il-konformità ma’ dawk l-għanijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  jiżguraw is-separazzjoni bejn l-attivitajiet ta' forniment ta' servizz u l-kompiti regolatorji u ta’ superviżjoni;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  jieħdu miżuri biex jippromwovu u jtejbu l-istandards tas-sikurezza;

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kumplessità u l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru involut;

(c)  il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-inġenju tal-ajru involut;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-iskop tat-titjira u t-tip ta’ spazju tal-ajru li jintuża;

(d)  l-iskop tat-titjira, it-tip ta' inġenju tal-ajru u t-tip ta’ spazju tal-ajru li jintuża;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispeċifika livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fl-Unjoni, li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jimmiraw li jiksbuh b’mod konġunt.

3.  Filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jispeċifika livell għoli u uniformi ta’ prestazzjoni tas-sikurezza fl-Unjoni, li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jimmiraw li jiksbu b’mod konġunt.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Programm tal-Istat għas-Sikurezza

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru jistabbilixxi programm nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu (il-“Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”). Dak il-programm jkun komparabbli mad-daqs u mal-kumplessità ta’ dawk l-attivitajiet u jkun konsistenti mal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

1.  Kull Stat Membru, b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-industrija, jistabbilixxi u jżomm programm tal-Istat għas-sikurezza għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu ("Programm tal-Istat għas-Sikurezza"). Dak il-programm jkun komparabbli mad-daqs u mal-kumplessità ta’ dawk l-attivitajiet u jkun konsistenti mal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jinkludi, minn tal-inqas, dawn il-komponenti li ġejjin:

2.  Il-Programm tal-Istat għas-Sikurezza jinkludi minn tal-inqas l-elementi tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza deskritti fl-istandards internazzjonali u l-prattiki rrakkomandati.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-politika, l-objettivi u r-riżorsi tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

imħassar

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ġestjoni tar-riskji tas-sikurezza tal-avjazzjoni;

imħassar

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-aċċertament dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni;

imħassar

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-promozzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

imħassar

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 6(3), livell aċċettabbli ta’ prestazzjoni tas-sikurezza li jrid jinkiseb fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  Il-Programm tal-Istat għas-Sikurezza, filwaqt li jqis l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, għandu jispeċifika l-attivitajiet tal-avjazzjoni li għalihom huwa responsabbli l-Istat Membru kkonċernat u li għandhom jitwettqu bil-ħsieb li jintlaħaq l-livell għoli u uniformi ta’ prestazzjoni tas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 6(3).

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jkun akkumpanjat minn Pjan Nazzjonali għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, kull Stat Membru jidentifika f’dak il-pjan, ir-riskji ewlenin għas-sikurezza li qed jaffettwaw is-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jittaffew dawk ir-riskji.

1.  Il-Programm tal-Istat għas-Sikurezza jinkludi jew ikun akkumpanjat minn Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Abbażi tal-valutazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, kull Stat Membru, b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jidentifika f’dak il-pjan, ir-riskji ewlenin għas-sikurezza li qed jaffettwaw is-sistema nazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jistabbilixxi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jittaffew dawk ir-riskji.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Chapter 3 – section 1 – title

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali

Ajrunavigabbiltà

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà li ġew stabbiliti fl-Anness II u, fir-rigward tal-istorbju u tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti stabbiliti fl-Anness III.

L-inġenji tal-ajru bil-bdot abbord imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà li ġew stabbiliti fl-Anness II u, fir-rigward tal-istorbju u tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti stabbiliti fl-Anness III, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li jinsabu fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago kif applikabbli, bl-eċċezzjoni tal-Appendiċijiet għal dak l-anness.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-konformità mal-Artikolu 9 tiġi żgurata skont l-Artikoli 11 u 12 kif ukoll l-Artikolu 15(1).

2.  Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-konformità mal-Artikolu 9 tiġi żgurata skont l-Artikoli 11 u 12, 13, 14 kif ukoll l-Artikolu 15(1).

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(a)(i) u li d-disinn tal-prodott ma jkollu l-ebda aspett jew karatteristika li tagħmlu mhux kompatibbli mal-ambjent jew mhux sikur għat-tħaddim.

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(1)(a)(i).

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sottoparagrafu.

Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet u dik l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, għax-xogħol ta' disinn tagħha stess, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sottoparagrafu.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, għax-xogħol ta' disinn tagħha stess, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

Dak iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, għax-xogħol ta' disinn tagħha stess, minn organizzazzjoni, approvata skont l-Artikolu 15, li tkun ingħatat id-dritt li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f’konformità mal-atti delegati imsemmija fl-Artikolu 18(1)(k), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 18(1)(a)(ii).

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;

(c)  tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikoli 2(1)(a)(ii) u 2(1)(b)(ii) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati, tal-informazzjoni dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa u ta’ dokumentazzjoni oħra relatata tal-ajrunavigabbiltà, maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz, għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57.

imħassar

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), u tal-magni, tal-iskrejjen, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness I u l-Anness II, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà jew tal-kompatibbiltà ambjentali, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b), u tal-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness II u l-Anness III, meta dan ikun meħtieġ minħabba żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew minħabba evidenza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà jew tal-kompatibbiltà ambjentali, sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u sal-limitu meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta tkun qed tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tiżgura, b’mod partikolari, li jsir użu, fejn xieraq, tal-istandards internazzjonali u l-prattiki rrakkomandati li jinsabu fl-Annessi 8 u 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago.

 

Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati li jiddisponi għalihom dan l-Artikolu.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, il-bdoti jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġulhom liċenzja tal-bdot u ċertifikat mediku tal-bdot li jkunu xierqa għall-operat li jrid jitwettaq.

1.  Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25, il-bdoti jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġulhom liċenzja tal-bdot u ċertifikat mediku tal-bdot li jkunu xierqa għall-operat li jrid jitwettaq u li jagħtu prova li l-bdoti jinsabu fi stat fiżiku u mentali tajjeb biex iwettqu din l-attività.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ekwipaġġ tal-kabina involut fl-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħarġilhom approvazzjoni.

L-ekwipaġġ tal-kabina involut fl-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun soġġett għal ċertifikazzjoni u jinħariġlu ċertifikat.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 ikunu jipprovdu hekk, l-ekwipaġġ tal-kabina involut f’operazzjonijiet għajr tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun ukoll soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħariġlu attestazzjoni.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 ikunu jipprovdu hekk, l-ekwipaġġ tal-kabina involut f’operazzjonijiet għajr tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkun ukoll soġġett għal ċertifikazzjoni u tinħareġ liċenzja min-naħa tal-awtorità kompetenti.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-attestazzjonijiet jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19 dwar l-għarfien teoriku, il-ħila prattika u l-istat mediku.

Dawk iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 25 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 19 dwar l-għarfien teoriku, il-ħila prattika u l-istat mediku.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-ajru ma jirċevux dħul finanzjarju minn min jitħarreġ meta jkunu qed jagħtu taħriġ fuq inġenji tal-ajru li jkunu qed iġorru passiġġieri jew merkanzija.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ liċenzji tal-bdoti, ta’ ċertifikati mediċi tal-bdoti u ta’ attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, li nħarġu f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz, għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57;

imħassar

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), kif ukoll l-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness IV, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ekwipaġġ tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), kif ukoll l-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta’ dawk il-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness IV, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ekwipaġġ tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 28 jiddisponu hekk, l-inġenji tal-ajru kbar użati f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jirkupraw id-dejta tar-reġistratur tat-titjiriet u biex jagħmlu din id-dejta disponibbli b'mod li jkun f'waqtu għall-finijiet tal-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ inċidenti.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)tal-kundizzjonijiet li taħthom, meta jitqiesu l-prinċipji tal-Artikolu 4, l-operazzjonijiet iridu jiġu soġġetti għar-rekwiżiti applikabbli għat-trasport kummerċjali bl-ajru f’dan ir-Regolament u l-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament, jew ikunu eżentati minnhom.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)  tal-kundizzjonijiet li taħthom inġenju tal-ajru jkun meħtieġ li jkun mgħammar b’mezz biex jirkupra d-dejta tar-reġistratur tat-titjiriet, u l-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni, il-ħżin u l-użu siguri ta’ dik id-data, għall-finijiet tal-Artikolu 27(3a); tali kundizzjonijiet ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar investigazzjonijiet ta' inċidenti tal-ajru;

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew tissupplimenta l-Anness V u, jekk ikun applikabbli, l-Annessi VII u VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-operat tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu2(1)(b), il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness V u, jekk ikun applikabbli, l-Annessi VII u VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-operat tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness VIII.

L-ajrudromi inkluż it-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, fl-Anness VIII u jirrispettaw il-grad ta' responsabbiltà tal-operaturi tal-ajrudromi u tal-partijiet terzi.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ajrudromi jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat. Il-bidliet f’dak iċ-ċertifikat ikunu wkoll soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħareġ ċertifikat tal-bidliet.

L-ajrudromi, inkluż it-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħarġilhom ċertifikat. Il-bidliet f’dak iċ-ċertifikat ukoll ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u jinħareġ ċertifikat tal-bidliet.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk iċ-ċertifikati jkopru l-ajrudrom u t-tagħmir tiegħu relatat mas-sikurezza.

imħassar

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mas-servizzi pprovduti f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.

2.  L-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mas-servizzi pprovduti f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29. L-att iddelegat imsemmi fl-Artikolu 34(1)(h) jiżgura r-rikonoxximent, mingħajr aktar verifiki, mill-operaturi, ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi li jkun kritiku għas-sikurezza, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistipula regoli dettaljati fir-rigward:

1.  Għall-ajrudromi li jinkludu tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, it-tagħmir tal-ajrudromi li jkun kritiku għas-sikurezza, l-operat tal-ajrudromi, u l-forniment tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa fl-ajrudromi, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117 sabiex tistipula regoli dettaljati fir-rigward:

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-kundizzjonijiet sabiex l-applikant jiġi nnotifikat bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 30(1) u sabiex tiġi stabbilita l-bażi taċ-ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 30(2);

(b)  tal-kundizzjonijiet sabiex l-applikant jiġi nnotifikat, bil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, applikabbli għal ajrudrom u għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 30(1) u sabiex tiġi stabbilita l-bażi taċ-ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 30(2), inkluża l-lista tat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, stabbilita fuq il-bażi ta’ dejta dwar is-sikurezza, li turi li tip ta’ tagħmir, użat jew maħsub biex jintuża fl-ajrudromi soġġett għal dan ir-Regolament, jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u jiġu nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza u għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 31(1);

(c)  tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u jiġu nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza, għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 31(1), inkluża l-lista tat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza, stabbilita fuq il-bażi ta’ dejta dwar is-sikurezza, li turi li tip ta’ tagħmir, użat jew maħsub biex jintuża fl-ajrudromi soġġett għal dan ir-Regolament, jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 30, inklużi l-limitazzjonijiet tal-operat relatati mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;

(d)  tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni jew għar-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrudromi u tat-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 30, inklużi l-limitazzjonijiet tal-operat relatati mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għat-tixrid ta’ informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(6) u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operat tal-ajrudrom u tat-tagħmir tal-ajrudrom.

(l)  tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għat-tixrid ta’ informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija skont l-Artikolu 65(6) u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operat tal-ajrudrom u tat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza;

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a.)  meta tkun qed tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, b’rabta mal-provvista ta’ groundhandling, il-Kummissjoni tiżgura li jsir l-użu, kif xieraq, tal-istandards rikonoxxuti tal-industrija u tal-aħjar prattiki.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-ajrudromi, tat-tagħmir tal-ajrudromi, tal-operat tal-ajrudromi, u tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ajrudromi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-ajrudromi li jinkludu tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, tat-tagħmir tal-ajrudromi li jkun kritiku għas-sikurezza, tal-operat tal-ajrudromi, u tas-servizzi ta’ groundhandling u ta’ ġestjoni tar-rampa, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness VII u, jekk ikun applikabbli, l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ajrudromi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS

Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ kostitwenti ATM/ANS, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi u kostitwenti ATM/ANS

Sistemi u kostitwenti ATM/ANS, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għal sistemi u għal kostitwenti ATM/ANS għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 38(2);

(b)  tal-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati, inkluża l-identifikazzjoni tat-tagħmir, applikabbli għal sistemi u għal kostitwenti tal-ATM/ANS, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 38(2);

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-forniment ta’ ATM/ANS, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VIII u, jekk ikun applikabbli l-Anness VII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ATM/mal-ANS, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-forniment ta’ ATM/ANS, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness VIII u, jekk ikun applikabbli l-Anness VII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-ATM/mal-ANS, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tal-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz għall-fini li jiġi applikat l-Artikolu 57;

imħassar

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin tas-servizz u l-ħtiġijiet ta’ mistrieħ; dawn il-kundizzjonijiet għandhom jipproduċu livell għoli ta’ sikurezza billi jipproteġu kontra l-effetti tal-għeja filwaqt li, fl-istess ħin, jippermettu biżżejjed flessibbiltà fl-iskedar;

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll tal-apparat sintetiku tat-taħriġ, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll tal-apparat sintetiku tat-taħriġ, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 117, li temenda l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, ikunu suġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IX.

Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-attivitajiet, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IX.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jinkisbu livelli adegwati ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 45. Iċ-ċertifikat jispeċifika l-limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kundizzjonijiet tal-operat u l-privileġġi.

1.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jintlaħaq livell għoli u uniformi ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikati jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 45. Iċ-ċertifikat jispeċifika l-limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kundizzjonijiet tal-operat u l-privileġġi.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jinkisbu livelli adegwati ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni ssir meta jiġu rrispettati r-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u r-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.

2.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, bil-ħsieb li jintlaħaq livell għoli u uniformi ta’ sikurezza, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-funzjonament ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom ikunu soġġetti għal dikjarazzjoni. Id-dikjarazzjoni ssir meta jiġu rrispettati r-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u r-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, peress li l-livelli xierqa ta’ sikurezza jistgħu jinkisbu mingħajr l-applikazzjoni tal-Kapitoli IV u V ta’ dan ir-Regolament, dawk il-Kapitoli ma għandhomx japplikaw għar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u fir-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali. F’każijiet bħal dawn, dawk ir-rekwiżiti u r-regoli jikkostitwixxu “leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni” fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93, u tad-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE.

3.  Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 47 ikunu jipprovdu dan, peress li livell għoli u uniformi ta’ sikurezza jista' jintlaħaq mingħajr l-applikazzjoni tal-Kapitoli IV u V ta’ dan ir-Regolament, dawk il-Kapitoli ma għandhomx japplikaw għar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 45 u fir-reoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 47 sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali. F’każijiet bħal dawn, dawk ir-rekwiżiti u r-regoli jikkostitwixxu “leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ armonizzazzjoni” fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93, u tad-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet leġislattivi li jiżguraw livell ogħla ta’ sigurtà jew ta' protezzjoni tas-sikurezza minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew fl-atti delegati li għalihom jiddisponi.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni, jew għar-revokar taċ-ċertifikati għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot imsemmija fl-Artikolu 46(1) u (2), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jintalbu jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli;

(a)  tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għas-sospensjoni, jew għar-revokar taċ-ċertifikati għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-manutenzjoni u għall-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot imsemmija fl-Artikolu 46(1) u (2), inklużi l-kundizzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, ikunu rekwiżiti ċertifikati bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet, skont kif ikun applikabbli. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri jqisu t-tip ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, in-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata u ż-żona fejn l-operazzjoni għandha titwettaq;

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tal-immarkar u tal-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(e)  tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għar-reġistrazzjoni, għall-immarkar u għall-identifikazzjoni mandatarji tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa ta’ tluq massima ta’ aktar minn 250 gramma, tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iċċertifikati skont il-paragrafu (a) u tal-operaturi;

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri li taħthom bdot mill-bogħod ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord juri l-kompetenza meħtieġa permezz ta’ liċenzja jew dikjarazzjoni, kif applikabbli, u ċertifikat mediku xieraq għall-operazzjoni li tkun se titwettaq;

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  tal-kundizzjoni li taħtha l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fl-Artikolu 46(1) u (2) ikunu meħtieġa li jkunu mgħammra b’apparat li jsaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà relatati, b’mod partikolari, mal-limitazzjoni tad-distanza u tal-altitudni, il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni, ir-restrizzjoni taż-żoni kritiċi, l-evitar ta' ħabtiet, l-istabbilizzazzjoni u l-inżul awtomatizzat;

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tal-kundizzjonijiet li skonthom l-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza.

(f)  tal-kundizzjonijiet li skonthom l-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet f’ġieħ is-sikurezza jew is-sigurtà;

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri li bihom iridu jiġu stabbiliti Reġistru Ewropew tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord jew sistema ta’ reġistrazzjoni nazzjonali armonizzata kompatibbli li tassenja numru uniku tas-sid u l-immarkar tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jittajjar fi kwalunkwe Stat Membru, u li timponi piż finanzjarju u amministrattiv li huwa baxx.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tad-disinn, tal-produzzjoni, tal-manutenzjoni u tal-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa, permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 117, li temenda jew li tissupplimenta l-Anness IX u, jekk ikun applikabbli, l-Anness III, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta’ evidenza tas-sikurezza relatata mal-operat tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.

2.  Fir-rigward tad-disinn, tal-produzzjoni, tal-manutenzjoni u tal-operat tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 117, li temenda l-Anness IX u, jekk ikun applikabbli, l-Anness III, fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza dwar is-sikurezza u s-sigurtà relatata mal-operazzjonijiet tal-ajru, sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u sal-limitu li jkun meħtieġ biex dan iseħħ.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, ikunu konformi mar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorizzazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa biss fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew ’il barra minnu, bl-eċċezzjoni tal-operat ta’ inġenji tal-ajru li sempliċiment ikun qed itiru minn fuq dak it-territorju.

3.  L-awtorizzazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu meħtieġa biss fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru lejn l-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, fih jew ’il barra minnu, bl-eċċezzjoni tal-operat ta’ inġenji tal-ajru li sempliċiment ikun qed itiru minn fuq dak it-territorju.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u d-dikjarazzjonijiet li jsiru minn persuni ġuridiċi u fiżiċi skont dan ir-Regolament, ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-atti delegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jissorveljaw id-detenturi taċ-ċertifikati, ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet, u ta’ prodotti, ta’ parts, ta’ tagħmir, ta’ sistemi ATM/ANS, ta’ kostitwenti ATM/ANS, ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ta’ ajrudromi li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III;

(b)  jissorveljaw id-detenturi taċ-ċertifikati, ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet, u ta’ prodotti, ta’ parts, ta’ tagħmir, ta’ sistemi u ta' kostitwenti ATM/ANS, li minnhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà, ta’ apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ta’ ajrudromi li jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III;

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom jeżerċitaw il-kompiti tagħhom b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti u jkunu organizzati, mgħammra bil-persunal, immaniġġjati u ffinanzjati għal dak l-għan. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u f'waqtu.

 

Entità li għandha tiġi nnominata minn Stat Membru bħala l-awtorità nazzjonali kompetenti tagħha tirċievi akkreditazzjoni minn qabel mill-Aġenzija. Dik l-akkreditazzjoni tinħareġ biss, jekk l-Aġenzija tkun iddeterminat li l-entità hija konformi mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 10 għall-fini li tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti spjegati f'dan il-paragrafu.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tkun responsabbli meta dawk il-kompiti ikunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69 u 70.

L-Aġenzija tkun responsabbli meta dawk il-kompiti ikunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 67a, 67b, 68, 69 u 70.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 30(1) u taċ-ċertifikat għal organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-operat ta’ ajrudrom imsemmija fl-Artikolu 32(1). Iċ-ċertifikat għal organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-operat ta’ ajrudrom jista’ jew jiġi kkombinat maċ-ċertifikat għal ajrudrom jew inkella jinħareġ separatament.

L-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 30(1) u taċ-ċertifikat għal organizzazzjoni li tkun responsabbli għall-operat ta’ ajrudrom imsemmija fl-Artikolu 32(1).

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li tkun residenti fih il-persuna fiżika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li tagħmel id-dikjarazzjoni, jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, meta l-persuna jkollha l-istabbiliment primarju tagħha, tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 10 ma jipprevedux mod ieħor.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li tkun residenti fih il-persuna fiżika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li tagħmel id-dikjarazzjoni, jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, fejn il-persuna jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha jew tkun stabbilita, tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm l-atti delegati adottati skont il-paragrafu 10 ma jipprevedux mod ieħor.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għal kwalunkwe differenzi allegati fl-applikazzjoni tar-regoli bejn l-Istati Membri. Meta differenzi bħal dawn ixekklu serjament l-operat ta’ dawk il-persuni, jew inkella jwasslu għal diffikultajiet sostanzjali, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jikkooperaw sabiex jiġu eliminati dawk id-differenzi mingħajr dewmien bla bżonn. Meta dawk id-differenzi ma jkunux jistgħu jiġu eliminati, l-Aġenzija tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni.

8.  Kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għal kwalunkwe differenzi allegati fl-applikazzjoni tar-regoli bejn l-Istati Membri. Meta differenzi bħal dawn ixekklu serjament l-operat ta’ dawk il-persuni, jew inkella jwasslu għal diffikultajiet sostanzjali, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jikkooperaw sabiex jiġu indirizzati, u fejn meħtieġ, jiġu eliminati fil-pront dawk id-differenzi mingħajr dewmien bla bżonn. Meta dawk id-differenzi ma jkunux jistgħu jiġu eliminati, l-Aġenzija tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu l-azzjonijiet neċessarji sabiex iżidu u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u sabiex ixerrdu l-informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun rilevanti għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti.

9.  L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jieħdu l-azzjonijiet neċessarji u effettivi sabiex iżidu u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u sabiex ixerrdu l-informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun rilevanti għall-prevenzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 10 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-kundizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet, tal-awditjar u ta’ attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;

(b)  tal-kundizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet, tal-awditjar u ta’ attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 10 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tal-paragrafu 3, il-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar;

imħassar

Emenda    185

Proposta għal regolament

Article 51 – paragraph 10 – point h a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-Aġenzija tal-entitajiet li għandhom jiġu nominati bħala awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru, għall-fini tal-paragrafu 2a u għall-akkreditazzjoni mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' entità kwalifikata.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ ċertifikazzjoni tagħhom taħt il-kontroll, l-istruzzjonijiet u r-responsabbiltà tal-Aġenzija jewtal-awtorità nazzjonali kompetenti li talbet l-assistenza tagħhom.

3.  L-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ ċertifikazzjoni tagħhom taħt il-kontroll, l-istruzzjonijiet u r-responsabbiltà tal-Aġenzija u tal-awtorità nazzjonali kompetenti li talbet l-assistenza tagħhom.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu lill-Aġenzija, ir-responsabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ kwalunkwe jew kull organizzazzjoni, operatur, persunal, inġenju tal-ajru, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat ikun responsabbli skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu, bħala miżura ta' salvagwardja temporanja biss, jittrasferixxu lill-Aġenzija r-responsabbiltà għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ kwalunkwe jew kull organizzazzjoni, operatur, persunal, inġenju tal-ajru, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat ikun responsabbli skont dan ir-Regolament.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u IV u l-Artikoli 120 u 121, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jirċievi r-responsabbiltà.

Fir-rigward tat-twettiq tar-responsabbiltà trasferita, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u IV u l-Artikoli 120 u 121.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija jew Stat Membru, kif ikun applikabbli, jaqblu mat-trasferiment tar-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ladarba jiġi ssodisfat li jkunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet trasferiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

3.  L-Aġenzija jew Stat Membru, kif ikun applikabbli, jaqblu mat-trasferiment tar-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ladarba jiġi ssodisfat u tingħata prova li jkunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet trasferiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jagħmlu dan.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta Stat Membru jaħseb biex jittrasferixxi ċerti responsabbiltajiet skont il-paragrafi 1 jew 2, dan għandu jistabbilixxi flimkien mal-Aġenzija jew mal-Istat Membru l-ieħor, kif applikabbli, il-pjan ta’ tranżizzjoni li jiżgura t-trasferiment ordnat ta’ dawk ir-responsabbiltajiet. Il-persuni ġuridiċi u fiżiċi kkonċernati b’dan it-trasferiment u, f’każ ta’ trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2, l-Aġenzija tiġi kkonsultata dwar dak il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel jiġi ffinalizzat.

Meta Stat Membru jaħseb biex juża d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 jew 2, dan għandu jistabbilixxi flimkien mal-Aġenzija jew mal-Istat Membru l-ieħor, kif applikabbli, il-pjan ta’ tranżizzjoni, inkluża valutazzjoni tal-impatt, li jiżgura t-trasferiment ordnat tar-responsabbiltajiet koperti mit-talba, inklużi r-rekords u d-dokumentazzjoni relatati. Il-persuni ġuridiċi u fiżiċi kkonċernati b’dan it-trasferiment u, f’każ ta’ trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2, l-Aġenzija tiġi kkonsultata dwar dak il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel jiġi ffinalizzat.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, l-Aġenzija tħejji lista ta’ Stati Membri li jkunu ttrasferew ċerti responsabbiltajiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dik il-lista tinkludi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet trasferiti, sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet wara li jsir it-trasferiment u tal-organizzazzjonijiet, tal-operaturi, tal-persunal, tal-inġenji tal-ajru, tat-tagħmir ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew tal-ajrudromi affettwati, skont kif ikun applikabbli.

Permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, l-Aġenzija tħejji lista ta’ Stati Membri li jkunu għamlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 jew 2. Dik il-lista tinkludi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet trasferiti, sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet wara li jsir it-trasferiment u tal-organizzazzjonijiet, tal-operaturi, tal-persunal, tal-inġenji tal-ajru, tat-tagħmir ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir jew tal-ajrudromi affettwati, skont kif ikun applikabbli.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Stat Membru li jkun ittrasferixxa r-responsabbiltajiet taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafi 1 u 2 jista' jiddeċiedi li jwaqqaf l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u jitlob li r-responsabbiltajiet jiġu trasferiti lura, ħalli l-awtorità nazzjonali kompetenti tiegħu terġa’ ssir responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  L-Aġenzija, skont l-Artikolu 81(4), tistabbilixxi uffiċċji lokali f’dawk l-Istati Membri fejn l-Aġenzija tqis li l-preżenza tagħha hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni huma ssodisfati bil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew sabiex tappoġġa l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet trasferiti lilha skont il-paragrafu 1.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjonijiet li joperaw fuq livell multinazzjonali

It-trasferiment tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar fuq talba tal-organizzazzjonijiet

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex taġixxi bħala l-awtorità kompetenti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar fir-rigward ta’ dik l-organizzazzjoni, f’devjazzjoni mill-Artikolu 51(3), meta dik l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III għand l-awtorità nazzjonali kompetenti minn Stat Membru wieħed, iżda jkollha jew tkun biħsiebha li jkollha faċilitajiet u persunal sostanzjali koperti b’dak iċ-ċertifikat li jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew iktar.

Organizzazzjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex taġixxi bħala l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar, b’deroga mill-Artikolu 51(2).

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Talba bħal din tista’ ssir ukoll minn żewġ organizzazzjonijiet jew iktar, kull waħda minnhom ikollha post prinċipali tan-negozju fi Stat Membru differenti u kull waħda minnhom jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III għall-istess tip ta’ attività tal-avjazzjoni.

imħassar

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafu jagħmlu talba bħal din, għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikollhom il-postijiet prinċipali tan-negozju tagħhom.

Meta organizzazzjoni tagħmel talba bħal din, tgħarraf lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih ikollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Aġenzija tqis li l-organizzazzjoni tkun tista’ twettaq b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar, kif ikun mitlub, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati abbażi tiegħu, b’mod konġunt mal-Istat Membru jew mal-Istati Membri kkonċernat/i, din tistabbilixxi, kif ikun applikabbli, pjan ta’ tranżizzjoni li jiżgura trasferiment bil-galbu ta’ dawk ir-responsabbiltajiet. L-organizzazzjonijiet li talbu t-trasferiment għandhom jiġu kkonsultati dwar dan il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel ma jiġi ffinalizzat.

Meta l-Aġenzija tqis li l-organizzazzjoni tkun tista’ twettaq b’mod effettiv il-kompiti rilevanti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar, kif ikun mitlub, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-atti delegati adottati abbażi tiegħu, u turi li għandha r-riżorsi meħtieġa biex tagħmel dan, b’mod konġunt mal-Istat Membru jew mal-Istati Membri kkonċernat/i, din tistabbilixxi, kif ikun applikabbli, pjan ta’ tranżizzjoni li jiżgura trasferiment bil-galbu tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar koperti mit-talba, inklużi r-rekords u d-dokumentazzjoni relatati. L-organizzazzjonijiet li talbu t-trasferiment għandhom jiġu kkonsultati dwar dan il-pjan ta’ tranżizzjoni qabel ma jiġi ffinalizzat.

 

Il-pjan jidentifika b'mod ċar ir-responsabbiltajiet fil-livell tal-awtorità li huma soġġetti għat-trasferiment, kif ukoll ir-responsabbiltajiet fil-livell ta' Stat li jibqgħu mal-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-trasferiment, u jinkludi arranġamenti prattiċi biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni mingħajr intoppi tal-attivitajiet, inklużi dettalji dwar kif l-obbligi internazzjonali u dawk fil-livell tal-UE għandhom jiġu eżerċitati wara t-trasferiment.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i, kif ikun applikabbli, għandhom jiżguraw li t-trasferiment tar-responsabbiltajiet jitwettaq skont il-pjan ta’ tranżizzjoni.

L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i, kif ikun applikabbli, għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-kompiti jitwettaq skont il-pjan ta’ tranżizzjoni.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Malli jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà skont il-paragrafi 1 u 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i jinħeles/jinħelsu minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà mill-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

3.  Malli jsir it-trasferiment tal-kompiti skont il-paragrafi 1 u 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-kompiti trasferiti taċ-ċertifikazzjoni, tas-sorveljanza u tal-infurzar, u l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernat/i tinħeles minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq mill-Aġenzija tal-kompiti trasferiti, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-livell ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-organizzazzjonijiet li jitolbu lill-Aġenzija teżerċita dawn ir-responsabbiltajiet fl-ebda ċirkostanza m’għandu jkun inqas minn dak tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li kienu responsabbli oriġinarjament.

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(5) u (6) japplikaw skont dan għal kwalunkwe trasferiment tar-responsabbiltà skont dan l-Artikolu.

4.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(5) u (6) japplikaw skont dan għal kwalunkwe trasferiment tal-kompiti skont dan l-Artikolu.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fejn b’konformità mal-paragrafu 1 organizzazzjoni tkun talbet lill-Aġenzija taġixxi bħala l-awtorità kompetenti responsabbli u dik it-talba tkun ingħatat, l-organizzazzjoni kkonċernata tista’ fi kwalunkwe ħin tiddeċiedi li taqleb id-deċiżjoni tagħha billi titlob lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn hija għandha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha biex jerġgħu jsiru responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni, għas-sorveljanza u għall-infurzar. F'dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mekkaniżmu ta’ sorveljanza ta’ emerġenza

Mekkaniżmu obbligatorju ta’ assistenza ta’ emerġenza

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tirrakkomanda lil Stat Membru it-trasferiment tar-responsabbiltajiet skont l-Artikolu 53, meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.  L-Aġenzija tirrakkomanda lil Stat Membru l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' assistenza ta' emerġenza skont l-Artikolu 53, meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Istat Membru kkonċernat jew ma jkunx ta widen għar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija jew ma rrimedjax in-nuqqasijiet fi żmien tliet xhur mid-data ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, meta tqis li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunu ssodisfati, li r-responsabbiltà għall-kompiti kkonċernati ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar tiġi trasferita temporanjament lill-Aġenzija. Dik id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

2.  Meta l-Istat Membru kkonċernat jew ma jkunx ta widen għar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija jew ma rrimedjax in-nuqqasijiet fi żmien tliet xhur mid-data ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni, jekk tqis li s-sitwazzjoni riżultanti tipperikola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tadotta atti ta' implimentazzjoni li temporanjament jaħtrulill-Aġenzija bħala l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kompiti kkonċernati ta’ ċertifikazzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ infurzar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2). Għal raġunijiet imperattivi u debitament iġġustifikati ta’ urġenza relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 116(4).

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 biss wara li l-possibilitajiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 73 għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati jkunu ġew eżawriti, u fejn mezzi oħra biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, inklużi l-miżuri previsti fl-Artikolu 56 u r-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ikunu sproporzjonati jew inadegwati.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mid-data li fiha d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tidħol fis-seħħ, l-Aġenzija tivvaluta fuq bażi regolari jekk il-kundizzjoni tal-paragrafu 1(c) tkomplix tiġi ssodisfata. Meta tqis li din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfata iktar, toħroġ rakkomandazzjoni biex il-Kummissjoni ttemm it-trasferiment temporanju tar-responsabbiltajiet.

3.  Mid-data li fiha l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikollhom effett, l-Aġenzija tivvaluta fuq bażi regolari, definit f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, jekk il-kundizzjoni tal-paragrafu 1 tkomplix tiġi ssodisfata. Meta tqis li din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfata iktar, toħroġ rakkomandazzjoni biex il-Kummissjoni ttemm l-appoġġ obbligatorju għar-responsabbiltajiet.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li l-kundizzjoni tal-paragrafu 1(c) ma tkunx issodisfata iktar, il-Kummissjoni tiddeċiedi li t-trasferiment temporanju tar-responsabbiltajiet lill-Aġenzija għandu jintemm.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li l-kundizzjoni tal-paragrafu 1(c) ma tkunx issodisfata iktar, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ttemm l-appoġġ temporanju għar-responsabbiltajiet.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Malli jsir it-trasferiment tar-responsabbiltà skont il-paragrafu 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-responsabbiltà trasferita u l-Istat Membru kkonċernat jinħeles minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq ta’ dik ir-responsabbiltà mill-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

5.  Malli ssir il-ħatra msemmija fil-paragrafu 2, l-Aġenzija ssir l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar ikkonċernati u l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru tinħeles minn dik ir-responsabbiltà. Fir-rigward tat-twettiq min-naħa tal-Aġenzija tar-responsabbiltà trasferita lilha bħala riżultat ta' dik il-ħatra, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli IV u V.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Filwaqt li temporanjament taġixxi bħala awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu, l-Aġenzija tipprovdi l-assistenza teknika meħtieġa lill-Istat Membru kkonċernat, sabiex tagħti appoġġ lil dak l-Istat Membru biex isolvi n-nuqqasijiet identifikati malajr kemm jista’ jkun. Fit-twettiq tal-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 71, l-Aġenzija, kemm jista’ jkun l-aktar, tagħmel użu mill-esperti u persunal ieħor disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fl-atti delegati adottati abbażi tal-Artikoli 18(1)(l), 25(1)(f) u 44(1)(e).

(b)  fl-atti delegati adottati abbażi tal-paragrafu 1a, li għandhom jiżguraw livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak previst f’dan ir-Regolament u li jispeċifika l-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex tinkiseb u tinżamm il-fiduċja meħtieġa fis-sistemi regolatorji ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  213

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tikseb u żżomm il-fiduċja fis-sistemi regolatorji tal-pajjiżi terzi msemmija fil-punt (b), l-Aġenzija tkun awtorizzata twettaq il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tekniċi meħtieġa tal-liġijiet ta’ pajjiżi terzi u tal-awtoritajiet barranin tal-avjazzjoni. Għall-fini tat-twettiq ta' tali valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet, l-Aġenzija tista' tikkonkludi arranġamenti ta' xogħol f'konformità mal-Artikolu 77(2).

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 117 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati u dokumenti oħra li jiċċertifikaw il-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili maħruġa f’konformità mal-liġijiet ta’ pajjiż terz.

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jallokaw il-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni u mas-sorveljanza skont dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jkunu ġew akkreditati bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jagħmlu użu mill-entitajiet kwalifikati jistabbilixxu sistema għal dik l-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet kwalifikati ma’ dawk il-kriterji, kemm fil-mument tal-akkreditazzjoni u kontinwament wara dan.

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jallokaw il-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni u mas-sorveljanza skont dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jkunu ġew akkreditati bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI u akkreditati f'konformità mal-Artikolu 51(10)(ha). L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jagħmlu użu mill-entitajiet kwalifikati jistabbilixxu sistema għal dik l-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet kwalifikati ma’ dawk il-kriterji, kemm fil-mument tal-akkreditazzjoni u kontinwament wara dan.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta d-durata tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 tisboq tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ħa l-istess miżuri ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, l-Aġenzija tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati u, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

Wara li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati.

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Aġenzija tqis li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati, tivvaluta, mingħajr dewmien żejjed, jekk hijiex kapaċi tindirizza l-problema identifikata mill-Istat Membru billi tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(4), u b'hekk tiġi evitata l-ħtieġa tal-miżuri meħuda mill-Istat Membru. Meta l-Aġenzija tqis li tista’ tindirizza l-problema b’dak il-mod, tieħu d-deċiżjoni xierqa għal dan l-iskop. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema ma tkunx tista’ tiġi indirizzata b’dak il-mod, tirrakkomanda lill-Kummissjoni li temenda kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni adottat abbażi ta’ dan ir-Regolament bil-mod li tqis neċessarju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Aġenzija tqis li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak il-każ, il-Kummissjoni tivvaluta, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

imħassar

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Malli jirċievi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat itemm minnufih il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1.

imħassar

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Malli tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta wkoll jekk il-problema identifikata mill-Istat Membru tistax tiġi indirizzata mill-Aġenzija billi tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 65(4), sabiex il-miżuri meħuda mill-Istat Membru ma jkunux iktar meħtieġa. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema tkun tista’ tiġi indirizzata b’dak il-mod, tieħu d-deċiżjoni x-xierqa sabiex dan iseħħ. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema ma tkunx tista’ tiġi indirizzata b’dak il-mod, toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament li tqis li jkunu neċessarji fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni tivvaluta, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati.

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta tkun tixtieq titbiegħed mill-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, hija tadotta, fi żmien xahar mid-data li fiha tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, atti ta’ implimentazzjoni li jinkludu r-riżultati li tkun kisbet f'dan is-sens, li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

 

Ladarba l-Kummissjoni tkun innotifikatu b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat itemm minnufih il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali kif ukoll konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, meta jkun meħtieġ permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni;

(b)  jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali kif ukoll konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, meta jkun meħtieġ permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni;

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta d-durata tal-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tisboq tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ta l-istess eżenzjonijiet ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, l-Aġenzija tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati u, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

Meta d-durata tal-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tisboq ix-xahrejn konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ta l-istess eżenzjonijiet ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq ix-xahrejn, l-Aġenzija tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunux ġew issodisfati u, fi xahar mid-data ta’ meta tirċievi l-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1, toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

F’dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew issodisfati jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, fi żmien xahar mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward, li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta Stat Membru jqis li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Annessi tista’ tintwera permezz ta’ mezzi oħra għajr dawk stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament, u li dawk il-mezzi jippreżentaw vantaġġi sinifikanti f’termini ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew ta’ effiċjenza għall-persuni soġġetti għal dan ir-Regolament jew għall-awtoritajiet ikkonċernati, dan jista’ jibgħat talba raġunata għall-emendar tal-att delegat jew ta’ implimentazzjoni kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, sabiex ikun hemm lok li jintużaw dawk il-mezzi l-oħra.

Meta Stat Membru jqis li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Annessi tista’ tintwera permezz ta’ mezzi oħra għajr dawk stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament, u li dawk il-mezzi jippreżentaw vantaġġi sinifikanti f’termini ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, dan jista’ jibgħat talba motivata għall-emendar tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni kkonċernati lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, sabiex ikun hemm lok li jintużaw dawk il-mezzi l-oħra, filwaqt li juri l-ħtieġa ta' dawk il-mezzi l-oħra u jinkludi l-kundizzjonijiet li ġew stabbiliti għall-iskop li tiġi żgurata l-kisba ta' livell ekwivalenti ta' protezzjoni tas-sikurezza.

Emenda  227

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’dak il-każ, mingħajr dewmien bla bżonn, l-Aġenzija toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu.

F’dak il-każ, fi żmien tliet xhur mid-data meta tasal ir-rikjesta, l-Aġenzija toħroġ rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ewwel sottoparagrafu.

Emenda  228

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tikkoordina fil-livell tal-Unjoni l-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, jew ma’ assoċjazzjonijiet ta’ persuni bħal dawn, għall-ġbir, għall-iskambju u għall-analiżi tal-informazzjoni.

2.  L-Aġenzija tikkoordina fil-livell tal-Unjoni l-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li jkun f’periklu, dejta żgurata tat-titjira u reġistrazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-bdot imniżżla fuq database fuq l-art għall-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ inċidenti. Għal dak l-għan, l-Aġenzija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, jew ma’ assoċjazzjonijiet ta’ persuni bħal dawn, għall-ġbir, għall-iskambju u għall-analiżi tal-informazzjoni. L-arranġamenti għandhom jiddisponu, sa fejn ikun possibbli, għall-użu ta’ mezzi eżistenti, ma jintroduċu l-ebda rekwiżit ta’ notifika addizzjonali, jevitaw l-impożizzjoni ta’ piżijiet amministrattivi addizzjonali, u jieħdu kont tal-ħtieġa ta' protezzjoni tad-dejta.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tanalizza kwistjonijiet urġenti jew importanti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkooperaw mal-Aġenzija għall-fini li jwettqu analiżi bħal din.

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tanalizza kwistjonijiet urġenti jew importanti li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkooperaw mal-Aġenzija għall-fini li jwettqu analiżi bħal din.

Emenda  230

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sabiex il-pubbliku ġenerali jiġi mgħarraf dwar il-livell ġenerali ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, kull sena l-Aġenzija tippubblika rieżami tas-sikurezza. Dak ir-rieżami jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-sikurezza ġenerali f’lingwaġġ li jkun sempliċi u faċli biex jinftiehem u għandu jindika jekk ikunx hemm riskji ogħla ta’ sikurezza.

6.  Sabiex il-pubbliku ġenerali jiġi mgħarraf dwar il-livell ġenerali ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, l-Aġenzija, kull sena, u, meta japplikaw ċirkostanzi speċjali u jkun hemm il-ħtieġa, tippubblika rieżami tas-sikurezza. Dak ir-rieżami jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni tas-sikurezza ġenerali f’lingwaġġ li jkun sempliċi u faċli biex jinftiehem u għandu jindika jekk ikunx hemm riskji ogħla ta’ sikurezza.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impjegati u l-persunal bil-kuntratt li jipprovdu informazzjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom jew mill-organizzazzjoni li għaliha jipprovdu servizzi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

L-Istati Membri jiżguraw li l-impjegati u l-persunal bil-kuntratt li jipprovdu informazzjoni b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ma jkunux soġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom jew mill-organizzazzjoni li għaliha jipprovdu servizzi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

Emenda  232

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  iċ-ċertifikati li nħarġu u d-dikjarazzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69 u 70;

(a)  iċ-ċertifikati li nħarġu u d-dikjarazzjonijiet riċevuti mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 67a, 67b, 68, 69 u 70;

Emenda  233

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  id-dejta dwar l-avjazzjoni ġenerali fl-Unjoni, inkluż l-għadd ta' inġenji tal-ajru rreġistrati u ċ-ċertifikati tal-piloti maħruġa, kif ukoll l-awtorizzazzjonijiet relattivi għalihom;

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt mb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(mb)  ir-rakkomandazzjonijiet u d-direttivi vinkolanti tal-Aġenzija rigward titjiriet fuq żoni ta’ kunflitt, maħruġa skont l-Artikolu 76(3);

Emenda    235

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AĠENZIJA TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA

L-AĠENZIJA TAL-AVJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B’dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

1.  B’dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  tippromwovi standards u regoli tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-livell internazzjonali billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda  238

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f’oqsma li fihom l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili.

(i)  tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f’oqsma li fihom l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili, fejn, f’dan il-każ, l-ispejjeż ta’ tali attivitajiet ma jaqgħux fuq l-Aġenzija.

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta ssir talba, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ proposti għal emendi ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti li l-Aġenzija tibgħat lill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet ikollhom l-għamla ta’ opinjonijiet.

1.  Meta ssir talba mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ proposti għal emendi ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament. Tali proposti għandhom, meta dan ikun possibbli, jistabbilixxu rekwiżiti li jiffukaw fuq l-objettivi li jridu jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb konformità ma’ dawn l-objettivi. Id-dokumenti li l-Aġenzija tibgħat lill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet ikollhom l-għamla ta’ opinjonijiet.

Emenda  240

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 u 73.

L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 67a, 67b, 68, 69, 70, 71 u 73.

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista’ tagħti eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat fis-sitwazzjonijiet u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60(1). F’każ bħal dan, l-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, dwar l-eżenzjonijiet li ngħataw, ir-raġunijiet għalfejn ingħataw u, meta dan ikun applikabbli, il-miżuri neċessarji ta’ mitigazzjoni li ġew applikati. Meta d-durata ta’ eżenzjoni tisboq it-tmien xhur konsekuttivi jew meta l-Aġenzija tkun tat l-istess eżenzjoni ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq it-tmien xhur, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati, u meta tqis li dan ma jkunx il-każ, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sabiex dan iseħħ, li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63. L-Aġenzija għandha tirrevoka minnufih l-eżenzjoni malli tirċievi n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

L-Aġenzija tista’ tagħti eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat fis-sitwazzjonijiet u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60(1).

 

Fejn dawn l-eżenzjonijiet imorru lil hinn mill-kompetenzi speċifiċi tal-Aġenzija, li huma definiti fl-Artikolu 66(1) u (2)(a), l-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63, dwar l-eżenzjonijiet mogħtija, ir-raġunijiet għalfejn ingħataw u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa applikati.

 

Barra minn hekk, meta d-durata ta’ eżenzjoni tisboq ix-xahrejn konsekuttivi jew meta l-Aġenzija tkun tat l-istess eżenzjoni ripetutament u d-durata totali tagħhom tisboq ix-xahrejn, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati, u meta tqis li dan ma jkunx il-każ, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jinkludu r-riżultati li tkun kisbet sabiex dan iseħħ, li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tiddaħħal fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 63.

 

L-Aġenzija għandha tirrevoka minnufih l-eżenzjoni malli tirċievi n-notifika ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Aġenzija toħroġ id-direttivi vinkolanti xierqa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 68(2)(ba)

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti tas-sikurezza li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tistabbilixxi azzjoni korrettiva li trid tiġi meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u billi xxerred informazzjoni relatata ma’ dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew dawk il-persuni, inkluż direttivi jew rakkomandazzjonijiet, meta dan ikun neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.

6.  L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti tas-sikurezza li tkun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tagħha billi tistabbilixxi azzjoni korrettiva li trid tiġi meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġu ssalvagwardjati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1. L-Aġenzija xxerred l-informazzjoni dwar din l-azzjoni korrettiva lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lil dawk il-persuni li għalihom tkun l-awtorità kompetenti.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(b)(i), meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Chicago jew fl-Annessi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f’isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b’mod partikolari, għandha:

1.  Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a), meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Chicago jew fl-Annessi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f’isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b’mod partikolari, għandha:

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, taċ-ċertifikati ristretti tat-tip, taċ-ċertifikati tal-bidliet, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija għad-disinn tal-prodotti skont l-Artikoli 11 u 17(1)(b);

(f)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, taċ-ċertifikati ristretti tat-tip, taċ-ċertifikati tal-bidliet, inklużi ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija għad-disinn tal-prodotti skont l-Artikoli 11 u 17(1)(b);

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta’ parts u għal tagħmir mhux installat skont l-Artikoli 12 u 13;

(g)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta’ parts u għal tagħmir mhux installat skont l-Artikoli 12 u 13;

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tiżgura l-funzjonijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta’ prodotti, mad-disinn ta’ parts u ma’ tagħmir mhux installat li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż ir-reazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà u l-ħruġ u t-tixrid tal-informazzjoni obbligatorja applikabbli;

(i)  tiżgura l-funzjonijiet ta’ ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta’ prodotti, mad-disinn ta’ parts u ma’ tagħmir mhux installat li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż ir-reazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta’ sikurezza jew ta’ sigurtà ta’ titjira u l-ħruġ u t-tixrid tal-informazzjoni obbligatorja applikabbli;

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward:

2.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward:

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina u ċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-Artikolu 22, meta dawk l-organizzazzjonijiet u ċ-ċentri jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward tal-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ tal-kabina u ċ-ċentri ajrumediċi msemmija fl-Artikolu 22, meta dawk l-organizzazzjonijiet u ċ-ċentri jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir skont l-Artikolu 23 f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

2.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir skont l-Artikolu 23 f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 67a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 67a

 

Tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza

 

Fir-rigward ta’ tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza, imsemmi fl-Artikolu 31, l-Aġenzija għandha:

 

(a)   tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 31;

 

(b)   tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet li jsiru fir-rigward tat-tagħmir li hu kritiku għas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 31(1).

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 67b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 67b

 

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-Ajru

 

L-Aġenzija, fejn applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Chicago jew l-Annessi tagħha, twettaq f’isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti tal-Istat tal-Operatur fir-rigward tal-operaturi tal-ajru msemmija fl-Artikolu 27(1) u li jkunu involuti f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru:

 

(a)   bejn ajrudromi li jinsabu fit-territorji ta’ Stati Membri differenti;

 

(b)   li jinvolvu ajrudromi li jinsabu barra mit-territorju ta’ Stat Membru.

 

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar f'konformità mal-Artikolu 51(2), fir-rigward ta’ dawk l-operaturi.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward:

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward:

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37 u tad-dikjarazzjonijiet li saru minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS pan-Ewropej;

(c)  taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37 u tad-dikjarazzjonijiet li saru minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS pan-Ewropej, li minnhom jiddipendu s-sikurezza jew l-interoperabbiltà;

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-fornituri ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f’konformità mal-punti (a) u (b), fir-rigward tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS li jitħaddmu minn dawk il-fornituri skont l-Artikolu 38(1).

(d)  tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-fornituri ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f’konformità mal-punti (a) u (b), fir-rigward tas-sistemi u tal-kostitwenti ATM/ANS, li minnhom jiddependu s-sikurezza jew l-interoperabilità, li jitħaddmu minn dawk il-fornituri skont l-Artikolu 38(1).

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għas-sistemi u għall-kostitwenti ATM/ANS u tad-dikjarazzjonijiet li saru fir-rigward tagħhom, li fuqhom tkun tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 38(2), meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk.

(b)  tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għas-sistemi u għall-kostitwenti ATM/ANS u tad-dikjarazzjonijiet li saru fir-rigward tagħhom, li fuqhom tkun tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 38(2), meta l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 39 ikunu jipprovdu hekk.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista ta’ ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, l-Aġenzija, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Amministratur tan-Netwerk toħroġ direttivi vinkolanti f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 39(1)(a)

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 42, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u, meta dan ikun relevanti, għall-persunal tagħhom.

L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 42, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom ’il barra mit-territorju li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u, meta dan ikun relevanti, għall-persunal tagħhom.

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(3) fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-operat imsemmi fl-Artikolu 49(1) u (2) u d-dikjarazzjonijiet li saru mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 49(2), sakemm Stat Membru ma jwettaqx il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tal-operatur fir-rigward tal-operaturi kkonċernati.

1.  L-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 51(2) fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-operat imsemmi fl-Artikolu 49(1) u (2) u d-dikjarazzjonijiet li saru mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 49(2), sakemm Stat Membru ma jwettaqx il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tal-operatur fir-rigward tal-operaturi kkonċernati.

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta ssir talba, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 billi twettaq il-valutazzjonijiet neċessarji, inklużi ż-żjarat fuq il-post, ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom. L-Aġenzija għandha tipprovdi r-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet, b’rakkomandazzjonijiet xierqa, lill-Kummissjoni.

3.  Meta ssir talba, l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 billi twettaq il-valutazzjonijiet kollha ta' sikurezza neċessarji, inklużi ż-żjarat fuq il-post, ta’ operaturi minn pajjiżi terzi u ta’ awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tagħhom. L-Aġenzija għandha tipprovdi r-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet, b’rakkomandazzjonijiet xierqa, lill-Kummissjoni.

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ timponi fuq persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlitilha dikjarazzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, waħda jew tnejn minn dawn li ġejjin:

1.  Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni timponi fuq persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlitilha dikjarazzjoni, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, waħda jew tnejn minn dawn li ġejjin:

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont tal-multi ma għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata. L-ammont tal-penali perjodiku ma għandux jisboq it-2,5% tad-dħul jew tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.

L-ammont tal-multi ma għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali miksub mill-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata permezz ta’ attivitajiet marbuta mal-vjolazzjoni. L-ammont tal-penali perjodiku ma għandux jisboq it-2,5% tad-dħul jew tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha timponi biss il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont il-paragrafu 1 meta l-miżuri oħra previsti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati adottati abbażi tiegħu sabiex jiġi indirizzat ksur bħal dan ma jkunux adegwati jew proporzjonati.

3.  Il-Kummissjoni timponi biss il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont il-paragrafu 1 f’ każijiet meta l-vjolazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jaffettwaw iż-żamma tas-sikurezza jew il-protezzjoni tal-ambjent u meta miżuri oħra previsti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati adottati abbażi tiegħu sabiex jiġi indirizzat ksur bħal dan ikunu taw prova ta' insuffiċjenza jew kienu sproporzjonati.

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew dejta li jkollhom dawk l-awtoritajiet u dawk il-persuni jew li jkollhom aċċess għalihom, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

(d)  teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew dejta, li jkunu rilevanti għall-iskopijiet tal-ispezzjoni jew tal-attività ta' monitoraġġ li tkun qed issir, u li tkun miżmuma minn dawk l-awtoritajiet u dawk il-persuni jew li tkun aċċessibbli għalihom, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

 

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tippubblika sommarju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni minn kull Stat Membru tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-Aġenzija tinkludi dik l-informazzjoni fir-rieżami annwali dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 61(6).

7.  L-Aġenzija tippubblika sommarju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni minn kull Stat Membru tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, inkluż sommarju tar-riżultati tal-ispezzjonijiet li tkun għamlet l-Aġenzija. L-Aġenzija tinkludi dik l-informazzjoni fir-rieżami annwali dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 61(6).

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 73a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 73a

 

Kultura komuni ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza

 

L-Aġenzija jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura komuni ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza u prattiki konsistenti ta' awtorità sabiex tiżgura li l-objettivi tal-Artikolu 1 ikunu ssodisfati. Għal dan l-għan, u filwaqt li tqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha, l-Aġenzija twettaq tal-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

 

(a)   torganizza sistema ta’ reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti bl-għan tal-bini tal-kapaċitajiet u t-trasferiment tal-għarfien

 

(b)   tipprovdi l-koordinazzjoni meħtieġa sabiex tippermetti skambji tal-persunal bejn l-awtoritajiet nazzjonali

 

(c)   tikkonsulta mal-partijiet interessati relevanti kollha kif meħtieġ dwar il-progress miksub fil-monitoraġġ.

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili sabiex tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-konsistenza u tal-koordinazzjoni bejn ir-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati pubblikament u l-politiki li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

1.  L-Aġenzija tgħin lill-Kummissjoni tidentifika temi ta’ riċerka ta' prijorità sabiex tikkontribwixxi għall-progress kontinwu tas-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni u tiffaċilita l-moviment liberu tal-merkanzija u l-persuni, kif ukoll titjib fil-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, inter alia rigward is-sikurezza, is-sigurtà, il-klima u l-protezzjoni tal-ambjent, sabiex tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-konsistenza u tal-koordinazzjoni bejn ir-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati pubblikament u l-politiki li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-istorbju, għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn tal-prodotti skont l-Artikolu 11, għandhom jimmiraw li jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bnedmin ikkawżati mill-attivitajiet ikkonċernati tal-avjazzjoni ċivili.

1.  Il-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-istorbju mill-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili, għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn tal-prodotti skont l-Artikolu 11 u fil-qafas tal-istandards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati, għandhom jimmiraw biex jipprevjenu l-effetti li taw prova ta' ħsara sinifikanti għall-klima, l-ambjent u s-saħħa tal-bnedmin ikkawżati mill-attivitajiet ikkonċernati tal-avjazzjoni ċivili billi tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-benefiċċji ambjentali, lill-fattibilità teknoloġika u lill-kapaċità ekonomika.

 

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ambjentali, inklużi dawk indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitqiesu l-interdipendenzi bejn il-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili.

2.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ambjentali, inklużi dawk indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21a u fir-Regolament REACH bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitqiesu l-interdipendenzi bejn il-klima u l-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bnedmin u oqsma tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili, u li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-benefiċċji ambjentali, lill-fattibilità teknoloġika u lill-kapaċità ekonomika, kif ukoll lill-qafas ta' standards internazzjonali u prattiki rakkomandati.

__________________

__________________

21Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

21Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

 

21aDirettiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fil-koordinazzjoni ta’ politiki u ta’ azzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili, b’mod partikolari billi twettaq studji, simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi.

3.  L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fil-koordinazzjoni ta’ politiki u ta’ azzjonijiet dwar il-protezzjoni ambjentali fl-avjazzjoni ċivili, b’mod partikolari billi twettaq studji, simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi f’oqsma fejn hemm interdipendenzi mal-protezzjoni ambjentali, is-saħħa tal-bniedem u aspetti tekniċi oħra tal-avjazzjoni ċivili.

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex tinforma lill-partijiet interessati u lill-pubbliku ġenerali, kull tliet snin, l-Aġenzija tippubblika rieżami ambjentali, li tagħti rendikont oġġettiv dwar l-istat tal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.

4.  Sabiex tinforma lill-partijiet interessati u lill-pubbliku ġenerali, mill-inqas kull tliet snin, l-Aġenzija tippubblika rieżami ambjentali, li tagħti rendikont oġġettiv dwar l-istat tal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni. Waqt it-tħejjija ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni primarjament toqgħod fuq informazzjoni diġà disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kif ukoll fuq informazzjoni disponibbli pubblikament. L-Aġenzija tagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet bl-għan li jinkiseb livell ogħla ta’ prestazzjoni ta' ħarsien ambjentali, f’konformità ma’ standards internazzjonali u l-prattiki rakkomandati. Barra minn hekk, l-Aġenzija tagħmel rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu evitati lakuni u duplikazzjonijiet fis-sistema billi jiġu żgurati l-identifikazzjoni, l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-konsistenza ta’ miżuri differenti tal-Unjoni meħtieġa f’dan il-qasam.

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sigurtà tal-avjazzjoni

Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-avjazzjoni ċivili, inkluż iċ-ċibersigurtà, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitqiesu l-interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

1.  L-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkooperaw fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà relatati mal-avjazzjoni ċivili, inkluż iċ-ċibersigurtà, fejn jeżistu interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq talba, l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, inkluż fit-twettiq ta’ spezzjonijiet dwar is-sigurtà u fit-tħejjija tal-miżuri li jridu jiġu adottati skont dak ir-Regolament.

2.  Fejn jeżistu interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż fit-twettiq ta’ spezzjonijiet dwar is-sigurtà relatati mal-inġenji tal-ajru, l-ajrudromi u s-sistemi tas-sikurezza ATM, kif ukoll fit-tħejjija tal-miżuri li jridu jiġu adottati skont dak ir-Regolament.

__________________

 

22Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.)

 

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi protetta kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, l-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri neċessarji skont l-Artikolu 65(6) u l-Artikolu 66(1)(i). Qabel ma tieħu miżuri bħal dawn, l-Aġenzija għandha tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri.

3.  Biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, l-Aġenzija, fejn meħtieġ, tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti li tkun ta' interess komuni għall-Istati Membri fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u fejn dik il-problema urġenti taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Għal dak l-għan, l-Aġenzija tista’:

 

(a)   tieħu l-miżuri neċessarji skont l-Artikolu 66(1)(i) biex tindirizza vulnerabbiltajiet fid-disinn tal-inġenji tal-ajru;

 

(b)   tiddetermina azzjoni korrettiva li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament billi toħroġ direttivi vinkolanti jew rakkomandazzjoni u xxerred l-informazzjoni rilevanti fost dawk l-awtoritajiet u l-persuni, meta l-problema taffettwa l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inklużi r-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jirriżultaw minn żoni ta' kunflitt.

 

Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 3(a) u 3(b), l-Aġenzija tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri. L-Aġenzija tibbaża dawn il-miżuri, fejn ikun possibbli, fuq valutazzjonijiet tar-riskju komuni tal-Unjoni u tqis il-ħtieġa ta’ reazzjoni rapida f’każijiet ta’ emerġenza.

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 76a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 76a

 

Fatturi soċjoekonomiċi

 

1.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u korpi oħra jikkooperaw bl-għan li jiżguraw li l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi relatati jiġu kkunsidrati, inter alia fi proċeduri regolatorji, kif ukoll bl-għan li jiġu identifikati miżuri sabiex jiġu pprevenuti r-riskji soċjoekonomiċi għas-sikurezza tal-avjazzjoni, fejn dawn jeżistu.

 

2.  L-Aġenzija tikkonsulta u tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti meta tindirizza tali interdipendenzi.

 

3.   L-Aġenzija, kull tliet snin, tippubblika rieżami li jagħti rendikont oġġettiv tal-azzjonijiet u l-miżuri meħuda, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi.

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tagħha tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Assistenza bħal din għandha b’mod partikolari tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli u għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati.

1.  L-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tagħha tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Assistenza bħal din b’mod partikolari tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli u għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u tippromwovi u tipproteġi l-interessi tal-industrija ajruspazjali Ewropea.

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, soġġett għal approvazzjoni bil-quddiem mill-Kummissjoni, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma ma’ dawk l-awtoritajiet u ma’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.  L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma ma’ dawk l-awtoritajiet u ma’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.

3.  L-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija taġixxi bħala Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Sorveljanza tas-Sikurezza skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u tingħata l-privileġġi bħala tali organizzazzjoni.

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Fejn l-Aġenzija tqis li l-preżenza tagħha hija meħtieġa biex tappoġġa attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u taħdem fuq kwistjonijiet tekniċi oħra, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija tista’, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tistabbilixxi uffiċċji f’dawk il-pajjiżi u r-reġjuni terzi.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġu promossi l-aqwa prattiki kif ukoll l-uniformità fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija tista’ tipprovdi taħriġ, inkluż permezz ta’ fornituri esterni, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u lil partijiet interessati oħra. L-Aġenzija tistabbilixxi u tippubblika fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħha, il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-fornituri esterni meta jintużaw mill-Aġenzija għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

Sabiex jiġu promossi l-aqwa prattiki kif ukoll l-uniformità fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija tista’ tirrikonoxxi istituzzjonijiet ta’ taħriġ, f’konformità mal-istandards li tkun stabbiliet, għall-iskop li joffru taħriġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u lil partijiet interessati oħra.

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba, l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fl-oqsma li fihom l-Aġenzija għandha l-għarfien espert, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi:

Fuq talba, u fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tagħha, l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fl-oqsma li fihom l-Aġenzija għandha l-għarfien espert, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi:

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inkluż l-iżvilupp u l-użu tal-programm ta’ riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR).

(c)  tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inkluż l-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni u l-użu tal-programm ta’ riċerka u r-riżultati tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR).

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri, soġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 91(4).

4.  L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi uffiċċji lokali fl-Istati Membri skont l-Artikolu 91(4) jew, fejn xieraq, f'pajjiżi terzi, f'konformità mal-Artikolu 77(6a).

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar it-twaqqif tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;

imħassar

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell;

(p)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell, tal-parteċipanti fi gruppi ta’ ħidma u gruppi ta’ esperti, u ta' membri oħra tal-persunal mhux koperti bir-Regolamenti tal-Persunal, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta’ interess u, fejn xieraq, attivitajiet ta’ xogħol ta’ wara l-impjieg;

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jistabbilixxi korp konsultattiv li jkun jirrappreżenta l-firxa sħiħa ta’ partijiet interessati affettwati mill-ħidma tal-Aġenzija, li jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 2(c), (e), (f) u (i). Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta’ Ġestjoni, fl-ebda każ ma jkun vinkolat bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.

4.  Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jistabbilixxi korp konsultattiv li jkun jirrappreżenta l-firxa sħiħa ta’ partijiet interessati affettwati mill-ħidma tal-Aġenzija, li jikkonsulta qabel ma jieħu deċiżjonijiet fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 2(c), (d), (e), (f), (i), (t) u (u). Il-Bord ta’ Ġestjoni jista’ wkoll jiddeċiedi li jikkonsulta lill-korp konsultattiv dwar kwistjonijiet oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Bord ta’ Ġestjoni, fl-ebda każ ma jkun vinkolat bl-opinjoni tal-korp konsultattiv.

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord ta’ Ġestjoni jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, li lkoll ikollhom drittijiet tal-vot. Kull Stat Membru jaħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Ġestjoni u wieħed supplenti li jirrappreżenta lill-membru meta jkun/tkun assenti. Il-Kummissjoni taħtar żewġ rappreżentanti u s-supplenti tagħhom. Il-mandat għall-membri u għas-supplenti tagħhom ikun ta’ erba’ snin. Dan il-mandat ikun jista’ jiġi estiż.

1.  Il-Bord ta’ Ġestjoni jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, li lkoll ikollhom drittijiet tal-vot. Kull Stat Membru jaħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Ġestjoni u wieħed supplenti li jirrappreżenta lill-membru meta jkun/tkun assenti. Il-Kummissjoni taħtar rappreżentant wieħed u supplent wieħed. Il-mandat għall-membri u għas-supplenti tagħhom ikun ta’ erba’ snin. Dan il-mandat ikun jista’ jiġi estiż.

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u s-supplenti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien, tal-esperjenza rikonoxxuta u tal-impenn tagħhom fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jitqies l-għarfien espert maniġerjali, amministrattiv u baġitarju rilevanti, li jintużaw sabiex imexxu ’l quddiem l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Ikollhom responsabbiltà ġenerali minn tal-inqas għall-politika dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

2.  Il-Membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u s-supplenti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien, tal-esperjenza rikonoxxuta u tal-impenn tagħhom fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li jitqies l-għarfien espert maniġerjali, amministrattiv u baġitarju rilevanti, li jintużaw sabiex imexxu ’l quddiem l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 85(4) jaħtar erbgħa mill-membri tiegħu sabiex jipparteċipaw bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni. Dawn jirrappreżentaw, b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun, il-fehmiet differenti rappreżentati f’dan il-korp konsultattiv. Il-mandat ikun ta’ 24 xahar u jkun jista’ jiġi estiż darba għal 24 xahar oħra.

5.  Il-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 85(4) jaħtar erbgħa mill-membri tiegħu sabiex jipparteċipaw bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni. Dawn jirrappreżentaw, b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun, il-fehmiet differenti rappreżentati f’dan il-korp konsultattiv. Il-mandat inizjali jkun ta’ mhux aktar minn 48 xahar iżda jkun jista’ jiġi estiż.

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85(2)(c) u (d), u 92(7), il-Bord ta’ Ġestjoni jieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri tiegħu li jkollhom drittijiet tal-vot. Fuq it-talba ta’ membru tal-Bord ta’ Ġestjoni, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 85(2)(k) tittieħed b’unanimità.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 85(2)(c) u (d), u 92(7), il-Bord ta’ Ġestjoni jieħdu deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri tiegħu li jkollhom drittijiet tal-vot.

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 91, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

(c)  mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, jassisti u jagħti pariri lid-Direttur fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord ta’ Ġestjoni, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Dawn jiġu riferuti għal konferma fl-ewwel laqgħa li jmiss tal-Bord ta’ Ġestjoni.

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord ta’ Ġestjoni, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji. Dawn jiġu riferuti għal konferma fl-ewwel laqgħa li jmiss tal-Bord ta’ Ġestjoni. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza ta’ ħamsa mis-seba’ membri tal-Bord Eżekuttiv. Il-Bord ta’ Ġestjoni jista' jirrevoka dawk id-deċiżjonijiet b’maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Eżekuttiv jkun magħmul mill-President tal-Bord ta’ Ġestjoni, minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn sitt membri oħra li jinħatru mill-Bord ta’ Ġestjoni minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-President tal-Bord ta’ Ġestjoni jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma jkollux id-dritt tal-vot. Il-Bord Konsultattiv jista’ jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala osservatur.

4.  Il-Bord Eżekuttiv jkun magħmul mill-President tal-Bord ta’ Ġestjoni, minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u minn ħames membri oħra li jinħatru mill-Bord ta’ Ġestjoni minn fost il-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-President tal-Bord ta’ Ġestjoni jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma jkollux id-dritt tal-vot. Il-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 85(4) jista’ jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala osservatur li ma jkollux id-dritt tal-vot.

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Eżekuttiv ikollu minn tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-membri tiegħu.

6.  Il-Bord Eżekuttiv ikollu minn tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba ta’ terz tal-membri tiegħu.

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Bord ta’ Ġestjoni jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

7.  Il-Bord Eżekuttiv jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  iħejji pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta’ evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord ta’ Ġestjoni u lill-Bord Eżekuttiv;

(l)  iħejji pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar intern jew estern u ta’ evalwazzjonijiet, kif ukoll investigazzjonijiet mill-OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord ta’ Ġestjoni;

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3 – punt ta (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ta)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 92 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Ġestjoni jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Ġestjoni jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 92 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ikun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ikun ta’ ħames snin. F'nofs il-perjodu u sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet li jqisu evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija. Il-valutazzjonijiet jiġu trażmessi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parlament Ewropew u wara l-valutazzjoni ta’ nofs il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula lilu mill-Membri tiegħu.

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bord tal-Appell wieħed jew iktar jiġi stabbilit bħala parti mill-istruttura amministrattiva tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni tiddetermina l-għadd ta’ Bordijiet ta’ Appell u l-ħidma allokata lilu jew lilhom permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

1.  Il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu Bord tal-Appell wieħed bħala parti mill-istruttura amministrattiva tal-Aġenzija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 93 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord/ijiet tal-Appell ikun/u responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 97. Il-Bord/ijiet tal-Appell jiġu mħabbra skont kif ikun neċessarju.

2.  Il-Bord tal-Appell ikun responsabbli għad-deċiżjoni dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 97. Il-Bord tal-Appell jiltaqa’ meta jkun meħtieġ.

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bord tal-Appell jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra.

1.  Il-Bord tal-Appell jikkonsisti minn President u żewġ membri oħra.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tiddetermina l-kwalifiki rikjesti għall-membri ta’ kull Bord tal-Appell, l-istatus u r-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-Aġenzija, is-setgħat tal-membri individwali fil-fażi ta’ tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-votazzjoni. Il-Kummissjoni tagħmel dan permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

5.  Il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kwalifiki rikjesti għall-membri tal-Bord tal-Appell, l-istatus u r-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-Aġenzija, is-setgħat tal-membri individwali fil-fażi ta’ tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-votazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mandat tal-membri ta’ Bord tal-Appell, inklużi l-President u kwalunkwe supplenti, ikun ta’ ħames snin u jkun jista’ jiġi estiż għal ħames snin oħra.

1.  Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell, inklużi l-President u kwalunkwe supplenti, ikun ta’ ħames snin u jkun jista’ jiġi estiż għal ħames snin oħra.

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom dawn la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

2.  Il-Membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom dawn la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jwettqux dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-membri ta’ Bord tal-Appell jistgħu jaħdmu fuq bażi part time.

3.  Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jwettqux dmirijiet oħra fl-Aġenzija. Il-membri ta’ Bord tal-Appell jistgħu jaħdmu fuq bażi part time.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 95 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jitneħħewx mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm bażi serja biex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, tieħu deċiżjoni sabiex dan iseħħ.

4.  Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jitneħħewx mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm bażi serja biex jitneħħew u l-Kummissjoni, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, tieħu deċiżjoni sabiex dan iseħħ.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċediment tal-appell jekk ikollhom xi interess personali fih, jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ wieħed mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni li jkun tressqilha appell.

1.  Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi kwalunkwe proċediment tal-appell jekk ikollhom xi interess personali fih, jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ wieħed mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni li jkun tressqilha appell.

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li ma għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura tal-appell, huwa jew hija għandu/għandha jinforma/tinforma lill-Bord tal-Appell b’dan.

2.  Jekk, għal waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li ma għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura tal-appell, huwa jew hija għandu/għandha jinforma/tinforma lill-Bord tal-Appell b’dan.

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kwalunkwe parti għall-proċedimenti tal-appell tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe membru ta’ Bord tal-Appell fuq kwalunkwe bażi msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk il-membru jkun issuspettat b’parzjalità. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja dwar raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri.

3.  Kwalunkwe parti għall-proċedimenti tal-appell tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe membru tal-Bord tal-Appell fuq kwalunkwe bażi msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk il-membru jkun issuspettat b’parzjalità. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja dwar raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti tal-appell tkun għamlet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri.

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 jew 115.

1.  Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 67a, 67b, 68, 69, 70, 71 jew 115.

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rikorsi għall-annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 68, 69, 70, 71 jew 115 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri tal-appell kollha fl-Aġenzija.

2.  Ir-rikorsi għall-annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 53, 54, 55, 66, 67, 67a, 67b, 68, 69, 70, 71 jew 115 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri tal-appell kollha fl-Aġenzija.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jinvolvu esperti minn partijiet interessati rilevanti, kull meta jkun meħtieġ, jew jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-korpi rilevanti Ewropej ta’ standardizzazzjoni jew ta’ korpi speċjalizzati oħra;

(b)  jinvolvu esperti minn partijiet interessati rilevanti jew jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-korpi rilevanti Ewropej ta’ standardizzazzjoni jew ta’ korpi speċjalizzati oħra;

Emenda    315

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont l-Artiklu 65(1) u (3), meta l-Aġenzija tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida, għandha tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni bil-quddiem tal-Istati Membri. Għal dan l-għan, tista’ toħloq grupp ta’ ħidma li fih kull Stat Membru jkun intitolat jinnomina espert. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata ma’ aspetti militari, l-Aġenzija għandha tinvolvi wkoll l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata mal-impatt soċjali possibbli ta’ dawk il-miżuri tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tinvolvi l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-imsieħba soċjali tal-UE.

2.  Skont l-Artiklu 65(1) u (3), meta l-Aġenzija tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida, għandha tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni bil-quddiem tal-Istati Membri. Għal dan l-għan, tista’ toħloq grupp ta’ ħidma li fih kull Stat Membru jkun intitolat jinnomina espert. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata ma’ aspetti militari, l-Aġenzija tinvolvi wkoll l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u esperti militari kompetenti oħra. Meta tkun rikjesta konsultazzjoni relatata mal-impatt soċjali possibbli, u l-impatt fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol ta’ dawk il-miżuri tal-Aġenzija, l-Aġenzija tinvolvi s-sħab soċjali tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati oħra rilevanti.

Emenda    316

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista’ tkun involuta f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. B’mod partikolari, għandha tiżgura li, minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 104(3), il-pubbliku ġenerali u kwalunkwe parti interessata malajr jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma tkunx ta’ detriment għat-twettiq effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 64.

2.  L-Aġenzija tista’ tkun involuta f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. B’mod partikolari, għandha tiżgura li, minbarra l-pubblikazzjoni speċifikata fl-Artikolu 104(3), il-pubbliku ġenerali u kwalunkwe parti interessata malajr jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha.

Emenda    317

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għal introjtu ieħor, l-introjtu tal-Aġenzija għandu jinkludi:

1.  Filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza tal-Aġenzija, u mingħajr preġudizzju għal introjtu ieħor, l-introjtu tal-Aġenzija għandu jinkludi:

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi mħallsa skont l-Artikolu 72;

Emenda    319

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  imposti mħallsa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru (XXXX/XXX) dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew għall-kompiti rilevanti ta’ awtorità tal-ATM/tal-ANS;

(f)  dħul minn imposti mħallsa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru (550/2004) dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew u l-implimentazzjoni tar-regoli tiegħu (XXXX/XXX) dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ kompiti rilevanti tal-awtorità tal-ATM/tal-ANS imwettqa mill-Aġenzija;

Emenda    320

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-fini tal-paragrafu 1(f), il-kompiti rilevanti tal-awtorità tal-ATM/tal-ANS huma dawk li l-Istati Membri jkunu kkunsidraw għall-istabbiliment ta’ spejjeż determinati skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, li jkunu ġew attribwiti lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament, u li mhumiex koperti minn miżati mħallsa skont il-paragrafu 1(c). Dawn il-kompiti jinkludu dawk speċifikati fl-Artikoli 65(1), (2), (3), (5) u (6), u 73 ta’ dan ir-Regolament, iżda mhumiex limitati għalihom.

Emenda    321

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(f) japplikaw taħt is-sorveljanza tal-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, b’mod trasparenti u ma jwasslux biex l-utenti tal-ispazju tal-ajru jiġu mitluba jħallsu darbtejn.

Emenda    322

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-baġits regolatorji, it-tariffi stabbiliti u li nġabru għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u imposti applikati mill-Aġenzija jiġu indirizzati b’mod separat fil-kontijiet tal-Aġenzija.

4.  Il-baġits regolatorji, it-tariffi stabbiliti u li nġabru għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, l-imposti applikati mill-Aġenzija, il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi u l-imposti msemmija fil-paragrafu 1(f) jiġu indirizzati b’mod separat fil-kontijiet tal-Aġenzija.

Emenda    323

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha relatati mat-tariffi u mal-imposti b’mod li jippermettilha twieġeb malajr għall-varjazzjonijiet fl-introjtu mit-tariffi u mill-imposti.

5.  L-Aġenzija, matul is-sena finanzjarja tadatta l-ippjanar tal-persunal u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha relatati mad-dħul imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu b’mod li jippermettilha twieġeb malajr għall-ammont ta’ xogħol u l-fluttwazzjonijiet ta’ dawn l-introjti.

Emenda    324

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv ifassal abbozz ta’ rendikont tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord ta’ Ġestjoni. Fir-rigward tal-karigi ffinanzjati mit-tariffi u mill-imposti, dak l-abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment għandu jkun ibbażat fuq sett limitat ta’ indikaturi approvati mill-Kummissjoni sabiex jitkejlu l-ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija, u jistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u attivitajiet oħra tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u f’waqtu, inklużi dawk li jirriżultaw minn trasferimenti ta’ responsabbiltà skont l-Artikoli 53, 54 u 55. Abbażi ta’ dak l-abbozz, il-Bord ta’ Ġestjoni jadotta abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. L-abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

6.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv ifassal abbozz ta’ rendikont tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord ta’ Ġestjoni. Fir-rigward tal-karigi ffinanzjati mill-introjti f'konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dak l-abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment għandu jkun ibbażat fuq sett limitat ta’ indikaturi approvati mill-Kummissjoni sabiex jitkejlu l-ħidma u l-effiċjenza tal-Aġenzija, u jistabbilixxi r-riżorsi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni u attivitajiet oħra tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u f’waqtu, inklużi dawk li jirriżultaw minn trasferimenti ta’ responsabbiltà skont l-Artikoli 53, 54 u 55. Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha tas-sett ta’ indikaturi għall-użu għall-kejl tal-ammont ta’ xogħol u l-effiċjenza tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tfittex l-opinjoni ta’ espert terza parti uterz tal-Korp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati tal-Aġenzija. Abbażi ta’ dak l-abbozz, il-Bord ta’ Ġestjoni jadotta abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. L-abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

Emenda    325

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-parti korrispondenti tal-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, imsemmi fil-paragrafu 6, li tirreferi għall-introjti tal-baġit f'konformità mal-paragrafu 4 u għal postijiet korrispondenti, ma tqisx il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis tal-baġit u tal-postijiet.

Emenda    326

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.

10.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija, u tikkunsidra l-indikaturi relatati mal-ammont ta’ xogħol u l-effiċjenza tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 6.

Emenda    327

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena N.

10.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena N.

Emenda    328

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn [ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 127 – OP please insert the exact date], u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni tikkummissjona evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 127 – OP please insert the exact date], u mbagħad kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni tikkummissjona evalwazzjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha u l-impatt ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din. L-evalwazzjoni tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali.

Emenda    329

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sejbiet tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Ġestjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku.

3.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sejbiet tal-evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Ġestjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet isiru pubbliċi.

Emenda    330

Proposta għal regolament

Artikolu 117 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3)(d), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 25, fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 34, fl-Artikolu 39, fl-Artikolu 44, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 50, fl-Artikolu 51(10), fl-Artikolu 52(5), fl-Artikolu 72(4) u fl-Artikolu 115(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3)(d), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 25, fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 34, fl-Artikolu 39, fl-Artikolu 44, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 50, fl-Artikolu 51(10), fl-Artikolu 52(5), fl-Artikolu 64 (fa), fl-Artikolu 72(4) u fl-Artikolu 115(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

Emenda    331

Proposta għal regolament

Artikolu 117 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3)(d), l-Artikolu 18, l-Artikolu 25, l-Artikolu 28, l-Artikolu 34, l-Artikolu 39, l-Artikolu 44, l-Artikolu 47, l-Artikolu 50, l-Artikolu 51(10), l-Artikolu 52(5), l-Artikolu 72(4) u l-Artikolu 115(1) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill tul perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill tul perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    332

Proposta għal regolament

Artikolu 119 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet disponibbli għaliha minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede, li jkunu ġew konklużi wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni u mhux iżjed tard minn [OP Please insert the exact date – two years after entry into force of this Regulation].

1.  L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet disponibbli għaliha minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru li fih tkun tinsab is-sede, li jkunu ġew konklużi wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni u mhux iżjed tard minn [OP Please insert the exact date – one year after entry into force of this Regulation].

Emenda    333

Proposta għal regolament

Artikolu 122

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 huwa mħassar.

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 huwa mħassar, madankollu:

 

(a)   l-Artikoli 5, 6 u 6a u l-Annessi III u IV ta' dak ir-Regolament jibqgħu japplikaw għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati rispettivi msemmija fl-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament;

 

(b)   l-Artikoli 4 u 7 ta' dak ir-Regolament jibqgħu japplikaw sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati rispettivi msemmija fl-Artikolu 39 ta' dan ir-Regolament;

 

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Emenda    334

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1008/2008

Artikolu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  “(b) ikollha AOC validu li nħareġ minn awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea;”

(b)  “(b) ikollha AOC validu li nħareġ minn awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru jew mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea;”

Emenda    335

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1008/2008

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

imħassar

(a)   il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

2.   Ftehim tal-kiri mingħajr ekwipaġġ li jkun parti fih trasportatur tal-ajru tal-Komunità jew ftehim tal-kiri bl-ekwipaġġ li skontu t-trasportatur tal-ajru Komunitarju jkun l-kerrej tal-inġenju tal-ajru mikri bl-ekwipaġġ operat minn operatur ta’ pajjiż terz jkun soġġett għal approvazzjoni bil-quddiem f’konformità mar-Regolament (UE) Nru [XX/XXX reference to this Regulation to be inserted] u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”;

 

(b)   il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

 

5.   Trasportatur tal-ajru tal-Komunità li jikri inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ irreġistrat f’pajjiż terz għandu jikseb approvazzjoni bil-quddiem mill-awtorità kompetenti għall-AOC tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tagħti approvazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru [XX/XXX reference to this Regulation to be inserted] u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.”.

 

Emenda    336

Proposta għal regolament

Artikolu 125 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 376/2014

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, dan ir-Regolament ma japplikax għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom ma jkunux meħtieġa ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 46(1) u (2) tar-Regolament (UE) SSSS / N[ref. għar-regolament il-ġdid], sakemm l-okkorrenza jew l-informazzjoni l-oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru bħal dawn mingħajr bdot abbord ma jkun fihom persuna li tkun indarbet b’mod fatali jew serju jew sakemm ma tinvolvix xi inġenju tal-ajru li ma jkunx inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

Madankollu, dan ir-Regolament ma japplikax għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom ma jkunux meħtieġa ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 46(1) u (2) tar-Regolament (UE) SSSS / N[ref. għar-regolament il-ġdid], sakemm l-okkorrenza jew l-informazzjoni l-oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru bħal dawn mingħajr bdot abbord ma jkunx fihom, jew seta' jirriżulta li, persuna li tkun indarbet b’mod fatali jew serju jew sakemm ma tinvolvix xi inġenju tal-ajru li ma jkunx inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

Emenda    337

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sa ...[tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Aġenzija tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, b’konnessjoni mal-Artikolu 65(1), dwar l-ajrunavigabbiltà u l-liċenzjar ta' bdoti fir-rigward ta’ inġenji tal-ajru sportivi ħfief li jkollhom massa massima ta' tlugħ ta’ mhux aktar minn 600 kg għal inġenji tal-ajru mhux maħsuba biex joperaw fuq l-ilma jew ta’ 650 kg għal inġenji tal-ajru maħsuba biex joperaw fuq l-ilma. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunu proporzjonati, filwaqt li jqisu l-objettivi u l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 1 u 4, għan-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, u jipprovdu interoperabbiltà ma’ standards komparabbli eżistenti fi swieq importanti ta’ pajjiżi terzi.

Emenda    338

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Sa... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Aġenzija toħroġ materjal ta’ gwida għall-użu volontarju mill-Istati Membri biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ regoli proporzjonali nazzjonali li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I.

Emenda    339

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament ma japplikax għal dawn il-kategoriji ta’ inġenji tal-ajru:

Ir-Regolament ma japplikax għal dawn il-kategoriji ta' inġenji tal-ajru bi bdot abbord:

Emenda    340

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ li tal-inqas 51 % minnhom inbnew minn dilettant, jew minn assoċjazzjoni ta' dilettanti mhux għal profitt, għall-iskopijiet tagħhom stess u mingħajr ebda għan kummerċjali;

(c)  inġenji tal-ajru bil-bdot abbord, li minnhom tal-inqas 300 siegħa ta’ ħin ta’ kostruzzjoni jew 51 % tal-inġenju tal-ajru nnifsu, inbnew minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta' dilettanti mhux għal profitt, għall-iskopijiet tagħhom u mingħajr ebda għan kummerċjali;

Emenda    341

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  ajruplani li jkollhom veloċità minima ta' titjir jew veloċità kostanti ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma teċċedix il-35 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS) u li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, kif ukoll ħelikopters u paraxuts mekkanizzati li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, u li għandhom massa massima waqt it-tlugħ (MTOM), kif irreġistrata mill-Istati Membri, ta’ mhux aktar minn:

(e)  inġenji tal-ajru li jkollhom veloċità minima kalkolabbli ta' titjir jew veloċità kostanti minima ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma teċċedix il-45 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS) u li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, kif ukoll ħelikopters, ġiroplani, blalen tal-arja u paraxuts mekkanizzati li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits, u li għandhom massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta’ mhux aktar minn 600 kg għal inġenji tal-ajru mhux maħsuba biex joperaw fuq l-ilma jew ta’ 650 kg għal inġenji tal-ajru maħsuba biex joperaw fuq l-ilma, u massa vojta, bl-esklużjoni tal-fjuwil, ta’ mhux aktar minn 350 kg, kif irreġistrata mill-Istati Membri;

(i)  300 kg għal ajruplan/ħelikopter ta' l-art, b'sedil wieħed;

 

(ii)  450 kg għal ajruplan/ħelikopter ta' l-art, b'żewġ sedili;

 

(iii)  330 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'sedil wieħed;

 

(iv)  495 kg għal amfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'żewġ sedili, sakemm, meta jopera kemm bħala ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma u kemm bħala ajruplan/ħelikopter ta' l-art, jaqa' taħt iż-żewġ limiti ta' l-MTOM, kif jixraq;

 

(v)  472,5 kg għal ajruplan ta' l-art, b'żewġ sedili mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq l-airframe;

 

(vi)  540 kg għal ajruplan tal-art, b'żewġ sits mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntata fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru u mgħammar b'sistema ta' propulsjoni elettrika;

 

(vii)  315 kg għal ajruplan ta' l-art, ta' sedil wieħed mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq l-airframe;

 

(viii)  365 kg għal ajruplan tal-art, b'sit wieħed mgħammar b'sistema ta' paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq il-qafas tal-inġenju tal-ajru u mgħammar b'sistema ta' propulsjoni elettrika;

 

Emenda    342

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ġiroplani b'sit wieħed jew b'żewġ sits b'MTOM li ma teċċedix 560 kg;

imħassar

Emenda    343

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  glajders u glajders bil-mutur b'MTOM, ta' mhux aktar minn 250 kg meta jkunu b'sit wieħed jew 400 kg meta jkunu b'żewġ sits, inklużi dawk li jinqatgħu mill-art bis-saqajn;

imħassar;

Emenda    344

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-regoli dwar l-ajrunavigabbiltà maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu proporzjonati, filwaqt li jqisu l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, man-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, abbażi tal-interoperabbiltà ma' standards komparabbli li jeżistu fis-swieq internazzjonali u jiddisponu għaliha, filwaqt li jqisu l-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 126(2b). Iċ-ċertifikati maħruġa abbażi ta’ dawk ir-regoli jkunu rikonoxxuti b’mod reċiproku fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;

Emenda    345

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-integrità tal-prodott trid tiġi aċċertata għall-kundizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mal-ħtiġiet kollha għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni jew analiżi, appoġġati, meta meħtieġ, b'testijiet.

L-integrità tal-prodott, inkluża l-protezzjoni minn theddid għas-sikurezza tal-informazzjoni, trid tiġi aċċertata għall-kundizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mal-ħtiġiet kollha għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni jew analiżi, appoġġati, meta meħtieġ, b'testijiet.

Emenda    346

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt 1.3 – point 1.3.5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1.3.5a.  L-inġenju tal-ajru jkun mgħammar b’sistemi għar-rintraċċar kontinwu tat-titjira u għar-reġistrazzjoni kontinwa tad-dejta tat-titjira. Id-dejta kollha tat-titjira, inklużi r-reġistrazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-bdot jitniżżlu f'database fl-art f’ħin reali.

Emenda    347

Proposta għal regolament

Annex II – point 1 – point 1.4 – point 1.4.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4.3.  It-tagħmir mhux installat irid ikun iddisinjat biex jitnaqqsu l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ perikoli.

1.4.3.  It-tagħmir mhux installat ma jridx jintroduċi żbalji li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ perikoli.

Emenda    348

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt 2.1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.  Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta' sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul it-tħaddim tal-prodott:

2.1.  Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta' sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul it-tħaddim tal-prodott:

Emenda    349

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati biex kemm jista’ jkun ma jkunux storbjużi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

1.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinnjati biex jimminimizzaw il-ħoss, f'konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u ma' standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

Emenda    350

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li sa fejn ikun possibbli jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

2.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li jimminizzaw l-emissjonijiet f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma' standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

Emenda    351

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta’ fluwidi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.

3.  Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b’mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta’ fluwidi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fattibilità teknika, l-ekwitabilità ekonomika u l-punt 4.

Emenda    352

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 3 – punt 3.1 – punt 3.1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bdoti kollha għandhom perjodikament juru stat mediku tajjeb biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'konsiderazzjoni għat-tip ta' attività. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika aeromedika, b'konsiderazzjoni għat-tip ta' attività u l-possibbiltà ta' degradazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età.

Il-bdoti għandhom ikunu fi stat mentali u fiżiku tajjeb biex jesegwixxu b'mod sikur il-funzjonijiet tagħhom, b'konsiderazzjoni għat-tip ta' attività, u d-degradazzjoni mentali u fiżiku possibbli, b'mod partikolari minħabba l-età. Dan jiġi ddeterminat permezz ta’ valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju.

Emenda    353

Proposta għal regolament

Anness V – punt 1 – punt 1.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.5.  Kwalunkwe data, dokument, rekord u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rreġistrat ir-rispett tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 5.3 għandha tinżamm għal kull titjira u tibqa' disponibbli għal perijodu minimu ta' żmien kompattibbli mat-tip ta' operazzjoni.

1.5.  Kwalunkwe dejta, dokument, rekord u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rreġistrat ir-rispett tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 5.3 trid tinżamm għal kull titjira u tibqa' disponibbli u protetta minn modifiki mhux awtorizzati għal perjodu minimu ta' żmien kompatibbli mat-tip ta' operazzjoni.

Emenda    354

Proposta għal regolament

Anness V – punt 4 – punt 4.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.2.  Minkejja 4.1, għal operazzjonijiet bil-ħelikopters tista' tiġi permessa titjira mumentarja fil-limiti taż-żona ta' veloċità għolja, sakemm ikun żgurat livell xieraq ta' sikurezza.

4.2.  Minkejja 4.1, għal operazzjonijiet bil-ħelikopters tista' tiġi permessa titjira mumentanja fil-limiti taż-żona ta' veloċità għolja, sakemm ikun żgurat livell għoli u uniformi ta' sikurezza.

Emenda    355

Proposta għal regolament

Anness V – punt 6 – punt 6.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.4.  Ir-rekords meħtieġa li juru l-istatus tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenju tal-ajru jridu jinżammu għal perjodu ta’ żmien li jikkorrispondi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, sakemm l-informazzjoni li jkun fihom ma tiġix sostitwita b’informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall imma jkun xi jkun il-każ għal mhux inqas minn 24 xahar.

6.4.  Ir-rekords meħtieġa li juru l-istatus tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenju tal-ajru jridu jinżammu u jiġu protetti minn modifiki mhux awtorizzati għal perjodu ta’ żmien li jikkorrispondi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, sakemm l-informazzjoni li jkun fihom ma tiġix sostitwita b’informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall imma jkun xi jkun il-każ għal mhux inqas minn 24 xahar.

Emenda    356

Proposta għal regolament

Anness V – punt 6 – punt 6.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.5.  Il-modifiki u t-tiswijiet kollha jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti. Id-dejta li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u mar-rekwiżiti tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti trid tinżamm.

6.5.  Il-modifiki u t-tiswijiet kollha jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti. Id-dejta li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u mar-rekwiżiti tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti trid tinżamm u tiġi protetta minn modifiki mhux awtorizzati.

Emenda    357

Proposta għal regolament

Anness V – punt 7 – punt 7.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.2.  Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kull azzjoni xierqa biex jassigura t-tħaddim u s-sikurezza ta' l-inġenju ta' l-ajru u tal-persuni u/jew il-proprjetà li jkun qed iġorr fih.

7.2.  Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kull azzjoni xierqa biex jassigura t-tħaddim u s-sikurezza ta' l-inġenju ta' l-ajru u tal-persuni u/jew il-proprjetà li jkun qed iġorr fih. Il-bdot jeħtieġlu jkun jista’ jeżerċita din l-awtorità mingħajr l-ebda interferenza.

Emenda    358

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 8 – punt 8.1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-operatur għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jwettaq u jżomm programmi ta' taħriġ u kontrolli għall-membri ta' l-ekwipaġġ u persunal ieħor rilevanti;

(b)  l-operatur għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jwettaq u jżomm programmi ta' taħriġ u kontrolli għall-membri ta' l-ekwipaġġ u persunal ieħor rilevanti; l-operatur jeħtieġlu jipprovdi taħriġ lill-membri tal-ekwipaġġ u jwettaq il-verifiki li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-liċenzji tagħhom jgħoddu u biex huma jiksbu u jżommu l-klassifikazzjonijiet tal-liċenzja tagħhom u l-esperjenza li jeħtieġu biex joperaw l-inġenju tal-ajru li fih huma jwettqu dmirijiethom. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operaturi li jimplimentaw sistemi proporzjonati li jiżguraw ritorn fuq l-investimenti tal-operaturi fit-taħriġ, il-membri tal-ekwipaġġ ma joperawx inġenju tal-ajru fis-servizz kummerċjali filwaqt li jkollhom iħallsu direttament lill-operatur jew indirettament lil partijiet terzi għal taħriġ li huwa neċessarju għaż-żamma tal-liċenzja tagħhom u tal-klassifikazzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru tal-operatur.

Emenda    359

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-entità u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jridu jesegwixxu dmirijiethom bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jridu jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom u r-riżultati taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew minn gruppi ta' persuni affettwati minn dawn ir-riżultati.

2.  L-entità u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jridu jesegwixxu dmirijiethom bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jridu jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv ta' kwalunkwe tip, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju u d-deċiżjonijiet tagħhom jew ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew minn gruppi ta' persuni affettwati minn dawn ir-riżultati.

Emenda    360

Proposta għal regolament

Anness VII – parti 1 – punt 1.4 – punt 1.4.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.4.2.  Id-dejta għandha tkun preċiża, tista’ tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu livelli xierqa ta’ integrità.

1.4.2.  Id-dejta għandha tkun preċiża, tista’ tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu l-awtentiċità u livelli xierqa ta’ integrità.

Emenda    361

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 2 – punt 2.1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat għall-operazzjonijiet u għall-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu jiżgura direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni ta' programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;

(k)  l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat għall-operazzjonijiet u għall-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu jiżgura direttament jew permezz ta' arranġamenti ma' partijiet terzi, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni ta' programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu. It-taħriġ jinkludi taħriġ teoretiku u prattiku u jiġi vvalutat minn għalliema u eżaminaturi li jkollhom biżżejjed esperjenza, kwalifiki u kompetenzi rilevanti biex iwettqu tali dmirijiet;

Emenda    362

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 2 – punt 2.1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa ta’ dan il-persunal; kif ukoll

(m)  il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar, kif ukoll il-persunal tas-servizzi ta' ġestjoni tar-rampa, għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa ta' dan il-persunal. It-taħriġ jinkludi taħriġ teoretiku u prattiku u jiġi vvalutat minn għalliema u eżaminaturi li jkollhom biżżejjed esperjenza, kwalifiki u kompetenzi rilevanti biex iwettqu tali dmirijiet;

Emenda    363

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 4 – punt 4.1 – punt g – punt 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1)  il-fornitur juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat b'mod adegwat u jiżgura l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ kontroll biex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu. It-taħriġ jinkludi taħriġ teoretiku u prattiku u jiġi vvalutat minn għalliema u eżaminaturi li jkollhom biżżejjed esperjenza, kwalifiki u kompetenzi rilevanti biex iwettqu tali dmirijiet;

Emenda    364

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 4 – punt 4.1 – punt g – punt 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2)  il-fornitur jiżgura li l-membri tal-persunal tiegħu perjodikament jagħtu prova tal-istat mediku xieraq tagħhom, li jinkludi sew l-aspett fiżiku sew l-aspett mentali, biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod sodisfaċenti, filwaqt li jitqies it-tip ta’ attività u b’mod partikolari l-impatt potenzjali tiegħu fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà relatata mas-sikurezza.

Emenda    365

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 1 – punt 1.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1.2a.  Jiġi definit livell minimu ta’ servizz biex tkun żgurata l-kontinwità tal-forniment tal-ATM/ANS, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew tħarbit fis-servizz, billi jiġu stabbiliti arranġamenti bejn l-Istati Membri u bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Tali livelli minimi ta’ servizz għandhom isalvagwardjaw is-servizzi għall-inqas għal kwalunkwe servizz ta’ emerġenza u ta' sigurtà, missjonijiet marbuta mas-saħħa pubblika, titjiriet ta’ missjonijiet diplomatiċi kif ukoll għal titjiriet li la huma ddestinati lejn xi ajruport f’dak l-Istat Membru u lanqas joriġinaw minn xi ajruport f'dak l-Istat Membru. Tingħata kunsiderazzjoni wkoll biex jiġi żgurat li t-tfixkil ma joħloqx konġestjoni jew riskji għas-sikurezza fl-ispazju tal-ajru ta’ Stati ġirien u li l-utenti tal-ispazju tal-ajru kollha jiġu ttrattati b’mod ġust, meta jiġi pprovdut aċċess għall-ispazju tal-ajru u s-servizzi.

Emenda    366

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.2.  L-informazzjoni ajrunawtika għandha tkun preċiża, kompluta, kurrenti, mhux ambigwa, u ta’ integrità adegwata f’format xieraq għall-utenti.

2.1.2.  L-informazzjoni ajrunawtika għandha tkun preċiża, kompluta, kurrenti, mhux ambigwa, awtentika u ta’ integrità adegwata, kif ukoll f’format li jkun xieraq għall-utenti.

Emenda    367

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.2.  Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajronawtika meteoroloġika għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, kurrenti, ta’ integrità adegwata u mhux ambigwa biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

2.2.2.  Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajronawtika meteoroloġika għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, kurrenti, awtentika, ta’ integrità adegwata u mhux ambigwa biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

Emenda    368

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 2 – punt 2.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibilità, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u protetti mill-korruzzjoni.

Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibilità, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u protetti mill-korruzzjoni u l-interferenza.

Emenda    369

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2 – punt 2.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizz ta’ navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta’ rendiment fir-rigward tal-gwida, l-ippożizzjonar u, meta pprovdut, informazzjoni dwar it-timing. Il-kriterji tar-rendiment jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, id-disponibbiltà u l-kontinwità tas-servizz.

Servizz ta’ navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta’ rendiment fir-rigward tal-gwida, l-ippożizzjonar u, meta pprovdut, informazzjoni dwar it-timing. Il-kriterji tar-rendiment jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, l-awtentiċità, id-disponibbiltà u l-kontinwità tas-servizz.

Emenda    370

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2 – punt 2 – punt 2.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizzi ta’ sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta’ inġenji tal-ajru oħra u vetturi tal-art fuq wiċċ l-ajrudrom, b’rendiment suffiċjenti, fir-rigward tal-preċiżjoni, l-integrità, il-kontinwità u l-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.

Servizzi ta’ sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta’ inġenji tal-ajru oħra u vetturi tal-art fuq wiċċ l-ajrudrom, b’rendiment suffiċjenti, fir-rigward tal-preċiżjoni, l-integrità, l-awtentiċità, il-kontinwità u l-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.

Emenda    371

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2 – punt 2.7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-Unjoni għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun preċiż u aġġornat biżżejjed dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment tas-servizz u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew id-dewmien tal-flussi tat-traffiku sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi. Il-ġestjoni tal-flussi għandha titwettaq bl-għan li tintuża bl-aħjar mod il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u li jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-sikurezza, it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-kapaċità tiġi pprovduta b’mod flessibbli u f’waqtha, b'konsistenti mal-Pjan Ewropew ta’ Navigazzjoni bl-Ajru.

Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-Unjoni għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun preċiż, awtentiku u aġġornat biżżejjed dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment tas-servizz u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew id-dewmien tal-flussi tat-traffiku sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi. Il-ġestjoni tal-flussi għandha titwettaq bl-għan li tintuża bl-aħjar mod il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u li jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-sikurezza, it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-kapaċità tiġi pprovduta b’mod flessibbli u f’waqtha, b'konsistenti mal-Pjan Ewropew ta’ Navigazzjoni bl-Ajru.

Emenda    372

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 3 – punt 3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi ATM/ANS u kostitwenti li jipprovdu informazzjoni relatata ma’ u minn inġenju tal-ajru u fuq l-art għandhom jkunu ddisinjati, manifatturati, stallati, miżmuma u operati b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma proprji għall-għan maħsub tagħhom.

Is-sistemi u l-kostitwenti ATM/ANS li jipprovdu informazzjoni relatata minn u lejn l-inġenji tal-ajru u fuq l-art ikunu ddisinjati, manifatturati, installati, miżmuma, protetti minn interferenza elettronika mhux awtorizzata u operati b’mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma proprji għall-għan maħsub tagħhom.

Emenda    373

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 6 – punt 6.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6.2a.  Membri tal-persunal involuti fi dmirijiet relatati mas-sikurezza għall-forniment ta’ servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru / servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jeħtiġilhom ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta’ kompetenza sabiex jaqdu d-dmirijiet tas-sikurezza assenjati lilhom.

Emenda    374

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Persuna li tħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord trid tkun taf bir-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-operazzjonijiet ippjanati, b’mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-dejta, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà jew tal-protezzjoni ambjentali. Il-persuna trid tkun kapaċi tiżgura s-sikurezza tat-tħaddim u s-separazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-persuni fuq l-art u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra. Dan jinkludi l-familjarità mal-istruzzjonijiet tat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur u mal-funzjonalitajiet rilevanti kollha tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mar-regoli applikabbli tal-ajru u mal-proċeduri tal-ATM/ANS.

(a)  Bdot mill-bogħod jeħtieġlu jkun jaf bir-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-operazzjonijiet ippjanati, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-deja, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà u tal-protezzjoni ambjentali. Il-bdot mill-bogħod jeħtieġlu jkun kapaċi jiżgura s-sikurezza tat-tħaddim u s-separazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-persuni fuq l-art u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra. Dan jinkludi l-għarfien tajjeb tal-istruzzjonijiet tat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur, tal-użu sikur u li jirrispetta l-ambjent tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru, u tal-funzjonalitajiet rilevanti kollha tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u r-regoli applikabbli tal-ajru u l-proċeduri tal-ATM/ANS.

Emenda    375

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikun iddisinjat u mibni b'mod adattat għall-funzjoni tiegħu u biex ikun jista' jitħaddem, jiġi aġġustat u jinżamm mingħajr ma jitpoġġa ħadd f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet jitwettqu skont il-kondizzjonijiet li għalih ġie ddisinjat l-inġenju tal-ajru.

(b)  Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikun iddisinjat u mibni b'mod adattat għall-funzjoni tiegħu, u jkun jista' jitħaddem, jiġi aġġustat u jinżamm mingħajr ma jitpoġġa ħadd f'riskju.

Emenda    376

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Jekk ikun meħtieġ u biex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw mit-tħaddim, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet korrispondenti u speċifiċi li permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku jikkunsidraw il-prinċipji ta’ privatezza u ta' protezzjoni tad-dejta personali. Skont il-ħtiġijiet dawk l-elementi u l-funzjonalitajiet iridu jiżguraw identifikazzjoni faċli tal-inġenju tal-ajru u tan-natura u tal-iskop tal-operazzjoni; u jridu jiżguraw li l-limitazzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu osservati, notevolment fir-rigward tal-operazzjoni f'żoni ġeografiċi partikolari, lil hinn minn ċerti distanzi mill-operatur jew f’ċerti altitudnijiet.

(c)  Biex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw mit-tħaddim, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet korrispondenti u speċifiċi li permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku jikkunsidraw il-prinċipji ta’ privatezza u ta' protezzjoni tad-dejta personali. Dawk l-elementi u l-funzjonalitajiet iridu jiżguraw identifikazzjoni faċli tal-inġenju tal-ajru u tan-natura u tal-iskop tal-operazzjoni; u jridu jiżguraw li l-limitazzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu osservati, inklużi sistemi ta' kxif u ta' evitar, notevolment fir-rigward tal-operazzjoni f'żoni ġeografiċi partikolari (bħal impjanti tal-enerġija kimika jew tal-enerġija nukleari, oqsma industrijali u ajrudromi), lil hinn minn ċerti distanzi mill-operatur jew f’ċerti altitudnijiet.

Emenda    377

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Is-sistema ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1)(fa) tirrispetta l-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, inklużi d-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-dejta, id-dritt tal-protezzjoni tal-ħajja privata, minquxa fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (KDF), id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Is-sistema ta’ reġistrazzjoni trid tiżgura li l-garanziji għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta jkunu inkorporati f’konformità mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    378

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Irid ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin biex jiġi żgurat livell sodisfaċenti ta’ sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra matul it-tħaddim tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ riskju tat-tħaddim kif meħtieġ:

Irid ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin biex jiġi żgurat livell għoli u unformi ta’ sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra matul it-tħaddim tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta’ riskju tat-tħaddim kif meħtieġ:

Emenda    379

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 2 – punt 2.1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Sabiex jiġu żgurati kultura ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali għall-utent, il-prodotti kollha tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu akkumpanjati minn fuljetti, u l-informazzjoni prinċipali li tinsab f’dawk fuljetti terġa' tiġi inkluża f’kull forma ta’ pubbliċità, inkluż l-Internet;

Emenda    380

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 2 – punt 2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna li tħaddem inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jkollha l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza tal-operat u li dan ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta’ tħaddim. Din il-persuna għandha wkoll turi stat mediku tajjeb, jekk dan huwa meħtieġ biex jittaffew ir-riskji involuti fl-operazzjoni kkonċernata.

Il-bdot mill-bogħod ikollu l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza tal-operat u li dawn ikunu proporzjonati għar-riskji assoċjati mat-tip ta’ tħaddim. Għal operazzjonijiet ta' natura kummerċjali u operazzjonijiet li għalihom huwa meħtieġ ċertifikat jew hija meħtieġa dikjarazzjoni, il-bdot mill-bogħod, meta -japplika, tinħariġlu liċenzja ta' pilota ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord meta l-applikant ikun ta prova ta' konformità mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47(1)(d). Din il-persuna għandha wkoll turi stat mediku tajjeb, jekk dan huwa meħtieġ biex jittaffew ir-riskji involuti fl-operazzjoni kkonċernata.

Emenda    381

Proposta għal regolament

Anness IX – punt 2 – punt 2.4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Inġenji tal-ajru u operazzjonijiet mingħajr bdot abbord iridu jiżguraw konformità mad-drittijiet rilevanti ggarantiti skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ dik il-Karta u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u kif regolat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

(1)

ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-regolament propost dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u l-istabbiliment ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, hija parti mill-“Istrateġija dwar l-Avjazzjoni għat-Tisħiħ tal-Kompetittività tas-Settur tal-Avjazzjoni tal-UE” mressqa mill-Kummissjoni lill-Kumitat TRAN tal-Parlament Ewropew f’Diċembru 2015. Il-proposta tibni fuq iktar minn tnax-il sena ta’ esperjenza fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u tal-predeċessur tiegħu, u għandha l-għan li tħejji l-passi li jmiss tal-iżvilupp tal-Aġenzija.

Filwaqt li ssostni b’mod ġenerali s-sikurezza tal-avjazzjoni bħala l-objettiv prinċipali u aħħari, il-proposta tqis ukoll l-interessi espressi minn partijiet interessati, kif ukoll l-iżviluppi ġenerali fl-avjazzjoni. Fuq din il-bażi, il-proposta tispjega għadd ta’ ideat innovattivi bħall-introduzzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-prestazzjoni lejn ir-regolazzjoni tas-sikurezza, l-interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni u oqsma tekniċi oħra tar-regolament, bħas-sigurtà tal-avjazzjoni jew l-protezzjoni tal-ambjent. Il-proposta għandha l-għan li toħloq qafas regolatorju għall-integrazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u ta’ teknoloġiji emerġenti, bħal inġenji tal-ajru mingħajr bdot (drones). Il-proposta tindirizza l-kwistjoni tan-nuqqas ta' riżorsi f'uħud mill-awtoritajiet nazzjonali u tinkludi qafas għall-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' riżorsi tekniċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-EASA. Fl-aħħar nett, proposta għal regolament tinkludi arranġamenti ġodda għal koordinazzjoni u żvilupp ta’ riċerka u taħriġ fl-avjazzjoni.

Ir-rapporteur kellu konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati u qasam fehmiet dwar ir-regolament propost ma’ bosta minnhom. Tul ir-regolament kollu propost, ir-rapporteur ipprova jirrifletti t-tħassib espress tagħhom u jiżgura involviment ulterjuri u aktar effettiv tal-industrija ajrunawtika u tal-avjazzjoni.

Ir-rapporteur jappoġġja bil-qawwa l-EASA u huwa tal-fehma li sa din id-data wettqet b’suċċess il-kompiti tagħha. Huwa jilqa’ l-iżvilupp tal-Aġenzija u appoġġja l-estensjonijiet preċedenti tal-kompetenzi tal-Aġenzija. Ir-rapporteur jemmen li matul is-snin l-Aġenzija saret attur ewlieni fid-dinja tal-avjazzjoni u “alternattiva” rikonoxxuta għall-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti, filwaqt li żżomm il-fatturi partikolari tagħha stess. Ir-rapporteur jenfasizza li ma hemm l-ebda marġini ta’ manuvrar dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, li għandha tibqa’ l-prinċipju aħħari u ta’ gwida tal-Aġenzija.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-iżgurar tas-sikurezza tal-avjazzjoni jitlob li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li jistgħu jkunu relatati direttament. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur jappoġġja espliċitament il-bidliet kollha inklużi fil-proposta li jirreferu għall-interdipendenzi speċifiċi bejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni. Ir-rapporteur, madankollu, huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet relatati mal-ajrudromi għandhom jiddistingwu bejn it-tipi differenti ta’ tagħmir tal-ajrudrom. Għalhekk, ir-rapporteur inkluda xi suddiviżjonijiet bħal tagħmir marbut mas-sikurezza u t-tagħmir tal-ajrudrom li jkun kritiku għas-sikurezza. Ir-rapporteur estenda wkoll il-kompiti tal-Aġenzija fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, b'mod partikolari ċ-ċibersigurtà. bl-istess mod, ir-rapporteur inkluda numru ta' dispożizzjonijiet rigward interdipendenzi oħra bħal bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li s-sikurezza tal-avjazzjoni mhijiex biss kwistjoni għall-industrija iżda wkoll kwistjoni ta’ superviżjoni u implimentazzjoni effettiva tar-regoli mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali. Ir-rapporteur jaqbel li t-trasferiment ta’ kompetenzi minn Stat Membru lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor huwa approċċ realistiku lejn il-livell differenti eżistenti ta’ riżorsi fi ħdan l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Istati Membri. Ir-rapporteur iddefinixxa b’mod ċar liema responsabilitajiet jistgħu jiġu ttrasferiti u żied bosta salvagwardji addizzjonali li jikkonċernaw il-proċedura għat-trasferiment ta’ kompetenzi, notevolment billi ta dettalji dwar il-kontenut tal-pjan ta’ tranżizzjoni. Madankollu, ir-rapporteur jemmen li jista’ jsir aktar biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni u għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi li, bħal entitajiet kwalifikati, li jwettqu kompiti f’isem awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni jew l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom ukoll ikunu akkreditati mill-Aġenzija. Tali proċess ta’ akkreditament jippermetti li jiġi analizzat il-livell eżistenti tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni kollha fl-UE. Barra minn hekk, ir-rapporteur hu tal-fehma li l-Istati Membri, għal raġunijiet ta’ effiċjenza tas-sikurezza, għandu jkollhom awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni unika.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li, b’kont meħud tal-għarfien espert fl-avjazzjoni tal-Aġenzija, din tal-aħħar tiżvolġi rwol iktar attiv u deċiżiv f’dawk il-każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li jirreaġixxi immedjatament għal kwistjoni ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili billi jiddevja minn regoli applikabbli tal-UE. Bl-istess mod, l-Aġenzija tieħu deċiżjoni dwar klawsoli ta’ parteċipazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà, li hija r-responsabbiltà esklussiva tagħha. Fuq l-istess linja, ir-rapporteur iqis li l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa bħala l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar ta’ operaturi tal-ajru li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed u/jew li huma involuti f’operazzjonijiet bejn Stati Membri differenti jew barra t-territorju tal-Istati Membri.

Rigward il-kwistjoni partikolari tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (drones), li reċentement irċeviet rappurtaġġ negattiv tal-midja sinifikanti, u li tista' ssir kwistjoni serja tas-sikurezza tal-avjazzjoni jekk id-drones jkunux trattati b’mod adegwat, ir-rapporteur iqis li t-test tal-proposta huwa insuffiċjenti. Ir-rapporteur jissuġġerixxi li jsiru aktar konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati sabiex ikunu jistgħu jiġu mfassla regoli dwar id-drones li jippermettu l-integrazzjoni sikura tagħhom fl-ispazju tal-ajru komuni ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord u tingħata ċertezza legali. Ir-rapporteur jemmen li l-iżvilupp mistenni ta' din l-industrija jirrikjedi regoli rigorużi, anke sabiex tiġi żgurata l-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

Fid-dawl tal-estensjonijiet sinifikanti suċċessivi ta’ kompetenzi tal-Aġenzija għal oqsma mhux espliċitament ta’ natura tas-sikurezza tal-avjazzjoni matul is-snin, ir-rapporteur jemmen li wasal iż-żmien li jiġu riflessi dawn il-bidliet ukoll f’isem l-Aġenzija. Konsegwentement, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-isem tal-Aġenzija jiġi adattat, bħal awtoritajiet tal-avjazzjoni oħra. Il-prinċipju u l-objettiv gwida ġenerali tal-Aġenzija, jiġifieri s-sikurezza tal-avjazzjoni, jibqgħu ma jinbidlux u huma ggarantiti mill-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, tar-Regolament.

Dwar kwistjonijiet istituzzjonali, ir-rapporteur tenna għadd ta’ pożizzjonijiet li diġà ġew adottati mill-Parlament fil-passat, pereżempju, il-kompożizzjoni u l-maġġoranzi tal-votazzjoni fil-Bord tal-Ġestjoni/fil-Bord Eżekuttiv, u l-obbligu tad-Direttur Eżekuttiv biex jidher quddiem il-Kumitat TRAN qabel il-ħatra tiegħu jew f’nofs it-terminu tiegħu. Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li għandu jkun hemm Bord tal-Appell wieħed biss, sabiex jiġu evitati spejjeż żejda għall-industrija.

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-Aġenzija, ir-Rapporteur talab kooperazzjoni internazzjonali aktar qawwija, il-promozzjoni ta' standards tal-UE u ssuġġerixxa obbligi inqas rigorużi fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, ir-rapporteur issuġġerixxa, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet espressi mill-industrija, li l-Aġenzija tkun tista’ tistabbilixxi uffiċċji lokali f’pajjiżi terzi fejn hemm ħtieġa ta' industrija (ta' ċertifikazzjoni).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Common rules in the field of civil aviation and establishing a European Union Aviation Safety Agency

Referenzi

COM(2015)0613 – C8-0389/2015 – 2015/0277(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

18.1.2016

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

18.1.2016

ENVI

18.1.2016

ITRE

18.1.2016

LIBE

18.1.2016

Not delivering opinions

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

22.12.2015

ITRE

28.1.2016

LIBE

2.2.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marian-Jean Marinescu

5.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2016

11.7.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Ramona Nicole Mănescu, Davor Škrlec, Matthijs van Miltenburg

Data tat-tressiq

2.12.2016

Avviż legali