Proċedura : 2016/2146(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0366/2016

Testi mressqa :

A8-0366/2016

Dibattiti :

PV 15/12/2016 - 3
CRE 15/12/2016 - 3

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0512

RAPPORT     
PDF 902kWORD 194k
2.12.2016
PE 585.817v04-00 A8-0366/2016

dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015

(2016/2146(INI))

Kumitat għall-Petizzjonijiet

Rapporteur: Ángela Vallina

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015

(2016/2146(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-importanza tad-dritt ta' petizzjoni u l-utilità li l-Parlament ikun immedjatament infurmat bit-tħassib speċifiku taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur, partikolarment l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-l-Artikolu 216(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0366/2016),

A.  billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-għan li jippreżenta analiżi tal-petizzjonijiet li waslu fl-2015, ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra u li jippreżenta stampa vera tal-objettivi milħuqa matul is-sena 2015;

B.  billi fl-2015 tressqu 1 431 petizzjoni, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' madwar 47 % fir-rigward tal-2014, li fiha l-Parlament irċieva 2 714-il petizzjoni; billi 943 petizzjoni ġew ikkunsidrati ammissibbli; li minnhom 424 petizzjoni kellhom eżami rapidu u ngħalqu wara li l-petizzjonant ġie informat kif xieraq dwar il-kwistjoni li kienet tikkonċernah, u billi 519-il petizzjoni għadhom miftuħa sabiex jiġu diskussi fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi 483 petizzjoni ġew iddikjarati inammissibbli;

C.  billi l-għadd ta' petizzjonijiet irċevuti huwa modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE, u dan jindika li l-maġġoranza taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE sfortunatament għadhom ma jafux dwar l-eżistenza tad-dritt ta' petizzjoni u dwar l-utilità possibbli tiegħu bħala mezz biex tinġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet li jolqtuhom u jħassbuhom, u li jaqgħu fil-qasam ta' attività tal-Unjoni;

D.  billi fl-2015 483 petizzjoni ġew iddikjarati inammissibbli u billi għad hemm konfużjoni kbira dwar il-qasam tal-attivitajiet tal-UE, kif muri mill-għadd għoli ta' petizzjonijiet inammissibbli li tressqu (33,8 %); billi sabiex dan jiġi rrimedjat jeħtieġ li titħeġġeġ u titjieb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini u li jiġu spjegati l-oqsma differenti ta' kompetenza – dak Ewropew, dak nazzjonali u dak lokali;

E.  billi kull petizzjoni tiġi kkunsidrata u eżaminata bir-reqqa, b'mod effiċjenti u trasparenti;

F.  billi l-petizzjonanti għandhom it-tendenza li jkunu ċittadini li jimpenjaw ruħhom favur is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali u t-titjib u l-benesseri tal-ġejjieni tas-soċjetajiet tagħna; billi l-esperjenza ta' dawn iċ-ċittadini fir-rigward ta' kif jiġu pproċessati l-petizzjonijiet tagħhom hija influwenti ħafna fid-determinazzjoni tal-perċezzjoni tagħhom dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u r-rispett għad-dritt ta' petizzjoni stabbilit fid-dritt tal-UE;

G.  billi l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li hija eletta direttament miċ-ċittadini, u billi d-dritt ta' petizzjoni joffrilhom il-mezzi biex jiġbdu l-attenzjoni tar-rappreżentanti eletti tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom; billi sfortunatament il-Kumitat għall-Petizzjonijiet m'għandux biżżejjed kapaċità ta' inkjesta fih nnifsu fil-preżent;

H.  billi, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi promossa l-governanza tajba u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom bl-aktar mod miftuħ possibbli;

I.  billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jkun element kruċjali għal demokrazija parteċipattiva li fiha d-dritt ta' kull ċittadin li jkollu parteċipazzjoni diretta fil-ħajja demokratika tal-Unjoni jiġi protett b'mod effettiv; billi governanza demokratika u parteċipattiva ġenwina għandha tiżgura trasparenza sħiħa, protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali u involviment prattiku tal-pubbliku fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet; billi permezz tal-petizzjonijiet il-Parlament Ewropew jista' jisma', jagħti informazzjoni u jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tiegħu, filwaqt li jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-istituzzjonijiet fl-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom kollha f'dan ir-rigward fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom; billi għandu jiġi evalwat l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum ta' dawk li jgħixu fl-UE permezz tal-petizzjonijiet imsemmija hawn fuq;

J.  billi, wara l-avvenimenti riċenti fir-Renju Unit, il-kriżi umanitarja tar-rifuġjati, l-impatt soċjali u ekonomiku serju ħafna tal-miżuri ta' awsterità, l-inabilità li l-kriżi finanzjarja tissolva b'tali mod li ċ-ċittadini kollha jiġu ggarantiti ħajja libera u dinjituża u protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali tagħhom, u ż-żieda fil-ksenofobija u r-razziżmu fl-Ewropa kollha, qed tiġi ddubitata l-fiduċja fis-sistema u fil-proġett Ewropew kollu kemm hu; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu r-responsabilità u l-isfida kbira li jżomm u jsaħħaħ id-djalogu kostruttiv maċ-ċittadini Ewropej fuq kwistjonijiet Ewropej;

K.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa fl-aħjar pożizzjoni biex juri liċ-ċittadini dak li l-UE qed tagħmel għalihom u liema soluzzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti fil-livell Ewropew, nazzjonali jew lokali; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jagħmel ħidma sinifikanti biex jispjega u possibilment juri bil-provi l-kisbiet u l-benefiċċji tal-proġett Ewropew;

L.  billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament Ewropew biex jirreaġixxi għall-problemi relatati primarjament mal-applikazzjoni u t-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE u biex jgħin biex dawn jissolvew; billi l-petizzjonijiet jirrappreżentaw sors siewi ta' informazzjoni diretta bbażat fuq l-esperjenzi taċ-ċittadini stess li jgħinu biex jiġu identifikati ksur u nuqqasijiet potenzjali dwar kif il-leġiżlazzjoni tal-UE hija implimentata fil-livell nazzjonali u, fl-aħħar mill-aħħar, immonitorjata mill-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta' gwardjana tat-Trattati; billi l-petizzjonijiet li huma bbażati fuq l-oqsma ta' attività tal-UE u li jissodisfaw il-kriterji ta' ammissibilità huma għodda bażika fl-iskoperta bikrija ta' dewmien fit-traspożizzjoni u fl-infurzar veru tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; billi, permezz tal-petizzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jilmentaw dwar każijiet ta' nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jgħinu biex jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-UE;

M.  billi, għaldaqstant, il-petizzjonijiet għandhom importanza kbira fil-proċess leġiżlattiv peress li jipprovdu lil kumitati oħra tal-Parlament b'informazzjoni utli u diretta għall-ħidma leġiżlattiva tagħhom fl-oqsma rispettivi tagħhom; billi l-petizzjonijiet mhumiex biss ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda għandhom ikunu impenn kondiviż mill-kumitati kollha tal-Parlament Ewropew;

N.  billi, permezz tal-użu ta' petizzjonijiet, iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE jistgħu jirrapportaw applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-UE; billi wkoll b'dan il-mod iċ-ċittadini huma sors siewi ta' informazzjoni biex ikun identifikat il-ksur tad-dritt tal-UE;

O.  billi minbarra li jipprovdu feedback rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-petizzjonijiet jistgħu wkoll jgħinu biex jiġu identifikati lakuni fid-dritt tal-UE u biex jiġu vvalutati l-impatti tan-nuqqas ta' regolamentazzjoni f'ċerti oqsma, u b'hekk isiru impetu għal aktar sforzi leġiżlattivi;

P.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel użu akbar mill-istrumenti speċifiċi disponibbli għalih bħala kumitat, bħall-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba orali u r-riżoluzzjonijiet qosra, sabiex jagħti viżibilità lill-kwistjonijiet differenti ta' tħassib għaċ-ċittadini, jew billi jibgħat mistoqsijiet u riżoluzzjonijiet lis-sessjoni plenarja tal-Parlament, bħal pereżempju r-riżoluzzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja jew dwar l-aħjar interessi tat-tfal fl-Ewropa;

Q.  billi fl-2015 il-petizzjonijiet sottomessi miċ-ċittadini ġew ipproċessati aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti billi l-ħin għall-korrispondenza mal-petizzjonanti tqassar; billi s-segretarjat għamel sforz notevoli sabiex jikseb dan it-titjib;

R.  billi l-petizzjonanti jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħidma tal-kumitat billi jipprovdu informazzjoni diretta supplementari lill-Membri tal-Kumitat u lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li huma preżenti; billi, bil-fatt li jieħdu sehem f'diskussjonijiet u jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom flimkien ma' informazzjoni aktar dettaljata, huma jikkontribwixxu biex jiġi stabbilit djalogu mexxej u kostruttiv mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea; billi fl-2015, 191 petizzjonant attendew id-deliberazzjonijiet tal-kumitat u pparteċipaw fihom; billi, għalkemm dan in-numru jidher li huwa relattivament baxx, wieħed m'għandux jinsa li l-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġu trażmessi u jippermettu lill-petizzjonanti jsegwu d-dibattiti live kemm f'ħin reali kif ukoll wara b'ripetizzjonijiet permezz ta' streaming tal-internet;

S.  billi ġie adottat metodu speċifiku ta' pproċessar tal-petizzjonijiet li jikkonċernaw il-benesseri tat-tfal, u nħoloq grupp speċjali ta' ħidma dwar dan is-suġġett, li ġie konstitwit fis-17 ta' Settembru 2015 u b'Eleonora Evi bħala l-President tiegħu;

T.  billi s-sottomissjoni ta' petizzjoni spiss issir fl-istess ħin mal-preżentazzjoni ta' lment lill-Kummissjoni Ewropea li tista' twassal għal proċedimenti ta' ksur; billi fl-2015 il-Parlament Ewropew wissa, permezz ta' petizzjonijiet u mistoqsijiet, lill-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fil-mod li bih xi Stati Membri kien qed japplikaw u jimplimentaw ċerti liġijiet tal-UE;

U.  billi dawn il-petizzjonijiet wasslu għal ilmenti fil-qasam tal-ambjent; billi l-Kummissjoni bagħtet ittra ta' avviż formali lill-Finlandja għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent; billi f'ħames każijiet oħra fi kwistjonijiet ambjentali l-Kummissjoni bdiet djalogi bilaterali mal-Istati Membri kkonċernati; billi l-każijiet kienu relatati mal-gass tax-shale, il-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-lupu, l-applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva dwar il-valutazzjoni strateġika ambjentali u l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali;

V.  billi l-petizzjonijiet sottomessi miċ-ċittadini jittrattaw ukoll kwistjonijiet ta' ġustizzja u kooperazzjoni ġudizzjarja peress li, bħala riżultat ta' petizzjoni, il-Kummissjoni bdiet djalogu bilaterali ma' Stat Membru dwar ir-restrizzjonijiet tiegħu dwar il-bidla fl-isem wara ż-żwieġ;

W.  billi l-Kummissjoni bdiet ukoll taħdidiet bilaterali fuq il-bażi ta' diversi petizzjonijiet ma' bosta Stati Membri dwar it-taxxi fuq il-proprjetà immobbli u dwar it-taxxa lokali ta' residenza mħallsa mill-istudenti;

X.  billi l-Kummissjoni bi ħsiebha ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-bażi tat-traspożizzjoni u ta' kontrolli sistematiċi dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; billi l-Kummissjoni ddikjarat li se tieħu miżuri xierqa, inkluża t-tnedija ta' każijiet ġodda tal-EU Pilot u proċedimenti ta' ksur meta tiskopri ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

Y.  billi l-involviment tal-Parlament f'dawn il-proċedimenti jippermetti skrutinju akbar fuq il-ħidma investigattiva tal-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE; billi l-ebda petizzjoni m'għandha tingħalaq meta tkun għadha qed tiġi investigata mill-Kummissjoni;

Z.  billi l-Kummissjoni fir-rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tippubblika l-azzjonijiet relatati mal-ksur tad-dritt tal-UE u tiżvela informazzjoni dwar il-proċedimenti ta' ksur f'forma ta' stqarrijiet għall-istampa; billi dawn id-deċiżjonijiet dwar il-proċedimenti ta' ksur jistgħu jiġu kkonsultati fil-bażi tad-data tal-Kummissjoni disponibbli fuq is-sit web Europa; billi informazzjoni aktar min-naħa tal-Kummissjoni fl-interventi tagħha fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'każijiet relatati ma' petizzjonijiet tikkontribwixxi għal aktar trasparenza u kooperazzjoni b'anqas xkiel bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;

AA.  billi l-kwistjonijiet ewlenin imqajma fil-petizzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħall-protezzjoni tal-ambjent (b'mod partikolari t-trattament tal-ilma tad-drenaġġ, il-ġestjoni tal-iskart, l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass u taż-żejt), każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-konsumatur, l-applikazzjoni tal-ġustizzja (b'mod partikolari id-drittijiet ta' kustodja fir-rigward tal-minuri) id-drittijiet fundamentali (b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u tal-minoranzi), il-moviment liberu tal-persuni, id-diskriminazzjoni, l-immigrazzjoni, l-impjiegi u l-benesseri tal-annimali;

AB.  billi l-portal tal-internet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li beda jopera lejn l-aħħar tal-2014, huwa operattiv iżda mhux finalizzat; billi l-portal għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE b'għodda elettronika biex ikunu jistgħu jressqu petizzjonijiet u jsegwu kontinwament l-ipproċessar tagħhom, kif ukoll jiffirmaw elettronikament il-petizzjonijiet tagħhom stess u jżidu l-appoġġ tagħhom f'dawk ta' petizzjonanti oħra li s-suġġett tagħhom jinteressahom; billi n-nuqqasijiet f'ċerti funzjonalitajiet bażiċi, bħall-magna tat-tiftix, ippersistew matul l-2015 u sa ftit ilu xekklu r-rwol tal-portal bħala spazju interattiv ta' skambju bejn iċ-ċittadini; billi din il-problema finalment ġiet solvuta;

AC.  billi l-portal tfassal biex tiżdied t-trasparenza u l-interattività tal-proċedura ta' petizzjoni, u billi dan jagħmel l-amministrazzjoni aktar effettiva fl-interess tal-petizzjonanti, tal-Membri u tal-pubbliku ġenerali; billi t-tieni fażi tal-proġett, maħsuba primarjament sabiex issaħħaħ l-ipproċessar amministrattiv tal-petizzjonijiet iżda wkoll biex tippermetti s-segwitu f'ħin reali ta' petizzjonijiet mill-petizzjonanti oriġinali u minn dawk li jappoġġjawhom, ma rat l-ebda progress sostanzjali matul l-2015, filwaqt li skont l-ippjanar inizjali suppost li diġà kienet tlestiet sa dak iż-żmien;

AD.  billi d-dewmien suċċessiv fil-fażijiet sussegwenti tal-proġett iġġenera volumi addizzjonali ta' xogħol fis-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minħabba l-bżonn li l-fajls rilevanti jittellgħu manwalment fil-bażijiet tad-data differenti; billi għad hemm petizzjonijiet pendenti x'jittellgħu, peress li s'issa l-petizzjonijiet miftuħa kollha rċevuti fl-2013, l-2014 u l-2015 biss iddaħħlu fil-portal, u billi attwalment qed issir ħidma biex jittellgħu l-petizzjonijiet li waslu fl-2016;

AE.  billi ċerti nuqqasijiet ġew rettifikati, b'mod konkret fir-rigward tal-funzjoni ta' tiftix u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant, u billi saret ħidma kif skedata mit-tieni nofs tal-2016 biex jitjiebu l-utilità u l-viżibilità tas-servizz għaċ-ċittadini;

AF.  billi l-ammissibilità tal-petizzjonijiet hija bbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 227 tat-TFUE; billi l-kunċett tal-qasam ta' attività tal-Unjoni jmur ferm lil hinn mil-lista twila ta' kompetenzi; billi dikjarazzjoni ta' inammissibilità tista' tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju jekk ma tkunx iġġustifikata kif xieraq bi qbil ma' dawn il-kriterji;

AG.  billi l-qrati nazzjonali huma primarjament responsabbli biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi implimentata korrettament fl-Istati Membri; billi, f'dan il-kuntest, sentenza preliminari mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hija għodda siewja disponibbli għas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali; billi f'xi Stati Membri din il-proċedura ftit li xejn intużat, jekk mhux qatt; billi l-petizzjonijiet jipprovdu possibilità alternattiva u indipendenti biex isiru inkjesti u kontrolli fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u billi dawn iż-żewġ proċeduri alternattivi għalhekk m'għandhomx jeskludu lil xulxin;

AH.  billi l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandha tkun għodda importanti li tippermetti li ċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, u billi l-potenzjal tagħha għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu informati bis-sħiħ dwar kwistjonijiet li huma ta' kompetenza tal-UE u ta' kompetenza nazzjonali; billi d-differenzi ewlenin bejn l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u d-dritt ta' petizzjoni għandhom jiġu kkomunikati aħjar liċ-ċittadini; billi l-Parlament għandu responsabilità speċifika li jagħmel dan l-istrument suċċess reali; billi, kif intwera fid-dikjarazzjonijiet tas-smigħ pubbliku tat-22 ta' Frar 2015, hemm sentiment ġenerali fost l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li l-ostakoli amministrattivi jridu jitneħħew jekk iridu nikisbu l-aħjar riżultati possibbli f'termini ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini;

AI.  billi, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fl-1 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa tal-fehma li għandha tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tiegħu sabiex jinstabu n-nuqqasijiet u jiġu proposti soluzzjonijiet konkreti vijabbli għar-reviżjoni rapida tiegħu sabiex jitjieb il-funzjonament tiegħu;

AJ.  billi fl-2015, minħabba l-piż tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, saret biss żjara waħda ta' ġbir ta' informazzjoni fir-rigward tal-petizzjonijiet li ġew investigati fl-2015; billi l-investigazzjoni mwettqa fir-Renju Unit fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 dwar il-kwistjoni tal-adozzjoni mingħajr il-kunsens tal-ġenituri għamlitha possibbli li l-membri tad-delegazzjoni jifhmu s-sitwazzjoni aħjar, peress li setgħu jiddiskutu l-kwistjoni mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet differenti fir-Renju Unit involuti fil-kwistjoni;

AK.  billi fl-2016, malli l-ammont ta' xogħol innormalizza ruħu, saru tliet żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-petizzjonijiet investigati fl-2016; billi żjarat bħal dawn huma prerogattiva speċifika tal-Kumitat u parti fundamentali mill-ħidma tiegħu, li tinkludi l-interazzjoni mal-petizzjonanti u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati; billi l-membri ta' dawn id-delegazzjonijiet jieħdu sehem b'importanza indaqs fl-attivitajiet kollha, inkluż fl-abbozzar tar-rapport finali;

AL.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jassumi r-responsabilitajiet fir-rigward tal-Ombudsman Ewropew, li hu responsabbli mill-investigazzjoni ta' lmenti minn ċittadini u residenti tal-UE dwar il-possibilità ta' amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, u li dwarhom joħroġ ukoll rapport annwali, ibbażat fuq ir-Rapport Annwali proprju tal-Ombudsman Ewropew;

AM.  billi fis-26 ta' Mejju 2015 Emily O'Reilly, l-Ombudsman Ewropew, ippreżentat ir-rapport tagħha annwali għall-2014 lil Martin Schulz, President tal-Parlament Ewropew; u billi fit-23 ta' Ġunju 2015 l-Ombudsman ippreżentat ir-rapport tagħha fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istituzzjoni tagħha;

AN.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali, il-kumitati għall-petizzjonijiet u korpi simili tal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-UE, u pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea u/jew taż-żona Schengen. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa membru sħiħ ta' dan in-netwerk, li bħalissa għandha 94 uffiċċju f'36 pajjiż;

AO.  billi kull petizzjoni tiġi eżaminata u indirizzata b'attenzjoni u kull petizzjonant irid jirċievi tweġiba f'perjodu raġonevoli ta' żmien;

AP.  billi l-petizzjonanti kollha għandu jkollhom il-possibilità li jippreżentaw direttament il-każijiet tagħhom lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

1.  Jenfasizza li d-dritt ta' petizzjoni jrid isaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Parlament Ewropew biex jgħinu jsolvi l-problemi relatati primarjament mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, peress li l-petizzjonijiet, li huma bbażati fuq l-oqsam ta' attività tal-UE u jissodisfaw il-kriterji ta' ammissibilità, jirrappreżentaw sors siewi ta' informazzjoni biex jinstab il-ksur potenzjali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar mis-setgħat tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju billi tfittex tagħmel użu aktar effiċjenti mill-proċedura ta' ksur skont l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE;

2.  Jenfasizza r-rwol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jisma' u jgħin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini; jemmen li l-petizzjonijiet jistgħu jgħinu biex jiġi vvalutat aħjar l-impatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies billi jaġixxu bħala pont bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-opportunità u l-isfida kbira li jidħol fi djalogu affidabbli u siewi maċ-ċittadini, flimkien mal-possibilità li jqarreb lill-istituzzjonijiet tal-UE lejn iċ-ċittadini tagħha; jinnota li dan għandu jgħin biex tiġi promossa d-demokrazija parteċipattiva; iqis li sabiex jintlaħaq dan l-għan huwa kruċjali li jkun hemm reazzjoni adegwata għall-petizzjonijiet, kemm f'termini ta' żmien kif ukoll ta' kwalità tat-tweġiba;

4.  Ifakkar li r-rappreżentanza ndaqs u proporzjonata tan-nazzjonalitajiet tal-petizzjonanti fid-dibattiti pubbliċi tal-kumitat għandha tiġi rrispettata; sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-kumitat, għandha titħeġġeġ rappreżentazzjoni xierqa u ġusta tal-Istati Membri kollha fid-dibattiti pubbliċi tiegħu;

5.  Jenfasizza li l-petizzjonijiet huma wkoll ta' importanza fil-proċess leġiżlattiv, billi jidentifikaw lakuni u nuqqasijiet eżistenti fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u billi jipprovdu lil kumitati oħra tal-Parlament b'informazzjoni utli u diretta għall-ħidma leġiżlattiva tagħhom fl-oqsma rispettivi tagħhom; jilqa' l-interazzjoni akbar tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mal-kumitati parlamentari l-oħra, kif ukoll il-preżenza aktar frekwenti ta' kwistjonijiet relatati mal-petizzjonijiet fil-plenarja; iqis li l-petizzjonijiet mhumiex biss ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda għandhom ikunu sforz komuni min-naħa tal-kumitati kollha tal-Parlament; jilqa' l-intenzjoni li jitwaqqaf netwerk informali ta' petizzjonijiet fil-Parlament, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti minn kull kumitat parlamentari, sabiex tkun garantita koordinazzjoni bla xkiel u effettiva tal-ħidma relatata mal-petizzjonijiet; jemmen li n-netwerk irid jippermetti li jinkiseb fehim aħjar tar-rwol tal-petizzjonijiet fil-ħidma parlamentari, u jrid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-kumitati fi kwistjonijiet imqajma mill-petizzjonanti; jistieden lill-kumitati parlamentari kkonċernati kollha biex jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-petizzjonijiet mibgħuta lilhom u biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar korrett tal-petizzjonijiet;

6.  Jirrikonoxxi li l-Parlament għandu wkoll rwol politiku kruċjali x'jaqdi fir-rigward tal-azzjonijiet ta' infurzar tal-Kummissjoni, billi jwettaq skrutinju tar-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jadotta riżoluzzjonijiet parlamentari rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imressqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jidentifikaw diskrepanzi speċifiċi fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fuq il-bażi ta' petizzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni xierqa u tirrapporta lura lill-Parlament dwar is-segwitu tagħha; jistieden, barra minn hekk, lill-Kunsill u lill-Parlament jieħdu azzjoni speċifika fl-adozzjoni tar-Regolament 2013/0140/COD dwar l-eżenzjoni ta' Drosophila melanogaster minn kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni, kif issuġġerit mir-rebbieħa tal-Premju Nobel (professuri tal-bijokimika) fil-Petizzjoni 1358/2011;

7.  Jilqa' l-fatt li fl-2015 iż-żmien għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet naqas, iżda jsostni madankollu li s-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu bżonn immedjat ta' aktar riżorsi tekniċi u aktar persunal sabiex jiggarantixxi l-eżami diliġenti u tnaqqis ulterjuri fil-ħin tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet, filwaqt li jiżgura l-kwalità tat-trattament tagħhom;

8.  Ikompli jqis li huwa obbligu partikolari li jiġi żgurat li l-inammissibilità jew l-għeluq ta' petizzjonijiet minħabba li jkunu infondati trid tkun ġustifikata bir-reqqa fir-rigward tal-petizzjonant;

9.  Jinnota li l-Kummissjoni hija involuta u timpenja ruħha fil-proċess ta' petizzjoni u li hi tirreaġixxi mill-aktar fis possibbli għall-petizzjonijiet il-ġodda lilha mibgħuta mill-Parlament; jinnota li t-tweġibiet tal-Kummissjoni sikwit ikunu ddettaljati u jittrattaw il-petizzjonijiet li huma fil-kompetenza tagħha; jinnota, madankollu, li f'bosta każijiet il-Kummissjoni ma tipprovdix elementi ġodda fit-tweġibiet tagħha għall-petizzjonijiet li dwarhom jintalab rieżami sabiex jinbidel l-istat u l-kuntest tagħhom; jiddispjaċih mill-okkażjonijiet meta l-Kummissjoni tiffoka essenzjalment fuq aspetti proċedurali u ma tidħolx fis-sustanza tal-kwistjoni; ifakkar lill-Kummissjoni li l-petizzjonijiet li jqajmu ksur potenzjali tad-dritt tal-UE jistgħu jingħalqu biss wara li tintemm l-analiżi xierqa tagħhom; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tibgħat uffiċjali ġeneralment kompetenti għal-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, peress li l-kwalità tat-trattament globali tal-petizzjonijiet tiżdied meta l-uffiċjali tal-ogħla gradi disponibbli jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fid-dibattiti; jiddispjaċih li matul il-laqgħat tal-kumitat it-tweġibiet tal-Kummissjoni ġeneralment ikunu limitati għall-kontenut tat-tweġiba uffiċjali mibgħuta lill-Kumitat u ma jagħtu l-ebda informazzjoni ġdida jew rilevanti li tkun tista' tagħmilha possibli li jissolvew il-kwistjonijiet imqajma; jinnota li t-tweġibiet bil-miktub jiġu kkunsidrati serjament, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija matul id-dibattiti orali li jsiru mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

10.  Iqis li fir-rwol tagħha bħala gwardjana tat-trattati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ambjentali, il-Kummissjoni għandha tmur lil hinn minn sempliċi eżami tal-konformità proċedurali, u tiffoka aktar fuq il-kontenut propju tal-kwistjoni ewlenija; ifakkar li l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-ispirtu finali tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE ta' prevenzjoni ta' ħsara irrimedjabbli fuq żoni ekoloġikament sensittivi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ li jippermettilha tagħmel użu mis-setgħat u mill-prerogattivi tagħha fuq bażi ex ante;

11.  Se jieħu aktar ħsieb fil-futur biex jiżgura li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament b'mod regolari dwar il-progress tal-proċeduri ta' ksur imressqa kontra Stati Membri individwali, sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar u sabiex il-petizzjonanti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar il-progress fi stadju bikri;

12.  Iqis li, għal raġunijiet ta' trasparenza, fi spirtu ta' kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-UE u skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni, fuq talba u meta jkun meħtieġ, għandha tagħti lill-Parlament sommarju tal-każijiet individwali relatati mal-proċedimenti tal-EU Pilot; ifakkar fit-talbiet preċedenti li għamel il-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex jiġi żgurat aċċess għad-dokumenti proċedurali ta' ksur u tal-EU Pilot, peress li spiss il-petizzjonijiet iwasslu għall-ftuħ ta' proċeduri bħal dawn; jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżviluppi fil-proċeduri ta' ksur li huma marbuta direttament mal-petizzjonijiet; jagħraf il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza massima fid-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-EU Pilot u l-proċeduri ta' ksur li diġà ntemmew;

13.  Iqis li l-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri ta' ksur miftuħa minħabba inkjesti relatati mal-petizzjonijiet għandha tiġi pprovduta lill-Parlament fil-ħin dovut, u b'mod partikolari fuq talba mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

14.  Iqis li huwa essenzjali li titjieb il-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali u mal-kumitati rilevanti tagħhom, kif ukoll mal-gvernijiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari sabiex din tgħin ħalli jiġi żgurat li l-petizzjoni tiġi indirizzata mill-awtoritajiet rilevanti u kompetenti; itenni l-istedina tiegħu għat-tnedija ta' djalogu strutturat mal-Istati Membri fil-forma ta' laqgħat regolari mal-kumitati parlamentari nazzjonali rilevanti; jilqa' l-fatt li delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Bundestag Ġermaniż kienet preżenti waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-4 ta' Mejju 2015; iħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali kkonċernati jattendu l-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; itenni l-importanza tal-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni waqt il-laqgħat u s-seduti ta' smigħ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

15.  Jirrikonoxxi l-impatt tal-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE fuq it-tisħiħ tal-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; ifakkar li d-dritt ta' petizzjoni, minqux fit-Trattat ta' Lisbona, huwa element importanti taċ-ċittadinanza Ewropea u barometru reali għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u għall-identifikazzjoni tal-lakuni possibbli; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jorganizza laqgħa regolari mal-kumitati nazzjonali dwar il-petizzjonijiet sabiex iżid l-għarfien dwar it-tħassib taċ-ċittadini Ewropej fl-UE u fl-Istati Membri u sabiex isaħħaħ aktar id-drittijiet tagħhom permezz ta' tfassil u implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet Ewropej;

16.  Itenni t-talba li saret fir-rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-2013(1) biex jinbeda djalogu strutturat imtejjeb mal-Istati Membri, pereżemjpu billi jsiru laqgħat regolari ma' membri tal-kumitati nazzjonali għall-petizzjonijiet jew ma' awtoritajiet kompetenti oħra; jistieden lill-Istati Membri jieħdu nota tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru fir-rapporti tal-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u matul id-djalogi;

17.  Jilqa' l-fatt li fl-2015, 191 ċittadin ressqu l-petizzjonijiet tagħhom direttament lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; ifakkar u jappoġġja r-rikors għall-vidjokonferenzi jew għal kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jekk dawn ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fiżikament;

18.  Jinnota l-interpretazzjoni restrittiva u dejqa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tistabbilixxi, fost oħrajn, li l-Karta hija indirizzata lill-Istati Membri "meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni biss"; jinnota li l-Artikolu 51(2) tal-Karta jiddisponi li l-Karta "ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni"; iħeġġeġ interpretazzjoni usa' tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, u li finalment terġa' tiġi vvalutata l-pertinenza ta' dan l-artikolu f'reviżjonijiet futuri tal-Karta u tat-trattati; jenfasizza li xejn ma jżomm lill-Istati Membri milli japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Karta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom lil hinn mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u jfakkarhom li huma marbuta wkoll b'obbligi internazzjonali oħrajn;

19.  Jiddispjaċih li l-petizzjonanti ma għadhomx informati biżżejjed dwar x'inhuma r-raġunijiet biex petizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli;

20.  Jiddeplora l-interpretazzjoni stretta u restrittiva tal-Kummissjoni Ewropea tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprevedi li "d-dispożizzjonijiet [tal]-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni"; ifakkar li, minħabba l-eżistenza tal-Artikolu 51 tal-Karta, l-aspettattivi taċ-ċittadini sikwit imorru lil hinn minn dak li huwa strettament permess mid-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Karta u li dawn spiss ma jiġux issodisfati, preċiżament minħabba din l-interpretazzjoni stretta u restrittiva; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ġdid aktar adattat għal dawn l-aspettattivi;

21.  Jiddispjaċih li ċ-ċittadini tal-Polonja u tar-Renju Unit għadhom mhumiex protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

22.  Jenfasizza li f'Jannar 2015, inħatru żewġ Membri bħala membri rappreżentattivi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-istrutturi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CPRD) u li fis-27 u t-28 ta' Awwissu 2015 dawn ħadu sehem fl-analiżi tar-rapport preliminari tal-Unjoni Ewropea u l-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'Ġinevra, l-Iżvizzera; jenfasizza l-ħidma importanti mwettqa b'mod kontinwu mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jieħu debitament nota tal-fatt li l-2015 kienet sena sinifikanti ħafna, peress li għall-ewwel darba aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti rrieżaminat il-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE; jilqa' l-fatt li kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti kellu l-opportunità li jisma' d-dettalji kollha dwar il-funzjoni ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jenfasizza li l-Kummissjoni bdiet tinkorpora l-Osservazzjonijiet Finali tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tan-NU fil-proċess tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet(2); jilqa' l-fatt li s-seduta pubblika bl-isem "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità mill-perspettiva tal-petizzjonjijiet mibgħuta", organizzata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-15 ta' Ottubru 2015, kellha livell għoli ta' aċċessibilità; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-konklużjonijiet tal-istudju mwettaq mid-Dipartiment Tematiku Ċ bl-isem "Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità"; iqis li huwa importanti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikompli jorganizza avvenimenti li jiffokaw fuq il-petizzjonijiet fil-qasam ta' diżabilità; jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u tas-segretarjat tiegħu sabiex dan ikun jista' jaqdi b'mod xieraq ir-rwol tiegħu ta' protezzjoni; jitlob li jinħatar uffiċjal responsabbli mill-ipproċessar tal-problemi relatati mad-diżabilità; jieħu nota tal-pjan ta' azzjoni sinifikanti ta' segwitu magħmul mill-kumitat fl-2015 fir-rigward tad-diżabilità f'suġġetti aktar speċifiċi, bħalma, pereżempju, ir-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx, l-iżblukkar tad-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni, l-eżenzjoni mid-dazji doganali għal ċerti oġġetti maħsuba għat-titjib kulturali, edukattiv jew xjentifiku tal-persuni b'diżabilità jew l-indukraturi tal-familja;

23.  Iħeġġeġ ratifika minnufih fil-livell tal-UE tat-Trattat ta' Marrakexx sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet ippubblikati għal persuni li huma għomja, li għandhom vista batuta, jew persuni b'diffikultà biex jaqraw materjal stampat, ikun xi jkun il-kunflitt fuq il-kompetenzi quddiem il-QtĠ-UE; li fl-Osservazzjonijiet Finali tiegħu f'Settembru 2015, il-Kumitat tas-CPRD semma' ċerti nuqqasijiet fl-UE fir-rigward tal-konformità sħiħa mal-Konvenzjoni; jinnota li l-UE hija meħtieġa tadotta minnufih Att Ewropew emendat dwar l-Aċċessibilità li jkun jinkludi mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli ta' infurzar u ta' lment; jinnota r-rekwiżit li jiġu diżakkoppjati r-rwoli tal-Kummissjoni billi titneħħa mill-qafas ta' monitoraġġ indipendenti, sabiex jiġi żgurat li l-qafas ikollu riżorsi adegwati għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu;

24.  Jenfasizza d-diversità tas-suġġetti li jitqajmu fil-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini, bħad-drittijiet fundamentali, il-benesseri tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, id-drittijiet tat-tfal, is-suq intern, il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, ir-relazzjonijiet industrijali, il-politiki dwar il-migrazzjoni, il-ftehimiet kummerċjali, il-kwistjonijiet dwar is-saħħa pubblika, it-trasport, id-drittijiet tal-annimali u d-diskriminazzjoni;

25.  Jenfasizza l-karattru sensittiv tal-petizzjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal, peress li f'każijiet bħal dawn hemm bżonn ta' tweġiba urġenti u adegwata għat-tħassib tal-petizzjonanti filwaqt li jinżammu l-aħjar interessi tat-tfal, fil-kuntest taż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jorganizza meta jkun qed jinvestiga petizzjonijiet;

26.  Iqis li l-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi tikkostitwixxi mod importanti kif jiġu eżaminati f'aktar dettall il-problemi mqajma mill-petizzjonanti li jaqgħu taħt l-oqsma ta' attività tal-UE, kif ukoll l-aspetti ġenerali tal-funzjonament tal-UE u n-nuqqasijiet sottostanti fihom; jiġbed l-attenzjoni għas-seduti pubbliċi organizzati fis-26 ta' Frar 2015 flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, fit-23 ta' Ġunju 2015 dwar id-dritt ta' petizzjoni, fil-15 ta' Ottubru 2015 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, tal-11 ta' Mejju 2015 ma' tliet kumitati oħrajn dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Inwaqqfu l-Vivisezzjoni", u jqis ukoll bħala utli s-sessjoni ta' ħidma li saret fl-1 ta' Diċembru 2015 flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-adozzjonijiet transfruntiera;

27.  Iqis li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija dritt politiku ġdid għaċ-ċittadini kif ukoll għodda rilevanti biex tiġi definita l-aġenda politika fil-qasam ta' demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea, li tippermetti liċ-ċittadini jkunu involuti direttament u b'mod attiv fil-proġetti u l-proċessi li jaffettwawhom, u li l-potenzjal tagħha għandu bla dubju jiġi sfruttat bis-sħiħ u għandu jitjieb b'mod sinifikanti sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli u sabiex l-akbar numru possibbli ta' ċittadini tal-Unjoni jitħeġġu jipparteċipaw fl-iżvilupp ulterjuri tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; iqis bl-istess mod li t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, tal-leġittimità demokratika u tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet għandu jkun fost l-objettivi prijoritarji tal-UE; ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li saru mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej(3) sabiex jiġi żgurat li d-dritt ta' sottomissjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jiġi implimentat kif suppost; itenni l-impenn tiegħu li jipparteċipa b'mod proattiv fl-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi dwar inizjattivi ta' suċċess; jintrabat li jagħti prijorità fil-livell istituzzjonali lill-effettività ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni u li jiggarantixxi segwitu leġiżlattiv xieraq;

28.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tqis li huwa kmieni wisq biex tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-1 ta' April 2012 li daħal fis-seħħ tliet snin ilu; iqis li jeħtieġ li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi evalwata bir-reqqa sabiex jiġu solvuti n-nuqqasijiet possibbli identifikati u jiġu proposti soluzzjonijiet vijabbli sabiex dan jiġi rivedut immedjatament, filwaqt li jiġi żgurat li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ikunu ġenwinament ċari, sempliċi, proporzjonati u jkunu faċilment applikabbli; jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u d-Deċiżjoni OI/9/2013/TN tal-Ombudsman Ewropew, u jitlob lill-Kummissjoni biex fir-reviżjoni ta' dan l-istrument tiżgura li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tipprovdi kontribut effettiv lill-Unjoni f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jiġu adottati l-miżuri legali kollha rilevanti sabiex jingħata segwitu xieraq meta jitqies li inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun ġiet ikkompletata b'suċċess; jitlob lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-bosta nuqqasijiet li tqajmu, tressaq malajr kemm jista' jkun proposta għal riforma tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

29.  Jiġbed l-attenzjoni għar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja(4) fid-dawl tal-petizzjonijiet li waslu, fejn il-Parlament għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-dritt ipotekarju u l-ġlieda kontra l-abbużi bankarji; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta' kreditu ipotekarju u tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawsoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, u biex tikkondividi l-aħjar prattika biex titjieb il-protezzjoni taċ-ċittadini f'diffikultà finanzjarja,

30.  Huwa mħasseb dwar l-evidenza ta' nuqqasijiet dwar l-aċċess xieraq għall-ġustizzja f'ċerti Stati Membri li nstabu bħala riżultat tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet; iqis li din hija kwistjoni essenzjali li għandha tiġi indirizzata minnufih sabiex jiġi garantit funzjonament demokratiku xieraq tal-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali miċ-ċittadini u mir-residenti tagħha; iqis li l-Unjoni għandha tagħti eżempju billi tintroduċi l-pilastru tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-ġustizzja dwar kwistjonijiet ambjentali;

31.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2016 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2014, kif ukoll għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014;

32.  Jilqa' l-issoktar ta' livell aktar normali ta' attività fil-qasam taż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni, u jistenna li l-potenzjal sħiħ ta' din il-prerogattiva speċifika tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġi sfruttat fis-snin li ġejjin sal-aħħar nett tal-perjodu leġiżlattiv; jisħaq fuq l-importanza tad-Dokumenti ta' Ħidma prodotti wara kull żjara, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet differenti kkonċernati sabiex iqisuhom; iqis li l-grad ta' konformità ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandu jiġi vvalutat perjodikament;

33.  Jenfasizza l-ħidma mwettqa fl-2015 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jagħmel disponibbli għall-petizzjonanti portal tal-internet li permezz tiegħu jkollhom l-opportunità li jirreġistraw ruħhom, iressqu petizzjoni, iniżżlu d-dokumenti ta' akkumpanjament u jinkitbu fil-petizzjonijiet li diġà ġew iddikjarati ammissibbli; jenfasizza l-aġġornament ta' dan il-portal, fejn diġà ttellgħu il-petizzjonijiet irreġistrati fl-2013, l-2014 u l-2015; jilqa' l-fatt li l-funzjonalitajiet il-ġodda ta' tiftix, ta' adeżjoni ma' petizzjoni eżistenti u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant iġġeddu u tjiebu;

34.  Ifakkar fil-passi li għadhom meħtieġa biex jiġu konklużi l-fażijiet pendenti tal-proġett tal-portal tal-petizzjonijiet, fejn il-petizzjonanti se jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni f'ħin reali dwar l-istatus tal-petizzjoni tagħhom u se jiġu notifikati awtomatikament dwar bidliet fil-proċess ta' pproċessar bħad-dikjarazzjoni ta' ammissibilità, ir-riċevuta ta' tweġiba mingħand il-Kummissjoni jew l-inklużjoni tal-petizzjoni tagħhom fl-aġenda ta' laqgħa tal-kumitat u l-link għax-xandir fuq il-web, u se jingħataw kuntatt mas-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jiksbu informazzjoni ċara u diretta; jisħaq li l-portal fuq il-web huwa sors ta' informazzjoni kruċjali għaċ-ċittadini tal-UE, u li għalhekk għandha tiġi provduta informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-petizzjoni;

35.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-adozzjoni tar-Regolament 910/2014/UE dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern; jisħaq li d-dokumenti ppreżentati u ffirmati b'firma elettronika minn kull wieħed mit-28 Stat Membru għandhom jiġu aċċettati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, kif ukoll mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea;

36.  Jenfasizza r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li huwa netwerk għal soluzzjoni tal-problemi bejn l-Istati Membri, u li għandu jiġi żviluppat sew biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu f'kollaborazzjoni ma' dawn l-Istati Membri u maċ-ċentri nazzjonali SOLVIT tagħhom li jirrapportaw lill-amministrazzjonijiet nazzjonali, u jitlob li dan jiġi mogħni b'riżorsi miżjuda u li ssir analiżi aktar sistematika tal-problemi identifikati permezz tas-SOLVIT, peress li dan in-netwerk jikkontribwixxi biex tingħata stampa reali tal-funzjonament ħażin tas-suq uniku;

37.  Jistieden lir-Renju Unit jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport dwar iż-żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Londra fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 li ġie adottat minn dan il-Kumitat fid-19 ta' April 2016;

38.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Ombudsman Ewropew kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Parlament fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; ifaħħar ir-relazzjonijiet tajba miżmuma fl-ambitu interistituzzjonali bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; ifaħħar il-ħidma tal-Ombudsman biex ittejjeb l-amministrazzjoni tajba fl-UE, u apprezza b'mod partikolari l-kontribut regolari tagħha għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena kollha;

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen nazzjonali tagħhom jew lil korpi simili kompetenti.

(1)

Testi adottati, P7_TA(2014)0204.

(2)

Adottati mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti fl-erbatax-il sessjoni tiegħu (mis-17 ta' Awwissu sal-4 ta' Settembru 2015); ara: http://tbinternet.ohchr.org/_layouts/treatybodyexternal/Download.aspx?symbolno=CRPD%2fC%2fEU%2fCO%2f1&Lang=en

(3)

Testi adottati, P8_TA(2015)0382.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0347.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapport annwali tal-2015 għandu l-għan li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li l-kalendarju tal-attivitajiet tiegħu ma jikkorrispondix mal-programm leġiżlattiv tal-Kummissjoni Ewropea, iżda li huwa stabbilit miċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt ta' petizzjoni tagħhom quddiem il-Parlament Ewropew u li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-politiki u l-leġiżlazzjonijiet differenti tal-Unjoni.

Dan ir-rapport annwali jixtieq jagħti immaġni preċiża u sħiħa tal-ħidmiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Ir-rapport jippreżenta l-istatistiki dwar l-għadd ta' petizzjonijiet li waslu, li ġew ipproċessati jew li ngħalqu mill-Kumitat, il-pajjiżi interessati u s-suġġetti trattati fihom. Dawn l-istatistiki jirrappreżentaw għodda kwantitattiva importanti fil-valutazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat. Dan ir-rapport jirrifletti wkoll aspetti oħra, bħar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali.

Id-dritt li wieħed iressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew: pilastru taċ-ċittadinanza Ewropea

L-istatistiki annwali tal-2015 juru li l-maġġoranza taċ-ċittadini jirrikorru għall-għajnuna tal-Parlament fi kwistjonijiet relatati mal-ambjent, il-ġustizzja, is-suq intern jew id-drittijiet fundamentali.

Xi petizzjonanti jippruvaw isemmgħu l-proposti u s-suġġerimenti tagħhom b'rabta mal-iżvilupp tal-politiki Ewropej u, oħrajn jindirizzaw lill-Parlament Ewropew biex jappellaw kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali filwaqt li jressqu lmenti kontra n-nuqqasijiet tal-qrati nazzjonali. Xi wħud jiddenunzjaw nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, jew minħabba traspożizzjoni difettuża tal-leġiżlazzjoni jew minħabba n-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regoli Komunitarji.

Skont l-istatistiki, fl-2015 il-Parlament Ewropew irċieva 1 431 petizzjoni, jiġifieri tnaqqis ta' 47 % meta mqabbel mal-2 714 ippreżentati fl-2014. Nistgħu nqisu li s-snin preċedenti (2013 u 2014), minn perspettiva numerika, jirrappreżentaw quċċata fir-rigward tan-numru ta' petizzjonijiet riċevuti. It-tnaqqis qawwi tal-2015 (kważi bin-nofs) jirrifletti bidla fit-tendenza wara ż-żieda kostanti fin-numru ta' petizzjonijiet irċevuti matul l-aħħar leġiżlatura.

Analiżi statistika tal-petizzjonijiet irċevuti fl-2015 meta mqabbla ma' dawk tal-2014

L-ipproċessar tal-petizzjonijiet

L-ipproċessar tal-petizzjonijiet

Għadd ta' petizzjonijiet

%

Għadd ta' petizzjonijiet

%

 

2014

2015

Iddikjarati ammissibbli u li nfetħu

790

29,1

519

36,3

Iddikjarati ammissibbli u li ngħalqu

817

30,1

424

29,6

Iddikjarati inammissibbli

1070

39,4

483

33,8

Fl-istennija ta' deċiżjoni

37

1,4

5

0,3

Total tal-petizzjonijiet irreġistrati

2714

100

1431

100,0

L-ipproċessar tal-petizzjonijiet

Għadd ta' petizzjonijiet

%

Għadd ta' petizzjonijiet

%

 

2014

 

2015

 

Iddikjarati ammissibbli u li nfetħu

790

100

519

100

Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħra għal opinjoni

77

9,7

42

8

Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħra għal informazzjoni

380

48,1

359

69,2

Ammissibbli u mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni

688

87,0

464

89,4

2015

 

2014

Ipproċessar

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Ipproċessar

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Iddikjarati ammissibbli

943

65,9

 

Iddikjarati ammissibbli

1630

60,0

Iddikjarati inammissibbli

483

33.8

 

Iddikjarati inammissibbli

1083

39,9

Fl-istennija ta' deċiżjoni

5

0,3

 

Fl-istennija ta' deċiżjoni

2

0,1

Numru totali

1431

100

 

Numru totali

2715

100

Fl-2015 ġew ammessi 943 petizzjoni (65,9 %) ta' total ta' 1 431) u 438 ġew iddikjarati inammissibbli (33,8 %).

Fl-2015, 63,4 % tal-petizzjonijiet irċevuti (jiġifieri 907 petizzjonijiet) ġew ipproċessati malajr, minħabba li ġew iddikjarati inammissibbli (33,8 %) jew peress li, malli ġew iddikjarati ammissibbli, l-ipproċessar tagħhom ingħalaq immedjatament wara li l-petizzjonant ingħata informazzjoni jew wara li ntbagħtu għal aktar informazzjoni lil kumitat ieħor tal-PE bil-kompetenza relevanti fil-qasam (29,6 %). Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015 irnexxielu jtemm b'suċċess id-dewmien li kellu fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet u jaġġorna ruħu, ħaġa li għandha impatt kbir fuq il-kwalità tar-relazzjonijiet mal-petizzjonant, meta dan tal-aħħar jara li l-ħin għall-ipproċessar tal-petizzjoni tiegħu tqassar.

Għandu jiġu nnotat li l-perċentwali ta' petizzjonijiet inammissibbli li waslu naqas meta mqabbel mal-2014 (6,1 % fl-2015) u l-perċentwali ta' petizzjonijiet ammissibbli żdied (5,9 %). L-għadd ta' petizzjonijiet iddikjarati ammissibbli u magħluqa fi stadju bikri tal-proċedura għadu stabbli, jiġifieri madwar 30 %.

Rigward is-segwitu għat-talbiet u d-deċiżjonijiet meħuda mill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet hemm differenzi ċari fl-ipproċessar bejn is-snin 2014 u 2015: id-deċiżjoni li petizzjonijiet jintbagħtu għal informazzjoni lil entitajiet oħra żdiedet b'21 % u d-deċiżjoni li petizzjonjiet jintbagħtu għal opinjoni lil entitajiet oħrajn barra mill-KE baqgħet madwar 8 %. Jista' jiġi nnotat li l-Kummissjoni Ewropea għadha s-sieħba ewlenija tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet li ma jingħalqux fi stadju bikri tal-proċedura u li f'90 % tal-każijiet jintbagħtugħall-ipproċessar u opinjoni lill-KE (464 minn 519).

L-għadd ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż

Fir-rigward tas-sena preċedenti, fl-2015 ġew irreġistrati ċerti bidliet fil-lista tal-pajjiżi minn fejn ġejjin il-petizzjonijiet, b'tali mod li Spanja baqgħet fl-ewwel post, segwita mill-Italja, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Polonja (fl-2014 ir-Renju Unit kien fil-ħames post). Madankollu tista' tissemma żieda sinifikanti fil-proporzjon ta' petizzjonijiet Taljani minn 7,9 % għal 12,3 %.

Il-pajjiżi Baliċi tal-Litwanja, l-Estonja u l-Latvja għal darb'oħra jinsabu fil-qiegħ tal-lista.

2015

 

2014

Pajjiż

Għadd ta' petizzjonijiet

%

 

Pajjiż

Għadd ta' petizzjonijiet

%

L-Unjoni Ewropea

491

29,7

 

L-Unjoni Ewropea

908

28,9

Spanja

213

12,9

 

Spanja

449

14,3

L-Italja

203

12,3

 

Il-Ġermanja

271

8,6

Il-Ġermanja

153

9,3

 

L-Italja

248

7,9

Ir-Rumanija

104

6,3

 

Ir-Rumanija

199

6,3

Il-Polonja

57

3,5

 

Ir-Renju Unit

109

3,5

Oħrajn

431

26,0

 

Oħrajn

1071

34,0

Numru ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż fl-2015

 

Suġġetti ewlenin tal-petizzjonijiet

Kif semmejna diġà, fl-2015 l-ambjent kien is-suġġett li qajjem l-iktar tħassib min-naħa tal-petizzjonanti, segwit bil-ġustizzja, il-funzjonament tas-suq intern, id-drittijiet fundamentali u t-trasport.

2015

 

2014

Suġġetti

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Suġġetti

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

L-Ambjent

174

9,2

 

Il-ġustizzja

300

8,3

Il-ġustizzja

142

7,5

 

L-ambjent

284

7,8

Is-suq intern

139

7,3

 

Is-suq intern

266

7,3

Id-drittijiet fundamentali

84

4,4

 

Id-drittijiet fundamentali

208

5,7

It-trasport

84

4,4

 

Is-saħħa

173

4,8

Is-saħħa

78

4,1

 

L-affarijiet soċjali

158

4,4

L-impjiegi

74

3,9

 

It-trasport

117

3,2

L-affarijiet soċjali

60

3,2

 

L-edukazzjoni u l-kultura

113

3,1

L-edukazzjoni u l-kultura

57

3,0

 

L-impjiegi

108

3,0

Il-proprjetà u r-restituzzjoni

32

1,7

 

Il-proprjetà u r-restituzzjoni

55

1,5

Oħrajn

974

51,3

 

Oħrajn

1,844

50,9

Il-lingwa tal-petizzjonanti

Jistgħu jiġu osservati wkoll bidliet żgħar ħafna fil-klassifika tal-petizzjonijiet skont il-lingwa: fl-2015, bħal fl-2014, il-Ġermaniż u l-Ingliż baqgħu ż-żewġ lingwi l-iktar użati mill-petizzjonanti; dawn il-lingwi żammew il-proporzjonijiet tagħhom b'mod stabbli.It-Taljan u l-Ispanjol jinsabu fit-tielet u r-raba' pożizzjoni rispettivament (fl-2015 kien hemm żieda fit-Taljan minn 16,8 % għal 18,2 %). Dawn l-erba' lingwi (DE, EN, IT u ES) jirrappreżentaw tliet kwarti mill-petizzjonijiet irċevuti (74,5 %).

L-Estonjan u l-Latvjan jinsabu fl-aħħar pożizzjonijiet (b'petizzjoni waħda għal kull lingwa).

2015

 

2014

Lingwa

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Lingwa

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Ġermaniż

306

21,4

 

Ġermaniż

607

22,4

Ingliż

269

18,8

 

Ingliż

496

18,3

Taljan

260

18,2

 

Kastiljan

456

16,8

Kastiljan

230

16,1

 

Taljan

400

14,7

Franċiż

71

5,0

 

Franċiż

151

5,6

Rumen

71

5,0

 

Rumen

135

5,0

Pollakk

66

4,6

 

Pollakk

105

3,9

Oħrajn

158

11,0

 

Grieg

92

3,4

 

 

 

 

Oħrajn

273

10

Numru ta' petizzjonijiet skont il-lingwa fl-2014

 

In-nazzjonalitajiet tal-petizzjonanti

Meta wieħed iqabbel skont in-nazzjonalità, fl-2015, bħal fl-2014, il-Ġermaniżi baqgħu l-aktar petizzjonanti attivi, segwiti mit-Taljani u l-Ispanjoli. Warajhom hemm il-petizzjonanti Rumeni, Pollakki u Brittanniċi. Fl-aħħar postijiet jinsabu ċ-ċittadini Maltin u Lussemburgiżi li bejniethom ressqu biss ħames petizzjonijiet fl-2015.

2015

 

2014

Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali

Għadd ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Il-Ġermanja

295

20,54

 

Il-Ġermanja

551

20,2

L-Italja

275

19,15

 

Spanja

468

17,1

Spanja

225

15,67

 

L-Italja

425

15,6

Ir-Rumanija

103

7,17

 

Ir-Rumanija

196

7,2

Il-Polonja

91

6,34

 

Ir-Renju Unit

143

5,2

Ir-Renju Unit

74

5,15

 

Franza

129

4,7

Franza

63

4,39

 

Il-Polonja

123

4,5

Il-Greċja

40

2,80

 

Il-Greċja

113

4,1

Oħrajn

270

18,79

 

Oħrajn

574

21,9

Numru ta' petizzjonijiet fl-2015 skont in-nazzjonalità

 

Il-format ta' preżentazzjoni tal-petizzjonijiet

Fir-rigward tal-format tal-petizzjonijiet, ix-xejra titreġġa' lura għal dik tal-2014 li l-petizzjonijiet jintbagħtu permezz tal-posta elettronika permezz tal-formola li hemm fl-internet (minn 80 % fl-2014 għal 69,3 % fl-2015) u terġa' titfaċċja l-posta tradizzjonali li żdiedet b'10 % (minn 20 % fl-2014 għal 30,7 % fl-2015). Kif tista' tiġi spjegata din il-bidla fix-xejra, proprju fil-mument meta l-portal tal-internet suppost li jiffaċilita s-sottomissjoni ta' dokumenti, li jiġu mehmiuża diġitalment mal-petizzjonijiet? Forsi ċ-ċittadini li jissottomettu l-petizzjonijiet m'għandhomx għarfien estensiv tal-internet u l-possibilitajiet tiegħu, u għalhekk huwa importanti li tinżamm il-possibilità tal-posta mibgħuta tradizzjonali biex dan jagħmel tajjeb għad-distakk diġitali u forsi bejn il-ġenerazzjonijiet. Forsi l-aċċessibilità tal-portal tal-internet għandha tiġi riveduta sabiex l-użu tiegħu jsir iktar faċli għall-utent.

2015

 

2014

Format ta' preżentazzjoni tal-petizzjoni

Għadd ta' petizzjonijiet

%

 

Format ta' preżentazzjoni tal-petizzjoni

Għadd ta' petizzjonijiet

%

Posta elettronika

992

69,3

 

Posta elettronika

2174

80

Ittra

439

30,7

 

Ittra

540

20

Il-format ta' preżentazzjoni tal-petizzjonijiet fl-2015

 

L-istat tal-petizzjonijiet

Rigward l-istat tal-petizzjonijiet, ta' min jindika li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet, jiġifieri 80 %, jingħalqu fi żmien sena wara l-ammissibilità u l-ipproċessar tagħhom. Wieħed jista' jikkonferma li għadd limitat biss ta' petizzjonijiet jibqa' miftuħ għal iktar minn erba' snin. Il-petizzjonijiet miftuħa fil-maġġoranza tagħhom jirreferu għal każijiet ta' proċedimenti ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew għal kwistjonijiet li l-Membri jkunu jixtiequ jsegwu iktar fid-dettall.

Stat tal-petizzjonijiet

Sena

Proċedura miftuħa

Proċedura magħluqa

2015

519

36,3%

912

63,7%

2014

385

14,2%

2330

85,8 %

2013

434

15,0%

2457

85,0%

2012

190

9,6 %

1796

90,4%

2011

94

6,6%

1320

93,4%

2010

60

3,6%

1596

96,4%

2009

25

1,3 %

1899

98,7 %

2008

34

1,8%

1852

98,2%

2007

32

2,1 %

1474

97,9%

2006

10

1,0 %

1011

99,0%

2005

3

0,3%

1013

99,7%

2004

5

0,5 %

997

99,5%

2003

0

0%

1315

100%

2001

0

0,%

1132

100%

2000

0

0 %

908

100 %

L-analiżi tal-istatistiki dwar il-petizzjonijiet juru l-fatt li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet li ġew iddikjarati inammissibbli tindika li għad hemm konfużjoni min-naħa tal-petizzjonanti fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali u dawk Ewropej, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Kunsill tal-Ewropa jew il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan juri li huwa indispensabbli li jiġu rduppjati l-isforzi mmirati biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar x'inhu d-dritt ta' petizzjoni u x'jista' jinkiseb billi ssir petizzjoni lill-Parlament.

Il-portal il-ġdid tal-internet, li sar operattiv f'Novembru 2014, jagħmilha possibbli li l-petizzjonanti jirreġistraw ruħhom, joħolqu petizzjoni, jehmżu id-dokumenti rilevanti u jappoġġjaw jew jaderixxu għal petizzjonijiet eżistenti u ddikjarati ammissibbli, mingħajr il-ħtieġa li joħolqu petizzjoni ġdida.

Hemmhekk il-petizzjonanti se jsibu wkoll informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u dwar l-possibilità ta' rimedju aktar rapidu billi jużaw netwerks oħra tal-UE jew nazzjonali li huma disponibbli għalihom (SOLVIT, EU Pilot, in-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali jew il-Kumitati għall-Petizzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali). Sa ċertu punt, dan jispjega t-tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' petizzjonijiet fl-2015, billi hemm possibilità li l-petizzjonanti qed jirrikorru għandu korpi oħra aktar viċin tagħhom jew li jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex isolvu l-problemi tagħhom.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament li s-SOLVIT għandu jiġi żviluppat aktar u li huwa importanti li l-persuni kollha li jeħtieġuh għandhom ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalih u li s-SOLVIT għandu jkollu r-riżorsi meħtieġa biex jagħmlu dan. Madankollu, dan jista' jsir biss f'kooperazzjoni mal-Istati Membri peress li ċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT jagħmlu parti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tas-SOLVIT u biex twettaq analiżi aktar sistematika tal-problemi identifikati.

Il-Kummissjoni temmen li meta l-applikant ikun ta l-kunsens tiegħu u bl-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati (minħabba li s-SOLVIT huwa netwerk ta' soluzzjoni tal-problemi bejn l-Istati Membri), id-data tas-SOLVIT tista' tkun aċċessibbli għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'dawk il-każijiet li jiġu suġġetti għal petizzjonijiet eżaminati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Madankollu, meta l-iżvelar tal-informazzjoni jista' jdgħajjef il-protezzjoni tal-objettiv tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjoni u l-verifiki, din l-informazzjoni ma tistax tiġi żvelata sa meta l-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tagħha.

Il-websajt ġiet skjerata fl-2014 u tinstab fuq: https://petiport.secure.europarl.europa.eu/petitions/mt/main. Barra minn hekk, il-funzjonijiet ta' tiftix, tal-adeżjoni ma' petizzjoni eżistenti u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant indirizzaw xi wħud mil-lakuni importanti li kien hemm fil-funzjonalitajiet ta' dan il-websajt. Ittellgħu wkoll il-petizzjonijiet tal-2013, l-2014 u l-2015, u bħalissa qed jittellgħu dawk irreġistrati fl-2016, u dan se jagħmel il-ħidma tal-Kumitat aktar trasparenti.

Ir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea għadha s-sieħba naturali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet minħabba li l-Kummissjoni hija l-gwardjan tal-implimentazzjoni u tal-osservanza tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-Kummissjoni timpenja ruħha fil-proċess tal-petizzjonijiet u twieġeb malajr kemm jista' jkun il-petizzjonijiet mibgħuta lilha mill-Parlament. It-tweġibiet tal-Kummissjoni jkopru t-talbiet mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. It-tweġibiet bil-miktub jiġu segwiti u spjegati fid-dettall waqt id-dibattiti orali tal-laqgħat tal-Kumitat mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Fir-rapport preċedenti tal-2014 il-Kummissjoni ntalbet tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-proċedimenti ta' ksur marbuta direttament mal-petizzjonijiet. Madankollu, skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, din tinforma lill-Parlament dwar każijiet individwali.

Il-Kummissjoni tapplika interpretazzjoni restrittiva tal-eċċezzjonijiet tar-Regolament 1049/2001, kif mitlub kemm mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mir-Regolament Aarhus (ir-Regolament 1367/2006). L-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament jiddisponi li l-iżvelar għandu jkun żgurat meta l-informazzjoni mitluba tkun marbuta ma' emissjonijiet fl-ambjent. Il-Qorti kkonfermat il-politika kurrenti tal-Kummissjoni li ma tiżvelax dokumenti relatati ma' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, anke meta dawn jaffettwaw informazzjoni ambjentali jew informazzjoni dwar l-emissjonijiet (il-Kawża C-514 LPN/11P u l-Kawża C-612 13P ClientEarth).

Wieħed mill-punti kontroversjali bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien l-interpretazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tagħha li jiddisponi, fost l-oħrajn, li l-Karta hija indirizzata lill-Istati Membri unikament meta jkunu qed jimplimentaw il-dritt tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tinterpreta din id-dispożizzjoni skont il-każistika permanenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni tqis li dan ma jfissirx li ċ-ċittadini jitħallew mingħajr protezzjoni meta jqisu li d-drittijiet fundamentali tagħhom qed jinkisru fil-każijiet fejn ma tapplikax il-liġi tal-UE. F'każijiet bħal dawn, hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jiggarantixxu li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati u protetti, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b'mod effettiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jintalab rimedju fil-livell nazzjonali permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal pereżempju permezz tal-ombudsman jew permezz tal-qrati, u wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji nazzjonali, quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu. Għandha tinġibed l-attenzjoni lejn l-impenn espress mis-Sur Frans Timmermans, Viċi President tal-Kummissjoni, li jiġu studjati d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li jaffaċċjaw il-petizzjonijiet skont l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Ir-relazzjonijiet mal-Kunsill

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jilqa' l-preżenza tal-Kunsill fil-laqgħat tiegħu, għalkemm jiddispjaċih li din il-preżenza ma tiġix tradotta f'kooperazzjoni aktar attiva, li tippermetti li jiġu żblokkati l-petizzjonijiet li għalihom il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tkun deċiżiva. Fl-istess ħin, madankollu, jenfasizza l-isforzi ta' ċerti Stati Membri bħall-Italja, il-Greċja u Spanja li jsegwu regolarment il-laqgħat tal-Kumitat.

Ir-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew – is-seduti tal-Ombudsman

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu relazzjonijiet interistituzzjonali tajbin mal-Ombudsman Ewropew, Emily O'Reilly, li din tal-aħħar interveniet diversi drabi quddiem il-Kumitat. L-Ombudsman ippreżentat ir-rapport annwali tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew fis-26 ta' Mejju 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015 waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

L-Ombudsman Ewropew għamlet użu akbar mis-setgħa tagħha li tiftaħ investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva proprja u adottat strateġija ġdida għall-ħames snin li ġejjin li ddaħħal approċċ aktar strateġiku sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet sistemiċi u għall-promozzjoni tal-amministrazzjoni tajba.

L-Ombudsman enfasizzat il-kwistjonijiet ewlenin diskussi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha (it-trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, it-trasparenza tal-gruppi tal-lobbying u l-provi kliniċi, id-drittijiet fundamentali, kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, proġetti u programmi ffinanzjati mill-UE, u l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE).

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ħa sehem fl-għaxar Seminar Nazzjonali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen li sar f'Varsavja, il-Polonja, mis-26 għat-28 ta' April 2015 u li ġie organizzat b'mod konġunt mill-Ombudsman Pollakk, il-Professur Irena Lipowicz, u l-Ombudsman Ewropew, is-Sa Emily O'Reilly. Is-suġġett tas-seminar kien "Ombudsmen kontra d-diskriminazzjoni".

Il-kooperazzjoni mas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew

Is-Servizz Legali jirrappreżenta lill-Parlament quddiem il-korpi ġudizzjarji kollha, jipprovdi pariri legali lill-korpi kollha tal-Parlament u regolarment jipparteċipa fid-dibattiti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, fejn jagħti l-opinjoni tiegħu meta jintalab jagħmel dan mill-President. Fl-2015 ġie mitlub jagħti opinjoni dwar l-aċċess għall-bażi tad-data e-Petition għall-Membri kollha tal-Parlament Ewropew.

Il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni li saru fl-2015 u ż-żjarat f'istituzzjonijiet oħra

Ÿ  Fil-5 ta' Mejju 2015, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ospita żjara ta' delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) fejn ġew diskussi għadd ta' petizzjonijiet Ġermaniżi fil-preżenza tal-President, is-Sur Kersten Steinke, u wkoll ġew diskussi suġġetti relatati mat-tassazzjoni, il-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persuni, l-agrikoltura u s-saħħa.

Ÿ  Fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 saret żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Londra dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal fir-Renju Unit u b'mod partikolari dwar il-kwistjoni tal-adozzjoni mingħajr kunsens tal-ġenituri. Uħud mill-petizzjonijiet riċevuti sostnew li l-awtoritajiet responsabbli kienu ħadu miżuri diskriminatorji għad-detriment ta' ġenituri li mhumiex Brittaniċi. Il-membri tad-delegazzjoni kellhom l-opportunità jifhmu aħjar is-sitwazzjoni billi ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet kompetenti differenti fir-Renju Unit. Il-membri tad-delegazzjoni ħejjew rapport u rakkomandazzjonijiet li għandu jittieħed vot dwarhom fil-Kumitat fl-2016.

Is-seduti pubbliċi u s-seduti ta' smigħ dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej

Ÿ  Fis-26 ta' Frar 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali organizzaw b'mod konġunt seduta ta' smigħ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011.

Ÿ  Fil-11 ta' Mejju 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Industrija organizzaw b'mod konġunt seduta ta' smigħ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Inwaqqfu l-vivisezzjoni".

Ÿ  Fit-23 ta' Ġunju 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza seduta ta' smigħ dwar id-drittijiet li wieħed jagħmel petizzjoni fejn ġew indirizzati t-temi li ġejjin: id-dritt ta' petizzjoni bħala dritt fundamentali, inklużi l-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-dritt ta' petizzjoni u l-impatt tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq il-leġiżlazzjoni Ewropea. Għal din is-seduta attendew diversi membri tal-Assemblea Nazzjonali ta' Wales: is-Sur William Powell, President tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-Sur Joyce Watson, Membru tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali ta' Wales.

Ÿ  Fil-15 ta' Ottubru 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza seduta ta' smigħ dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, mill-perspettiva tal-petizzjonijiet mibgħuta. Fil-bidu tas-smigħ ġie ppreżentat studju dwar "Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità" mill-Professur Mark Priestley taċ-Ċentru ta' Studji dwar id-Diżabilità tal-Università ta' Leeds.

Ÿ  Fl-1 ta' Diċembru 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali organizzaw sessjoni ta' ħidma dwar l-adozzjonijiet bejn il-fruntieri.

Suġġetti ewlenin fl-2015

Il-leġiżlazzjoni dwar is-self ipotekarju u l-istrumenti finanzjarji riskjużi

Ÿ  F'April 2015 ġie diskuss għadd ta' petizzjonijiet li żvelaw l-istejjer personali traġiċi ta' eluf ta' ċittadini li kienu tilfu t-tfaddil kollu jew parti minnu li kienu akkumulaw tul ħajjithom f'ishma preferuti. Petizzjonijiet oħra rrepetew l-ilmenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li pprotestaw kontra l-iżgumbramenti, kontra it-termini abbużivi f'kuntratti ta' self ipotekarju u kontra n-nuqqas ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet ipotekarju. Il-Kummissjoni ġiet mistiedna speċifikament biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2014/17/UE dwar il-kreditu ipotekarju u biex taqsam l-aħjar prattiki biex titjieb il-protezzjoni taċ-ċittadini f'diffikultà finanzjarja, filwaqt li ġie enfasizzat li l-edukazzjoni finanzjarja bażika għandha tkun għodda oħra kontra l-konsegwenzi tal-insolvenza. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iddeċieda li jagħmel mistoqsija orali dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja u jagħmel dan id-dibattitu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew permezz ta' riżoluzzjoni.

L-Ambjent

Ÿ  F'Novembru ġiet diskussa sensiela ta' petizzjonijiet dwar it-titjiriet billejl fl-ajruporti fl-Ewropa u l-konsegwenzi serji tagħhom għal dawk li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti ta' Kolonja/Bonn, Frankfurt, Siena, Brussell, Charles de Gaulle-Roissy, Madrid Barajas, Bergamo u Ciampino f'Ruma.

Ÿ  F'Novembru ġiet diskussa sensiela ta' petizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta' speċi mhedda bl-estinzjoni fl-Ewropa, il-lupu: f'Sassonja (il-Ġermanja), f'Asturias (Spanja), u fl-Isvezja.

Id-diżabilità

Ÿ  Diversi petizzjonijiet diskussi f'Settembru 2015, bħal dik ippreżentata f'isem il-Federazzjoni Ewropea tad-Diżabilità, b'1 364 984 firma, dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità (miljun għad-diżabilità), jevidenzjaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-persuni b'diżabilità u l-fatt li dawn ma jgawdux mill-libertajiet u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.

F'Jannar 2015 is-Sa Rosa Estaràs u s-Sa Soledad Cabezón Ruiz inħatru bħala membri li jirrapreżentaw il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-istrutturi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u attendew l-eżami tar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'Ġinevra, l-Isvizzera, fis-27 u t-28 ta' Awwissu 2015.

Konklużjonijiet

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-opportunità u l-isfida kbira, wara l-avvenimenti reċenti fir-Renju Unit, li jżomm id-djalogu maċ-ċittadini, peress li għandu l-potenzjal li jerġa' joħloq il-kuntatt bejn l-istituzzjonijiet u ċittadini tal-UE;

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irid jisma' u jgħin biex jiġu risolti l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tal-Unjoni, billi, permezz tal-petizzjonijiet, wieħed jista' jivvaluta l-impatt tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq il-ħajja ta' kuljum, u b'hekk tista' tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Parlament Ewropew li jgħin biex jiġu solvuti problemi relatati primarjament mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-petizzjonijiet huma sors siewi ta' informazzjoni meta jiġu biex jidentifikaw nuqqasijiet fil-mod ta' kif tiġi applikata l-liġi tal-UE.

. Permess tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet aħna rridu naħdmu biex nerġgħu niksbu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew u għandna nagħmlu dan billi nisimgħu u nsolvu l-problemi li qed ikiddu liċ-ċittadini.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Soledad Cabezón Ruiz, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Jahr, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Notis Marias, Edouard Martin, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Laurenţiu Rebega, Yana Toom, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Boris Zala


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

16

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Yana Toom, , Cecilia Wikström

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina,

S&D

Soledad Cabezón Ruiz, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jude Kirton-Darling, Edouard Martin, , Marlene Mizzi, , Gabriele Preuß, Boris Zala

VERTS/ALE

Margrete Auken, Tatjana Ždanoka

10

-

ECR

Notis Marias

ENF

Laurenţiu Rebega

PPE

Heinz K. Becker, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut,, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Roberta Metsola, Julia Pitera, Jarosław Wałęsa

0

0

-

-

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali