Proċedura : 2012/0179(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0369/2016

Testi mressqa :

A8-0369/2016

Dibattiti :

PV 12/12/2016 - 14
CRE 12/12/2016 - 14

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2016 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0483

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 666kWORD 53k
6.12.2016
PE 592.447v01-00 A8-0369/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002

(11625/1/2016 – C8-0427/2016 – 2012/0179(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Isabelle Thomas

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002

(11625/1/2016 – C8-0427/2016 – 2012/0179(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11625/1/2016 – C8-0427/2016),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Frar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2016)0667),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0371),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0369/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 133, 9.5.2013, p. 41.

(2)

Testi adottati tal-10.12.2013, P7_TA(2013)0539.


NOTA SPJEGATTIVA

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-plenarja fl-10 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill eżamina l-proposta fid-dettall bejn Jannar 2014 u Novembru 2015, li kien iż-żmien meta kienu nbdew in-negozjati mal-Presidenza Lussemburgiża bl-għan li jintlaħaq ftehim fit-tieni qari.

Wara t-trilogu tas-17 ta’ Novembru 2015, u t-trilogi sussegwenti tas-26 ta’ April, tal-25 ta’ Mejju kif ukoll tal-14 u t-30 ta’ Ġunju 2016, li saru mal-Presidenza Netherlandiża, it-timijiet tan-negozjar tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim dwar il-proposta fit-30 ta’ Ġunju 2016.

It-test tal-ftehim tressaq għall-vot fil-Kumitat għas-Sajd fit-12 ta’ Lulju 2016, u ġie approvat b’maġġoranza kbira ħafna. Fuq dik il-bażi, il-President tal-Kumitat impenja ruħu, fl-ittra tiegħu lill-President ta’ Coreper, li jirrakkomanda lill-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emenda. Wara verifika mill-ġuristi-lingwisti, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u b'dan ikkonferma l-ftehim fit-18 ta' Ottubru 2016.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konsistenti mal-ftehim milħuq fit-trilogi, ir-Rapporteur tagħkom tirrakkomanda li l-Kumitat jadottaha mingħajr aktar emendi. Ir-Rapporteur tagħkom tixtieq tenfasizza b'mod partikolari l-elementi li ġejjin tal-kompromess:

- L-Unjoni Ewropea se tiffriża l-impronta tas-sajd tagħha billi tispeċifika ż-żona li fiha se jkun permess is-sajd fil-baħar fond. Dik iż-żona tinkludi ż-żona li fiha sar is-sajd fil-mira bejn l-2009 u l-2011 fl-ilmijiet tal-UE fl-Atlantiku tal-Grigal. Din il-konfini ġeografika se tapplika għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet tal-baħar fond, jiġifieri dawk li l-qbid tagħhom ta' speċijiet tal-baħar fond jifforma aktar minn 8 % tat-total f’mill-inqas vjaġġ tas-sajd wieħed matul is-sena.

- Il-Parlament assigura penalitajiet speċifiċi għall-bastimenti li jiksru r-regolament dwar is-sajd fil-baħar fond u stipulazzjoni li ma hi se tingħata l-ebda eżenzjoni għal ċerti regoli.

- In-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill qablu dwar limitu ta’ fond ta’ 800 metru. Din il-miżura l-ġdida hija maħsuba biex tipproteġi l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fond b’mod aktar effettiv.

- Bl-istess mod, il-koleġiżlaturi qablu li l-bastimenti li jinqabdu jistadu f’ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f’fond ta’ aktar minn 400 metru ser ikollhom iwaqqfu l-operazzjonijiet tagħhom u jitbiegħdu mill-inqas ħames mili nawtiċi miż-żona tas-sajd inkwistjoni.

- Il-Parlament daħħal regoli tat-trasparenza ġodda u aktar stretti billi inkluda obbligi li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar il-bastimenti li jimmiraw għall-ispeċijiet tal-baħar fond u li jiġi rrappurtat il-qbid kollu (ħut u ekosistemi vulnerabbli). L-Istati Membri se jkunu obbligati wkoll jipprovdu informazzjoni dwar il-post fejn ikunu jinsabu l-ekosistemi vulnerabbli (valutazzjonijiet tal-impatt) u l-Kummissjoni se tivvaluta din id-data fuq bażi annwali u tadatta ż-żona tas-sajd permessa skont il-każ (permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni).

- Fi sforz biex jiġi żgurat li tinġabar data xjentifika, 20 % tal-bastimenti se jkunu meħtieġa jkollhom osservatur xjentifiku abbord.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal, dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002

Referenzi

11625/1/2016 – C8-0427/2016 – 2012/0179(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

10.12.2013                     T7-0539/2013

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0371 - C7-0196/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

27.10.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

27.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Isabelle Thomas

22.7.2014

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Isabelle Thomas

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Linnéa Engström, Carlos Iturgaiz, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Ole Christensen, Ian Duncan, Anja Hazekamp, Maria Heubuch, Mike Hookem, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

6.12.2016

Avviż legali