Proċedura : 2015/0263(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0374/2016

Testi mressqa :

A8-0374/2016

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 17
CRE 26/04/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0139

RAPPORT     ***I
PDF 562kWORD 183k
7.12.2016
PE 585.523v02-00 A8-0374/2016

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur:Lambert van Nistelrooij, Constanze Krehl

Rapporteur għal opinjoni (*):

Costas Mavrides, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0701),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikoli 175 u l-Artikolu 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0373/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' April 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A80374/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  L-Artikolu 174 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha u, b'mod partikolari, jimmiraw li jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin.

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna, kif ukoll kooperazzjoni f'diversi livelli u viżjoni fit-tul. L-indirizzar tar-riformi strutturali f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika huwa sfida billi l-impatt tagħhom ħafna drabi jieħu ż-żmien biex iseħħ. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni tempestivi u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien importanti fl-appoġġ ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin. Is-sjieda tar-riformi strutturali fil-post hija essenzjali sabiex il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") ikollu suċċess.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li jiffavorixxu t-tkabbir skont l-objettivi ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni, inkluż l-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, il-promozzjoni ta' investiment u żvilupp soċjali sodi. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, bħall-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati u/ jew imdewma tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mfassla biex tappoġġja t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-Unjoni għandha esperjenza twila fuq l-għoti ta' appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f'dan ir-rigward.

(6)  L-Unjoni għandha esperjenza twila f'azzjonijiet konkreti u l-finanzjament eżistenti fuq l-għoti ta' appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi jenħtieġ li tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata teżisti u hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f'dan ir-rigward.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Ir-Rapport Speċjali (Nru 19/2015) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem "Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja" jinkludi rakkomandazzjonijiet utli rigward l-għoti ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni lill-Istati Membri li għandhom jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-appoġġ taħt il-Programm.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw riformi ekonomiċi u soċjali, amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir b'mod sostenibbli, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-Programm bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jiffavorixxu t-tkabbir u li jistabbilixxu koerenza mal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni b'mod partikolari l-Fondi u l-programmi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE"). Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-ħolqien tal-impjiegi, il-garanzija ta' livell għoli ta' protezzjoni soċjali u servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u tingħata spinta lill-kompetittività u l-produttività tal-Ewropa u jiġi stimolat investiment sostenibbli fl-ekonomija reali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-politika urbana u ta' koeżjoni, il-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, l-organizzazzjoni territorjali, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, sħubijiet li jattiraw l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, żieda fil-parteċipazzjoni pubblika fl-intrapriżi u fil-proċessi ta' privatizzazzjoni, fejn xieraq, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, it-tisħiħ tas-sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, kif ukoll ta' sistemi ta' saħħa pubblika, l-asil, il-politiki ta' migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-politiki tas-settur finanzjarju.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(9)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Jenħtieġ ukoll li huma jkunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi magħmula fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkisbu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-investiment sostenibbli, jittejjeb it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin ta' talba għal appoġġ.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, solidarjetà, trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà u tas-severità tal-problemi identifikati, il-ġustifikazzjoni għar-riforma mitluba, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat ikun responsabbli għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija. Abbażi ta' din l-analiżi u b'kunsiderazzjoni tal-azzjonijiet eżistenti u l-attivitajiet iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tilħaq ftehim mal-Istat Membru kkonċernat dwar l-oqsma ta' prijorità, l-objettivi, skeda indikattiva ta' żmien, il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata għal dan l-appoġġ, li għandhom jiġu stabbiliti fi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew ikun informat bis-sħiħ malli t-talba għall-appoġġ skont il-Programm tiġi riċevuta u dwar l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', bil-kunsens tal-Istat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ, torganizza l-forniment ta' appoġġ f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kif definit f'dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10b)  Jenħtieġ li Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ ikun jista', għal qasam jew oqsma speċifiċi ta' appoġġ, jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed jew aktar bħala Sħab għar-Riforma biex jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-proġetti. Filwaqt li r-responsabilità għar-riformi hija tal-Istat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ, jenħtieġ li s-Sħab għar-Riforma jew Stati Membri oħra li jipprovdu appoġġ ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Programm. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat bis-sħiħ dwar il-parteċipazzjoni ta' Sieħeb għar-Riforma u r-rwol tiegħu fil-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Rieżami tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jissottolinaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq azzjonijiet u attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F'dan l-isfond, jenħtieġ li l-azzjonijiet u l-attivitajiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit fil-Qafas Strateġiku Komuni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll fil-livell internazzjonali fejn xieraq. Jenħtieġ li l-azzjonijiet u l-attivitajiet taħt dan il-Programm jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawn jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni li tista' tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet konkreti mfassla għas-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru rikjedenti.

__________________

__________________

13 COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

13 COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

14 COM(2011)500 final tad-29 ta' Ġunju 2011.

14 COM(2011)500 final tad-29 ta' Ġunju 2011.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul sħiħ tal-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fil-qasam baġitarju u dwar ġestjoni finanzjarja tajba1a, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Programm permezz tat-trasferiment ta' allokazzjonijiet mill-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jitqies biss bħala soluzzjoni ta' darba li ma għandux joħloq preċedent fir-rigward tal-finanzjament ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam. Jenħtieġ li proposta leġiżlattiva possibbli għat-titwil tal-Programm taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid tinkludi allokazzjoni separata ġdida ddedikata speċifikament għall-Programm.

___________________

1a ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri li jitolbu appoġġ għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b'fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment ta' riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-programm. Ir-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi fl-Istati Membri kkonċernati.

(14)  Jenħtieġ li l-Istati Membri li jitolbu appoġġ ikollhom l-għażla li jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b'fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibilità ta' trasferiment ta' riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-Programm. Jenħtieġ li r-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni jintużaw biex jappoġġjaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi għall-Fond fl-Istati Membri kkonċernati permezz ta' effikaċja u effiċjenza aħjar u assorbiment akbar tal-Fondi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu b'mod volontarju jekk jallokawx parti mir-riżorsi għall-appoġġ tar-riformi strutturali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi politiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

(15)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi soċjali, politiċi u ekonomiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-prijoritajiet tal-appoġġ u tal-finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Jenħtieġ li dawk l-elementi jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali.

__________________

__________________

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament ta' 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

(16)  Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament għal għotjiet sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri speċjali, b'mod urġenti, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali u għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn sitt xhur, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat bis-sħiħ dwar l-adozzjoni ta' tali miżuri speċjali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta' finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b'rabtiet mill-qrib ma' dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri.

(18)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti, koerenti u trasparenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan il-Programm jikkumplimentaw, ikunu addizzjonali għal u kkoordinati ma' programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, mingħajr ma jiġu sostitwiti, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess kost eliġibbli. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta' finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b'rabtiet mill-qrib ma' dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u l-programmi tal-Unjoni fl-Istati Membri, b'mod partikolari l-Fondi SIE. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji b'appoġġ ipprovdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, pieni.

(19)  Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Jenħtieġ li jitwettaq rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tat-talba għal appoġġ, evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu, il-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew u valutazzjoni tal-Programm taħt il-perjodu ta' programmazzjoni li jkun imiss, inkluż it-tiġdid u s-sorsi alternattivi ta' finanzjament possibbli. Flimkien ma' dan, jenħtieġ li evalwazzjoni ex post tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibilità tal-Programm. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi definiti minn qabel li jkejlu l-effetti tal-Programm.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)  Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu l-ilħuq tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-programm, u sabiex jiġi ssupplimentat dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista u l-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma pluriennali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, mal-partijiet interessati varji, anke fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE. Jenħtieġ li teżerċita dawn is-setgħat b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Jenħtieġ li l-proċedura konsultattiva tintuża għall-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali.

__________________

1a Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali deċiżi bi qbil mal-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali kif definit f'dan ir-Regolament, għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-istrutturi jew l-amministrazzjoni pubblika, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet japplikaw:

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:

1.  "Stat Membru benefiċjarju" tfisser Stat Membru li jirċievi appoġġ mill-Unjoni taħt dan il-Programm;

1.  "Stat Membru benefiċjarju" tfisser Stat Membru li jitlob u jirċievi appoġġ mill-Unjoni taħt dan il-Programm;

2.  "Fondi tal-Unjoni" tfisser il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabilit, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, bir-Regolament (UE) 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.  "Fondi tal-Unjoni" tfisser il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabilit, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, bir-Regolament (UE)Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22.

2a.  "Awtorità nazzjonali" tfisser awtorità nazzjonali waħda jew aktar, inklużi awtoritajiet fil-livelli reġjonali u lokali, li tiffunzjona skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istat Membru u b'konformità mal-prinċipju tas-sħubija kif stipulat fil-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment22a.

2b.  "Organizzazzjoni internazzjonali" tfisser organizzazzjoni internazzjonali tas-settur pubbliku stabbilita bi ftehim internazzjonali u aġenziji speċjalizzati stabbiliti minn tali organizzazzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) (ii) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament Finanzjarju.

__________________

__________________

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

19Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

20Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).

21Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p, 143).

22Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p143).

22a Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet u attivitajiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet u l-attivitajiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati, li f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, jkollhom valur miżjud Ewropew u għandha timmonitorja jekk il-valur miżjud Ewropew ikunx attwalment inkiseb.

2.  L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b'mod partikolari permezz ta':

2.  L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b'mod partikolari permezz ta':

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi lokali, reġjonali u nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha, u li jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali;

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit fil-Qafas Strateġiku Komuni stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll fil-livell internazzjonali, fejn xieraq;

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll il-promozzjoni tal-valuri Ewropej, b'mod partikolari s-solidarjetà u r-rispett għad-drittijiet fundamentali;

(d)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta' prattiki tajbin u l-bini ta' pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta' kompetenzi;

(d)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba bl-għan li tiżdied il-viżibilità tal-programmi ta' riforma tal-Unjoni u l-bini ta' pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta' kompetenzi;

(e)  il-promozzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

(e)  il-promozzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jiffavorixxu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, is-setturi ekonomiċi u soċjali b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-kompetittività, il-produttività tal-intrapriżi tal-Unjoni, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment, fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, jew permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

1.  Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi li għandhom jiġu segwiti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri benefiċjarji:

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi u territorjali mistennija, kif ukoll il-ħtieġa li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jippjanaw u jifformulaw, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn il-prijoritajiet fil-livell nazzjonali u fejn xieraq fil-livell reġjonali tal-miri u l-mezzi fis-setturi kollha;

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis l-aħjar prattiki u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(d)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ċari u żieda ta' għarfien u ħiliet professjonali. Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

(d)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ġestjoni tar-riżorsi umani billi jissaħħu l-għarfien u l-ħiliet professjonali, kif ukoll tad-djalogu soċjali.

(da)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lis-sħab ekonomiċi u soċjali sabiex itejbu l-kapaċitajiet amministrattivi u operattivi tagħhom biex jimplimentaw il-Fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE.

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mal-opportunitajiet indaqs, mal-kompetittività, mat-tkabbir innovattiv, intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(a)  il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, l-iżvilupp tas-settur privat, l-assistenza finanzjarja u amministrattiva lill-SMEs, l-investiment, it-tkabbir tal-parteċipazzjoni pubblika fl-intrapriżi u l-proċessi ta' privatizzazzjoni, fejn xieraq il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

(d)  il-koeżjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol għall-ħolqien tal-impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa u l-politiki tal-asil, il-migrazzjoni u l-fruntieri;

(e)  il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(e)  il-politiki għall-implimentazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' diversifikazzjoni tal-enerġija, kif ukoll għas-settur agrikolu, tas-sajd u tal-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(f)  il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

(f)  il-politiki tas-settur finanzjarju, inkluż il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, l-istabilità finanzjarja, l-aċċess għall-finanzjament u s-self lill-ekonomija reali; il-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u l-istatistika; u l-politiki bl-għan li jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5, il-Programm jista' jiffinanzja b'mod partikolari dawn it-tipi ta' azzjonijiet:

Bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 u l-ksib ta' soluzzjonijiet imfassla apposta, il-Programm jista' jiffinanzja b'mod partikolari dawn it-tipi ta' azzjonijiet:

(a)  il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, u r-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;

(a)  il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, il-formulazzjoni ta' strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta' riforma, kif ukoll ir-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali fejn xieraq;

(b)  il-forniment ta' espert(i) (anke esperti residenti), għal perjodu qasir jew twil, għat-twettiq ta' kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'appoġġ ta' interpretazzjoni, traduzzjoni u kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta' infrastruttura u ta' tagħmir;

(b)  il-forniment ta' espert(i) (anke esperti residenti), għal perjodu qasir jew twil, għat-twettiq ta' kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operattivi, fejn meħtieġ b'appoġġ ta' interpretazzjoni, traduzzjoni u kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta' infrastruttura u ta' tagħmir;

(c)  il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u azzjonijiet ta' appoġġ relatati, b'mod partikolari:

(c)  il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u azzjonijiet ta' appoġġ relatati inkluż l-għoti ta' setgħa lis-soċjetà ċivili, kif ukoll riformi fil-livelli kollha ta' governanza b'mod partikolari:

(i)  seminars, konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma;

(i)  seminars, konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma;

(ii)  żjarat ta' ħidma lil Istati Membri rilevanti jew pajjiż terz biex b'hekk l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet rilevanti;

(ii)  żjarat ta' ħidma lil Istati Membri rilevanti jew pajjiż terz biex b'hekk l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet rilevanti;

(iii)  azzjonijiet ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' moduli ta' taħriġ onlajn jew oħrajn għall-appoġġ tal-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa relatati mar-riformi rilevanti;

(iii)  azzjonijiet ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' moduli ta' taħriġ online jew oħrajn għall-appoġġ tal-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa relatati mar-riformi rilevanti;

(d)  ġbir ta' dejta u statistika; żvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment;

(d)  ġbir ta' data u statistiki; żvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment;

(e)  organizzazzjoni ta' appoġġ operazzjonali lokali f'oqsma bħall-asil, il-migrazzjoni, il-kontrolli tal-fruntieri;

(e)  organizzazzjoni ta' appoġġ operazzjonali lokali f'oqsma bħall-asil, il-migrazzjoni, il-kontrolli tal-fruntieri;

(f)  bini tal-kapaċità fl-IT: żvilupp, manutenzjoni, operat u kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u applikazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi rilevanti;

(f)  bini tal-kapaċitajiet fl-IT għall-iżvilupp, il-manutenzjoni, l-operat u l-kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u applikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi rilevanti, u programmi mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi;

(g)  studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(g)  studji, riċerki, analiżijiet u stħarriġiet; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(h)  proġetti ta' komunikazzjoni: attivitajiet ta' tagħlim, ta' kooperazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni, ta' disseminazzjoni, u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja, fosthom komunikazzjoni korporattiva;

(h)  proġetti ta' komunikazzjoni fil-kuntest tar-riformi proposti għal attivitajiet ta' tagħlim, kooperazzjoni, sensibilizzazzjoni, disseminazzjoni u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-media, fosthom komunikazzjoni korporattiva; u l-komunikazzjoni permezz ta' netwerks soċjali, fejn xieraq;

(i)  kumpilazzjoni u pubblikazzjoni ta' materjal għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni kif ukoll ta' riżultati tal-Programm: żvilupp, operat u manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(i)  kumpilazzjoni u pubblikazzjoni ta' materjal għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni kif ukoll ta' riżultati tal-Programm, anke permezz tal-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(j)  kwalunkwe attività oħra ta' appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbilti fl-Artikoli 4 u 5.

(j)  kwalunkwe attività rilevanti oħra ta' appoġġ għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin inklużi fit-talba għal għajnuna li għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, solidarjetà, trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika previsti, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Abbażi ta' din l-analiżi u b'kunsiderazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-Istat Membru kkonċernat dwar l-oqsma ta' prijorità, l-objettivi, skeda indikattiva ta' żmien, il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata għal dan l-appoġġ fi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ.

2a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ malli tasal talba għal appoġġ taħt il-Programm u dwar l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli.

3.  It-talba għal appoġġ tista' tiġi ppreżentata fir-rigward ta':

3.  It-talba għal appoġġ tista' tiġi ppreżentata fir-rigward ta':

(a)  l-implimentazzjoni ta' riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġin fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew ta' azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

(a)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi sostenibbli;

(b)  l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b'mod partikolari skont ir- Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro;

(b)  l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/200224 għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro;

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(c)  l-implimentazzjoni ta' riformi sostenibbli fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew l-azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

________________

________________

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

23 Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

24Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

(Fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (c) fit-test tal-Kummissjoni saru l-punti (c) u (a) rispettivament fl-emenda tal-Parlament. U t-tnejn li huma qed jiġu emendati.)

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjoni tal-appoġġ

Organizzazzjoni tal-appoġġ u tas-Sħab għar-Riforma

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

1.  Il-Kummissjoni tista', bil-kunsens tal-Istat Membru Benefiċjarju, torganizza l-appoġġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn.

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, u abbażi ta' ftehim reċiproku mal-Istat Membru Benefiċjarju u l-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ dwar il-parteċipazzjoni ta' Sieħeb għar-Riforma u r-rwol tiegħu fil-pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR 142 800 000.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR 142 800 000 fi prezzijiet attwali.

2.  L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

2.  L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

3.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

3.  L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista' jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri.

1.  Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista' jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

2.  Il-miżuri tal-programm jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. B'mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament jieħu l-forma ta':

(d)  għotjiet (fosthom għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri);

(d)  għotjiet (fosthom għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri);

(e)  kuntratti ta' akkwist pubbliku;

(e)  kuntratti ta' akkwist pubbliku;

(f)  rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni;

(f)  rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni, inklużi esperti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu appoġġ;

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji, stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali; kif ukoll;

(h)  azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta.

(h)  azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta.

3.  Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)  Stati Membri;

(a)  Stati Membri;

(b)  pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(b)  pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

4.  L-appoġġ jista' jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5.

5.  Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma pluriennali. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

6.  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

6.  Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ, tista' tadotta miżuri speċjali urġenti, inizjalment mhux inklużi fil-programm ta' ħidma annwali, f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali huma ta' natura proviżorja, jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7. Il-miżuri speċjali għandhom jintemmu fi żmien sitt xhur u jistgħu jiġu sostitwiti b'appoġġ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat b'mod sħiħ dwar il-miżuri speċjali adottati abbażi ta' dan l-Artikolu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fil-limiti tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan l-għan, huma għandhom:

(a)  jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(a)  jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE;

(b)  itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

(b)  itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż;

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

Il-programmi ta' ħidma multiannwali u annwali rilevanti jistgħu jservu bħala qafas ta' koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 5(2).

Il-programmi ta' ħidma pluriennali u annwali rilevanti jistgħu jservu bħala qafas ta' koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 5(2).

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji b'appoġġ ipprovdut mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament jew użati inkorrettament u, meta jkun xieraq, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji effettivi u proporzjonati skont ir-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi ġenerali fl-Artikolu 4 u l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(2) għall-valutazzjoni ta' talbiet għal appoġġ mibgħuta mill-Istati Membri, rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim għandu jinkludi informazzjoni dwar l-ilħiq tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk ikunx jeħtieġ li l-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jiġi adattat, sospiż jew stabbilit mill-ġdid taħt il-qafas finanzjarju li jmiss b'pakkett finanzjarju ddedikat għalih. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jivvaluta l-programm fit-totalità tiegħu u jinkludi informazzjoni dwar l-impatt fit-tul tiegħu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) u skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 91 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fi ħdan l-ambitu u l-għan ta' dak il-Programm.”.

3.  0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) għandhom jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 fi prezzijiet attwali għandhom jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni u l-għan ta' dak il-Programm

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista' juża sa mhux aktar minn 0,25% tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f'isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fl-ambitu u l-għan ta' dak il-Programm.

F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista' juża sa mhux aktar minn 0,25 % tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f'isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 fi prezzijiet attwali għandhom jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fil-kamp ta' applikazzjoni u l-għan ta' dak il-Programm.

(1)

ĠU C 177, 18.5.2016, p. 47.

(2)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (23.11.2016)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Costas Mavrides

(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Diversi Stati Membri kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta' aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat, u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta' tkabbir potenzjali baxx. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta' politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta' konverġenza.

(3)  Diversi Stati Membri kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta' aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat, u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta' tkabbir potenzjali baxx u r-rata għolja ta' qgħad. L-Unjoni identifikat il-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali favorevoli għat-tkabbir fost il-prijoritajiet ta' politika tagħha biex toħloq il-kundizzjonijiet b'tali mod li jinkiseb perkors ta' tkabbir sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta' konverġenza u żieda fl-investiment.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin.

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna kif ukoll viżjoni fit-tul. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika hija sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien u impenn kontinwu biex jimmaterjalizzaw ruħhom, u għalhekk jeħtieġ jittieħdu miżuri sabiex jiskoraġġixxu tfassil ta' politika b'perspettiva fuq terminu qasir. B'mod partikolari, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, inkluż għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi jew dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin, u jista' jservi ta' preċedent utli għal programm li jappoġġja r-riforma strutturali. Is-sjieda tar-riformi strutturali u tar-rieda politika fl-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fejn meħtieġ, u s-sħab soċjali, hija fundamentali biex dan il-programm ikun ta' suċċess.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali favorevoli għat-tkabbir. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom it-tfassil inadegwat tar-riformi, il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-Unjoni għandha esperjenza twila fuq l-għoti ta' appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f'dan ir-rigward.

(6)  L-Unjoni għandha esperjenza twila fl-għoti ta' appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza ta' politika u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iservu ta' bażi biex jipprovdu azzjoni komprensiva u integrata sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, għandu jiġi adottat approċċ integrat u transsettorjali sabiex tiġi żgurata l-koerenza tax-xenarju tal-politika.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Ir-Rapport Speċjali (Nru 19/2015) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem "Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja" jinkludi rakkomandazzjonijiet utli rigward l-għoti ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni lill-Istati Membri li għandhom jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tal-appoġġ taħt il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b)  L-isforzi għal riformi strutturali biex jiżdied it-tkabbir għandhom jitkomplew b'determinazzjoni sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dawn ir-riformi u biex nibnu fuq il-progress li jkun sar.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm jikkostitwixxi appoġġ addizzjonali sinifikanti għal implimentazzjoni aħjar u aktar rapida tar-riformi maħsuba biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkisbu l-konverġenza, l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività, il-koeżjoni u l-produttività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-parteċipazzjoni pubblika fl-intrapriżi, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(9)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari biex itejbu l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, jissaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, u l-koeżjoni territorjali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' sussidjarjetà, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-azzjonijiet ta' prijorità għal appoġġ effettiv, it-tip u l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Il-Kummissjoni għandha tkun tista', bil-kunsens tal-Istat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, li torganizza l-għoti ta' appoġġ f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew Stati Membri oħra li jistgħu jaqblu li jaġixxu bħala sħab għar-riforma. L-Istat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ għandu jkun jista', għal qasam jew oqsma speċifiċi ta' appoġġ, jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed jew aktar bħala sħab għar-riforma biex jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-proġetti. Filwaqt li r-responsabbiltà għat-twassil tar-riformi hija tal-Istat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ, is-sħab għar-riforma jew Stati Membri oħra li jipprovdu appoġġ jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Programm.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni Baġitarja tal-UE"1 u "Baġit għall-Ewropa 2020"2 wkoll jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffokat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri fejn l-intervenzjoni tal-Unjoni tista' ġġib valur addizzjonali meta mqabbel ma' azzjoni tal-Istati Membri waħdehom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni Baġitarja tal-UE"1 u "Baġit għall-Ewropa 2020"2 wkoll jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffokat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri fejn l-intervenzjoni tal-Unjoni tista' ġġib valur addizzjonali meta mqabbel ma' azzjoni tal-Istati Membri waħdehom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza, sabiex il-proposti jkunu jistgħu jiġu mfassla apposta għas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri rikjedenti.

__________________

__________________

1COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

1COM(2010)700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

2COM(2011)500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

2COM(2011)500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza territorjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet u prinċipji

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet japplikaw:

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet u l-prinċipji japplikaw:

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "Stat Membru benefiċjarju" tfisser Stat Membru li jirċievi appoġġ mill-Unjoni taħt dan il-Programm;

1.  "Stat Membru benefiċjarju" tfisser Stat Membru li jitlob u jirċievi appoġġ mill-Unjoni taħt dan il-Programm;

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkunu tqajmu minn sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha, u li jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali u ekonomika;

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi strutturali, istituzzjonali, amministrattivi u favorevoli għat-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għal miżuri mmirati biex jirriformaw u jsaħħu jew jistabbilixxu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, il-koeżjoni, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u l-investiment, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

1.  Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi li għandhom jiġu segwiti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri benefiċjarji:

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi sostenibbli tagħhom skont il-prijoritajiet u l-prinċipji ta' sussidjarjetà, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jippjanaw u jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu u jimplimentaw proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ċari u żieda ta' għarfien u ħiliet professjonali.

(d)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tad-djalogu soċjali, tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ċari u żieda ta' għarfien u ħiliet professjonali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

imħassar

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni, mal-kompetittività, mal-innovazzjoni, mat-tkabbir sostenibbli, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, inkluża l-applikazzjoni korretta tad-dritt u tal-politiki tal-Unjoni, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-parteċipazzjoni pubblika fl-intrapriżi, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(e)  il-politiki għall-implimentazzjoni tal-azzjoni klimatika, għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika, għall-kisba tad-diversifikazzjoni enerġetika u għat-tmiem tal-iżolazzjoni enerġetika tal-Istati Membri u tar-reġjuni, kif ukoll għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

(f)  il-politiki tas-settur finanzjarju, inkluż il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, tal-istabbiltà finanzjarja, l-aċċess għall-finanzjament u s-self lill-ekonomija reali; il-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u l-istatistika; u l-politiki bil-għan li jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ tekniku taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali, tas-sussidjarjetà, tar-rispett għas-sħab soċjali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-FEIS, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-azzjonijiet ta' prijorità għall-appoġġ effettiv, l-objettivi partikolari għal dak l-Istat Membru abbażi tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, l-iskeda ta' żmien, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata għal dan l-appoġġ.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   It-talba għal appoġġ tista' tiġi ppreżentata fir-rigward ta':

3.   It-talba għal appoġġ tista' tiġi ppreżentata fir-rigward ta':

(a)  l-implimentazzjoni ta' riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġin fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew ta' azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

(a)  l-implimentazzjoni ta' riformi sostenibbli mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkisbu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

(b)   l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b'mod partikolari skont ir- Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/200224 għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro;

(b)   l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt strumenti eżistenti, b'mod partikolari skont ir- Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/200224 għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro;

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(c)  l-implimentazzjoni ta' riformi sostenibbli fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikolari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew l-azzjonijiet rilevanti relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

_____________

________________

23 Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

23 Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

(Il-punti (a) u (c) fit-test tal-Kummissjoni saru l-punti (c) u (a) rispettivament fl-emenda tal-Parlament. U t-tnejn li huma qed jiġu emendati.)

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjoni tal-appoġġ

Organizzazzjoni tal-appoġġ tekniku

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ tekniku previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista' jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri.

1.  Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 9, il-programm jista' jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali fuq bażi volontarja mill-Istati Membri.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

2.   Il-Kummissjoni, fuq bażi annwali, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programm u għandha tipprovdi rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, ġustifikazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiċċaħħad appoġġ lill-Istati Membri, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi, il-valur miżjud tal-Programm Ewropew u valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament f'oqsma koperti mill-Programm jeħtieġx jiġi adattat jew estiż wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

imħassar

Emenda     40

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  l-għadd ta' objettivi tal-pjan ta' appoġġ li ġew milħuqa mill-Istat Membru benefiċjarju

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

2.12.2015

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.5.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Costas Mavrides

12.5.2016

Eżami fil-kumitat

13.7.2016

10.10.2016

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Udo Bullmann, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Danuta Maria Hübner, Barbara Kappel, Alain Lamassoure, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Michael Theurer, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Ildikó Gáll-Pelcz, Sophia in ‘t Veld, Ramón Jáuregui Atondo, Verónica Lope Fontagné, Eva Paunova, Romana Tomc

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Franc Bogovič, Hans-Olaf Henkel, Sandra Kalniete, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (10.11.2016)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Olbrycht

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta’ assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment sostenibbli fl-ekonomija reali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta’ appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta’ politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta’ prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta’ appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli tarrikkixxi l-ġabra ta' esperti esterni li jistgħu jintbagħtu b'mod ad hoc biex jaħdmu fuq l-appoġġ ta' proġetti fl-Istati Membri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F’dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma’ programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F’dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma’ programmi u politiki oħrajn fil-livelli reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

__________________

__________________

13 COM(2010) 700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

13 COM(2010) 700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

14 COM(2011) 500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

14 COM(2011) 500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Il-finanzjament tal-Programm permezz tat-trasferiment ta' allokazzjonijiet mill-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jista' jitqies biss bħala soluzzjoni ta' darba li m'għandhiex toħloq preċedent fir-rigward tal-finanzjament ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam. Proposta leġiżlattiva possibbli għall-prolongazzjoni tal-Programm taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid tkun li tiddaħħal allokazzjoni separata ġdida ddedikata speċifikament għall-Programm.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta’ kofinanzjament ta’ 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

(16)  Fid-dawl tal-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta’ kofinanzjament sa100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma’ dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-Programm u t-twettiq tal-objettivi definiti, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Dak il-qafas għandu wkoll jieħu nota tat-tagħlimiet meħuda tul il-proċess. Għandhom isiru rapport ta' monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tat-talba għal appoġġ, evalwazzjoni interim li tħares lejn l-ilħiq tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu, il-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew, u valutazzjoni dwar il-futur tal-Programm taħt il-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss. Valutazzjoni ex post għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.   L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ikun sa massimu ta' EUR142 800 000.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 142 800 000.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista’ tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

imħassar

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport ta’ evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali ta' monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, inkluża analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 7(2) għall-valutazzjoni tat-talbiet għal appoġġ mibgħuta mill-Istati Membri, rapport ta' evalwazzjoni interim, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2018, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim għandu jinkludi informazzjoni dwar l-ilħiq tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk ikunx jeħtieġ li l-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jiġi stabbilit mill-ġdid taħt il-qafas finanzjarju li jmiss b'pakkett finanzjarju ddedikat għalih. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 91 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fi ħdan l-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm.”.

3.  0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE imsemmija fl-Artikolu 92(6) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn imsemmija fl-Artikolu 92(7) jiġu allokati għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li minnhom massimu ta' EUR 112 233 000 bi prezzijiet kurrenti jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fi ħdan l-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm.”.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista’ juża sa mhux aktar minn 0,25% tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fl-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm."

"F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista’ juża sa mhux aktar minn 0,25 % tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 bi prezzijiet kurrenti jiġu allokati għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal użu fl-ambitu u l-għan ta’ dak il-Programm.”

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jan Olbrycht

18.1.2016

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Monika Hohlmeier, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (10.11.2016)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Sógor

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, il-ħtieġa għal riformi strutturali ħarġet aktar b'saħħitha u aktar urġenti minn qatt qabel fl-Unjoni Ewropea. F'Ġunju 2010, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati Membri kollha tal-UE ssottoskrivew għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-istrateġija għarfet li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku espona dgħufijiet strutturali fl-ekonomija tal-Ewropa. Ir-rispons li l-UE ddeċidiet li taqsam b'mod kollettiv ma kellux biss l-għan li jreġġa' lura s-sitwazzjoni ta' qabel il-kriżi; minflok, enfasizza li l-Istati Membri u l-UE għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw ir-riformi strutturali meħtieġa, li jirrestawraw it-tkabbir u jiżguraw triq sostenibbli għall-ekonomija Ewropea, filwaqt li jgħinu lill-UE toħroġ mill-kriżi aktar b'saħħitha minn qatt qabel.

Sitt snin wara t-tnedija tal-Istrateġija Ewropa 2020, dan l-impenn għadu 'l bogħod milli jintlaħaq.

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) hija tal-fehma li ħafna mill-Istati Membri tal-UE ma jaffordjawx aktar dewmien fit-twettiq ta' riformi ambizzjużi. Fir-rapport tagħha "Going for growth" (Naħdmu għat-tkabbir) tal-2016, l-OECD nnutat li "l-prospetti tat-tkabbir globali jibqgħu mċajpra fiż-żmien qarib, bin-negozju dinji jnaqqas il-pass u l-irkupru f'ekonomiji avvanzati jinżamm lura mid-dgħufija persistenti tal-investiment. Jibqa' b'saħħtu l-argument favur riformi strutturali, flimkien ma' politiki ta' domanda li jsostnuhom, bil-għan li jkattru b'mod sostenibbli l-produttività u l-ħolqien tal-impjiegi li jippromwovu t-titjib fl-ekwità. [...] Fuq l-isfond ta' prospetti ekonomiċi globali limitati, hemm lok li jingħataw prijorità riformi li, minbarra li jistimulaw l-impjiegi u l-produttività, jistgħu jappoġġjaw l-attività bl-aħjar mod fi żmien qasir".

Il-proċess ta' tfassil u implimentazzjoni xierqa tar-riformi jista' jkun diffiċli ħafna u jirrikjedi kapaċitajiet qawwija ta' anailiżi, ta' ppjanar u ta' ġestjoni, kif ukoll aċċess għal informazzjoni u riżorsi umani adegwati. L-evalwazzjoni tal-esperjenza li nkisbet bit-Task Force għall-Greċja tissuġġerixxi li d-disponibbiltà tal-appoġġ tekniku tista' tkun fundamentali biex tixpruna r-riformi, iżda nuqqas ta' strateġija ċara jista' jfixkel l-impatt ta' dan l-appoġġ b'mod serju. Din l-esperjenza turi wkoll li l-appoġġ tekniku ma għandux ikun disponibbli biss fi żminijiet ta' kriżi. Fil-fehma tar-rapporteur, dan l-appoġġ jintuża bl-aħjar mod sabiex joħloq ekonomiji li jkollhom struttura soda u reżiljenti u li jistgħu jifilħu għal sfidi futuri.

Fuq dan l-isfond, il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi stabbilit il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali li jipprovdi assistenza għal firxa wiesgħa ta' riformi hija inizjattiva siewja, peress li l-Istati Membri kollha tal-UE għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu u jirċievu appoġġ biex jimxu 'l quddiem lejn riformi li jistgħu joħolqu ambjent ekonomiku b'saħħtu, jagħtu spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi u jtejbu l-istandard tal-għajxien taċ-ċittadini tagħhom.

Il-Kummissjoni identifikat politika ta' koeżjoni, b'mod aktar speċifiku r-riżorsi ddedikati għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bħala s-sors ta' finanzjament għall-Programm il-ġdid. Din l-għażla tqajjem tħassib li għandu jitqies, peress li xejn mhi ħaġa ċerta li l-ħtiġijiet tal-Istati Membri, f'termini ta' tisħiħ tal-kapaċità għal ġestjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi fi ħdan il-qafas regolatorju ġdid u aktar kumpless, eventwalment se jkunu inqas milli kien mistenni oriġinarjament. Bħal kontrobilanċ għal dan, ma għandux jiġi injorat li t-tip ta' riformi mmirati mill-Programm jikkontribwixxu per se biex joħolqu l-ambjent favorevoli li jista' jgħin lill-Istati Membri jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-investimenti ta' politika ta' koeżjoni f'assi kemm tanġibbli u intanġibbli, inkluż billi jtejbu r-rati ta' assorbiment.

B'kunsiderazzjoni tad-disparitajiet fil-livelli tal-iżvilupp tal-Istati Membri, kif ukoll fid-disponibbiltà ta' għarfien espert ta' kwalità għolja għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali profondi, xi pajjiżi se jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw aktar minn dan l-appoġġ minn pajjiżi oħrajn. Madankollu, ir-riformi suċċessivi kollha eventwalment se jwasslu għal aktar koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli.

imħassar

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  L-Artikoli 5 u 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddisponu li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, irid ifassal linji gwida kull sena għall-koordinazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Diversi Stati Membri kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta' aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi akkumulati fil-passat, u bosta minnhom qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida ta' tkabbir potenzjali baxx. L-Unjoni identifikat l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta' politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' aġġustament, u jiġi appoġġjat il-proċess ta' konverġenza.

(3)  Diversi Stati Membri kienu u għadhom għaddejjin minn proċessi ta' aġġustament biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali akkumulati fil-passat, u bosta minnhom qed ibatu minn tkabbir potenzjali baxx, rati għoljin ta' qgħad, kriżi ħarxa li qed taffettwa s-sistemi ewlenin ta' produzzjoni tagħhom, disparitajiet soċjali dejjem jikbru u żieda fir-riskju ta' faqar fost il-popolazzjoni. Għalhekk, jinħtieġu riformi strutturali soċjalment responsabbli, intelliġenti, sostenibbli u inklużivi li jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tat-TFUE. L-Unjoni għalhekk identifikat l-implimentazzjoni ta' tali riformi strutturali fost il-prijoritajiet ta' politika tagħha biex jiġi stabbilit l-irkupru fuq perkors sostenibbli, jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tkabbir biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' aġġustament, tingħata spinta lit-tkabbir, jinħolqu l-impjiegi, jitħeġġeġ l-investiment u jiġi appoġġjat il-proċess ta' konverġenza 'l fuq.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika huwa sfida billi l-benefiċċji tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien kruċjali fl-appoġġ ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin.

(4)  Ir-riformi huma min-natura tagħhom proċessi kumplessi li jeħtieġu rieda politika, il-kapaċità ta' involviment fi djalogu u kooperazzjoni fuq diversi livelli, riżorsi baġitarji u amministrattivi u katina sħiħa ta' għarfien u ħiliet speċjalizzati ħafna. L-indirizzar tar-riformi strutturali f'varjetà ta' oqsma ta' politika pubblika huwa sfida billi r-riżultati tagħhom ħafna drabi jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw ruħhom. Għaldaqstant, tfassil u implimentazzjoni bikrija u effiċjenti huma kruċjali, kemm għall-ekonomiji milqutin mill-kriżi kif ukoll għal dawk strutturalment dgħajfin. F'dan il-kuntest, il-forniment ta' appoġġ mill-Unjoni f'forma ta' assistenza teknika kien importanti fl-appoġġ tal-proċess ta' konsolidazzjoni fiskali u riformi strutturali fis-snin riċenti, b'mod speċjali fil-pajjiżi koperti mill-programm ta' aġġustament ekonomiku. Għalhekk l-Unjoni għandha tqis it-tagħlimiet meħuda mill-programmi li kellhom l-għan li jappoġġjaw l-aġġustament ekonomiku tal-Greċja u Ċipru f'dawn l-aħħar snin. L-involviment tal-partijiet ikkonċernati fit-tfassil tar-riformi, il-valutazzjoni tal-impatt u s-sjieda ta' dawk ir-riformi mill-Istati Membri, fosthom mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, huma essenzjali wkoll biex il-programmi ta' appoġġ jirnexxu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Bħala parti mis-Semestru Ewropew, il-Parlament Ewropew iddefinixxa1a riformi soċjalment responsabbli bħala riformi bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u d-distribuzzjoni ġusta tal-ġid, jiġifieri mudell li kapaċi jiżgura l-ugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, jipproteġi lill-gruppi vulnerabbli u jtejjeb l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini kollha.

__________________

1a Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2016 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (Testi adottati, P8_TA(2016)0059).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ fl-indirizzar tal-isfidi fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli skont l-objettivi ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni, inklużi l-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u deċenti, il-promozzjoni ta' investiment pubbliku sod u l-iżvilupp soċjali. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu dipendenti fuq diversi fatturi, fosthom il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali limitata jew l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni inadegwati tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jistgħu jwasslu għal riformi mfassla b'mod inadegwat li ma jkunux kapaċi jilħqu dawk l-objettivi. Min-naħa l-oħra, tali fatti jistgħu jaffettwaw il-potenzjal fit-tul tat-tkabbir ta' xi Stati Membri b'effetti indiretti fuq l-għoti tal-protezzjoni soċjali u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-Unjoni għandha esperjenza twila fuq l-għoti ta' appoġġ speċifiku lil amministrazzjonijiet nazzjonali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-Unjoni hi u tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu r-riformi għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri. Azzjoni komprensiva u integrata hija tabilħaqq meħtieġa sabiex jingħata appoġġ lil dawk l-Istati Membri li qed iwettqu riformi li jsaħħu t-tkabbir u tintalab għajnuna mill-Unjoni f'dan ir-rigward.

(6)  L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom esperjenza twila fl-għoti ta' appoġġ speċifiku lil awtoritajiet nazzjonali u/jew subnazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-bini tal-kapaċità u azzjonijiet simili f'ċerti setturi (pereżempju t-tassazzjoni, id-dwana, l-appoġġ għal impriżi żgħar u medji) u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni. L-esperjenza miksuba mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni huma u jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li jwettqu riformi inklużivi u sostenibbli għandha tintuża sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri interessati biex itejbu l-potenzjal ta' tkabbir u l-koeżjoni soċjali tagħhom permezz ta' miżuri bl-għan li jżidu r-rati tal-impjieg, li jiġu miġġielda l-esklużjoni u l-faqar u li jżidu l-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni. Dawn il-miżuri ta' appoġġ għandhom ikunu bbażati fuq approċċ komprensiv u integrat li jqis ir-rabtiet bejn l-oqsma differenti koperti b'riformi u l-kapaċità tal-livelli kollha tal-gvern li jaħdmu flimkien bħala sħab, filwaqt li jirrispettaw il-qafas istituzzjonali ta' kull Stat Membru u filwaqt li jinvolvu wkoll lill-partijiet ikkonċernati kollha.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Ir-Rapport Speċjali Nru 19/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat "Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja", jirrikonoxxi li l-għoti ta' assistenza teknika lill-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq strateġija b'objettivi definiti sew. Dak ir-rapport jipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet utli, li għandhom jitqiesu, dwar kif il-Kummissjoni tista' ttejjeb l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri, anke permezz ta' żieda fis-sjieda u l-effikaċja tar-riformi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw riformi ekonomiċi u soċjali, amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir b'mod sostenibbli, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, jinħolqu impjiegi stabbli u sostenibbli, tiżdied il-produttività, jitħeġġeġ l-investiment sostenibbli fl-ekonomija reali, kif ukoll biex jiġu ggarantiti servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja, jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali u, finalment, tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-Programm, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fil-politiki tal-Unjoni bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli. Sabiex tiġi promossa l-governanza tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

(8)  L-appoġġ taħt il-Programm għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni fuq talba minn Stat Membru, f'oqsma li fihom ġew identifikati ħtiġijiet speċifiċi mill-Istati Membri, bħall-baġit u t-tassazzjoni, il-funzjoni pubblika, ir-riformi istituzzjonali u amministrattivi, is-sistema tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-frodi, l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, azzjoni kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-kumpanniji tal-isem, l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, l-aċċess għall-finanzi, l-investiment, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki soċjali u dwar ix-xogħol, il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, is-saħħa pubblika, l-asil, il-migrazzjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u dwar il-politiki tas-settur finanzjarju.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-azzjonijiet eliġibbli li permezz tagħhom għandu jintlaħaq l-objettiv tal-Programm.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(9)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni taħt il-Programm fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi tagħhom fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, b'mod partikulari tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, għal azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jitolbu appoġġ fir-rigward ta' riformi fuq l-inizjattiva tagħhom stess, sabiex jinkiseb l-investiment sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir inklużiv, l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata. Sabiex ir-riformi li jridu jsiru jkollhom livell wiesa' ta' appoġġ, l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jibbenefikaw mill-Programm għandhom jikkonsultaw, fil-proċess tat-tfassil tal-applikazzjonijiet, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili, bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kodiċi ta' kondotta dwar is-sħubija taħt il-politika ta' koeżjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, trasparenza, sħubija, awtonomija tas-sħab soċjali, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ġustifikazzjoni għar-riforma, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjonijiet rilevanti tal-partijiet ikkonċernati u tas-sħab, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, il-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru, filwaqt li jitqiesu wkoll l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. Id-deċiżjoni biex jingħata appoġġ taħt il-Programm għandha tieħu l-forma ta' ftehim ta' assistenza teknika li fih, abbażi tal-ħtiġijiet speċifiċi identifikati mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jaqblu dwar l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu u l-iskeda ta' żmien indikattiva tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ. B'dan il-mod, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom iqisu d-diviżjonijiet tas-setgħat eżistenti bejn id-diversi livelli ta' gvern, kif ukoll il-fatt li xi Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż huma indirizzati lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi u politiki oħrajn fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha u jiksbu implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom jikkontribwixxu billi jkomplu jiżviluppaw il-fiduċja u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza.

(11)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE"13 u "Baġit għall-Ewropa 2020"14 jenfasizzaw l-importanza li l-finanzjament jiġi ffukat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew ċar, jiġifieri meta l-intervent tal-Unjoni jkun jista' jagħti valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14a u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu. F'dan l-isfond, l-azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa taħt dan il-Programm għandhom jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni, ma' programmi u politiki oħrajn. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jippermettu l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali b'impatt transfruntier jew għall-Unjoni kollha u jtejbu l-implimentazzjoni tad-dritt, il-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi pjattaforma għall-forniment u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin mill-pari kif ukoll biex tiġi mobilizzata l-kompetenza, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet imfassla għas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri li jagħmlu t-talba.

__________________

__________________

13 COM(2010) 700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

13 COM(2010) 700 tad-19 ta' Ottubru 2010.

14 COM(2011) 500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

14 COM(2011) 500 finali tad-29 ta' Ġunju 2011.

14a Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Is-sors ta' finanzjament għall-Programm m'għandux jikkostitwixxi preċedent għal proposti futuri eventwali. Bħala parti mir-rieżami ta' nofs it-terminu, jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jwettqu analiżi rigoruża tar-rilevanza tal-Programm, il-valur miżjud Ewropew tiegħu u jekk jistgħux jitqiesu sorsi oħra ta' finanzjament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri li jitolbu appoġġ għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b'fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment ta' riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-programm. Ir-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi fl-Istati Membri kkonċernati.

(14)  L-Istati Membri li jitolbu appoġġ għandu jkollhom l-għażla li jikkontribwixxu għall-pakkett finanzjarju tal-Programm b'fondi addizzjonali. Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment ta' riżorsi ddedikati għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru lil dawk l-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet baġitarji temporanji. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-Istati Membri kollha jipparteċipaw finanzjarjament f'dan il-programm. Ir-riżorsi trasferiti fil-baġit tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jappoġġaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv jew għanijiet speċifiċi fl-Istati Membri kkonċernati permezz ta' effikaċja u effiċjenza aħjar u assorbiment akbar tal-Fondi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha taddotta programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi politiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

(15)  Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati, programmi ta' ħidma pluriennali li jistabbilixxu l-objettivi soċjali u ekonomiċi segwiti, ir-riżultati mistennija tal-appoġġ u l-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rispettivi. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu wkoll kriterji trasparenti sabiex jiġi ddeterminat liema miżuri taħt il-Programm għandhom jiġu prijoritizzati u kif ir-riżorsi disponibbli għandhom jiġu allokati. Dawk l-elementi għandhom jiġu speċifikati aktar fil-programmi ta' ħidma annwali adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

18 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament ta' 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

(16)  Filwaqt li titqies l-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri biex isegwu u jimplimentaw riformi strutturali, istituzzjonali u amministrattivi soċjalment responsabbli u sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm rata ta' kofinanzjament ta' massimu ta' 100% tal-kostijiet eliġibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jeħtieġu reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom ikunu jistgħu jaqblu dwar l-adozzjoni ta' miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn sorsi ta' finanzjament li jappoġġja azzjonijiet fl-Istati Membri rilevanti b'rabtiet mill-qrib ma' dan il-Programm, speċifikament mal-miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni fl-Istati Membri.

(18)  Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l-azzjonijiet taħt dan il-Programm għandhom jikkumplimentaw u jkunu addizzjonali għall-programmi tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju tal-istess nefqa. B'mod partikolari, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw, fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri, f'kull stadju tal-proċess, koordinazzjoni effettiva sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u s-sinerġija bejn miżuri li qed jiġu ffinanzjati mill-fondi, il-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni u appoġġ minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, pieni.

(19)  L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati inkorrettament u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni esterna ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu, inklużi, iżda mhux biss, oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm. Fuq bażi annwali, il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, inkluża l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-assistenza teknika, il-fornituri tal-assistenza teknika, l-objettivi u l-prijoritajiet tar-riformi li jridu jsiru permezz tal-assistenza u l-fondi allokati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)  Sabiex jiġu adottati programmi ta' ħidma pluriennali u tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma pluriennali u tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali sostenibbli fl-Istati Membri billi jipprovdi assistenza teknika, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  "awtoritajiet nazzjonali" tfisser l-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet fil-livelli reġjonali u lokali skont id-dritt nazzjonali;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  "ftehim ta' assistenza teknika" tfisser dokument miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru Benefiċjarju li jistabbilixxi t-termini għall-għoti tal-appoġġ skont il-Programm u li jispeċifika, fost oħrajn, l-oqsma ta' prijorità, il-kamp ta' applikazzjoni u l-iskeda ta' żmien indikattiva tal-miżuri ta' appoġġ, kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Programm;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament ikunu tali li wieħed jista' jistenna li jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b'mod partikolari permezz ta':

2.  L-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiżguraw valur miżjud Ewropew b'mod partikolari permezz ta':

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali li jkollhom impatt fuq sfidi transfruntiera jew għall-Unjoni kollha;

(a)  l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi nazzjonali b'impatt possibbli transfruntier jew għall-Unjoni kollha;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni konsistenti u koerenti tad-dritt tal-Unjoni;

(c)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta' prattiki tajbin u l-bini ta' pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta' kompetenzi;

(d)  il-kontribuzzjoni tagħhom għall-kondizzjoni ta' prattiki tajbin u/jew il-bini ta' pjattaforma madwar l-Unjoni u n-netwerk ta' kompetenzi;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  il-promozzjoni tal-valuri Ewropej, b'mod partikolari s-solidarjetà u r-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-promozzjoni ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri Benefiċjarji u l-Kummissjoni u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

imħassar

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tal-Programm għandu jkun li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali mwettqa b'mod soċjalment responsabbli fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri bl-għan tat-tisħiħ tal-kompetittività, it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, impjiegi diċenti u sostenibbli, produttività u investiment sostenibbli, ir-rinfurzar tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-promozzjoni ta' livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi skont il-prijoritajiet tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija u l-objettivi li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma marbuta mat-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati, jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni sħiħa mal-Istati Membri Benefiċjarji u bir-rispett dovut għall-prijoritajiet tal-Istati Membri u għad-djalogu mas-sħab soċjali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir inklużiv, mal-impjiegi sostenibbli, mal-investiment u mal-koeżjoni soċjali, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti, ta' kwalità u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-infurzar tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus, kif ukoll politiki bl-għan li jiġu miġġielda l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(c)  l-ambjent tan-negozju, ir-reindustrijalizzazzjoni, it-tibdil fis-sistemi tal-produzzjoni, is-setturi tal-enerġija, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment barrani dirett, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, iż-żvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni u għad-diġitalizzazzjoni;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol għall-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, is-sigurtà soċjali u s-sistemi tas-sigurtà soċjali, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  l-asil, il-migrazzjoni u l-politiki tal-fruntieri;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istat Membru għandu, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali, meta jkun applikabbli, jidentifika l-oqsma ta' politika li jixtieq jindirizza f'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kompetenza relatata mal-konsulenza dwar il-politika, il-bidla fil-politika, u r-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;

(a)  il-kompetenza relatata mar-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  il-formulazzjoni ta' strateġiji u pjanijiet direzzjonali għar-riformi, l-abbozzar ta' atti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ġbir ta' dejta u statistika; żvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment;

(d)  ġbir ta' dejta u statistika; żvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi u/jew punti ta' riferiment;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  organizzazzjoni ta' appoġġ operazzjonali lokali f'oqsma bħall-asil, il-migrazzjoni, il-kontrolli tal-fruntieri;

(e)  organizzazzjoni ta' appoġġ operazzjonali lokali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  bini tal-kapaċità fl-IT: żvilupp, manutenzjoni, operat u kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u applikazzjoni meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi rilevanti;

(f)  bini tal-kapaċità fl-IT għall-iżvilupp, manutenzjoni, operat u kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u applikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati r-riformi rilevanti;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  proġetti ta' komunikazzjoni: attivitajiet ta' tagħlim, ta' kooperazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni, ta' disseminazzjoni, u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja, fosthom komunikazzjoni korporattiva;

(h)  proġetti ta' komunikazzjoni fil-kuntest tar-riformi li jridu jsiru: attivitajiet ta' tagħlim, ta' kooperazzjoni, ta' sensibilizzazzjoni, ta' disseminazzjoni, u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin; organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti tal-midja;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  kumpilazzjoni u pubblikazzjoni ta' materjal għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni kif ukoll ta' riżultati tal-Programm: żvilupp, operat u manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(i)  kumpilazzjoni u pubblikazzjoni ta' materjal għad-disseminazzjoni ta' informazzjoni kif ukoll ta' riżultati tal-Programm, anke permezz tal-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja. Qabel ma jressqu talba, l-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-Parlament tagħhom u, bi qbil mal-prinċipju ta' sħubija kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, lis-sħab tagħhom mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi kif identifikati, il-ġustifikazzjoni għar-riforma, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u mas-sħab rilevanti, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika previsti, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi, il-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru, b'kunsiderazzjoni wkoll għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni.

Id-deċiżjoni biex jingħata appoġġ taħt il-Programm għandha tieħu l-forma ta' ftehim ta' assistenza teknika li fih, abbażi tal-ħtiġijiet speċifiċi identifikati mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jaqblu dwar l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu u l-iskeda ta' żmien indikattiva tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkisbu l-investiment sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir inklużiv u l-kompetittività.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a.  Ladarba l-assistenza għal Stat Membru tkun ġiet approvata, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru Benefiċjarju għandhom jinfurmaw lill-parlament nazzjonali, lill-kumitati konsultattivi korrispondenti u lis-sħab soċjali dwar il-ftehim ta' assistenza teknika li jkun ġie konkluż, f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

1.  Il-Kummissjoni tista', bil-qbil tal-Istat Membru Benefiċjarju, tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma abbażi ta' ftehim reċiproku. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istat Membru Benefiċjarju, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

2.  L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' tkopri wkoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, kemm-il darba jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbutin man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta' appoġġ tekniku u amministrattiv imġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Kontribuzzjoni magħmula minn Stat Membru Benefiċjarju skont il-paragrafu 2 tintuża esklużivament f'dak l-Istat Membru.

3.  Dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biex jappoġġjaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Kontribuzzjoni magħmula minn Stat Membru Benefiċjarju skont il-paragrafu 2 għandha tintuża esklużivament għall-assistenza teknika pprovduta għal dak l-Istat Membru.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji għall-forniment ta' appoġġ permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

3.  Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, u lill-korpi pubbliċi u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-appoġġ jista' jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5.

4.  Esperti individwali jistgħu jiġu mistiedna wkoll biex jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma pluriennali. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

6.  Sabiex jiġu żgurati l-flessibbiltà u d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi f'ċirkostanzi mhux previsti, il-programm ta' ħidma annwali għandu jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' miżuri speċjali li inizjalment ma jkunux ġew inklużi fil-programm ta' ħidma annwali. Għaldaqstant, f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u f'dak tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament jew użati inkorrettament u, meta jkun xieraq, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi u proporzjonati skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness u l-indikaturi speċifiċi addizzjonali miftiehma mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru Benefiċjarju għal kull talba għal appoġġ.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

2.  Fuq bażi annwali, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-assistenza teknika, il-fornituri tal-assistenza teknika, u l-objettivi u l-prijoritajiet tar-riformi li jridu jsiru permezz tal-assistenza u l-fondi allokati. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport estern ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu estiżi wara l-2020, bl-adattamenti xierqa jekk ikun meħtieġ. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(5)u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“1.   Fuq talba ta' Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), parti mir-riżorsi previsti mill-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta' dan ir-Regolament permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta."

“1.   Fuq talba ta' Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), parti mir-riżorsi previsti mill-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) ta' dan ir-Regolament permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta." Ir-riżorsi trasferiti f'konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jintużaw sabiex iżidu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-użu tal-fondi speċifiċi kkonċernati. "

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Stat Membru għandu jitlob it-trasferiment msemmi fil-paragrafu 1 għal sena kalendarja sal-31 ta' Jannar tas-sena li fiha għandu jsir it-trasferiment. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Għandhom isiru emendi korrispondenti għall-Ftehim ta' Sħubija skont l-Artikolu 30(2), li jistabbilixxi l-ammont totali trasferit kull sena lill-Kummissjoni."

"Stat Membru għandu jitlob it-trasferiment msemmi fil-paragrafu 1 għal sena kalendarja sal-31 ta' Jannar tas-sena li fiha għandu jsir it-trasferiment. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Għandhom isiru emendi korrispondenti għall-Ftehim ta' Sħubija skont l-Artikolu 30(2), li jistabbilixxi l-ammont totali trasferit kull sena lill-Kummissjoni. Meta tivvaluta t-talba, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità mal-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013."

Emenda    79

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jitkejlu abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandha tiġi mmonitorjata abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

Emenda    80

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għadd u t-tip tal-awtoritajiet nazzjonali, tas-servizzi tal-amministrazzjoni u ta' entitajiet pubbliċi oħrajn bħall-ministeri nazzjonali jew l-awtoritajiet regolatorji, għal kull Stat Membru Benefiċjarju li jingħata appoġġ taħt il-Programm;

(a)  l-għadd u t-tip tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, tas-servizzi tal-amministrazzjoni u ta' entitajiet pubbliċi oħrajn bħall-ministeri nazzjonali jew l-awtoritajiet regolatorji, għal kull Stat Membru Benefiċjarju li jingħata appoġġ taħt il-Programm;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt c – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat Membru Benefiċjarju bħall-awtoritajiet nazzjonali.

(d)  il-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat Membru Benefiċjarju bħall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ir-reazzjoni mingħand l-awtoritajiet nazzjonali, is-servizzi amministrattivi u entitajiet pubbliċi oħrajn li jkunu rċevew appoġġ taħt il-Programm kif ukoll (jekk disponibbli) partijiet ikkonċernati/parteċipanti oħrajn dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-azzjonijiet taħt il-Programm għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli b'dejta kwantitattivi jew empirika;

imħassar

Emenda    83

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ir-reazzjoni mingħand fornituri ta’ appoġġ dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-appoġġ li huma pprovdew taħt il-Programm fl-għan speċifiku u qasam ta’ politika li fihom huma kienu attivi, għal kull Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli minn dejta kwantitattiva jew empirika;

imħassar

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-evoluzzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-kisba tar-riformi għal kull għan speċifiku, qasam ta’ politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati fejn disponibbli b'dejta kwantitattiva jew empirika.

imħassar

Emenda    85

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ilħiq tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) għandu jitkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

(a)  il-feedback mingħand l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, is-servizzi amministrattivi u entitajiet pubbliċi oħrajn li jkunu rċevew appoġġ taħt il-Programm kif ukoll, jekk ikun disponibbli, il-feedback mingħand partijiet ikkonċernati jew parteċipanti oħrajn dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-azzjonijiet taħt il-Programm għal kull objettiv speċifiku, qasam ta' politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati meta disponibbli b'dejta kwantitattiva jew empirika;

(b)  il-feedback mingħand fornituri tal-appoġġ dwar ir-riżultati u/jew l-impatt tal-appoġġ li huma pprovdew taħt il-Programm fir-rigward tal-objettiv speċifiku u tal-qasam ta' politika li kienu attivi fih, għal kull Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati meta disponibbli b'dejta kwantitattiva jew empirika;

(c)  l-evoluzzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti rigward il-kontribut tal-Programm għall-kisba tar-riformi għal kull objettiv speċifiku, qasam ta' politika u Stat Membru Benefiċjarju, appoġġjati meta disponibbli b'dejta kwantitattiva jew empirika.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn l-indikaturi jintużaw skont id-dejta u l-informazzjoni disponibbli (inkluża dejta kwantitattiva jew empirika xierqa).

Dawn l-indikaturi għandhom jintużaw skont id-dejta u l-informazzjoni disponibbli (inkluża dejta kwantitattiva jew empirika xierqa). Għandhom jiġu kkomplementati b'indikaturi speċifiċi addizzjonali miftiehma mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru Benefiċjarju għal kull talba għal appoġġ.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Csaba Sógor

12.4.2016

Eżami fil-kumitat

16.6.2016

31.8.2016

13.10.2016

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Yana Toom, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Csaba Sógor, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (16.6.2016)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Sostenn tar-Riforma Strutturali għall-perjodu bejn l-2017 u l-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701) – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-programm ta' sostenn għar-riforma strutturali għandu l-għan li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali tal-Istati Membri billi jipprovdihom b'sostenn permezz ta' parti mill-assistenza teknika prevista fil-fondi strutturali. Il-portafoll finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm jilħaq l-EUR 142.8 miljun tul erba' snin. Dan l-ammont se jitnaqqas mir-riżorsi allokati għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni sa massimu ta' 0.35% tal-ammont totali. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu r-riżorsi finanzjarji ma' dan l-ammont, billi jittrasferixxu lejn il-programm parti mir-riżorsi disponibbli għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri. Fil-każ tal-politika komuni tas-sajd, l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri tista' tilħaq massimu ta' 6 % tal-ammont totali ta' programm operazzjonali ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Ir-rapporteur huwa mħasseb dwar l-użu possibbli tal-FEMS għall-finanzjament ta' riformi strutturali mhux marbuta mas-sajd. Fil-fatt mhemm xejn li jżomm lil Stat Membru milli jirrialloka parti mill-assistenza teknika tal-FEMS lejn suġġetti oħrajn. Ir-rapporteur jipproponi għalhekk li l-kontribuzzjoni eventwali tal-FEMS tintrabat b'mod strett mal-implimentazzjoni ta' riformi strutturali marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd.

L-Istati Membri iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar biex jimplimentaw l-obbligu tal-ħatt l-art, u għalhekk dan il-mekkaniżmu jista' jkun ta' għajnuna. It-tisħiħ tal-kontrolli u t-titjib tal-ġbir tad-data xjentifika huma objettivi oħra. Il-FEMS huwa fond maħsub għas-sajd u għandu jibqa' tali.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)   Billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għandu riżorsi finanzjarji limitati meta mqabbel ma' fondi oħra tal-Unjoni, u jaqbel li t-trasferiment tar-riżorsi affettwati tiegħu lejn l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri jsir esklussivament b'sostenn għar-riformi strutturali marbuta mal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd, inkluż il-kontroll u l-ġbir ta' data xjentifika.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-programm ta' sostenn tar-riforma strutturali għandha tintrabat b'mod strett mal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)   il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(e)   il-politiki għas-settur agrikolu, l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u l-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Għandha tiddaħħal referenza għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd biex il-kontribuzzjoni eventwali tal-FEMS tintrabat b'mod strett ma' dan l-għan.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.   Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 li joħorġu mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għandhom jintużaw esklussivament b'sostenn għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd, inkluż f'dak li jikkonċerna l-kontroll u l-ġbir ta' data xjentifika.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-programm ta' sostenn tar-riforma strutturali għandha tintrabat b'mod strett mal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

2.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alain Cadec

10.12.2015

Eżami fil-kumitat

17.2.2016

Data tal-adozzjoni

15.6.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Linnéa Engström, João Ferreira, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (11.11.2016)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

(COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD))

Rapporteur : Curzio Maltese

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi programm ta' appoġġ għal riformi strutturali li jinkludi intervent f'bosta oqsma, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. F'kuntest fejn l-interventi huma intenzjonati għall-irkupru ekonomiku, ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni lejn il-karatteristiċi speċifiċi tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-aċċess għall-kultura u għall-wirt kulturali, peress li l-miri ta' dawn is-setturi ma jistgħux jiġu determinati mill-objettivi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.

L-edukazzjoni hija, kif ifakkar anki l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dritt fundamentali tal-bniedem li għandu jkun garantit lil kull individwu. Il-funzjoni tagħha hija mmirata lejn l-iżvilupp globali tad-dimensjoni tal-bniedem u, kif enfasizzat mill-Ministri tal-Edukazzjoni tal-UE fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tas-17 ta' Marzu 2015, il-għan primarju tal-edukazzjoni mhuwiex biss li jiġu żviluppati l-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet iżda wkoll li ż-żgħażagħ jiġu megħjuna jsiru membri tas-soċjetà attivi, responsabbli u moħħhom miftuħ. Ir-rapporteur iqis li huwa ta' importanza vitali li jingħata appoġġ lill-miżuri kollha li jimmiraw li jtejbu s-sistemi u l-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-aċċess għall-kultura, li għandhom ikunu ta' kwalità għolja, pubbliċi, mingħajr ħlas u universali; Għalhekk, hu jemmen li s-suċċess ta' dawn il-politiki ma jistax jitkejjel permezz ta' parametri li jqisu l-impatti ekonomiċi possibbli fi żmien qasir.

Sabiex jiġi żgurat l-eżerċitar sħiħ tad-dritt għall-edukazzjoni huwa meħtieġ li din tkun inklussiva: kull persuna għandu jkollha l-possibilità ta' aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, irrispettivament mill-appartenenza soċjoekonomika tagħha. F'pajjiżi fejn diġà kien hemm l-intervent tal-assistenza teknika li l-Kummissjoni tipproponi li testendi għall-Istati Membri kollha, bħall-Greċja u Ċipru, il-programmi ta' aġġustament ekonomiku attivati diversi drabi talbu tnaqqis fl-infiq fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u dan wassal għall-emarġinazzjoni tal-istudenti minn gruppi żvantaġġjati u mminaw għalhekk il-garanzija tal-aċċess effettiv għad-dritt tal-edukazzjoni. Dan intwera b'mod wiesa' wkoll mill-istudju kkummissjonat mill-Parlament Ewropew dwar "L-impatt tal-kriżi fuq id-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri tal-UE".

Ir-rapporteur jesprimi tħassib dwar it-trasferiment tar-riżorsi diġà allokati jew impenjati fis-setturi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura lil fondi oħra tal-Unjoni u għalhekk jipproponi l-esklużjoni ta' dawn il-fondi mill-pakkett finanzjarju tal-programm.

Ir-rapporteur, f'konformità mal-opinjoni espressa mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ECO/398), jenfasizza l-importanza li fil-proċess ta' implimentazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali jiġu involuti s-sħab soċjali u l-atturi kollha tas-soċjetà ċivili.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 13, 14 u 15 tagħha,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli.

(1)  Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tqis ir-rispett tad-diversità kulturali. Barra minn hekk, kif stipulat fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent iridu jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment fl-ekonomija reali.

(7)  F'dan l-isfond, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali ("il-Programm") bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. Il-programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet komuni biex jinkiseb l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u jitħeġġeġ l-investiment sostenibbli fl-ekonomija reali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

(10)  Wara djalogu mal-Istat Membru rikjedenti, suġġett għall-involviment tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' ġestjoni finanzjarja tajba u tiddetermina l-appoġġ li għandu jingħata abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika maħsuba, l-analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi, u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet u l-miuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Skont l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-edukazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem u ġid komuni. Għaldaqstant jeħtieġ li tkun ta' kwalità għolja, inklużiva u l-aċċess għal kulħadd jeħtieġ li jkun garantit. Konsegwentement, il-prijorità mogħtija lill-irkupru ekonomiku għandha tkun ibbilanċjata mal-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lis-settur tal-edukazzjoni. Il-funzjoni tal-edukazzjoni, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u b'mod partikolari mal-Artikolu 26 tagħha, hija mmirata lejn l-iżvilupp sħiħ tal-personalità umana; għaldaqstant, il-miri tagħha ma jistgħux jiġu ddeterminati mill-objettivi ekonomiċi tal-Unjoni biss. Sabiex jinħoloq qafas soċjoekonomiku xieraq, li jrawwem l-impjegabilità u li jtejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni, l-għajnuna m'għandhiex titkejjel esklużivament f'termini finanzjarji iżda wkoll f'termini ta' żvilupp taċ-ċittadinanza u żvilupp personali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-pakkett finanzjarju tal-Programm għandu jikkonsisti f'riżorsi finanzjarji mnaqqsin mill-allokazzjonijiet għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. Sabiex ikun permess tnaqqis bħal dan, jeħtieġ li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti.

(13)  Il-pakkett finanzjarju tal-Programm għandu jikkonsisti f'riżorsi finanzjarji mnaqqsin mill-allokazzjonijiet għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. Sabiex ikun permess tnaqqis bħal dan, jeħtieġ li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti. Il-finanzjament tal-Programm ma għandux jikkostitwixxi preċedent għal xi inizjattiva futura mill-Kummissjoni li tkun iffinanzjata mill-politika ta' koeżjoni.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

17 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

17 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

(17)  Fil-każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li teħtieġ reazzjoni immedjata, bħal tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkustanzi sinifikanti li jaffettwaw serjament il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri speċjali, għal proporzjon limitat tal-programm ta' ħidma annwali, skont l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fl-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-punti ewlenin tal-opinjoni tal-KESE jenfasizza li l-programm għandu jkun miftuħ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li, meta jkunu kkonċernati, għandhom ikunu direttament involuti fit-tfassil tal-proġett ta' riforma strutturali inkwistjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibbiltà tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm.

(20)  Biex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjon tal-Programm, għandu jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Programm mill-bidu nett. Għandha titwettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-ksib tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tiegħu u l-valur miżjud tiegħu fil-livell Ewropew. Valutazzjoni finali għandha, flimkien ma' dan, tittratta l-impatt fit-tul u l-effetti ta' sostenibilità tal-Programm. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li jkejlu l-effetti tal-Programm. L-implimentazzjoni tal-Programm għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ annwali kif ukoll għal evalwazzjoni indipendenti interim u ex post li fuq il-bażi tagħhom tkun tista' tiġi deċiża s-sospensjoni possibbli wara l-2020. Għalhekk, għandu jkun permess li l-indikaturi tal-produzzjoni jiżdiedu mas-sett ta' indikaturi propost.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)   Sabiex tiġi adattata l-lista ta' indikaturi li jkejlu s-suċċess tal-objettivi tal-Programm, fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-Programm, is-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, b'osservanza tal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali "Tfassil Aħjar tal-Liġijiet" tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandu jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

(23)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għal miżuri li għandhom l-għan li jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjali, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, billi l-kamp ta' applikazzjon ta' dak l-appoġġ ikun maqbul b'mod reċiproku mal-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-punti ewlenin tal-opinjoni tal-KESE jenfasizza li l-programm għandu jkun miftuħ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li, meta jkunu kkonċernati, għandhom ikunu direttament involuti fit-tfassil tal-proġett ta' riforma strutturali inkwistjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment.

1.  Il-Programm għandu jiffinanzja azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżulin għall-finanzjament aktarx jipproduċu riżultati b'valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ biex tara jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx realment. L-azzjoni għandha tiġi ssorveljata mill-qrib u r-rispons għandu jiġi kkunsidrat u implimentat kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa ta' xi preċiżjoni dwar kif u meta l-azzjonijiet għandhom jiġu ssorveljati qabel l-evalwazzjoni interim u ex post. Dan jista' jkun utli biex jittieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin għall-azzjonijiet u l-proġetti li jkunu ġejjin u sabiex jinġieb il-valur miżjud Ewropew mixtieq.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(b)  il-komplimentarjetà u s-sinerġija tagħhom ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali, tal-Unjoni u dak internazzjonali;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  il-promozzjoni tal-valuri Ewropej, b'mod partikolari s-solidarjetà li kienet il-bażi tal-politiki reġjonali kollha, inkluż l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini kollha fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet reġjonali u lokali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)  il-promozzjoni ta' djalogu interkulturali permezz tas-settur tal-edukazzjoni, dak tat-taħriġ u dak kreattiv.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta' governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali għal miżuri mmirati biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi, l-investiment u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jinkiseb l-għan ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

1.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali imsemmi fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu dawn l-objettivi speċifiċi:

(a)  jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(a)  li jassisti l-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex ifasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet inizjali u l-impatti soċjoekonomiċi mistennija;

(b)  jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet u l-mezzi fis-setturi kollha;

(b)  li jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex tittejjeb il-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta' riforma u jsegwu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn il-miri u l-mezzi fis-setturi kollha;

(ba)  li jappoġġja lill-awtoritajiet kompetenti biex itejbu s-sistemi u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-aċċess għall-kultura, li għandhom ikunu universali, ta' kwalità għolja, sostenibbli, inklużivi, u li jippromwovu l-eċċellenza, ir-riċerka u l-iżvilupp f'kull livell;

(c)  jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(c)  li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiddefinixxi u jimplimenta proċessi u metodoloġiji xierqa billi jqis prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħrajn biex jindirizzaw sitwazzjonijiet simili;

(d)  jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ċari u żieda ta' għarfien u ħiliet professjonali.

(d)  li jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz tad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ċari u żieda ta' għarfien u ħiliet professjonali.

(da)  li jħeġġeġ l-involviment taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta' konsultazzjonijiet u li jsaħħaħ iċ-ċittadinanza permezz ta' elementi parteċipattivi.

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri Benefiċjarji

Dawn l-objettivi għandhom jitwettqu fuq talba mill-Istati Membri benefiċjarji u f'kooperazzjoni mill-qrib magħhom.

2.  L-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 jirreferu għal oqsma ta' politika relatati mal-kompetittività, mat-tkabbir, mal-impjiegi u mal-investiment, b'mod partikolari ma' dawn li ġejjin:

2.  L-Istat Membru għandu, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tiegħu, u meta applikabbli mal-awtoritajiet reġjonali tiegħu, jiddetermina l-oqsma ta' politika li jixtieq jindirizza b'mod determinat skont il-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi.

(a)  il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-proċess tal-baġit, il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul;

(b)  ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, l-istat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus;

(c)  l-ambjent tan-negozju, l-iżvilupp tas-settur privat, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment dirett barrani, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u l-appoġġ għall-innovazzjoni;

(d)  l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u tas-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sanità pubblika u tal-kura tas-saħħa, il-politiki tal-asil, tal-migrazzjoni u tal-fruntieri;

(e)  il-politiki għas-settur agrikolu u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali;

(f)  il-politiki tas-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-forniment ta' espert(i) (anke esperti residenti), għal perjodu qasir jew twil, għat-twettiq ta' kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'appoġġ ta' interpretazzjoni, traduzzjoni u kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta' infrastruttura u ta' tagħmir;

(b)  il-forniment ta' espert(i) (anke esperti residenti), għal perjodu qasir jew twil, għat-twettiq ta' kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'appoġġ ta' interpretazzjoni, traduzzjoni u kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u faċilitajiet ta' infrastruttura u ta' tagħmir. L-għaqda flimkien ta' esperti barranin ma' dawk lokali tista' tgħin biex tiġi massimizzata l-effettività, billi jsir aktar faċli li jiġu mifhuma l-problemi u jitfasslu soluzzjonijiet imfassla apposta għas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri rikjedenti;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu jressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5(2). Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

1.  Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ taħt il-Programm għandu, wara li jikkonsulta lis-sħab soċjali kkonċernati u lis-soċjetà ċivili, iressaq talba għal appoġġ lill-Kummissjoni, fejn jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għal appoġġ fl-ambitu tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 5. Din it-talba għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena kalendarja.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ.

2.  Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' sussidjarjetà, trasparenza, tat-trattament ugwali u tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b'segwitu għal djalogu mal-Istat Membru, anke fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1, abbażi tal-urġenza, tal-firxa u tas-serjetà tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' appoġġ fir-rigward tal-oqsma ta' politika kkonċernati, l-analiżi ta' indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. B'kunsiderazzjoni għall-azzjonijiet eżistenti u l-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħrajn tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tidentifika l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-ambitu tal-miżuri tal-appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali għal dan l-appoġġ. Il-Programm għandu jibqa' volontarju għall-Istati Membri u m'għandux jinvolvi proċeduri obbligatorji u li jġibu stigma.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

(c)  l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, li jsiru fuq inizjattiva tagħhom stess, b'mod partikolari biex jinkiseb l-investiment sostenibbli, it-tkabbir, l-edukazzjoni, ir-riċerka, it-taħriġ ta' kwalità għolja u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri Benefiċjarji f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi l-appoġġ previst għall-Istati Membri beneficjarji f'kollaborazzjoni ma' Stati Membri oħrajn, is-sħab soċjali kkonċernati, is-soċjetà ċivili jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru Benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

2.  L-Istat Membru benefiċjarju, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jidħol fi sħubija ma' Stat Membru wieħed ieħor jew iktar li għandhom jaġixxu bħala Sħab għar-Riforma fir-rigward ta' oqsma speċifiċi tar-riforma. Sieħeb għar-Riforma, f'koordinazzjoni mal-Istat Membru benefiċjarju u mal-Kummissjoni, għandu jgħin fit-tfassil ta' strateġija, jirriforma pjanijiet direzzjonali, ifassal assistenza ta' kwalità għolja jew jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-proġetti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

3.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, li għandu jiggarantixxi riżorsi xierqa fl-azzjonijiet, il-pjanijiet, il-programmi u l-proġetti fis-setturi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-kultura.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012.

2.  Il-miżuri tal-programm jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. B'mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament jieħu l-forma ta':

2.  Il-miżuri tal-programm jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. B'mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament jieħu l-forma ta':

(d)  għotjiet (fosthom għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri);

(d)  għotjiet (fosthom għotjiet lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tal-Istati Membri);

(e)  kuntratti ta' akkwist pubbliku;

(e)  kuntratti ta' akkwist pubbliku;

(f)  rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni;

(f)  rimborż ta' spejjeż magħmula minn esperti esterni;

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

(g)  kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji;

(h)  azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta.

(h)  azzjonijiet imwettqa skont il-ġestjoni indiretta.

3.  Jistgħu jingħataw għotjiet lil awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

3.  Jistgħu jingħataw għotjiet lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-korpi pubbliċi u/jew privati u lill-entitajiet legalment stabbiliti fi kwalunkwe wieħed minn dawn:

(a)  Stati Membri;

(a)  l-Istati Membri;

(b)  pajjiżi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(b)  il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-għotjiet tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' ebda profitt.

4.  L-appoġġ jista' jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5.

4.  L-appoġġ jista' jingħata wkoll minn esperti individwali li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati taħt il-Programm, meta dan ikun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5 u għandu jiġi previst kif dovut segwitu għall-attivitajiet/proċeduri ta' monitoraġġ tal-kontribut tagħhom.

5.  Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma pluriennali. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi ta' politika li jridu jintlaħqu permezz tal-appoġġ previst u r-riżultati mistennija, kif ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament fl-oqsma ta' politika rilevanti. Il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi ta' ħidma annwali, adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jidentifikaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, flimkien mal-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

5a.  Għall-finijiet tal-ippjanar tal-programmi, is-sħab soċjali rilevanti u s-soċjetà ċivili għandhom jiġu involuti. Il-proċess ta' attivazzjoni tal-appoġġ ma jistax jiġi varat mingħajr il-konsultazzjoni tas-sħab soċjali rilevanti u tas-soċjetà ċivili.

6.  Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u ma jkunux soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

6.  Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità f'waqtha tar-riżorsi, il-programm ta' ħidma annwali jista' jindika li f'każ ta' raġunijiet mhux previsti u debitament ġustifikati ta' urġenza li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata, fosthom tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri speċjali f'konformità mal-objettivi u l-azzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali jistgħu jammontaw biss għal parti limitata tal-programm ta' ħidma annwali u m'għandhomx jiksru l-punt (ba) tal-Artikolu 5(1).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri Benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

Mingħajr preġudizzju għall-punt (ba) tal-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni u l-Istati Membri benefiċjarji, fl-ambitu tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, għandhom irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Programm u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikulari mal-miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a)  jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(a)  jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn strumenti differenti fil-livell tal-Unjoni u f'dawk nazzjonali, reġjonali u lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi ta' ppjanar kif ukoll matul l-implimentazzjoni;

(b)  itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

(b)  itejbu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż;

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

(c)  jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dawk nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex iwasslu azzjonijiet ta' appoġġ koerenti u simplifikati.

Il-programmi ta' ħidma multiannwali u annwali rilevanti jistgħu jservu bħala qafas ta' koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 5(2).

Il-programmi ta' ħidma multiannwali u annwali rilevanti jistgħu jservu bħala qafas ta' koordinazzjoni, fejn l-appoġġ huwa previst fi kwalunkwe qasam imsemmi fl-Artikolu 5 u m'għandhomx jiksru l-punt (ba) tal-Artikolu 5(1).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm u tkejjel il-kisba tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi għal-lista tal-indikaturi stabbilita fl-Anness.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard minn nofs l-2019, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali ta' monitoraġġ u rapport ta' evalwazzjoni interim, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, u rapport ta' valutazzjoni ex post sal-aħħar ta' Diċembru 2021.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm.

3.  Ir-rapport ta' evalwazzjoni interim jinkludi informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-Programm u l-valutazzjoni dwar jekk il-finanzjament fl-oqsma koperti mill-Programm jeħtiġux jiġu adattati jew estiżi wara l-2020. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post jinkludi informazzjoni dwar l-impatti fit-tul tal-Programm u jivvaluta l-Programm kollu kemm hu, kemm il-punti dgħajfin kif ukoll dawk b'saħħithom tiegħu.

3a.  L-implimentazzjoni tal-Programm tkun soġġetta għal monitoraġġ annwali kif ukoll għal evalwazzjoni indipendenti interim u ex post li fuq il-bażi tagħhom tkun tista' tiġi deċiża s-sospensjoni possibbli wara l-2020. Għalhekk, l-indikaturi tal-produzzjoni jistgħu jiżdiedu mas-sett ta' indikaturi propost.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2017.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Establishment of the Structural Reform Support Programme for the period 2017 to 2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

4.2.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Curzio Maltese

23.2.2016

Eżami fil-kumitat

20.6.2016

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Therese Comodini Cachia, Santiago Fisas Ayxelà, Emma McClarkin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Ángela Vallina

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020

Referenzi

COM(2015)0701 – C8-0373/2015 – 2015/0263(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.11.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.12.2015

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.12.2015

ECON

2.12.2015

EMPL

2.12.2015

ENVI

2.12.2015

ITRE

2.12.2015

AGRI

2.12.2015

PECH

2.12.2015

CULT

4.2.2016

LIBE

2.12.2015

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

22.12.2015

ITRE

28.1.2016

AGRI

11.1.2016

LIBE

14.12.2015

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.5.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Lambert van Nistelrooij

14.1.2016

Constanze Krehl

14.1.2016

Eżami fil-kumitat

25.5.2016

8.9.2016

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Olaf Stuger, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, James Carver, Elena Gentile, Ivana Maletić, Dan Nica, James Nicholson, Bronis Ropė

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimir Urutchev, Boris Zala

Data tat-tressiq

7.12.2016

Avviż legali