Proċedura : 2015/0289(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0377/2016

Testi mressqa :

A8-0377/2016

Dibattiti :

PV 01/02/2017 - 19
CRE 01/02/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2017 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0015

RAPPORT     ***I
PDF 383kWORD 127k
9.12.2016
PE 583.934v03-00 A8-0377/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

(COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Linnéa Engström

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IRĊEVIET IL-KONTRIBUT IR-RAPPORTEUR
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

(COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0393/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0377/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (UNCLOS)16 u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta' Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)17. Dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

(2)  L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (UNCLOS)16 u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta' Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)17. Dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni u konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

__________________

__________________

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  It-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar ta opinjoni fit-2 ta' April 2015 bi tweġiba għat-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent. Dak il-parir konsultattiv ikkonferma li l-Unjoni terfa' r-responsabbiltà għall-attivitajiet tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri u d-diliġenza dovuta li l-Unjoni trid teżerċita f'dan ir-rigward.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-2014, il-membri kollha tal-FAO, inklużi l-Unjoni u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sħab tagħha, adottaw b'mod unanimu l-Linji Gwida Volontarji għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar, inkluż il-punt 5.7 tiegħu, li jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira għandu jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta qabel ma jsiru ftehimiet dwar l-aċċess għar-riżorsi ma' pajjiżi terzi u partijiet terzi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar jitolbu li jiġu adottati miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żgurat il-pedament ekoloġiku għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza tal-istandards ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni li jinkludu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien mal-approċċ prekawzjonarju, sabiex l-istokkijiet sfruttati jerġgħu jinbnew u jinżammu f'livelli ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sal-2015 fejn hu possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta' obbligu ta' diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta' Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. Obbligu ta' diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta' infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f'attivitajiet li jiksru l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta' governanza marbuta miegħu b'tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista' tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati.

(5)  Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta' obbligu ta' diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta' Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera u kostali, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Opinjoni Konsultattiva tat-2 ta' April 2015 tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), mogħtija b'risposta għad-domandi mqajma mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent, ikkonfermat li l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali quddiem il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tagħha, u li tali responsabbiltà tfisser li jeħtiġilha taġixxi bid-diliġenza dovuta. Obbligu ta' diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta' infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f'attivitajiet li jiksru l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, u b'mod ġenerali, biex tissaħħaħ l-ekonomija "blu", huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta' governanza marbuta miegħu b'tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista' tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-Unjoni impenjat ruħha, waqt is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, li timplimenta r-riżoluzzjoni li tinkludi d-dokument ta' eżitu intitolat "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", inkluż l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 14 "Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli", kif ukoll l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 12 "L-iżgurar ta' tendenzi ta' konsum u produzzjoni sostenibbli" u l-miri tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU "Rio +20"19 tal-2012 kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi għandhom jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd.

(6)  Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU "Rio +20"19 tal-2012 kif ukoll l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex tindirizza l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi, u l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-Ġodda (17-il għan biex jittrasformaw id-dinja tagħna, inkluż l-Għan 14: il-Ħajja taħt l-ilma), adottati f'Settembru 2015 min-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u l-politika kummerċjali tagħha.

__________________

__________________

19 Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta' Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata “Il-Futur Li Rridu”.

19 Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta' Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata “Il-Futur Li Rridu”.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”)20, huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(7)  L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Bażiku”)20, huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u tar-restawr u s-sostenn ta' stokkijiet tal-ħut f'livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Huwa meħtieġ ukoll, fl-implimentazzjoni ta' din il-politika, li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

__________________

___

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-Regolament Bażiku jeħtieġ ukoll li ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jkunu limitati għall-qabdiet żejda kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi.

(8)  Ir-Regolament Bażiku jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi. Il-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali adottata minn pajjiżi terzi taf tkun differenti minn dik tal-Unjoni, u b'hekk jinħolqu standards differenti għall-flotot tas-sajd. Dik is-sitwazzjoni tista' twassal għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li jkunu inkonsistenti mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żgurata konsistenza mal-attivitajiet ambjentali, tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod speċjali meta dawn jolqtu s-sajd f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'livell baxx ta' kapaċità amministrattiva u fejn ir-riskju ta' korruzzjoni huwa kbir.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-UE madwar id-dinja.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 kien maħsub biex jistabbilixxi bażi komuni għall-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni bil-għan li tiġi appoġġata l-ġlieda kontra s-sajd IUU u li jkun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-flotta tal-Unjoni madwar id-dinja, kif ukoll kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-prinċipju ewlieni tar-regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni għandu jippermett lil tal-aħħar li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin.

(12)  Il-prinċipju ewlieni tar-regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni għandu jippermett lil tal-aħħar li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin. Dan hu neċessarju biex tippermetti lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Gwardjan tat-Trattati.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   Dawn l-aħħar snin raw titjib konsiderevoli fil-politika esterna tas-sajd tal-Unjoni, f'termini ta' kundizzjonijiet u termini ta' Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) u d-diliġenza li biha d-dispożizzjonijiet huma infurzati. Iż-żamma tal-opportunitajiet tas-sajd għall-flotta tal-Unjoni fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli għandha tkun objettiv ta' prijorità tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd u kundizzjonijiet simili għandhom jiġu applikati lill-attivitajiet tal-Unjoni barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-SFPAs.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Il-Kummissjoni għandha taqdi rwol ta' medjatur meta l-possibilità li tirtira, tissospendi jew timmodifika awtorizzazzjoni tas-sajd hija magħmula abbażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tkun tista' tiddefinixxi, issib u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabilità u s-segwiment xieraq ta' storja ta' konformità għandhom jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta' bastiment. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) għandu jkollu dan l-għan ukoll.

(14)  L-operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida jsiru problematiċi meta l-għan tagħhom ikun li jiġu evitati r-regoli tal-PKS jew miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tkun tista' tiddefinixxi, issib u tostakola operazzjonijiet bħal dawn. It-traċċabilità u s-segwiment xieraq ta' storja ta' konformità għandhom jiġu żgurati tul il-ħajja kollha ta' bastiment li jkun il-proprjetà ta' operatur tal-Unjoni irrispettivament mill-bandiera jew il-bnadar li jopera taħthom. Ir-rekwiżit li jingħata numru uniku tal-bastiment mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) għandu jkollu dan l-għan ukoll.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  F'ilmijiet ta' pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew skont id-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu b'mod trasparenti u sostenibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jingħataw is-setgħa li jawtorizza taħt sett definit ta' kriterji u soġġett għas-sorveljanza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn stati terzi tal-kosta. L-attività tas-sajd għandha tiġi awtorizzata ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li dan mhux se jdgħajjef is-sostenibbiltà. Sakemm il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda oġġezzjoni oħra, l-operatur li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera u mill-istat kostali għandu jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu.

(15)  F'ilmijiet ta' pajjiżi terzi, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu joperaw jew skont id-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew bil-kisba ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti minn pajjiżi terzi jekk ma jkun fis-seħħ l-ebda ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli. Fiż-żewġ każijiet dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu b'mod trasparenti u sostenibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jingħataw is-setgħa li jawtorizza taħt sett definit ta' kriterji u soġġett għas-sorveljanza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex ifittxu u jiksbu awtorizzazzjonijiet diretti minn stati terzi tal-kosta. L-attività tas-sajd għandha tiġi awtorizzata ladarba l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li dan mhux se jdgħajjef is-sostenibbiltà. Sakemm il-Kummissjoni ma jkollha l-ebda oġġezzjoni oħra ġustifikata kif dovut, l-operatur li jkun ingħata l-awtorizzazzjoni kemm mill-Istat Membru tal-bandiera u mill-istat kostali għandu jitħalla jibda l-operazzjoni tas-sajd tiegħu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Kwistjoni speċifika dwar ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli hija l-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fil-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta' sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li s-sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid, li għandha tkun mekkaniżmu aħħari, tiġi kjarifikata u mtejba. L-applikazzjoni tagħha għandu jkun temporanju u ma għandux jaffettwa l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri. L-allokazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu ċedew id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom.

(16)  Kwistjoni speċifika dwar ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli hija l-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati biżżejjed li jseħħu meta l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri bir-Regolamenti tal-Kunsill relevanti ma jintużawx kollha. Billi l-ispejjeż tal-aċċess stabbiliti fil-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sistema temporanja ta' allokazzjoni mill-ġdid hija importanti biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-ebda opportunità ta' sajd li jkun sar ħlas għaliha tinħela. Għaldaqstant huwa neċessarju li s-sistema ta' allokazzjoni mill-ġdid, li għandha tkun mekkaniżmu aħħari, tiġi kjarifikata u mtejba. L-applikazzjoni tagħha għandha tkun temporanja u ma għandhiex taffettwa l-allokazzjoni inizjali tal-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri, li jfisser li ma tkunx ta' ħsara għall-istabilità relattiva. Bħala sistema aħħarija, l-allokazzjoni mill-ġdid għandha sseħħ biss ladarba l-Istati Membri rilevanti jkunu ċedew id-drittijiet tagħhom li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd bejniethom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  "Ftehimiet inattivi” huwa t-terminu użat fejn pajjiżi adottaw ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd mingħajr protokoll fis-seħħ, għal raġunijiet strutturali jew ċirkostanzjali. L-Unjoni għandha diversi "ftehimiet inattivi” ma' pajjiżi terzi. Il-bastimenti tal-Unjoni m'għandhomx għalhekk jitħallew jistadu f'ilmijiet taħt id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet inattivi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex "tqajjem" lil dawn il-ftehimiet jew twaqqaf il-ftehim ta' sħubija kkonċernat.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċji tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u fl-ibħra internazzjonali għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw ma' regoli speċifiċi tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa.

(17)  Attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċji tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u sajd mhux irregolat fl-ibħra internazzjonali għandhom ukoll ikunu awtorizzati mill-Istat Membru tal-bandiera u jikkonformaw ma' regoli speċifiċi tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Arranġamenti tal-kiri (chartering) li jistgħu jimminaw l-effikaċja ta' miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll iħallu impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni biex tissorvelja aħjar l-attivitajiet ta' bastimenti mikrija (chartered) tal-Unjoni abbażi ta' dak li ġie adottat mill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti.

(18)  Arranġamenti tal-kiri (chartering) li jistgħu jimminaw l-effikaċja ta' miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni, kif ukoll iħallu impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas legali li jgħin lill-Unjoni biex tissorvelja aħjar l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Unjoni u li jkunu mikrija (chartered) minn operaturi minn pajjiżi terzi abbażi ta' dak li ġie adottat mill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

(19)  Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, pratikabbli u prevedibbli għall-operaturi tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  L-Unjoni għandha tfittex li tikseb kundizzjonijiet internazzjonali ekwi fejn il-flotta tas-sajd tal-Unjoni tista' tikkompeti ma' nazzjonijiet oħra tas-sajd, billi tadatta r-regoli ta' aċċess għas-suq kif xieraq kull meta jiġu adottati regoli stretti għall-flotta tal-Unjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-ħruġ u l-ġestjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal:

(a)  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz, taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f'ibħra miftuħa; and

(a)  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz, taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom, fi jew barra mill-ilmijiet tal-Unjoni, jew f'ibħra miftuħa; kif ukoll

(b)  bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(b)  bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  “bastiment ta' appoġġ” tfisser bastiment li mhux mgħammar b'tagħmir tas-sajd li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd;

(a)  “bastiment ta' appoġġ” tfisser bastiment li mhux mgħammar b'tagħmir tas-sajd maħsub biex jaqbad jew jattira l-ħut u li jiffaċilita, jgħin jew iħejji l-attivitajiet tas-sajd;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, li jagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul il-perjodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi;

(b)  "awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fir-rigward ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd speċifiċi tul il-perjodu speċifikat, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari f'kundizzjonijiet speċifiċi;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda qed issir biex tagħmel id-definizzjoni kompatibbli ma' dik li tinsab fir-Regolament dwar il-Kontroll (Art. 4.10)

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  “programm ta' osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tipprovdi osservaturi abbord bastimenti tas-sajd b'ċerti kundizzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-organizzazzjoni.

(f)  “programm ta' osservatur” tfisser skema taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA), pajjiż terz jew Stat Membru li jipprovdu osservaturi abbord bastimenti tas-sajd b'ċerti kundizzjonijiet biex tinġabar id-dejta u/jew biex tiġi verifikata l-konformità tal-bastiment mar-regoli adottati minn dik l-organizzazzjoni, SFPA jew pajjiż.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "parti kontraenti" tfisser parti kontraenti tal-konvenzjoni jew ftehim internazzjonali li jistabbilixxi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll Stati, entitajiet tas-sajd jew entitajiet oħra li jikkooperaw ma' tali organizzazzjoni u li ngħataw status ta' parti mhux kontraenti f'kooperazzjoni fir-rigward ta' tali organizzazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jirċievi informazzjoni kompleta u preċiża, f'konformità mal-Annessi 1 u 2, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment ta' appoġġ assoċċjat, inklużi bastimenti ta' appoġġ mhux tal-Unjoni;

(a)  jirċievi informazzjoni kompleta u preċiża, f'konformità mal-Anness, dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment ta' appoġġ assoċċjat, inklużi bastimenti ta' appoġġ mhux tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

L-awturi tal-emenda qed jipproponu li jissimplifikaw l-Annessi, li għandhom ikunu limitati għal test wieħed bl-għan li titnaqqas il-burokrazija.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta' appoġġ assoċċjat ikollhom numru tal-OMI;

(c)  il-bastiment tas-sajd u kwalunkwe bastiment ta' appoġġ assoċjat ikollhom numru tal-OMI, meta dan ikun meħtieġ bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Fil-preżent l-UE teħtieġ numru IMO biss għal bastimenti b'tul ta' inqas minn 15-il metru. L-identifikazzjoni ta' bastimenti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali qed turi li hija proċess kumpless ħafna minħabba l-għadd kbir ta' bastimenti involuti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-operatur u l-bastiment tas-sajd ma jkunux soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida

Operazzjonijiet ta' għoti ta' bandiera ġdida

1.   Dan l-artikolu japplika għal bastimenti li fi żmien ħames snin mid-data tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ikunu:

1.   Dan l-Artikolu japplika għal bastimenti li matul is-sentejn ta' qabel l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ikunu:

(a)  ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f'pajjiż terz; kif ukoll

(a)  ħarġu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u ngħataw bandiera ġdida f'pajjiż terz; kif ukoll

(b)  sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni fi żmien 24 xahar minn meta jkunu ħarġu.

(b)  sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

2.   Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun sodisfatt li, matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta' pajjiz terz:

2.   Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss jekk ikun ivverifika li, matul il-perjodu li l-bastiment imsemmi fil-paragrafu 1 ikun opera taħt bandiera ta' pajjiz terz:

ma jkunux involut f'attivitajiet tas-sajd IUU; u li

(a)    ma jkunux involut f'attivitajiet tas-sajd IUU; u li

(b)  ma jkun opera f'ilmijiet ta' pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.

(b)  ma jkunx opera f'ilmijiet jew ta' pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew ta' pajjiż terz li jkun ġie identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

3.   Għal dan l-għan, l-operatur għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relatata mal-perijodu rilevanti meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera, inkluż mill-inqas kull wieħed minn dawn li ġejjin:

3.   Għal dan l-għan, l-operatur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu li fih il-bastiment ikun opera taħt bandiera ta' pajjiż terz meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera:

(a)  dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;

(a)  dikjarazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd matul il-perjodu rilevanti;

(b)  kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-Istat tal-bandiera għall-perjodu rilevanti;

(b)  kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-Istat tal-bandiera għall-perjodu rilevanti;

(c)  kopja ta' kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu rilevanti;

(c)  kopja ta' kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu rilevanti;

(d)  stqarrija uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet il-bastiment jew l-operatur kien soġġett għalihom matul il-perjodu rilevanti.

(d)  stqarrija uffiċjali mill-pajjiż terz fejn il-bastiment ikun ingħata bandiera ġdida li telenka s-sanzjonijiet il-bastiment jew l-operatur kien soġġett għalihom matul il-perjodu rilevanti.

 

(da)   l-istorja sħiħa tal-bandiera matul il-perjodu li fih il-bastiment ikun ħalla r-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

4.   Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:

4.   Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:

(a)  f'pajjiż terz li ġie identifikati jew elenkat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; or

(a)  f'pajjiż terz li ġie identifikati jew elenkat bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; or

(b)  f'pajjiż terz li ġie identifikati bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont l-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

(b)  f'pajjiż terz li ġie identifikati bħala pajjiż li jippermetti s-sajd mhux sostenibbli skont l-Artikolu 4 paragrafu 1(a) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li, hekk kif il-pajjiż ġie identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli, l-operatur:

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk l-Istat Membru tal-bandiera jkun sodisfatt li, hekk kif il-pajjiż ġie identifikat bħala pajjiż li ma jikkooperax IUU jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli, l-operatur:

(a)  temm l-operazzjonijiet tas-sajd; kif ukoll

(a)  temm l-operazzjonijiet tas-sajd; kif ukoll

(b)  beda l-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz.

(b)  beda immedjatament il-proċeduri amministrattivi rilevanti biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-pajjiż terz.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Is-sorveljanza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b'dejta kompleta u preċiża.

1.   Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b'dejta kompleta u preċiża.

2.   Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru dwar kull bdil fid-dejta relatata.

2.   Operatur għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru dwar kull bdil fid-dejta relatata.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissorvelja jekk il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' validità ta' dik l-awtorizzazzjoni.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissorvelja mill-inqas darba fis-sena jekk il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd baqgħux jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' validità ta' dik l-awtorizzazzjoni.

4.   Jekk kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx għadha sodisfati, Stat Membru tal-bandiera għandu jemenda jew jirtira l-awtorizzazzjoni u jinnotifika lill-operatur u lill-Kummissjoni b'dan.

4.   Jekk kundizzjoni li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx għadha sodisfati, Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu azzjoni xierqa, inkluż li jemenda jew jirtira l-awtorizzazzjoni u jinnotifika immedjatament lill-operatur u lill-Kummissjoni u, jekk rilevanti, lis-segretarjat tal-RFMO jew lill-pajjiż terz ikkonċernat skont dan.

5.   Fuq talba tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jiċħad, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f'każijiet ta' raġunijiet prevalenti ta' politika b'rabta mal-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew il-prevenzjoni jew it-twaqqif ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat, jew f'każijiet fejn l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

5.   Fuq talba ġustifikata kif xieraq tal-Kummissjoni, Stat Membru tal-bandiera għandu jiċħad, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f'każijiet:

 

(a)   ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

 

(b)   ta' ksur serju tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, fil-qafas ta' sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat (IUU), jew sabiex tevita, f'każ ta' riskju għoli; jew

 

(c)   fejn l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

It-talba ġustifikata kif xieraq imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun sostnuta b'informazzjoni relevanti u xierqa. Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-operatur meta jagħmel tali talba ġustifikata kif xieraq. Talba bħal din mill-Kummissjoni għandha tkun segwita minn perjodu ta' 15-il jum ta' konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru tal-bandiera.

6.   Jekk Stat Membru tal-bandiera jonqos milli jirrifjuta, jemenda, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirtira l-awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera u l-operatur dwar dan.

6.   Jekk, fi tmiem il-perjodu ta' 15-il jum imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tikkonferma t-talba tagħha u l-Istat Membru tal-bandiera jonqos milli jirrifjuta, jemenda, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, wara ħamest ijiem ulterjuri, li tirtira l-awtorizzazzjoni u tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera u l-operatur dwar id-deċiżjoni tagħha.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista' jwettaq biss attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiż terz fuq stokkijiet li ġestiti minn RFMO jekk dan il-pajjiż huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta' dak l-RFMO.

Bastiment tas-sajd tal-Unjoni jista' jwettaq biss attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiż terz fuq stokkijiet li ġestiti minn RFMO jekk dan il-pajjiż huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta' dak l-RFMO. Meta l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli konklużi qabel... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], dan il-paragrafu għandu japplika minn... [erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Ġustifikazzjoni

Il-Guinea-Bissau, li magħha l-UE għandha ftehim tas-sajd, mhijiex parti kontraenti jew koperanti ta' xi organizzazzjoni reġjonali tas-sajd. Jeħtieġ li tingħata żmien biżżejjed biex tieħu l-passi meħtieġa u tħallas l-ispejjeż involuti biex tingħaqad ma' organizzazzjoni reġjonali tas-sajd.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Unjoni tista' talloka proporzjon tal-finanzjament għall-appoġġ settorjali lil pajjiżi terzi li magħhom għandha ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, sabiex tgħin lil dawk il-pajjiżi terzi jingħaqdu ma' RFMOs.

Ġustifikazzjoni

Is-sħubija f'organizzazzjoni reġjonali tas-sajd tista' tkun għalja wisq għal ċerti pajjiżi terzi li magħhom l-UE għandha ftehimiet tas-sajd.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Unjoni għandha tiżgura li ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli huma konsistenti ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-UE ma għandhiex tkun tista' tinnegozja derogi għar-regoli ta' dan ir-Regolament fi ftehimiet jew protokolli ġodda. Lingwaġġ simili jidher fir-Regolament bażiku, bħal Art. 31.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(a)  mill-pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru għandu biss jikkonċedi liċenzja tas-sajd meta l-pajjiż terz ikun awtorizzat minn bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu u mhux bil-kontra.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mill-pajjiż terz b'sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet.

(b)  mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu;

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru għandu biss jikkonċedi liċenzja tas-sajd meta l-pajjiż terz ikun awtorizzat minn bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu u mhux bil-kontra.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-operatur ikun ħallas it-tariffi u l-penali finanzjarji kollha mitluba mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz matul l-aħħar 12-il xahar.

(c)  l-operatur ikun ħallas it-tariffi kollha; kif ukoll

 

(ca)  l-operatur ikun ħallas il-penali finanzjarji applikabbli kollha imposti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, wara l-konklużjoni tal-proċeduri ġuridiċi applikabbli.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  il-bastiment tas-sajd ikollu awtorizzazzjoni mill-pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru ma għandux jagħti l-awtorizzazzjoni sakemm il-pajjiż terz ikun ta l-approvazzjoni tiegħu: Dan se joħloq aktar ċertezza legali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Ġaladarba joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti għall-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.

1.   Ġaladarba ikun ivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11 jkunu sodisfatti, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti biex jikseb l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż terz.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Annessi 1 u 2, flimkien ma' kwalunkwe dejta oħra meħtieġa skont il-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Anness, flimkien ma' kwalunkwe dejta oħra meħtieġa skont il-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 10 ijiem kalendarju qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni mill-inqas 15-il jum kalendarju qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli. Il-Kummissjoni tista' tibgħat talba ġustifikata kif xieraq lill-Istat Membru tal-bandiera għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tqis meħtieġa.

4.   Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 huma ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tibgħat it-talba lill-pajjiż terz.

4.   Fi żmien 10 ijiem kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni jew, fil-każ li jintalab tagħrif addizzjonali skont il-paragrafu 3, fi żmien 15-il jum tal-kalendarju minn meta tirċievi l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 humiex ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tibgħat it-talba lill-pajjiż terz jew tinnotifika lill-Istat Membru li l-applikazzjoni ġiet irrifjutata.

5.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċida li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan.

5.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni skont il-ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan mingħajr dewmien, jekk possibbli b'mezzi elettroniċi. L-Istat Membru tal-bandiera għandu immedjatament jittrażmetti dik l-informazzjoni lis-sid ta' dak il-bastiment.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli

Allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fil-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija tas-sajd sostenibbli

1.   Matul sena speċifika jew kwalunkwe perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta' protokoll ta' ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli, il-Kummissjoni tista' tidentifika opportunitajiet ta' sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni b'dan.

1.   Fi tmiem l-ewwel nofs tal-perjodu rilevanti ieħor tal-implimentazzjoni ta' protokoll ta' ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli, il-Kummissjoni tista' tidentifika opportunitajiet ta' sajd mhux użati u tinforma lill-Istati Membri li jibbenefikaw mill-ishma korrispondenti tal-allokazzjoni b'dan.

2.   Fi żmien 10 jiem mill-wasla ta' din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:

2.   Fi żmien 20 jum mill-wasla ta' din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu:

(a)  jinfurmaw lill-Kummissjoni li se jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard matul is-sena jew il-perjodu rilevanti ta' implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b'informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew

(a)  jinfurmaw lill-Kummissjoni li se jużaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom aktar tard fit-tieni nofs tal-perjodu rilevanti ta' implimentazzjoni billi jipprovdu pjan tas-sajd b'informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd; jew

(b)  jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskambji ta' opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(b)  jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskambji ta' opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.   Jekk ċerti Stati Membri ma jinfurmawx lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, jekk b'riżultat ta' dan l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni tista' tniedi sejħa għall-interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefika minn sehem tal-allokazzjoni.

3.   Jekk ċerti Stati Membri ma jinfurmawx lill-Kummissjoni dwar waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, jekk b'riżultat ta' dan l-opportunitajiet tas-sajd jibqgħu ma jintużawx, il-Kummissjoni, matul perjodu ta' għaxart ijiem wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, tista' tniedi sejħa għall-interess għall-opportunitajiet tas-sajd mhux użati disponibbli fost l-Istati Membri l-oħra li jibbenefika minn sehem tal-allokazzjoni.

4.   Fi żmien 10 jiem mill-wasla ta' din is-sejħa għall-interess, dawk l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom f'opportunitajiet tas-sajd mhux użati lill-Kummissjoni. B'appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b'informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

4.   Fi żmien 10 jiem mill-wasla ta' din is-sejħa għall-interess, dawk l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom f'opportunitajiet tas-sajd mhux użati lill-Kummissjoni. B'appoġġ għat-talba tagħhom, huma għandhom jipprovdu pjan tas-sajd b'informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

5.   Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni.

5.   Jekk meqjus meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri kkonċernati għal aktar informazzjoni dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd mitluba, il-qabdiet stmati, iż-żona u l-perjodu tas-sajd.

6.   Fin-nuqqas ta' interess fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem tal-allokazzjoni, il-Kummissjoni tista' tniedi sejħa għall-interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista' jikkomunika l-interess tiegħu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.   Fin-nuqqas ta' interess fl-opportunitajiet tas-sajd mhux użati mill-Istati Membri li jibbenefikaw minn sehem tal-allokazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem, il-Kummissjoni tista' tniedi sejħa għall-interess għall-Istati Membri kollha. Stat Membru jista' jikkomunika l-interess tiegħu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

7.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafi 4 jew 5, il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati fuq bażi temporanja billi tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14.

7.   Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafi 4 jew 5, u f'kooperazzjoni mill-qrib magħhom, il-Kummissjoni għandha talloka mill-ġdid, unikament fuq bażi temporanja, l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati billi tapplika l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 14.

 

7a.   L-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 7 għandha tapplika biss matul it-tieni nofs tal-perjodu ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u għandha sseħħ darba biss matul dak il-perjodu.

 

7b.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri:

 

(a)   lil liema Stati Membri tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid;

 

(b)   il-kwantitajiet allokati lill-Istati Membri li lilhom tkun saret l-allokazzjoni mill-ġdid; kif ukoll

 

(c)   il-kriterji ta' allokazzjoni użati għall-allokazzjoni mill-ġdid.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' tiġdid annwali eżistenti ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd matul il-perjodu li fih il-protokoll għal ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ japplika

 

Proċeduri aktar mgħaġġla, eħfef u aktar flessibbli għat-tiġdid tal-liċenzji ta' dawk il-bastimenti li l-istatus tagħhom (karatteristiċi, bandiera, proprjetarju jew konformità) ma nbidilx minn sena għal oħra għandhom ikunu permessi matul il-perjodu fis-seħħ ta' SFPA tal-Unjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Metidoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid

Metodoloġija temporanja tal-allokazzjoni mill-ġdid

1.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodoloġija għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

1.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodoloġija temporanja għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

2.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati b'rabta maż-żmien limitat li jkun fadal biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(3). Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 xhur.

2.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati b'rabta maż-żmien limitat li jkun fadal biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(3). Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-6 xhur.

3.   Meta tistabbilixxi l-metodoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

3.   Meta tistabbilixxi l-metodoloġija tal-allokazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji trasparenti u oġġettivi li ġejjin, b'kont meħud ta' fatturi ambjentali, soċjali u ekonomiċi:

(a)  l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-allokazzjoni mill-ġdid;

(a)  l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-allokazzjoni mill-ġdid;

(b)  l-għadd ta' Stati Membri li jagħmlu t-talba;

(b)  l-għadd ta' Stati Membri li jagħmlu t-talba;

(c)  is-sehem assenjat għal kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd inizjali;

(c)  is-sehem assenjat għal kull Stat Membru li jagħmel it-talba fl-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd inizjali;

(d)  il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta' kull Stat Membru li jagħmel it-talba;

(d)  il-qabda storika u l-livelli tal-isforz ta' kull Stat Membru li jagħmel it-talba;

(e)  l-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat;

(e)  l-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tal-bastimenti u l-irkaptu użat;

(f)  il-konsistenza tal-pjan tas-sajd provdut mill-Istati Membri li jagħmel it-talba mal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e).

(f)  il-konsistenza tal-pjan tas-sajd provdut mill-Istati Membri li jagħmel it-talba mal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e).

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ġustifikazzjoni tagħha għall-allokazzjoni mill-ġdid.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-Protokoll għal ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli jistabbilixxi limiti tal-qbid ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta' kwota annwali, il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi metodoloġija għall-allokazzjoni, kull xahar, kull tliet xhur jew perjodu ieħor, tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(2).

1.  L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd f'sitwazzjoni fejn il-Protokoll għal ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli jistabbilixxi limiti tal-qbid ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta' kwota annwali, l-opportunitajiet tas-sajd korrispondenti bejn l-Istati Membri għandhom ikunu konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont l-att legali rilevanti tal-Unjoni. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss meta l-Istati Membri kkonċernati qablu dwar pjanijiet konġunti tas-sajd li jqisu l-limiti tal-qbid ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur jew subdiviżjonijiet oħra ta' kwota annwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri sistema li biha l-Istati Membri huma ggarantiti li jżommu s-sehem tagħhom ta' limiti fuq il-qabdiet ta' kull xahar.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun konsistenti mal-opportunitajiet annwali tas-sajd allokati lil Stati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill rilevanti.

imħassar

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(a)  mill-pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru għandu biss jikkonċedi liċenzja tas-sajd meta l-pajjiż terz ikun awtorizzat minn bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu u mhux bil-kontra.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mill-pajjiż terz li jkollu sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet.

(b)  mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-Istat Membru għandu biss jikkonċedi liċenzja tas-sajd meta l-pajjiż terz ikun awtorizzat minn bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu u mhux bil-kontra.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f'ibħra ta' pajjiżi terzi kull meta l-Protokoll ta' ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli partikolari li jkopri dawn l-ilmijiet ma kienx fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti.

 

Fil-każ ta' tiġdid tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi awtomatikament irtirata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

Ġustifikazzjoni

“Ftehimiet inattivi” tirreferi għal pajjiżi li adottaw ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd mingħajr protokoll fis-seħħ, għal raġunijiet strutturali jew ċirkostanzjali. Minħabba li l-ħruġ ta' xi ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli bi Protokolli inattivi li ma ntużawx ma ġiex solvut, l-UE għandha toffri soluzzjoni li tippermetti awtorizzazzjonijiet tas-sajd diretti f'dawn il-każijiet taħt ċerti kundizzjonijiet.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f'ibħra ta' pajjiżi terzi barra l-qafas ta' ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli biss jekk:

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet tas-sajd imwettqa f'ibħra ta' pajjiżi terzi barra l-qafas ta' ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli biss jekk:

(a)  ma hemmx ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti, jew il-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ jipprovdi espressament għall-possibbiltà ta' awtorizzazzjonijiet diretti;

(a)  ma hemmx ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli fis-seħħ mal-pajjiż terz rilevanti;

(b)  il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

(b)  il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 5 huma sodisfatti;

 

(ba)  hemm eċċess tal-qabda permissibbli kif meħtieġ taħt l-Artikolu 62(2) tal-UNCLOS;

(c)  l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(c)  l-operatur ikun ipprovda kull wieħed minn dawn li ġejjin:

 

–  kopja tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd applikabbli kif ipprovduta lill-operatur mill-Istat tal-kosta;

–  konferma bil-miktub mill-pajjiż terz, wara d-diskussjonijiet bejn l-operatur u dan tal-aħħar, tat-termini tal-awtorizzazzjoni diretta maħsuba li tagħti lill-operatur l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inkluż it-tul, il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforzi jew limiti tal-qabda;

–  awtorizzazzjoni tas-sajd valida mogħtija mill-pajjiż terz għall-attivitajiet proposti ta' sajd li fiha t-termini ta' aċċess għar-riżorsi tas-sajd tiegħu, inkluż it-tul, il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet tas-sajd espressi bħala sforzi jew limiti tal-qabda;

–  evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd, abbażi ta':

–  evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd, abbażi ta':

•  valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

•  valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u/jew minn korp reġjonali tas-sajd b'kompetenza xjentifika rikonoxxuta mill-Kummissjoni; kif ukoll

•  eżami ta' din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu;

•  fil-każ ta' evalwazzjoni mill-pajjiż terz, eżami ta' din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti;

  kopja tal-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-pajjiż terz;

 

–  uffiċjal maħtur, in-numru tal-kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tal-miżati kollha; kif ukoll

–  uffiċjal maħtur, in-numru tal-kont tal-bank pubbliku għall-ħlas tal-miżati kollha; kif ukoll

(d)  f'każ li l-attivitajiet tas-sajd iridu jitwettqu fuq speċji ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-pajjiż terz huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta' dik l-organizzazzjoni.

(d)  f'każ li l-attivitajiet tas-sajd iridu jitwettqu fuq speċji ġestiti minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-pajjiż terz huwa parti kontraenti jew parti mhux kontraenti kooperanti ta' dik l-organizzazzjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet diretti

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet diretti

1.  Ġaladarba jkun ħareġ awtorizzazzjoni tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Annessi 1 u 2, u fl-Artikolu 18.

1.  Ġaladarba jkun stabbilixxa l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Anness, u fl-Artikolu 18.

2.   Jekk il-Kummissjoni ma tkunx talbet aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mit-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-operatur li jista' jibda l-attivitajiet tas-sajd inkwistjoni, sakemm ikun ingħata l-awtorizzazzjoni diretta mill-pajjiż terz ukoll.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami preliminari tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Hija tista' titlob aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien perjodu ta' 15-il jum.

3.   Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 ma jkunux sodisfatti, tista' toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa jew ġustifikazzjoni.

3.   Jekk, wara t-talba għal aktar informazzjoni jew ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 18 ma jkunux sodisfatti, tista' toġġezzjona għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien xahar minn meta tirċievi inizjalment l-informazzjoni kollha meħtieġa jew ġustifikazzjoni.

 

3a.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, jekk awtorizzazzjoni tas-sajd se tiġġedded fi żmien perjodu ta' mhux iktar minn sentejn mill-ħruġ tal-ewwel awtorizzazzjoni fuq l-istess termini u kundizzjonijiet kif ġew miftiehma fl-awtorizzazzjoni inizjali, l-Istat Membru jista' joħroġ l-awtorizzazzjoni direttament ladarba jkun stabbilixxa l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandu jkollha 15-il jum biex toġġezzjona skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

4.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan.

4.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Kummissjoni li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan, li għandhom jinformaw lill-proprjetarju tal-bastiment.

5.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

5.   Jekk pajjiż terz jinforma lill-Istat Membru tal-bandiera li ddeċieda li joħroġ, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni diretta għal bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-propretarju tal-bastiment b'dan.

6.   Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b'kopja tal-kundizzjonijiet finali miftiehem bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta.

6.   Operatur għandu jipprovdi lill-Istat Membru tal-bandiera b'kopja tal-kundizzjonijiet finali miftiehem bejnu u l-pajjiż terz, inkluża kopja tal-awtorizzazzjoni diretta.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

L-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fl-RFMOs

 

Sabiex tapplika l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-RFMOs u skont l-objettivi msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi valutazzjonijiet perjodiċi tal-prestazzjoni minn korpi indipendenti, u għandu jkollha rwol attiv fil-ħolqien u t-tisħiħ ta' kumitati ta' implimentazzjoni fl-RFMOs kollha li għalihom hija parti kontraenti. B'mod partikolari għandu jiġi żgurat li dawn il-kumitati ta' implimentazzjoni jwettqu s-superviżjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika esterna tas-sajd u tal-miżuri deċiżi fil-qafas tal-RFMO.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jitfakkru l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-Unjoni hija parti kontraenti għall-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tkun Parti Kontraenti jekk għandhom joperaw il-bastimenti tagħha.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ma jkunx ġie inkluż fir-reġistru jew il-lista rilevanti tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

(b)  ma jkunx ġie inkluż fir-reġistru jew il-lista rilevanti tal-bastimenti awtorizzati tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

Artikolu 23

Reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

Reġistrazzjoni minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

1.   Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista/i ta' bastimenti li jkun awtorizza għal attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

1.   Stat Membru tal-bandiera għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista/i ta' bastimenti tas-sajd kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li huma attivi u, fejn applikabbli, għandu jkollu reġistru assoċjat tal-qabdiet, li jkun awtorizza għal attivitajiet tas-sajd taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

2.   Il-lista/i msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f'konformità ma' ħtiġiet ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u akkumpanjati mill-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2.

2.   Il-lista/i msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f'konformità ma' ħtiġiet ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u akkumpanjati mill-informazzjoni fl-Anness.

3.   Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li hi meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhrilha li hi meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal kull talba bħal din.

4.   Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22 huma ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista/i ta' bastimenti awtorizzati lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

4.   Meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 22 huma ssodisfati, u fi żmien perjodu ta' 15-il jum wara li tirċievi l-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista/i ta' bastimenti awtorizzati lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd.

5.   Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera bil-bastimenti inklużi fihom.

5.   Jekk ir-reġistru jew il-lista tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ma jkunux pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista ta' bastimenti awtorizzati lill-Istati Membri involuti fis-sajd rilevanti.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

Artikolu 24

Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' aktar minn 24-il metru.

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; kif ukoll

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera ta' dak il-bastiment abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika li tivvaluta s-sostenibbiltà tal-attivitajiet proposti ta' sajd li tkun ġiet ivvalidata mill-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu jew, kif xieraq, l-istitut xjentifiku ta' Stat Membru b'kompetenza fis-sajd rilevanti; kif ukoll

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss għal attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk il-kriterji ta' eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma sodisfatti.

Stat Membru tal-bandiera jista' biss joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet fl-ibħra miftuħa jekk:

 

(a)   il-kriterji ta' eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma ssodisfati;

 

(b)   l-attivitajiet tas-sajd ippjanati huma:

 

-   ibbażati fuq approċċ imsejjes fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; kif ukoll

 

-   skont evalwazzjoni xjentifika, li tqis il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, ipprovduta mill-istitut xjentifiku nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Notifika lill-Kummissjoni

Notifika lill-Kummissjoni

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Kummissjoni mill-inqas 15-il jum kalendarju qabel ma jibdew l-attivitajiet ippjanati tas-sajd fl-ibħra miftuħa, u jipprovdi l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Kummissjoni mill-inqas 8.5 jiem kalendarju qabel ma jibdew l-attivitajiet ippjanati tas-sajd fl-ibħra miftuħa, u jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

Artikolu 28

Prinċipji

Prinċipji

1.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd taħt arranġamenti ta' kiri (chartering) fejn ikun fis-seħħ ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-ftehim.

1.   Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd taħt arranġamenti ta' kiri (chartering) fejn ikun fis-seħħ ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli.

2.   Bastiment tal-Unjoni li ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta' kiri (chartering) fl-istess żmien jew jieħu sehem f'kiri sekondarju (sub-chartering).

2.   Bastiment tal-Unjoni li ma jistax iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt aktar minn arranġament wieħed ta' kiri (chartering) fl-istess żmien jew jieħu sehem f'kiri sekondarju (sub-chartering).

 

2a.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom joperaw skont ftehimiet ta' kiri f'ilmijiet taħt l-awspiċi ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd unikament jekk l-Istat fejn il-bastiment ikun mikri jkun parti kontraenti għal dik l-organizzazzjoni.

3.   Bastiment mikri (chartered) tal-Unjoni ma jistax juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Il-qabdiet ta' bastiment mikri (chartered) għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-Istat kerrej (chartering).

3.   Bastiment mikri (chartered) tal-Unjoni ma jistax juża l-opportunitajiet tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu matul il-perjodu tal-Karta. Il-qabdiet ta' bastiment mikri (chartered) għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-Istat kerrej (chartering).

 

3a.   Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jnaqqas ir-responsabbiltajiet tal-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew dispożizzjonijiet oħra tal-Politika Komuni tas-Sajd, inklużi rekwiżiti ta' rappurtar.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ftehim ta' kiri (chartering) huwa speċifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd.

(b)  id-dettalji tal-ftehim ta' kiri (chartering) huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd inklużi l-perjodu taż-żmien, l-opportunitajiet tas-sajd u ż-żona tas-sajd.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk id-dejta tinġabar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta' osservazzjoni, l-operatur ta' dak il-bastiment għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Jekk id-dejta tinġabar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni taħt programm ta' osservazzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-RFMO, l-operatur ta' dak il-bastiment għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

Artikolu 31

Informazzjoni lil pajjiżi terzi

Informazzjoni lil pajjiżi terzi

1.   Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, u jekk il-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jipprevedi hekk, operatur ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta' dik il-komunikazzjoni.

1.   Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, operatur ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art kemm lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u kemm lill-pajjiż terz.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta l-konsistenza tad-dejta mibgħuta lill-pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bid-dejta li jkun irċeva f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jivvaluta l-konsistenza tad-dejta mibgħuta lill-pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1, bid-dejta li jkun irċeva f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. F'każ ta' inkonsistenza tad-dejta, l-Istat Membru għandu jinvestiga jekk tali inkonsistenza tikkostitwixxix sajd IUU skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u jieħu azzjoni xierqa, skont l-Artikoli 43 sa 47 ta' dak ir-Regolament.

3.   In-nuqqas ta' trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u ta' miżuri oħra previsti mill-politika komuni tas-sajd. Il-gravità tal-ksur għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu.

3.   In-nuqqas ta' trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-qabdiet u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala ksur serju għall-fini tal-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u ta' miżuri oħra previsti mill-politika komuni tas-sajd. Il-gravità tal-ksur għandha tkun deċiża mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, u għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma n-natura tal-ħsara, il-valur tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika tal-awtur tal-ksur u l-livell tal-ksur jew ir-ripetizzjoni tiegħu.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Titolu III – Artikolu 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

Rekwiżiti tas-Sħubija fl-RFMO

 

Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz jista' jwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni fuq stokkijiet li huma ġestiti minn RFMO biss jekk il-pajjiż terz huwa parti kontraenti f'dik l-RFMO.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz ma jistax jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni.

1.  Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz ma jistax jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni. Għandu jinħareġ biss tali awtorizzazzjoni jekk jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Jekk bastimenti tas-sajd tal-UE barra mill-pajjiż jeħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji, dawk il-kriterji għandhom japplikaw ukoll għal bastimenti ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-UE.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha jopera, u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti.

2.  Bastiment ta' pajjiż terz awtorizzat li jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha hija jopera. Jekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tas-sajd rilevanti jkunu differenti, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu ddikjarati b'mod espliċitu f'dan il-ftehim jew permezz ta' regoli maqbula mal-pajjiż terz li jimplimenta l-ftehim.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

Artikolu 33

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Il-Kummissjoni tista' toħroġ biss awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

Il-Kummissjoni tista' toħroġ biss awtorizzazzjoni għal bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz għal attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni jekk:

 

(-a)  hemm eċċess tal-qabda permissibbli li jkopri l-opportunitajiet tas-sajd proposti kif meħtieġ skont l-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS;

(a)  l-informazzjoni fl-Annessi 1 u 2 dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment(i) ta' appoġġ assoċjat(i) hija sħiħa u preċiża; il-bastiment u kwalunkwe bastiment(i) ta' appoġġ assoċċjat(i) ikollhom numru tal-OMI;

(a)  l-informazzjoni fl-Anness dwar il-bastiment tas-sajd u l-bastiment(i) ta' appoġġ assoċjat(i) hija sħiħa u preċiża; il-bastiment u kwalunkwe bastiment(i) ta' appoġġ assoċċjat(i) ikollhom numru tal-OMI meta jkun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)  l-operatur u l-bastiment tas-sajd ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(b)  il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, ma jkunux ġew soġġetti għal sanzjoni għal ksur serju matul it-12-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(c)  il-bastiment tas-sajd mhux fuq xi lista IUU u/jew il-pajjiż terz mhuwiex identifikat jew elenkat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;

(c)  il-bastiment tas-sajd mhux fuq xi lista ta' bastimenti IUU adottata minn pajjiż terz, organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u/jew il-pajjiż terz mhuwiex identifikat jew elenkat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 jew bħala li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;

(d)  il-bastiment tas-sajd huwa eliġibbli taħt il-ftehim tas-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn xieraq, qed fuq il-lista ta' bastimenti taħt dak il-ftehim.

(d)  il-bastiment tas-sajd huwa eliġibbli taħt il-ftehim tas-sajd mal-pajjiż terz ikkonċernat u, fejn xieraq, qed fuq il-lista ta' bastimenti taħt dak il-ftehim.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f'każijiet fejn tkun seħħet bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi jew f'każijiet fejn raġunijiet prevalenti ta' politika relatati, fost l-oħrajn, mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat jitolbu tali azzjoni jew f'każijiet fejn, għal tali jew kwalunkwe raġuni oħra prevalenti ta' politika l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.   Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f'każijiet:

 

(a)    relatati, fost l-oħrajn, mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

 

(b)   ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza relatati ma' theddida serja għall-isfruttar sostenibbli, il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

 

(c)   fejn hija meħtieġa azzjoni biex tipprevjeni ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1005/2008 u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009, dwar sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat; or

 

(d)   fejn, għal tali jew kwalunkwe raġuni oħra prevalenti ta' politika l-Unjoni ddeċidiet li tissospendi jew taqta' r-relazzjonijiet mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-pajjiż terz fil-każ li tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-ewwel subparagrafu.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun qabeż il-kwoti li jkun ġie allokat għal stokk jew grupp ta' stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta' stokkijiet fis-snin sussegwenti.

1.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li pajjiż terz ikun qabeż il-kwoti li jkun ġie allokat għal stokk jew grupp ta' stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti allokati lil dak il-pajjiż għal dak l-istokk jew grupp ta' stokkijiet fis-snin sussegwenti. L-ammont tat-tnaqqis għandu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39

Artikolu 39

Reġistru ta' awtorizzazzjoni ta' sajd tal-Unjoni

Reġistru ta' awtorizzazzjoni ta' sajd tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni, magħmul minn parti pubblika u parti sikura. Dak ir-reġistru għandu:

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-awtorizzazzjonijiet kollha tas-sajd mogħtija skont it-Titolu II u t-Titolu III, magħmul minn parti pubblika u parti sikura. Dak ir-reġistru għandu:

(a)   jirreġistra l-informazzjoni kollha fl-Annessi 1 u 2 u juri l-istatus ta' kull awtorizzazzjoni f'ħin reali;

(a)   jirreġistra l-informazzjoni kollha stabbilita fl-Anness u juri l-istatus ta' kull awtorizzazzjoni f'ħin reali;

(b)  jintuża għall-iskambju ta' dejta u ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; kif ukoll

(b)  jintuża għall-iskambju ta' dejta u ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u Stat Membru; kif ukoll

(c)  jintuża għall-finijiet ta' ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd biss.

(c)  jintuża għall-finijiet ta' ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd biss.

2.   Il-lista ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd fir-reġistru għandha tkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

2.   Il-lista ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd fir-reġistru għandha tkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)  l-isem u l-bandiera tal-bastiment;

(a)  l-isem u l-bandiera tal-bastiment u n-numru CFR u IMO fejn meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

 

(aa)  l-isem, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tal-kumpanija proprjetarja u tas-sid benefiċjarju;

(b)  it-tip ta' awtorizzazzjoni; kif ukoll

(b)  it-tip ta' awtorizzazzjoni, inklużi l-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll

(c)  żona u ħin permessi tal-attività tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; iż-żona tas-sajd).

(c)  żona u ħin permessi tal-attività tas-sajd (dati tal-bidu u tat-tmiem; iż-żona tas-sajd).

3.   Stat Membru għandu juża r-reġistru biex iressaq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżżomm id-dettalji aġġornati, kif rikjest mill-Artikoli 12, 19, 23 u 27

3.   Stat Membru għandu juża r-reġistru biex iressaq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-Kummissjoni u biex iżżomm id-dettalji aġġornati, kif rikjest mill-Artikoli 12, 19, 23 u 27

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Biex isir operazzjonali reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni u biex jiġi permess lil dawn l-Istati Membri li jilħqu r-rekwiżiti ta' trażmissjoni teknika, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri kkonċernati. Għal dan l-għan, hija għandha tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jibagħtu l-informazzjoni li l-operaturi huma mitluba jipprovdu għal kull tip ta' awtorizzazzjoni u, sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tiżviluppa applikazzjoni tal-IT biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu lejn ir-reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Unjoni b'mod awtomatiku u f'ħin reali informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal appoġġ tekniku u finanzjarju għat-trasferiment tal-informazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f'konformità mal-Artikolu 76(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2).

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, tista', fil-qafas ta' ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, taħt l-awspiċi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet simili tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti jew parti kooperanti mhux kontraenti tagħhom, tikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' dan ir-Regolament, jew infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar- Regolament (KE) Nru 1224/2009, lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet jew organizzazzjonijiet soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li forna l-informazzjoni u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Ġustifikazzjoni

It-terminu korrett.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    75

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness IIa

 

Lista tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd

 

* partijiet obbligatorji (għall-punti 22 sa 25 u 28 sa 48, jistgħu ma jimtlewx jekk l-informazzjoni tista' tinsilet awtomatikament mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni bin-numru CFR jew IMO)

 

I

APPLIKANT

 

1

Identifikatur tal-bastiment (numru IMO, numru CFR, eċċ.)

 

2

Isem il-bastiment

 

3

Isem l-operatur ekonomiku*

 

4

Posta elettronika*

 

5

Indirizz

 

6

Fax

 

7

Numru tat-taxxa (SIRET, NIF…)*

 

8

In-numru tat-telefown

 

9

Isem is-sid

 

10

Posta elettronika*

 

11

Indirizz

 

12

Fax

 

13

In-numru tat-telefown

 

14

Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent li jirrappreżenta lill-operatur ekonomiku*

 

15

Posta elettronika*

 

16

Indirizz

 

17

Fax

 

18

In-numru tat-telefown

 

19

Isem/ismijiet tal-kaptan/i*

 

20

Posta elettronika*

 

21

Nazzjonalità*

 

22

Fax

 

23

In-numru tat-telefown

 

II

KATEGORIJA TAS-SAJD LI GĦALIHA HIJA MITLUBA AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

 

Tip ta' awtorizzazzjoni (ftehim dwar is-sajd, awtorizzazzjoni diretta, RFMO, ibħra internazzjonali, il-Karta, bastiment ta' appoġġ)

 

24

Tip ta' bastiment (kodiċi FAO)*

 

25

Tip ta' tagħmir (kodiċi FAO)*

 

26

Żoni tas-Sajd (kodiċi FAO)*

 

27

Kodiċi FAO tal-ispeċijiet fil-mira jew Kategorija tas-sajd (Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) *

 

28

Perjodu tal-awtorizzazzjoni mitlub (dati tal-bidu u tat-tmiem)

 

29

Numru tar-reġistru tal-RFMOs* (jekk magħruf)

 

30

Lista ta' bastimenti ta' appoġġ: isem / numru IMO / numru CFR

 

III

KIRI (Chartering)

 

31

Bastiment li qed jopera taħt arranġament ta' kiri*: Iva / Le

 

32

Tip ta' arranġament ta' kiri

 

33

Perjodu tal-kiri (dati tal-bidu u tat-tmiem)*

 

34

Opportunitajiet tas-sajd (tunnellati) allokati lill-bastiment mikri*

 

35

Il-pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastiment mikri*

(1)

ĠU C 303, 19.8.2016, p. 116.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


NOTA SPJEGATTIVA

Elementi tal-kuntest

Ir-reġim ta' kontroll tal-UE taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) huwa ffurmat minn tliet pilastri – ir-Regolament tal-Kontroll (Regolament 1224/2009), ir-Regolament tal-IUU (Regolament 1005/2008) u l-ftit li xejn magħruf Regolament dwar l-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd (il-FAR) għall-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni (Regolament 1006/2008).

Dan ir-regolament tal-aħħar ilu li sar mill-2008 u kien ikopri tliet tipi ta' attivitajiet tas-sajd. Huwa jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE li joperaw jew taħt ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jew f'sajd ġestit minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs). Il-FAR jirregola wkoll il-ħruġ, mill-Kummissjoni, ta' awtorizzazzjonijiet għal bastimenti mhux tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni ta' dan ir-regolament importanti hija f'waqtha għal għadd ta' raġunijiet. Ir-riforma tal-PKS żiedet kapitolu distint dwar id-dimensjoni esterna u dan jeħtieġ li jkun rifless fid-dispożizzjonijiet tal-PKS. L-Unjoni issa għandha "tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-PKS waqt li tippromwovi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal operaturi tal-Unjoni vis-à-vis operaturi oħra ta' pajjiżi terzi"(1).

Barra minn hekk, "Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss eċċessi tal-qabda permessa kif imsemmi fl-Artikolu62(2) u (3) tal-UNCLOS, u identifikata, b'mod ċar u trasparenti, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u l-informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet affettwati mill-flotot kollha”(2).

Il-kunċett ta' stokkijiet "eċċessivi" jirreferi għall-ħut li jista' jinqabad b'mod sostenibbli fl-ilmijiet ta' Stat kostali iżda li dak l-Istat mhux qed jaqbad, ħafna drabi minħabba li ma jkollux il-kapaċità tas-sajd biex jagħmel dan. Il-PKS tapplika wkoll għaċ-ċittadini tal-Istati Membri(3) b'rekwiżiti speċifiċi inklużi fir-Regolament tal-IUU(4).

Għalhekk huwa xieraq li issa l-FAR tiġi riveduta f'dan is-sens.

Barra minn hekk, il-qafas legali internazzjonali avvanza wkoll, bi Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port, vinkolanti ġdid, il-Linji Gwida fakultattivi tal-FAO tar-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera u, is-sena li għaddiet, Opinjoni Konsultattiva tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar(5) ikkjarifikat ir-responsabbiltajiet tal-UE bħala Stat tal-bandiera għall-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Istati Membri tagħha.

Fl-aħħar nett, kif ġie indikat preċedentement (ir-rapport ta' Lövin dwar id-dimensjoni esterna fir-riforma (A7-0290/2012) u r-rapport ta' Engström dwar ir-regoli komuni fid-dimensjoni esterna (A8-0052/2016)), l-involviment tal-bastimenti tal-UE barra mill-ilmijiet tal-UE jestendi lil hinn mill-attivitajiet irregolati mill-FAR attwali (ftehimiet bilaterali u s-sajd taħt l-RFMOs). Is-sidien tal-bastimenti jistgħu jkollhom ftehimiet jew arranġamenti ta' kiri privat (chartering) biex jistadu fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi li magħhom ma jeżisti l-ebda Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) jew f'ibħra miftuħa fejn ma jeżistux Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs). Għalkemm in-netwerk tal-RFMOs f'livell globali qed jiżdied, b'oħrajn ġodda li qed jiġu ffurmati, ċertu sajd importanti madankollu xorta waħda għadu mhux ġestit skont ir-regoli internazzjonali ta' RFMO. Il-fatt li r-regolament eżistenti dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd naqas milli jkopri dawn it-tipi ta' attivitajiet tal-flotta kien dgħufija serja.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-FAR – li għandu jingħata l-isem ġdid ta' Il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni – hi għalhekk ferm milqugħa. Din diġà ġiet milqugħa mill-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta' Distanzi Twal tal-UE fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-FAR, bħala mekkaniżmu aktar effikaċi biex jiġu koperti l-attivitajiet tal-bastimenti kollha li jtajru bandiera tal-UE meta joperaw barra l-ilmijiet tal-Unjoni, billi timponi kriterji komuni ta' eliġibilità għal dawn il-bastimenti – u għalhekk tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi tal-UE – u tiċċara l-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet. B'mod importanti, il-ftehimiet privati u l-arranġamenti ta' kiri (chartering) issa se jiġu inklużi. Bħal qabel, il-Kummissjoni nnifisha se tkun responsabbli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti mhux tal-UE meta jistadu fl-ilmijiet tal-UE taħt il-ftehimiet dwar l-aċċess reċiproku.

Il-flotta ta' distanzi twal tal-UE hija komponent importanti tal-flotta totali, li tagħti kontributi għall-impjieg u l-provvista tal-ħut għas-suq tal-UE. Tinsab mifruxa madwar l-oċeani kollha tad-dinja u, f'ħafna każijiet, hija preżenza l-aktar viżibbli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Il-flotta għandha titqies bħala "ambaxxaturi tajba" tal-UE. Saru ħafna titjibiet fid-dispożizzjonijiet tal-PKS fir-rigward tal-flotta esterna f'dawn l-aħħar snin u din il-proposta mill-Kummissjoni se jservu, fil-parti l-kbira tagħha, biex jiġu kkonsolidati l-kisbiet li saru fil-passat u biex dawn il-kisbiet jiġu estiżi għal partijiet ġodda tal-flotta.

L-Opinjoni Konsultattiva tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd, ikkonfermat li sa fejn il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar taħt il-PKS huma kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Unjoni għandha r-responsabbiltà għall-konformità tal-attivitajiet tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri mal-miżuri ta' konservazzjoni tal-Istat kostali u għandha wkoll tiżgura li dawn il-bastimenti ma jkunux involuti f'sajd IUU. L-Opinjoni Konsultattiva tenfasizza d-diliġenza dovuta li l-Unjoni għandha teżerċita f'dak ir-rigward. Għalhekk huwa xieraq li l-UE tassumi l-kontroll fuq awtorizzazzjonijiet tal-flotta esterna. Dan kien approvat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li, fl-opinjoni tiegħu dwar il-FAR, enfasizza li r-rwol tal-Kummissjoni Ewropea, bħala l-gwardjana tat-Trattati, kien li tivverifika l-validità tal-awtorizzazzjoni abbażi ta' kriterji ta' eliġibilità, u b'hekk jiġi żgurat li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom. Dan se jkompli jtejjeb aktar il-konsistenza fil-ġestjoni tal-flotot ta' distanzi twal.

Inevitabilment fi proposta kumplessa bħal din, hemm dispożizzjonijiet li huma f'waqthom u bbilanċjati, u oħrajn fejn l-ideat tal-Kummissjoni jeħtieġu xi titjib.

L-istruttura bażika tal-proposta hija soda, għall-fatt li tinkludi t-tipi kollha ta' attivitajiet li jsiru mill-bastimenti tal-UE li jistadu barra u timponi kriterji konsistenti ta' eliġibilità. Hija toħloq ukoll bażi tad-dejta komuni għall-bastimenti kollha. Min-naħa l-oħra, il-proċeduri u l-iskedi ta' żmien li l-Kummissjoni tipproponi għat-tipi varji ta' awtorizzazzjoni mhumiex ċari u konsistenti daqs kemm jistgħu jkunu.

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Qed jiġu proposti għadd ta' emendi biex itejbu u jiċċaraw il-proposta. Dawn jinkludu:

L-Artikolu 7 (dispożizzjonijiet komuni għall-awtorizzazzjonijiet kollha) – il-Kummissjoni qed tipproponi li tagħti lilha nnifisha l-awtorità li ma tippermettix awtorizzazzjoni lil bastiment f'każ ta' "raġunijiet prevalenti ta' politika", li tidher li hija ġustifikazzjoni bil-wisq vaga Qed tiġi proposta kjarifika, b'konsistenza mal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), sabiex id-dritt tal-Kummissjoni f'din il-ħaġa jiġi limitat b'mod aktar strett.

L-Artikolu 12 (awtorizzazzjonijiet taħt ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) – Il-Kummissjoni donnha tagħti lilha nfisha żmien bla limitu biex tibgħat it-talbiet għal awtorizzazzjonijiet lill-pajjiżi terzi taħt is-SFPAs. Dan jeħtieġ li jiġi limitat b'mod ċar sabiex tiġi evitata l-inċertezza żejda għas-sidien tal-bastimenti.

L-Artikolu 18 (awtorizzazzjonijiet diretti) – Filwaqt li hija idea tajba li l-operatur tal-bastiment ikun meħtieġ li jipprovdi evidenza xjentifika tas-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd li jkunu qed jiġu proposti fil-qafas ta' ftehim privat ma' pajjiż terz, m'għandhiex tkun ir-responsabbiltà ta' sid il-bastiment li jiġbor u jippreżenta l-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż dwar is-sajd. Dak jista' jsir b'mod aktar raġonevoli mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-pajjiż terz. Huwa wkoll xieraq li jingħataw ċerti dettalji ulterjuri tal-attivitajiet ippjanati.

L-Artikolu 19 (awtorizzazzjonijiet diretti) – għal darba oħra, l-iskeda ta' żmien proposta mill-Kummissjoni tieħu wisq fit-tul. Qed issir proposta biex din titqassar.

L-Artikolu 21 (RFMOs) – Il-Kummissjoni qegħda ġustament tipproponi li pajjiżi terzi li magħhom l-UE għandha ftehim bilaterali għandhom ikunu Partijiet Kontraenti għall-RFMO xierqa, peress li kemm l-Istati tal-bandiera u kemm l-Istati kostali għandhom responsabbiltajiet, hekk kif ġie osservat fl-Opinjoni Konsultattiva tal-ITLOS. Għal raġunijiet ta' konsistenza, jekk bastiment tal-UE jixtieq jipparteċipa f'sajd ġestiti minn RFMO, allura l-Unjoni għandha tkun meħtieġa li taderixxu ma' dik l-RFMO.

L-Artikolu 23 (RFMOs) – għal darba oħra, l-iskeda ta' żmien proposta mill-Kummissjoni biex tintbagħat lil RFMO il-lista ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu mhijiex iddefinita. Qed tiġi proposta skadenza ċara biex fiha l-Kummissjoni taġixxi.

L-Artikolu 25 (sajd fl-ibħra miftuħa) – Il-Kummissjoni raġonevolment tistenna valutazzjoni xjentifika li turi s-sostenibbiltà tal-attivitajiet proposti taħt ftehimiet privati (ara l-Artikolu 18) u għandu jkun hemm rekwiżit simili għall-bastimenti li jixtiequ jistadu fl-ibħra internazzjonali barra mill-ambitu ta' RFMO.

L-Artikolu 31 (obbligi ta' rappurtar) – Bastiment li jopera fl-ilmijiet ta' pajjiż terz, jew taħt ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPA) jew taħt ftehim privat, għandu jkun meħtieġ li jibgħat id-dejta dwar il-qabda tiegħu u dejta xierqa oħra direttament kemm lill-Istat Membru tal-bandiera u kemm lill-Istat kostali. Trasparenza ta' din ix-xorta ma tistax ħlief tgħin l-Istat kostali jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim tiegħu.

L-Artikolu 39 (reġistru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd) – Sabiex tittejjeb it-trasparenza, għandhom jiġu inklużi fil-parti pubblika tar-reġistru xi biċċiet ta' informazzjoni addizzjonali.

Konklużjonijiet

Il-Kummissjoni ħarġet proposta tajba li ser ġġib titjibiet meħtieġa lill-ġestjoni tal-flotta tal-UE li tbaħħar fl-ibħra miftuħa. Din se toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-attivitajiet tas-sajd kollha li jitwettqu taħt il-bnadar tal-UE u tiżgura li l-UE tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha bħala Stat tal-bandiera kif ukoll bħala Stat ta' sjieda benefiċjarja. B'mod aktar speċifiku, huwa ta' sodisfazzjon kbir li wieħed jinnota li l-proposta twieġeb ukoll għal ħafna mill-punti magħmula fir-rapport preċedenti ta' Engström dwar id-dimensjoni esterna tal-PKS (A8-0052/2016), billi tintroduċi rekwiżiti legali xierqa fil-PKS. Dak ir-rapport innota wkoll li l-UE għandha tippromwovi l-istandards ambjentali u soċjali tagħha fil-kuntest internazzjonali billi tuża l-influwenza tagħha fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) u permezz tan-netwerk tal-UE ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs).

Bħala waħda mill-protagonisti ewlenin fid-dinja tas-sajd, l-UE għandha tmexxi bl-eżempju u tħeġġeġ lill-oħrajn, kemm lill-Istati kostali u kemm lill-Istati ta' ilmijiet imbiegħda, jadottaw u jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tas-sajd li jiżgura l-isfruttament sostenibbli u ekwu tar-riżorsi tal-baħar, u b'hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel u l-ġejjieni tal-irġiel u n-nisa fil-komunitajiet kostali (kemm fl-Ewropa kif ukoll barra minnha) li l-għajxien tagħhom jiddependi mis-sajd.

(1)

  Regolament 1380/2013, Artikolu 28.2(d)

(2)

Regolament 1380/2013, Artikolu 31.4

(3)

Regolament 1380/2013, Artikolu 1.2(d)

(4)

Regolament 1005/2008, Artikoli 39 u 40

(5)

Opinjoni Konsultattiva Nru 21 tat-2 ta' April 2015


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IRĊEVIET IL-KONTRIBUT IR-RAPPORTEUR

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija ta' [l-abbozz ta' rapport/rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat]:

Entità u/jew persuna

Rappreżentanti tal-Istati Membri li ġejjin: Franza, Polonja, Spanja, Ġermanja

Rappreżentanti ta' diversi NGOs (CFFA, WWF, Oceana, EJF, Client Earth)

Presidenza tal-Kunsill

Kummissjoni Ewropea

Rappreżentanti mill-industrija: Europêche


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (Sena fiskali 2.92016)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008

(COM(2015)0636 – C80393/2015 – 2015/0289(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Heubuch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta mill-Kummissjoni hija reviżjoni ta' regolament li jmur lura għall-2008, li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għal sajd barra mill-ilmijiet tal-UE, kif ukoll għal bastimenti ta' pajjiżi terzi li jistadu fl-ilmijiet tal-UE. Hija tikkostitwixxi wieħed mit-tliet pilastri tas-sistema ta' kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). It-tnejn l-oħra huma r-regolament dwar il-kontroll u r-Regolament tal-UE li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, (ir-Regolament IUU). Peress li r-riforma tal-PKS fl-2013 inkludiet, għall-ewwel darba, dispożizzjonijiet espliċiti dwar id-dimensjoni esterna tal-PKS, jeħtieġ li r-regolament jiġi rivedut. L-istruttura legali internazzjonali evolviet ukoll bi żviluppi internazzjonali ġodda, bħal-Linji Gwida tal-FAO dwar ir-Responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera u Opinjoni Konsultattiva mit-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), li għandhom jiġu inkorporati.

Ir-regolament eżistenti jkopri biss l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għal porzjon limitat tal-bastimenti tal-UE li jistadu barra l-ilmijiet tal-UE - dawk li jistadu skont Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) jew f'żoni ta' sajd regolati minn Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO). Sajd ieħor minn bastimenti tal-UE f'ilmijiet imbiegħda, bħal pereżempju fl-ambitu ta' ftehimiet privati bejn is-sidien tal-vapuri tal-UE u pajjiżi terzi oħrajn, ma kienx kopert, ħlief għal appell biex l-Istati Membri jiġbru kwalunkwe informazzjoni li jistgħu. Lanqas ma kien hemm regoli li jikkonċernaw bastimenti b'bandiera tal-UE mikrija minn operatur f'pajjiż ieħor.

Il-PKS irriformata tispeċifika li l-UE għandha:

"tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-PKS, waqt li tippromwovi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal operaturi tal-Unjoni vis-à-vis operaturi oħra ta' pajjiżi terzi(1)"

B'hekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għat-tipi kollha ta' sajd barra l-UE.

Fost it-titjib pożittiv ħafna li qiegħda tipproponi l-Kummissjoni:

•  jiġu inklużi t-tipi kollha ta' attivitajiet imwettqa minn bastimenti tal-UE barra l-ilmijiet tal-UE b'kundizzjonijiet u regoli simili;

•  il-bastimenti tas-sajd jeħtiġilhom li jissodisfaw kundizzjonijiet ta' kriterji ta' eliġibbiltà speċifiċi sabiex jirċievu awtorizzazzjoni għas-sajd, fosthom li ma jkollhom ebda sanzjoni riċenti għal ksur serju mill-bastiment, u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet proposti;

•  l-Istat Membru tal-bandiera għandu jivverifika espliċitament l-informazzjoni mibgħuta mis-sid tal-bastiment;

•  is-sidien ta' bastimenti li jipproponu li jistadu f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' SFPA (awtorizzazzjoni diretta) jeħtieġ li jipprovdu evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-pajjiż terz jew minn RFMO (kif xieraq) li turi li l-attivitajiet ippjanati huma sostenibbli;

•  jiġu imposti limitazzjonijiet fuq il-kiri ta' bastimenti b'bandiera tal-UE minn operaturi ta' pajjiżi terzi;

•  tinħoloq bażi ta' data li tkun aċċessibbli għall-pubbliku u li telenka l-isem u l-bandiera ta' kull bastiment li jirċievi awtorizzazzjoni, kif ukoll ċerti dettalji tal-attivitajiet permessi.

Huwa estremament importanti li jiġu stabbiliti kriterji komuni li jridu jiġu ssodisfati mill-bastimenti kollha li jistadu barra l-UE u dawn għandhom iġibu magħhom konsistenza fil-ġestjoni tal-flotta tas-sajd f'ilmijiet imbiegħda. Dawn il-bastimenti huma, f'ċertu sens, ambaxxaturi tal-UE. Peress li l-Opinjoni Konsultattiva mill-ITLOS ikkonfermat li l-UE għandha kompetenza unika għall-flotta esterna, huwa korrett li dawn il-bastimenti għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet minimi fir-rigward tas-sostenibbiltà u r-rispett għar-regoli.

L-UE ilha għal żmien twil fost l-aktar entitajiet tas-sajd trasparenti fir-rigward tal-ftehimiet bilaterali tagħha, billi kull wieħed minnhom qiegħed fuq l-internet b'dettalji tal-ispiża, is-sajd permess, il-kundizzjonijiet, eċċ. Bażi ta' data pubblika tippermetti ċertu livell ta' skrutinju pubbliku fuq il-bastimenti, li għandu jgħin sabiex jiġi żgurat li huma jissodisfaw il-kriterji li huma meħtieġa.

B'hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tintlaqa' bi pjaċir kbir u jistħoqqilha li tiġi appoġġjata. Hemm ċerti kwistjonijiet proċedurali li huma inkonsistenti jew mhux daqstant ċari, iżda kollox ma' kollox hija inizjattiva eċċellenti u meħtieġa ħafna.

Madankollu, huma meħtieġa xi ftit emendi sabiex jiġu kkjarifikati jew imtejba l-elementi tat-test.

Filwaqt li t-test jirreferi għall-prinċipju ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u ċertament jikkontribwixxi lejn il-kisba tagħha, sa issa għadu ma jagħmel ebda referenza espliċita għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-Għan 14 "Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar" u l-Għan 12: "L-iżgurar ta' konsum u xejriet ta' produzzjoni sostenibbli", li għandu mira fuq it-tnaqqis fit-telf tal-ikel tul il-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista.

Fost ċerti bastimenti teżisti prattika ta' sajd matul parti mis-sena taħt ftehim ta' sħubija dwar is-sajd tal-UE, u għall-parti l-oħra tas-sena, il-bastimenti jbiddlu l-bandiera għal dik ta' pajjiż terz sabiex ikunu jistgħu jistadu barra l-ftehim tal-UE, xi drabi fl-istess ilmijiet tal-ftehim tal-UE. Dan iwassal għal kompetizzjoni inġusta u pressjoni ta' sajd addizzjonali lil hinn minn dak li huwa sostenibbli. Il-proposta tipprova tnaqqas din il-prattika, iżda jeħtieġ li jsir ferm aktar.

Ir-riforma tal-PKS introduċiet il-kunċett ta' stokkijiet "żejda", jiġifieri l-ħut li jista' jinqabad b'mod sostenibbli iżda li l-Istat kostali mhuwiex qed jaqbad, possibbilment minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tas-sajd sabiex jagħmel dan. Dan il-kunċett huwa fundamentali sabiex jiġi żgurat li l-flotot tal-ilmijiet imbiegħda ma jisfruttawx ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati bi prijorità lill-komunitajiet tas-sajd lokali, lis-sajjieda u lin-nisa involuti fl-ipproċessar, li l-għajxien tagħhom jiddependi fuqu u, għalhekk, għandu jiġi introdott fir-regolament. Huwa permezz tas-sajd sostenibbli mill-komunitajiet tas-sajd lokali li l-pajjiż terz jista' jissodisfa bl-aħjar mod l-obbligi tiegħu għall-iżvilupp, is-sigurtà tal-ikel u t-titjib tal-istatus tan-nisa fis-settur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (UNCLOS)16 u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta' Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)17. Dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

(2)  L-Unjoni hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (UNCLOS)16 u rratifikat il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1995 relatat mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut tranżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna tal-4 ta' Awwissu 1995 (il-Ftehim tan-NU dwar l-Istokkijiet tal-Ħut)17. Dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali jistabbilixxu l-prinċipju l-Istati kollha għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jiżguraw ġestjoni u konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u sabiex jikkooperaw bejniethom għal dan il-fini.

__________________

__________________

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 li għandha x'taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-2014, il-membri kollha tal-FAO, inklużi l-Unjoni u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sħab tagħha, adottaw b'mod unanimu l-Linji Gwida Volontarji għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar, inkluż il-punt 5.7 tiegħu, li jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira għandu jingħata l-kunsiderazzjoni dovuta qabel ma jsiru ftehimiet dwar l-aċċess għar-riżorsi ma' pajjiżi terzi u partijiet terzi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Iżgurar tas-Sostenibbiltà tas-Sajd fuq Skala Żgħira fil-kuntest tas-Sigurtà Alimentari u l-Qerda tal-Faqar jitolbu li jiġu adottati miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żgurat il-pedament ekoloġiku għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza tal-istandards ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni li jinkludu approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien mal-approċċ prekawzjonarju, sabiex l-istokkijiet sfruttati jerġgħu jinbnew u jinżammu f'livelli ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sal-2015 fejn hu possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta' obbligu ta' diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta' Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. Obbligu ta' diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta' infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f'attivitajiet li jiksru l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta' governanza marbuta miegħu b'tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista' tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati.

(5)  Il-kwistjoni tal-obbligi u r-responsabiltajiet u l-imputabiltajiet konkomitanti tal-Istat tal-bandiera u, fejn ikun f'loku, l-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa li jaqgħu taħt UNCLOS iktar m'għada żmien iktar ġibed attenzjoni fil-livell internazzjonali. Dan kien ukoll il-każ, taħt l-intestatura ta' obbligu ta' diliġenza dovuta li tirriżulta minn UNCLOS, għall-ġurisdizzjoni ta' Stat kostali u ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera fl-istess wawt u, kif xieraq, ġurisdizzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali tal-bandiera, biex tkun żgurata l-konservazzjoni b'saħħitha tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f'żoni tal-baħar li jaqgħu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Opinjoni Konsultattiva tat-2 ta' April 2015 tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS), mogħtija b'risposta għad-domandi mqajma mill-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd għall-Afrika tal-Punent, ikkonfermat li l-Unjoni għandha responsabbiltà internazzjonali quddiem il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tagħha, u li tali responsabbiltà tfisser li jeħtiġilha taġixxi bid-diliġenza dovuta. Obbligu ta' diliġenza dovuta huwa obbligu għal Stat li jeżerċita l-aħjar sforzi possibbli u biex jagħmel ħiltu biex jippreveni s-sajd illegali, li jinkludi l-obbligu li jadotta l-miżuri amministrattivi u ta' infurzar meħtieġa biex ikun żgurat li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, iċ-ċittadini tiegħu, jew bastimenti tas-sajd involuti fl-ilmijiet tiegħu ma jkunux involuti f'attivitajiet li jiksru l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, u b'mod ġenerali, biex tissaħħaħ l-ekonomija blu, huwa importanti li jiġu organizzati kemm l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll is-sistema ta' governanza marbuta miegħu b'tali mod li l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effikaċi u effettiv u li sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni tkun tista' tiġi kkritikata għal atti internazzjonalment ħżiena jiġu evitati.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-Unjoni impenjat ruħha, waqt is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, li timplimenta r-riżoluzzjoni li tinkludi d-dokument ta' eżitu intitolat "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", inkluż l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 14 "Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli", kif ukoll l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 12 "L-iżgurar ta' tendenzi ta' konsum u produzzjoni sostenibbli" u l-miri tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU 'Rio +20'19 tal-2012 kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi għandhom jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd.

(6)  Ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għall-Konferenza tan-NU 'Rio +20'19 tal-2012, l-iżviluppi internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta' flora u fawna selvaġġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-Ġodda (17-il Għan biex nittrasformaw id-dinja tagħna, inkluż l-Għan 14: il-Ħajja taħt l-ilma), adottati f'Settembru 2015 min-Nazzjonijiet Uniti, għandhom jiġu riflessi fil-politika tal-Unjoni dwar il-politika esterna tas-sajd.

___

__________________

19 Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta' Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata "Il-Futur Li Rridu".

19 Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/Res/66/288 tas-27 ta' Lulju 2012 dwar ir-riżultat tal-Konferenza Rio +20, intitolata "Il-Futur Li Rridu".

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Bażiku")20, huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(7)  L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Bażiku")20, huwa li jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment, ekonomikament u soċjalment sostenibbli u jiġu ġestiti b'mod konsistenti mal-għanijiet tal-kisba ta' benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Huwa meħtieġ ukoll, fl-implimentazzjoni ta' din il-politika, li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

___

___

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-PKS internazzjonalment, u li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jkunu promossi kundizzjonijiet ugwali għal operaturi mill-Unjoni u operaturi minn pajjiżi terzi. Il-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali adottata minn pajjiżi terzi taf tkun differenti minn dik tal-Unjoni, u b'hekk jinħolqu standards differenti għall-flotot tas-sajd. Dik is-sitwazzjoni tista' twassal għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li jkunu inkonsistenti mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żgurata konsistenza mal-attivitajiet ambjentali, tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod speċjali meta dawn jolqtu s-sajd f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'livell baxx ta' kapaċità amministrattiva u fejn ir-riskju ta' korruzzjoni huwa kbir.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-prinċipju ewlieni tar-regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni għandu jippermett lil tal-aħħar li tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin.

(12)  Il-prinċipju ewlieni tar-regolament preżenti huwa li kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jistad barra l-ilmijiet tal-Unjoni għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u sorveljat kif xieraq, irrispettivament minn fejn jopera u l-qafas li jopera taħtu. Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għandu jiddependi mill-ilħieq ta' sett bażiku ta' kriterji ta' eliġibbiltà komuni. It-tagħrif miġbur mill-Istati Membri u mogħti lill-Kummissjoni għandu jippermetti lil din tal-aħħar tintervjeni fis-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni fi kwalunkwe żona partikolari barra l-ilmijiet tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin. Dan hu neċessarju biex tippermetti lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Gwardjan tat-Trattati.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-bastiment tas-sajd ma jkunx inklużi f'lista ta' bastimenti IUU adottata minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;

(e)  il-bastiment tas-sajd ma jkunx inklużi f'lista ta' bastimenti IUU adottata minn pajjiż terz, organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008;

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni fi żmien 24 xahar minn meta jkunu ħarġu.

(b)  sussegwentement marru lura għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ma jkun opera f'ilmijiet ta' pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.

(b)  ma jkunx opera f'ilmijiet ta' pajjiż terz li ma jikkooperax skont l-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 u lanqas f'dawn ta' pajjiż terz li kien identifikat bħala pajjiż li jippermetti sajd mhux sostenibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1026/2012.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li jkun ingġata bandiera ġdida:

4.  Stat Membru tal-bandiera ma għandux joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment li xi darba jkun ingħata bandiera ġdida:

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd, abbażi ta':

- evidenza tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati tas-sajd u l-eżistenza ta' eċċess tal-qabda permessibbli kif meħtieġ mill-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi ta':

valutazzjoni xjentifika mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

valutazzjoni xjentifika, li tqis il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, mogħtija mill-pajjiż terz u/jew minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; kif ukoll

eżami ta' din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu;

eżami ta' din tal-aħħar mill-Istat Membru tal-bandiera abbażi tal-valutazzjoni tal-istitut xjentifiku nazzjonali tiegħu;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  data disponibbli dwar l-isforz tas-sajd globali fiż-żoni tas-sajd ikkonċernati; and

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' aktar minn 24-il metru.

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ibħra miftuħa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' aktar minn 24 metru jew li għandhom il-kapaċità li jistadu fl-ibħra miftuħa.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu; u

(a)  ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, li tiddependi mill-preżentazzjoni ta' evalwazzjoni xjentifika li turi s-sostenibbiltà tal-attivitajiet ippjanati u li tkun ġiet ivvalidata mill-istitut xjentifiku nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera; and

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru tal-bandiera jista' joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd biss għal attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa jekk il-kriterji ta' eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma sodisfatti.

Stat Membru tal-bandiera jista' biss joħroġ awtorizzazzjoni tas-sajd għal attivitajiet fl-ibħra miftuħa jekk:

 

(a)   il-kriterji ta' eliġibbiltà fl-Artikolu 5 huma ssodisfati;

 

(b)   l-attivitajiet tas-sajd ippjanati huma:

 

- ibbażati fuq approċċ imsejjes fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; u

 

- skont evalwazzjoni xjentifika, li tqis il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar, ipprovduta mill-istitut xjentifiku nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera.

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, u jekk il-ftehim ta' sħubija tas-sajd sostenibbli mal-pajjiżi terzi jipprevedi hekk, operatur ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta' dik il-komunikazzjoni.

1.  Meta jkun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd taħt dan it-Titolu, operatur ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet rilevanti u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art lill-pajjiż terz, u jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kopja ta' dik il-komunikazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem u l-bandiera tal-bastiment;

(a)  l-isem u l-bandiera tal-bastiment u n-numri CFR u OMI tiegħu;

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-isem u l-indirizz tas-sid/l-operatur u s-sid benefiċjarju;

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tip ta' awtorizzazzjoni; u

(b)  it-tip ta' awtorizzazzjoni, inklużi l-opportunitajiet ta' sajd; u

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni

Referenzi

COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

17.12.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Maria Heubuch

4.3.2016

Eżami fil-kumitat

11.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

31.8.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Manuel dos Santos, Doru-Claudian Frunzulică, Nathan Gill, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Maria Heubuch, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Joachim Zeller

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Liliana Rodrigues

(1)

  Artikolu 28.2(d)


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni

Referenzi

COM(2015)0636 – C8-0393/2015 – 2015/0289(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

17.12.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.12.2015

ENVI

17.12.2015

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

24.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Linnéa Engström

4.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.4.2016

16.6.2016

8.9.2016

 

Data tal-adozzjoni

5.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Linnéa Engström, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Nicola Caputo, Ian Duncan, Anja Hazekamp, Maria Heubuch, Mike Hookem, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Piernicola Pedicini, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

9.12.2016

Avviż legali