Proċedura : 2016/0185(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0372/2016

Testi mressqa :

A8-0372/2016

Dibattiti :

PV 05/04/2017 - 14
PV 05/04/2017 - 15
CRE 05/04/2017 - 14
CRE 05/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 06/04/2017 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0128

RAPPORT     ***I
PDF 809kWORD 87k
7.12.2016
PE 589.188v02-00 A8-0372/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa

(COM(2016)0399 – C8-0219/2016 – 2016/0185(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Miapetra Kumpula-Natri

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 531/2012 fir-rigward tar-regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa

(COM(2016)0399 – C8-0219/2016 – 2016/0185(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0399),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0219/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0372/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 jistabbilixxi mekkaniżmu ġdid ta’ pprezzar bl-imnut għas-servizzi tar-roaming irregolati madwar l-Unjoni kollha sabiex jitneħħew il-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut mingħajr ma tinħoloq distorsjoni tas-swieq miżjura u domestiċi.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/2120 jistabbilixxi mekkaniżmu ġdid ta' pprezzar bl-imnut għas-servizzi tar-roaming irregolati madwar l-Unjoni kollha sabiex, sal-15 ta' Ġunju 2017, jitneħħew il-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut mingħajr ma tinħoloq distorsjoni tas-swieq miżjura u domestiċi peress li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal tariffi tar-roaming f'Ewropa mingħajr fruntieri;

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Ir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 jipprovdi l-possibbiltà li fornitur tar-roaming japplika "politika ta' użu korrett" skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 6d tar-Regolament (UE) Nru 531/2012. Politika ta' użu korrett adegwata għandha rwol kruċjali sabiex tiggarantixxi mudell finanzjarju sostenibbli tas-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tar-roaming. Politika ġeneruża ta' użu korrett għall-klijenti tar-roaming trid tkun akkumpanjata minn limiti fuq il-bejgħ bl-ingrossa li jirriflettu l-kosti reali sabiex jiġu pprovduti servizzi ta' roaming u li jippermettu li kemm jista' jkun operaturi jipprovdu offerti "Roam-Like-At-Home" mingħajr ma jsofru żidiet enormi fl-ispejjeż, u mingħajr ma jkun hemm dannu lis-swieq domestiċi kompetittivi jew żieda fil-prezzijiet għall-klijenti domestiċi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-tneħħija tal-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut introdotti permezz tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120, imsejħa wkoll “roam-like-at-home” (RLAH), hija meħtieġa sabiex tistabbilixxi u tiffaċilita l-funzjonament ta’ suq uniku diġitali madwar l-Unjoni. Madankollu, dak ir-Regolament waħdu mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq tar-roaming.

(4)  It-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari għar-roaming bl-imnut introdotti permezz tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120, imsejħa wkoll "roam-like-at-home" (RLAH), hija meħtieġa sabiex tistabbilixxi u tiffaċilita l-funzjonament ta' suq uniku diġitali madwar l-Unjoni, kif ukoll sabiex tnaqqas l-ispejjeż lill-konsumaturi; Madankollu, dak ir-Regolament waħdu mhuwiex biżżejjed biex jiżgura l-funzjonament korrett u sostenibbli tas-suq tar-roaming. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiżgura li l-mudelli tal-prezzijiet fis-swieq domestiċi ma jkunux affettwati mill-abolizzjoni tal-ħlasijiet addizzjonali tar-roaming bl-imnut.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għalhekk, it-tneħħija tal-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming mill-15 ta’ Ġunju 2017, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 531/2012, hija soġġetta għall-applikabbiltà ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni li jipprevedi miżuri xierqa wara r-rieżami minnha tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa.

(5)  Għalhekk, it-tneħħija tal-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming mill-15 ta' Ġunju 2017, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 531/2012, hija soġġetta għall-applikabbiltà ta' kwalunkwe att leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni li jipprevedi miżuri xierqa wara r-rieżami minnha tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa, sabiex l-abolizzjoni tal-ħlasijiet addizzjonali tar-roaming bl-imnut tkun possibbli.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  B’mod partikolari, il-funzjonament attwali tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa jista’ jaffettwa l-kompetizzjoni u l-investimenti fis-swieq domestiċi tal-operaturi interni minħabba l-ħlasijiet eċċessivi għar-roaming bl-ingrossa mqabbla mal-prezzijiet bl-imnut domestiċi applikati għall-utenti finali. Dan japplika b’mod partikolari għall-operaturi netti u iżgħar ta’ roaming ’il barra, sabiex b’hekk ir-RLAH isir mhux sostenibbli strutturalment.

(8)  B'mod partikolari, il-funzjonament attwali tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa jista' jaffettwa l-kompetizzjoni u l-investimenti fis-swieq domestiċi tal-operaturi interni minħabba l-ħlasijiet eċċessivi għar-roaming bl-ingrossa mqabbla mal-prezzijiet bl-imnut domestiċi applikati għall-utenti finali. Dan japplika b'mod partikolari għall-operaturi iżgħar inklużi operaturi ta' netwerk mobbli virtwali (MVNOs), li huma essenzjali għall-kompetizzjoni tajba, u għall-operaturi netti ta' roaming 'il barra, sabiex b'hekk ir-RLAH isir mhux sostenibbli strutturalment. Huwa wkoll kruċjali li jiġi żgurat li d-Direttiva .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [il-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika] tipprovdi inċentivi fuq żmien fit-tul li jkunu ċari u konsistenti għall-investiment privat fis-settur tal-komunikazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-funzjonament tas-suq tar-roaming bl-ingrossa għandu jippermetti lill-operaturi jirkupraw l-ispejjeż kollha għall-provvista ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa, inklużi spejjeż konġunti u komuni. Dan għandu jippreserva l-inċentivi sabiex isir investiment fin-netwerks miżjura u tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni domestika fis-swieq miżjura kkawżata minn arbitraġġ regolatorju mill-operaturi li jużaw rimedji ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa sabiex jikkompetu fi swieq miżjura domestiċi.

(9)  Il-funzjonament tas-suq tar-roaming bl-ingrossa għandu jippermetti lill-operaturi jirkupraw l-ispejjeż kollha mġarrba b'mod effiċjenti għall-provvista ta' servizzi tar-roaming bl-ingrossa, inklużi spejjeż konġunti u komuni. Dan għandu jippreserva l-inċentivi sabiex isir investiment fin-netwerks miżjura u tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni domestika fis-swieq miżjura kkawżata minn arbitraġġ regolatorju mill-operaturi li jużaw rimedji ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa sabiex jikkompetu fi swieq miżjura domestiċi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11 a)  Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa, l-operaturi tan-netwerks mobbli għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u wara li jiksbu l-awtorizzazzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom. L-impriżi li l talbiet tagħhom għal aċċess għal roaming bl-ingrossa jiġu rrifjutati għandhom ikunu jistgħu jressqu ilmenti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Fl-interess tat-trasparenza, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dawn l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u bi kwalunkwe ilment imressaq. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li tikkonċerna dawk l-applikazzjonijiet u l-ilmenti, fir-rispett tal-obbligu tal-kunfidenzjalità.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fir-rigward tar-regoli dwar it-tariffi bl-ingrossa, l-obbligi regolatorji fil-livell tal-Unjoni għandhom jinżammu minħabba li kwalunkwe miżura li tippermetti r-RLAH madwar l-Unjoni mingħajr ma tindirizza l-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa assoċjati mal-forniment ta’ dawn is-servizzi tista’ tirriskja li tħarbat is-suq intern għas-servizzi tar-roaming u, b’hekk, ma tkunx qed tinkoraġġixxi li jkun hemm aktar kompetizzjoni.

(12)  Fir-rigward tar-regoli dwar it-tariffi bl-ingrossa, l-obbligi regolatorji fil-livell tal-Unjoni għandhom jinżammu minħabba li kwalunkwe miżura li tippermetti r-RLAH madwar l-Unjoni mingħajr ma tindirizza l-livell tal-ispejjeż bl-ingrossa assoċjati mal-forniment ta' dawn is-servizzi tista' tirriskja li tħarbat is-suq intern għas-servizzi tar-roaming u, b'hekk, ma tkunx qed tinkoraġġixxi li jkun hemm aktar kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni hija meħtieġa għas-suq tat-telekomunikazzjonijiet, b'mod partikolari għal parteċipanti ġodda, mudelli ta' servizz teknoloġikament innovattivi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u start-ups, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi promoss l-investiment meħtieġ fl-infrastruttura tan-netwerk sabiex ilaħħaq maż-żieda fl-użu tas-servizzi tad-dejta, li għalihom se tikkontribwixxi l-introduzzjoni tar-RLAH;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fl-iffissar tat-tariffa bl-ingrossa massima għas-servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta, ġew ikkunsidrati l-komponenti tal-aċċess kollha meħtieġa sabiex jippermettu l-forniment ta’ servizzi tar-roaming, inklużi l-ispejjeż ta’ tranżitu sabiex it-traffiku tad-dejta jitwassal f’punt ta’ skambju identifikat mill-operatur tan-netwerk intern.

(16)  L-użu tas-servizzi tad-dejta qed jikber b'mod mgħaġġel fl-Unjoni u madwar id-dinja. L-introduzzjoni tar-RLAH mill-15 ta' Ġunju 2017 se tikkontribwixxi għal dan it-tkabbir fil-kuntest tar-roaming, li se jwassal biex il-kost għal kull unità ta' dejta kkunsmata jitnaqqas b'mod sinifikanti. Sabiex titqies iż-żieda fl-użu tas-servizzi tad-dejta u t-tnaqqis fil-kost għal kull unità ta' dejta kkunsmata, it-tariffa massima bl-ingrossa għal servizzi rregolati għar-roaming tad-dejta għandha tonqos kull sena. Fl-iffissar tat-tariffa bl-ingrossa massima għas-servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta, ġew ikkunsidrati l-komponenti tal-aċċess kollha meħtieġa sabiex jippermettu l-forniment ta' servizzi tar-roaming, inklużi l-ispejjeż ta' tranżitu sabiex it-traffiku tad-dejta jitwassal f'punt ta' skambju identifikat mill-operatur tan-netwerk intern.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għalhekk, it-tariffi massimi eżistenti tar-roaming bl-ingrossa għat-telefonati bil-vuċi, għall-SMS u għas-servizzi ta’ dejta għandhom jitbaxxew.

(18)  Għalhekk, it-tariffi massimi eżistenti tar-roaming bl-ingrossa għat-telefonati bil-vuċi, għall-SMS u għas-servizzi ta' dejta għandhom jitbaxxewb'mod sostanzjali, għal livelli aktar qrib l-ispiża reali biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jeħtieġ li jiġu mmonitorjati u riveduti regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, billi jiġu kkunsidrati l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Sabiex ikun jista’ jiġi vvalutat kif suppost kif is-swieq tar-roaming se jadattaw għar-regoli dwar ir-RLAH, għandha tinġabar biżżejjed dejta dwar il-funzjonament ta’ dawn is-swieq wara l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli.

(21)  Jeħtieġ li jiġu mmonitorjati u riveduti regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, billi jiġu kkunsidrati l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta' Diċembru 2018, abbażi tad-dejta disponibbli. Il-Kummissjoni għandha, sussegwentement, tressaq rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn. L-ewwel tali rapport għandu jiġi ppreżentat sal-15 ta' Diċembru 2019. B'mod partikolari, fir-rapporti ta' kull sentejn tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-RLAH għandux xi impatt fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet bl-imnut u, partikolarment, fuq il-firxa ta' pjanijiet ta' tariffa disponibbli fis-suq bl-imnut. Dan għandu jinkludi, minn naħa, valutazzjoni tal-introduzzjoni eventwali ta' pjanijiet ta' tariffi li jinkludu biss servizzi domestiċi u jeskludu għal kollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u li għalhekk jimminaw l-għan stess tar-RLAH u, min-naħa l-oħra, evalwazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffi b'rata fissa, li jista' jirrappreżenta wkoll telf għall-konsumaturi u jimmina l-għanijiet tas-suq uniku diġitali. Bħal fir-Rapport tagħha dwar ir-Rieżami tas-Suq tar-Roaming bl-Ingrossa tal-15 ta' Ġunju 2016, ir-rapporti biennali tal-Kummissjoni għandhom jevalwaw il-kapaċità tal-operaturi tan-netwerks miżjura li jirkupraw b'mod effiċjenti l-ispejjeż li jġarrbu sabiex jipprovdu servizzi rregolati tar-roaming bl-ingrossa, u l-impatt tar-RLAH fuq l-investimenti ppjanati fl-infrastruttura tan-netwerk. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kapaċità tal-operaturi tan-netwerks domestiċi li jirkupraw l-ispejjeż biex jipprovdu servizzi rregolati tar-roaming mid-dħul tagħhom mill-provvista ta' dawn is-servizzi, partikolarment l-impatt fuq l-MVNOs, u sa liema punt il-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-mekkaniżmu ta' sostenibilità. Sabiex ikun jista' jiġi vvalutat kif suppost kif is-swieq tar-roaming se jadattaw għar-regoli dwar ir-RLAH, għandha tinġabar biżżejjed dejta dwar il-funzjonament ta' dawn is-swieq wara l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni kollha u jirrapporta regolarment dwar il-bidliet fit-tariffi attwali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku mhux bilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming, BEREC għandu jingħata l-kompitu li jiġbor dejta mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-tariffi attwali applikati għat-traffiku bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament. Għandu jiġbor ukoll dejta f’każijiet fejn il-partijiet għal ftehim bl-ingrossa jkunu rtiraw mill-applikazzjoni tat-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa jew ikunu implimentaw miżuri fil-livell bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħrajn għajr il-forniment ta’ servizzi rregolati tar-roaming lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt li dawn tal-aħħar ikunu qed jivvjaġġaw perjodikament ġewwa l-Unjoni.

(22)  Sabiex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni kollha u jirrapporta regolarment dwar il-bidliet fit-tariffi attwali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku mhux bilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming, BEREC għandu jingħata l-kompitu li jiġbor dejta mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-tariffi attwali applikati għat-traffiku bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament. Għandu jiġbor ukoll dejta f'każijiet fejn il-partijiet għal ftehim bl-ingrossa jkunu rtiraw mill-applikazzjoni tat-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa jew ikunu implimentaw miżuri fil-livell bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħrajn għajr il-forniment ta' servizzi rregolati tar-roaming lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt li dawn tal-aħħar ikunu qed jivvjaġġaw perjodikament ġewwa l-Unjoni. Fuq il-bażi tad-dejta miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment dwar ir-rabta bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kosti bl-ingrossa għas-servizzi domestiċi kif ukoll ta' roaming.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)   Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Operaturi tan-netwerk mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi."

"2.   L-operaturi tan-netwerk mobbli jistgħu jirrifjutaw talbiet għal aċċess għal roaming bl-ingrossa biss fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u wara li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni mingħand l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom. L-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u bir-raġunijiet oġġettivament iġġustifikati għalihom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li tikkonċerna dawk l-applikazzjonijiet, fir-rispett tal-obbligu tal-kunfidenzjalità."

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1 a)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.   L-offerta ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta’ roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kondizzjonijiet assoċjati. Dik l-offerta ta’ referenza tista’ tinkludi kundizzjonijiet biex jiġi pprevenut roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għal roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming irregolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn tal-aħħar jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet għall-offerti ta’ referenza biex jingħata effett lill-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu."

"6.   L-offerta ta' referenza msemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun suffiċjentement dettaljata u għandha tinkludi l-komponenti kollha neċessarji għal aċċess għal roaming bl-ingrossa kif imsemmi fil-paragrafu 3, filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti għal aċċess dirett għal roaming bl-ingrossa u aċċess għal bejgħ mill-ġdid ta' roaming bl-ingrossa, u t-termini u l-kondizzjonijiet assoċjati. Dik l-offerta ta' referenza tista' tinkludi kundizzjonijiet biex jiġi pprevenut roaming permanenti jew użu anomalu jew abbużiv ta' aċċess għal roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta' servizzi tar-roaming irregolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming filwaqt li dawn tal-aħħar jivvjaġġaw perjodikament fl-Unjoni. Jekk meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu bidliet fl-offerti ta' referenza biex jingaħta effett lill-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-impriżi li jkunu talbu aċċess għal roaming bl-ingrossa jistgħu jressqu lmenti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw dawn l-ilmenti fi żmien xahar minn meta jirċevuhom, u jipprovdu raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawn l-ilmenti u bid-deċiżjonijiet korrispondenti, u l-Kummissjoni għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku."

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ telefonata bir-roaming irregolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, fost l-oħrajn, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0.04 kull minuta mill-15 ta’ Ġunju 2017 u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, għandha tibqa’ bir-rata ta’ EUR 0.04 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

1.  It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur tan-netwerk miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' telefonata bir-roaming irregolata li toriġina minn dak in-netwerk miżjur, bl-inklużjoni, fost l-oħrajn, tal-ispejjeż tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 0,03 kull minuta mill-15 ta' Ġunju 2017 u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, għandha tibqa' bir-rata ta' EUR 0,03 sat-30 ta' Ġunju 2022.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B’effett mill-15 ta’ Ġunju 2017, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta permezz ta’ dak in-netwerk miżjur ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 0.0085 għal kull megabyte ta’ dejta trażmessa u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, għandha tibqa’ bir-rata ta’ EUR 0.0085 għal kull megabyte ta’ dejta trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2022.

1.  B'effett mill-15 ta' Ġunju 2017, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta' netwerk miżjur jista' jitlob lill-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' servizzi rregolati tar-roaming tad-dejta permezz ta' dak in-netwerk miżjur ma għandhiex taqbeż limitu ta' salvagwardja ta' EUR 4 għal kull gigabyte ta' dejta trażmessa. Il-limitu ta' salvagwardja għandu, fl-1 ta' Lulju 2018, jonqos għal EUR 3 għal kull gigabyte ta' dejta trażmessa, fl-1 ta' Lulju 2019 għal EUR 2 għal kull gigabyte ta' dejta trażmessa, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, fl-1 ta' Lulju 2020, għal EUR 1 għal kull gigabyte ta' dejta trażmessa. Dan il-limitu għandu jibqa' bir-rata ta' EUR 1 għal kull gigabyte ta' dejta trażmessa sat-30 ta' Ġunju 2022.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 16 – paragrafi 1 u 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4 a)  Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'li ġej:

"1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

"1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, flimkien mal-BEREC, jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità ma' dan ir-Regolament fit-territorju rispettiv tagħhom.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u jissorveljaw lill-fornituri tar-roaming li huma stess jagħmlu użu mill-Artikolu 6b, 6c u 6e(3).

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u jissorveljaw lill-fornituri tar-roaming li huma stess jagħmlu użu mill-Artikolu 6b, 6c u 6e(3).

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b, 6c, 6e, 7, 9, u 12, b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha."

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-BEREC għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 6a, 6b, 6c, 6e, 7, 9, 12 u 19a, b'mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha."

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fl-Artikolu 17 (1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

(5)  Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.   Fil-każ ta’ tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi għal komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Kwadru.

"1.   Fil-każ ta' tilwim konness mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu netwerks jew servizzi għal komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Kwadru.

Każijiet ta’ tilwim bejn l-operaturi tan-netwerk miżjur u operaturi oħrajn dwar ir-rati applikati għall-inputs meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-ingrossa rregolati jistgħu jitressqu quddiem l-awtorità jew awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 20 jew 21 tad-Direttiva Kwadru. F’każ bħal dan, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti għandhom jikkonsultaw lil BEREC dwar l-azzjoni li trid tittieħed skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Kwadru, id-Direttivi Speċifiċi jew dan ir-Regolament għar-riżolviment tat-tilwima, u għandhom jistennew l-opinjoni ta’ BEREC qabel jieħdu azzjoni sabiex jirrisolvu t-tilwima.

Każijiet ta' tilwim bejn l-operaturi tan-netwerk miżjur u operaturi oħrajn dwar:

 

(a)   ir-rati applikati għall-inputs meħtieġa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-ingrossa rregolati;

 

(b)   każijiet ta' kompetizzjoni inġusta li, fis-sustanza, tkun tikkonsisti minn offerta minn operatur mhux domestiku bbażat fuq roaming permanenti.

 

jistgħu jitressqu quddiem l-awtorità jew awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 20 jew 21 tad-Direttiva Kwadru. F'każ bħal dan, l-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorja/i nazzjonali kompetenti għandhom jikkonsultaw lil BEREC dwar l-azzjoni li trid tittieħed skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Kwadru, id-Direttivi Speċifiċi jew dan ir-Regolament għar-riżolviment tat-tilwima, u għandhom jistennew l-opinjoni ta' BEREC qabel jieħdu azzjoni sabiex jirrisolvu t-tilwima.

 

Jekk it-tilwima tidħol fl-ambitu ta' (b), il-BEREC għandu, fl-opinjoni tiegħu, jagħmel valutazzjoni ġenerali matul perjodu sinifikanti tal-elementi fattwali kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-operatur mhux domestiku fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit u, fuq bażi proporzjonali u komparattiva, fl-Istat Membru miżjur. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu:

 

(a)   il-post fejn l-operatur għandu l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tiegħu, jew fejn l-operatur għandu uffiċċji, iħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

 

(b)   il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-operatur mal-persunal tiegħu, minn naħa, u mal-klijenti tiegħu, min-naħa l-oħra;

 

(c)   il-post fejn l-operatur iwettaq l-attività sostanzjali ta' negozju tiegħu u fejn jimpjega persunal amministrattiv;

 

(d)   l-investimenti mwettqa, l-għadd ta' kuntratti mwettqa u/jew il-proporzjon tal-fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment u fl-Istat Membru miżjur."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – punt a

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza tinbidel b’din li ġejja:

(a)   il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. ‘Addizzjonalment, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn wara l-15 ta' Ġunju 2017.' . Kull rapport għandu jinkludi, fost affarijiet oħra, valutazzjoni ta':

"3. ‘Addizzjonalment, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-abolizzjoni tal-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta' Diċembru 2018. Barra minn hekk, wara li tikkonsulta mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta' Diċembru 2019 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex temenda t-tariffi bl-ingrossa għas-servizzi rregolati tar-roaming stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti biennali għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra, valutazzjoni ta':

(a)   id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data, b'mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(a)   id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inklużi dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-SMS u tad-data, b'mod partikolari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;

(b)   il-livell ta’ kompetizzjoni kemm fis-swieq bl-imnut kif ukoll f'dawk bl-ingrossa, b'mod partikolari s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(b)   il-livell ta' kompetizzjoni kemm fis-swieq bl-imnut kif ukoll f'dawk bl-ingrossa, b'mod partikolari s-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, u l-MVNOs, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta' ftehimiet kummerċjali u l-livell ta' interkonnessjoni bejn l-operaturi;

(c)   sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi regolati ta’ roaming.

(c)   sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri strutturali previsti fl-Artikoli 3 u 4 pproduċiet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għal servizzi regolati ta' roaming.

 

(ca)   l-evoluzzjoni tal-prezzijiet bl-imnut, il-firxa ta' pjanijiet ta' tariffa disponibbli għall-klijenti, inkluża kwalunkwe emerġenza ta' pjanijiet ta' tariffi ristretti biss għal servizzi domestiċi u kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffi b'rata fissa.

 

(cb)   il-bidliet fix-xejriet tal-użu tad-dejta mill-konsumaturi;

 

(cc)   il-kapaċità tal-operaturi tan-netwerks domestiċi li jmantnu l-mudell tat-tariffi domestiċi u li jirkupraw l-ispejjeż biex jipprovdu servizzi rregolati tar-roaming mid-dħul tagħhom mill-provvista ta' dawn is-servizzi, u sa liema punt il-ħlasijiet supplimentari eċċezzjonali għar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati skont l-Artikolu 6c;

 

(cd)   il-kapaċità tal-operaturi ta' netwerk miżjura li jirkupraw l-ispejjeż imġarrba b'mod effiċjenti tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-ingrossa rregolati:

 

(ce)   l-impatt tar-RLAH fuq l-investimenti ppjanati fl-infrastruttura tan-netwerk;

 

(cf)   l-impatt tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) .../...1a dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam ma' soluzzjonijiet għat-tilwim bejn l-operaturi li japplikaw politika ta' użu ġust u l-klijenti li jwettqu roaming, bħal pereżempju jekk dawn tal-aħħar jingħatawx biżżejjed żmien biex iressqu oġġezzjoni u jevitaw li jiġu ppenalizzati fil-proċess;

 

(cg)   l-użu ta' indikaturi oġġettivi u b'mod partikolari l-interpretazzjoni mill-operaturi u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tat-terminoloġija użata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) .../..., bħal "użu anomalu", u "ivvjaġġar perjodiku", bil-għan li jiġu evitati inkonsistenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni;

 

 

_____________________

 

1a   Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) .../... ta' ... li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika ta' użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet addizzjonali għar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li trid titressaq minn fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L..., ..., p...). "

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b

Regolament (UE) Nru 531/2012

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-ewwel sentenza tinbidel b’din li ġejja:

(b)   il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Sabiex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni kollha, BEREC għandu jiġbor regolarment dejta mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għas-servizzi rregolati ta’ telefonati bil-vuċi, SMS u roaming tad-dejta, inklużi t-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament. Għandu jiġbor ukoll dejta dwar il-ftehimiet bl-ingrossa mhux soġġetti għat-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7, 9 jew 12 u dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kuntrattwali fil-livell bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv ta’ aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħrajn għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming irregolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt li dawn tal-aħħar ikunu qed jivvjaġġaw perjodikament ġewwa l-Unjoni.

"4.   Sabiex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni kollha, BEREC għandu jiġbor regolarment u jagħmel disponibbli għall-pubbliku dejta mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għas-servizzi rregolati ta' telefonati bil-vuċi, SMS u roaming tad-dejta, inklużi t-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament. Għandu jiġbor ukoll dejta dwar il-ftehimiet bl-ingrossa mhux soġġetti għat-tariffi massimi tar-roaming bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 7, 9 jew 12 u dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri kuntrattwali fil-livell bl-ingrossa mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet oħrajn għajr il-forniment ta' servizzi tar-roaming irregolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt li dawn tal-aħħar ikunu qed jivvjaġġaw perjodikament ġewwa l-Unjoni.

Din id-data għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha."

Din id-dejta għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, tal-anqas kull tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.

Fuq il-bażi tad-data miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment ukoll dwar l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll ta' roaming u l-evoluzzjoni tar-rati reali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming.

Fuq il-bażi tad-data miġbura, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment ukoll dwar l-evoluzzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għal servizzi domestiċi kif ukoll ta' roaming u l-evoluzzjoni tar-rati reali tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tar-roaming, u dwar ir-rabta bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kosti bl-ingrossa għas-servizzi domestiċi kif ukoll ta' roaming. Il-BEREC għandu jivvaluta kemm dawn l-elementi huma relatati mill-qrib ma' xulxin, filwaqt li jqis li l-prezz bl-imnut għandu jkun ugwali għal jew akbar mit-tariffa bl-ingrossa, li, min-naħa tagħha, għandha tkun daqs jew akbar mill-ispiża bl-ingrossa. Il-BEREC għandu jagħmel ir-rapporti tiegħu disponibbli għall-pubbliku.

Il-BEREC għandu wkoll ta’ kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta’ tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-konsumaturi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u dawn is-sejbiet."

Il-BEREC għandu wkoll ta' kull sena jiġbor informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà ta' tariffi differenti offruti mill-operaturi lill-klijenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din id-data u dawn is-sejbiet."

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Ir-Regolament dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjoni ("TSM") (Regolament (UE) Nru 2015/2120, adottat fl-2015 jipprevedi l-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming bl-imnut għat-telefonati bil-vuċi, dejta u SMS mill-15 ta' Ġunju 2017: l-hekk imsejjaħ "Roam Like At Home" (RLAH). Sabiex ir-RLAH jidħol fis-seħħ, sa dik id-data jrid ikun hemm applikabbli leġiżlazzjoni li tadatta l-prezzijiet massimi għas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa. Kif mitlub mill-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni wettqet rieżami tas-suq tar-roaming bl-ingrossa u abbażi ta' dak ir-rieżami pproponiet il-leġiżlazzjoni. Dan ir-rapport huwa l-ewwel pass lejn l-adozzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja.

Ir-RLAH huwa wkoll suġġett għall-applikazzjoni possibbli ta' "politiki ta' użu ġust" mill-operaturi u ta' derogi eċċezzjonali permezz ta' mekkaniżmu ta' sostenibbiltà, li għandu jiġi elaborat aktar u ppreżentat mill-Kummissjoni f'att ta' implimentazzjoni sa tmiem is-sena. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li l-att ta' implimentazzjoni jmur id f'id mar-rieżami dwar il-limiti massimi bl-ingrossa. Politika ġeneruża ta' użu ġust għall-konsumaturi jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn limiti massimi bl-ingrossa li jippermettu li kemm jista' jkun operaturi possibbli jipprovdu r-RLAH.

Fir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tar-roaming bl-ingrossa mhux qed jaħdem tajjeb u pproponiet li tnaqqas ulterjorment il-limiti massimi tal-prezzijiet bl-ingrossa għal telefonati bil-vuċi, SMS u roaming tad-dejta.

Ir-rapporteur tapprova bis-sħiħ l-għan tat-tneħħija tat-tariffi tar-roaming tal-konsumaturi fl-Ewropa u tipproponi aktar bidliet fil-proposta tal-Kummissjoni li jkunu ta' benefiċċju għall-konsumatur u jissalvagwardjaw is-swieq kompetittivi tat-telekomunikazzjoni.

Il-limiti massimi bl-ingrossa

Il-prezzijiet bl-ingrossa għad-dejta ilhom għal snin jonqsu fis-swieq u m'hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li dan l-iżvilupp mhux se jkompli. It-tnaqqis fil-prezzijiet għandu rabta qawwija mal-użu li qed jikber b'ħeffa tad-dejta madwar id-dinja kollha. Sal-2021, skont ċerti stimi, it-traffiku tad-dejta bil-mobbli se jkun żdied b'għaxar darbiet meta mqabbel mal-2015. Il-benefiċċji ekonomiċi tal-użu akbar tad-dejta fis-soċjetajiet Ewropej huma ċari, u jġib miegħu opportunitajiet ġodda ta' servizz u jagħti spinta lill-kompetittività industrijali. Dan m'għandu għall-ebda raġuni jiġi skoraġġut.

L-użu akbar tad-dejta se jġib ukoll investimenti ġodda fl-infrastruttura, li jippermettu l-konsumaturi domestiċi kif ukoll dawk li jżuru jużaw aktar u aktar dejta. L-ewwel ċifri mingħand l-operaturi li diġà joffru r-RLAH lill-klijenti tagħhom juru tkabbir qawwi fl-użu tad-dejta. Il-konsumaturi li għadhom iżommu l-mowbajls tagħhom mitfija meta jkunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea se jkunu ħielsa li jużaw servizzi bbażati fuq id-dejta ladarba r-RLAH isir realtà għal kulħadd, b'hekk tingħata spinta ulterjuri lill-użu tad-dejta.

Il-Kummissjoni ma tqisx kif xieraq dawn l-iżviluppi, u tibbaża l-proposta tagħha għal-limitu massimu tal-prezz bl-ingrossa għad-dejta fuq suppożizzjoni konservattiva taż-żieda fl-użu tad-dejta u fuq livell tal-prezz tas-suq li ma jevolvix. Din is-suppożizzjoni wasslet biex il-Kummissjoni tipproponi limitu massimu bl-ingrossa li r-Rapporteur temmen li huwa għoli wisq. Il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi limitu massimu tal-prezz tad-dejta mhux mibdul ta' 0,85€c mill-2017 sal-2021 (b'rieżami fl-2019). Madankollu, fil-kalkoli tal-Konsulenti tat-TERA, li jakkumpanjaw il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, il-kost biex jiġu pprovduti servizzi tar-roaming bl-ingrossa lil operatur fl-2017 huwa anqas minn 0,5 €c għal kull MB fl-Istati Membri kollha u taħt 0,4 €c għal kull MB f'27 mit-28 Stat Membru (bl-eċċezzjoni ta' Malta).

L-istudju tat-TERA juri wkoll li użu akbar se jbaxxi b'mod sinifikanti l-kost għal kull unità. Sabiex dawn ir-realtajiet jiġu riflessi aħjar fis-suq tad-dejta, ir-Rapporteur tqis li jeħtieġ li l-limitu massimu tal-prezzijiet għall-2017 jiġi ffissat eqreb lejn il-livelli tal-kost u li jiġi introdott limitu massimu fuq il-prezzijiet tad-dejta li jonqos kull sena. Din il-mogħdija ta' tnaqqis gradwali propost mir-Rapporteur fl-Artikolu 12 tirrifletti r-realtà fis-swieq bl-ingrossa, iżda wkoll tagħti prevedibbiltà akbar. L-operaturi jagħmlu ftehimiet dwar ir-roaming ma' xulxin kull sena. Il-mogħdija se tagħmilha possibbli li l-operaturi jbassru aħjar it-tariffi tar-roaming tagħhom milli kieku b'limitu massimu statiku kkombinat ma' rieżami li l-eżitu tiegħu ma jistax jiġi previst.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tqis li limitu massimi għolja wisq iwasslu għal tnaqqis fil-kompetizzjoni fis-swieq. L-operaturi iżgħar u l-operaturi virtwali tan-netwerk mobbli huma innovaturi u kompetituri u jistgħu jġibu aktar klijenti għan-netwerks domestiċi kif ukoll għan-netwerks tar-roaming. Madankollu, huma għandhom setgħa ta' negozjar aktar limitata u l-prezzijiet li jħallsu għar-roaming tad-dejta bl-ingrossa normalment ikunu daqs il-limitu massimu rregolat fuq il-prezz jew kemmxejn anqas minnu. L-impożizzjoni ta' limitu massimu fuq il-prezz li jkun għoli wisq iġġib magħha diffikultajiet ekonomiċi għall-operaturi iżgħar u virtwali, twassal għal anqas atturi u anqas kompetizzjoni fis-swieq, u b'hekk tillimita l-għażla tal-konsumatur. Limiti massimi tal-prezzijiet għoljin wisq jistgħu jwasslu wkoll sabiex l-operaturi jagħżlu li joffru biss servizzi domestiċi lill-klijenti tagħhom, li jmur kontra l-ħsieb tas-Suq Uniku Diġitali.

Barra minn hekk, jekk politika ġeneruża ta' użu ġust tkun akkumpanjata minn limiti tal-prezzijiet bl-ingrossa għad-dejta li jkunu għoljin wisq, dan ikollu impatt negattiv fuq dawk is-swieq fejn l-użu tad-dejta jkun għoli u/jew il-prezzijiet bl-imnut baxxi. Dan ix-xenarju jista' jwassal biex l-operaturi li jżuru japplikaw għal deroga mir-RLAH permezz tal-mekkaniżmu ta' sostenibilità, li jfisser li l-klijenti tagħhom ma jibqgħux jibbenefikaw mir-RLAH.

Ir-rapporteur tipproponi wkoll li l-unitajiet użati għad-dejta jinbidlu minn megabytes għal gigabytes (1024 MB), li jieħu kont aħjar tal-użu tad-dejta li qed jikber b'pass mgħaġġel u li qed jiġi osservat bħalissa u li huwa mistenni fis-snin li ġejjin. Ir-rapporteur temmen li l-gigabytes huma aktar xierqa għall-ammonti ġodda tal-konsum tad-dejta filwaqt li bihom ir-Regolament ikun aktar adatt għall-ħtiġijiet tal-futur.

Fl-aħħar nett, meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur tqis li xorta jkun għad hemm lok kemm għall-kompetizzjoni kif ukoll għall-irkupru tal-kosti anki b'limitu massimu bl-ingrossa mnaqqas ukoll għas-sejħiet bil-vuċi. Madankollu, ir-rapporteur tqis li l-limitu massimu fuq il-prezz ta' SMS huwa adegwat. Il-limitu massimu huwa bbażat b'mod xieraq fuq ir-realtajiet tas-suq billi l-użu tal-messaġġi b'test ilu jonqos u bil-mod qed jiġi sostitwit b'servizzi bbażati fuq id-dejta f'kompetizzjoni.

Klawżola ta' rieżami

Il-Kummissjoni tipproponi rieżami tal-limiti massimi tal-prezzijiet kull sentejn wara l-15 ta' Ġunju 2017. Ir-rapporteur taqbel ma' dan, flimkien mal-mogħdija tat-tnaqqis proposta. Jekk jintwera li l-limiti massimi fuq il-prezzijiet huma għoljin wisq u jfixklu l-funzjonament tas-swieq, jeqirdu l-atturi tas-suq u jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni, jew li l-limiti massimi huma stabbiliti baxxi wisq u jipperikolaw l-irkupru tal-kosti għall-operaturi viżitaturi, il-limiti massimi jistgħu jiġu aġġustati b'konsegwenza.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli għas-swieq tar-roaming bl-ingrossa

Referenzi

COM(2016)0399 – C8-0219/2016 – 2016/0185(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.7.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

4.7.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

13.7.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miapetra Kumpula-Natri

6.7.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.9.2016

12.10.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Ian Duncan, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Luděk Niedermayer, Jens Rohde, Massimiliano Salini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto

Data tat-tressiq

7.12.2016

Avviż legali