Proċedura : 2015/2327(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0389/2016

Testi mressqa :

A8-0389/2016

Dibattiti :

PV 01/02/2017 - 20
CRE 01/02/2017 - 20

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2017 - 7.7
CRE 02/02/2017 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0018

RAPPORT     
PDF 851kWORD 99k
18.1.2017
PE 587.695v03-00 A8-0389/2016

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE

(2015/2327(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Milan Zver

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Proċedura u sorsi

F'Settembru 2015, ir-rapporteur ġie inkarigat bit-tħejjija ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1288/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus +": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(1). Minn dak iż-żmien 'l hawn, ir-rapporteur ġabar għadd kbir ta' informazzjoni meħuda minn riżorsi varji.

B'mod partikolari, huwa rċieva kontributi siewja mill-istudju Erasmus+: decentralised implementation - first experiences, ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku B tal-Parlament Ewropew u prodott mill-Assoċjazzjoni ta' Kooperazzjoni Akkademika (ACA)(2). Din l-analiżi fil-fond hija bbażata fuq ir-riċerka li twettqet bejn April u Ġunju 2016. Hija tikkonsisti fi stħarriġ online ibbażat fuq kwestjonarju indirizzat lill-Aġenziji Nazzjonali ta' Erasmus+ u intervisti mar-rappreżentanti ta' għaxar Aġenziji Nazzjonali bl-għan li jiġu identifikati l-ewwel esperjenzi fl-azzjonijiet deċentralizzati tal-programm Erasmus+.

Barra minn hekk twettqet Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS), li tipprovdi analiżi interna dwar l-elementi ewlenin tal-implimentazzjoni tal-programm, inkluż is-settur tal-isport(3). Żewġ dokumenti ta' riċerka kienu annessi ma' din il-valutazzjoni. L-ewwel dokument ta' riċerka jippreżenta r-riżultati dwar l-implimentazzjoni ta' azzjoni ewlenija 1 (KA 1) - Il-mobilità tat-tagħlim tal-individwi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ. It-tieni wieħed jindirizza l-azzjoni ewlenija 2 (KA 2) - Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajba fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

Sabiex tinġabar informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-programm, ir-rapporteur kien ukoll f'kuntatt regolari ma' għadd kbir ta' partijiet interessati mis-setturi kollha tal-programm. Huwa kellu laqgħat ma' rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

Fit-23 ta' Settembru 2016 ir-rapporteur attenda djalogu tal-partijiet interessati f'Ljubljana, organizzat mill-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fis-Slovenja. F'din il-laqgħa, ir-rapporteur se jiddiskuti mal-Kummissarju Navracsics u l-partijiet interessati mil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sitwazzjoni attwali fil-proċess ta' implimentazzjoni u titjib ulterjuri possibbli tal-programm.

Fl-aħħar nett, waqt it-tħejjija ta' dan ir-rapport, ir-rapporteur ħares ukoll lejn id-dokumenti ewlenin tal-Kummissjoni, l-aktar il-programmi ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ għas-snin 2014(4), 2015(5) u 2016(6), u l-ewwel evalwazzjoni mill-Kummissjoni fir-Rapport Annwali tagħha tal-2014 tal-Programm Erasmus+(7).

Minkejja l-isforzi kollha fir-rigward tal-ġbir ta' informazzjoni, ir-Rapporteur huwa konxju sew tal-fatt li wara inqas minn tliet snin mill-implimentazzjoni tal-programm, ma tistax issir valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva sħiħa ta' Erasmus+. Jeħtieġ li tinġabar aktar informazzjoni fil-bqija tal-perjodu tal-programm biex jiġi evalwat l-impatt finali ta' Erasmus+.

Għalhekk, ma' dan ir-rapport ta' implimentazzjoni, ir-rapporteur għandu l-ħsieb li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-programm matul l-ewwel sentejn u nofs tal-eżistenza tiegħu. Dan juri l-opportunitajiet u l-isfidi ewlenin u jagħti suġġerimenti għat-titjib għall-erba' snin u nofs li fadal. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jidħlu fir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-term tal-programm li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem l-2017. Ir-rapport jagħti wkoll xi ideat li jistgħu jkunu rilevanti għan-negozjati għall-perjodu tal-programm li jmiss.

Oriġini u struttura tal-programm

Erasmus+, li ġie varat fl-2014, huwa bbażat fuq żvilupp storiku twil ta' programmi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-żgħażagħ. Wara li tnedew diversi programmi differenti fis-snin 80, is-simplifikazzjoni tal-programmi fl-edukazzjoni u t-taħriġ bdiet bil-ħolqien ta' Socrates (edukazzjoni) u Leonardo da Vinci (edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali) fis-snin 90. Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013) ġabar il-programmi eżistenti ta' appoġġ tal-iskema Socrates u l-programm Leonardo da Vinci taħt saqaf wieħed. Il-ħolqien ta' Erasmus+ ġab l-akbar bidla bl-integrazzjoni tal-programmi kollha għall-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-żgħażagħ taħt umbrella waħda (l-hekk imsejjaħ approċċ integrat). Is-settur tal-isport huwa għall-ewwel darba miżjud fil-programm bħala element ġdid ta' appoġġ.

Taħt l-approċċ integrat il-ġdid, Erasmus+ huwa organizzat skont it-tliet azzjonijiet ewlenin (KAs): (1) Il-mobilità tal-individwi fit-tagħlim, (2) Il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki, u (3) L-appoġġ għar-riforma tal-politika. Iż-żewġ kapitoli, tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u taż-żgħażagħ jiffissaw objettivi speċifiċi ċari u l-attivitajiet rilevanti tal-azzjonijiet ewlenin. Is-settur tal-isport huwa indirizzat fit-tielet kapitolu u mhuwiex organizzat taħt azzjonijiet ewlenin.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin

Ħafna ċittadini tal-UE japprezzaw il-valur ta' Erasmus+ bħala għodda ewlenija li tappoġġa attivitajiet fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u jqisuh bħala storja li rnexxiet fl-integrazzjoni Ewropea. Il-konklużjoni ġenerali hija li l-programm joffri varjetà ta' opportunitajiet ġodda għal parteċipanti potenzjali. L-objettivi tal-programm huma kkunsidrati li huma relatati mill-qrib ħafna mal-politiki tal-lum fl-oqsma rilevanti.

Fir-rigward tal-viżibilità tal-programm, il-konklużjoni hija doppja. Fuq naħa waħda, l-integrazzjoni tal-programmi differenti fi programm wieħed żiedet il-viżibilità tal-appoġġ tal-UE li rriżultat ukoll f'aktar attenzjoni pubblika u politika. Min-naħa l-oħra, bosta partijiet interessati jilmentaw li minħabba l-kumplessità globali tal-programm, is-setturi differenti issa għandhom nuqqas ta' viżibilità.

L-objettiv tas-simplifikazzjoni ntlaħaq b'mod sostanzjali bl-introduzzjoni ta' diversi miżuri ġodda bħall-ħolqien ta' soluzzjonijiet diġitali għall-proċess ta' applikazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti. Ħafna partijiet interessati japprezzaw ukoll l-introduzzjoni tas-sistema tal-ispiża unitarja li twassal għal simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-programm.

Madankollu, mingħajr dubju, l-ewwel sentejn u nofs tal-implimentazzjoni kienu diffiċli u ta' sfida. Sadanittant, il-Kummissjoni tejbet il-miżuri ta' implimentazzjoni u tinsab fit-triq it-tajba. Iżda għad hemm ħafna li jrid isir biex il-programm jirnexxi fir-realtà. Pereżempju, ir-rapporteur innota li l-livell ta' sodisfazzjon huwa differenti fis-setturi tal-programm differenti u fi ħdan id-diversi azzjonijiet ewlenin.

Ir-rapporteur iqis li huwa importanti li jiġu enfasizzati b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ċentrali li ġejjin:

Kooperazzjoni transsettorjali

L-arkitettura ssimplifikata tal-programm ġiet introdotta biex "[toħloq] sinerġiji u [trawwem] kooperazzjoni transsettorjali fid-diversi oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ"(8). Skont żewġ terzi tal-aġenziji nazzjonali l-potenzjal miżjud għall-kooperazzjoni transsettorjali hija waħda mill-ikbar elementi pożittivi ta' Erasmus+. Madankollu, il-kooperazzjoni transettorjali ma sseħħx fir-realtà. Għalhekk, ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal li trawwem u tħeġġeġ il-kooperazzjoni transettorjali. Barra minn hekk, it-tifsira tat-terminu "kooperazzjoni transsettorjali" ma jidhirx li hija ċara. Pereżempju, it-terminu jintuża għall-kooperazzjoni bejn applikanti u benefiċjarji minn setturi varji, għall-kollaborazzjoni bejn is-setturi li huma ġestiti minn aġenzija nazzjonali waħda jew saħansitra għall-kollaborazzjoni bejn aġenziji nazzjonali b'portafolli differenti. Din hija r-raġuni li għaliha r-rapporteur jissuġġerixxi li tingħata definizzjoni ċara ta' proġetti transsettorjali għall-perjodu ta' programm li jmiss.

Baġit

Meta mqabbel mal-ġenerazzjoni tal-programm ta' qabel, il-baġit totali tal-programm żdied b'mod sinifikanti. L-allokazzjoni ta' żieda baġitarja ta' 40 % għall-programm turi l-valur ekonomiku u politiku għoli ta' Erasmus+. Madankollu, iż-żieda se tiġi applikata biss mill-2017 'il quddiem. Minħabba ż-żieda limitata fil-baġit għas-snin 2014 – 2016, partijiet mill-programm biss għandhom rata baxxa ħafna ta' suċċess. Agħar minn hekk, għadd kbir ta' proġetti ta' kwalità tajba kellhom jiġu miċħuda, u l-aspettattivi ta' ħafna applikanti ma ġewx sodisfatti. Madankollu, ir-rapporteur jemmen li ż-żieda fil-baġit annwali fl-erba' snin li fadal tal-programm se tirriżulta f'rati ta' suċċess ogħla kontinwament u sodisfazzjon akbar fost l-applikanti. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li talloka EUR 200 miljun addizzjonali għall-programm għall-bqija tal-perijodu tal-programm kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014–2020(9).

B'ħarsa lejn il-ġejjieni, biex ikompli jirnexxi l-programm, huwa inevitabbli li jerġa' jiżdied il-baġit għall-perjodu tal-programm li jmiss. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-impenn attwali ta' kważi 100 % għall-azzjonijiet kollha matul il-programm juri żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda li jrid jiġi indirizzat b'żieda ulterjuri fil-baġit sabiex jitkompla jirnexxi l-programm.

Marki stabbiliti

Il-marki li ilhom stabbiliti żmien twil: Comenius, Erasmus, Erasmus Mundus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u Żgħażagħ fl-Azzjoni minn dejjem kienu importanti għall-promozzjoni tas-setturi differenti. Il-Parlament minn dejjem appoġġa l-użu tagħhom sabiex il-partijiet interessati u l-benefiċjarji jkollhom gwida ċara fil-programm. Il-marki stabbiliti jiżguraw għarfien aħjar u jevitaw il-konfużjoni, b'mod partikolari għal benefiċjarji li ħadu sehem fil-programm preċedenti. Sabiex tinżamm u tissaħħaħ l-identità tas-setturi speċifiċi, dawn għandhom jintużaw b'mod aktar attiv mill-partijiet interessati kollha.

Simplifikazzjoni u faċilità tal-użu

Id-diversi miżuri introdotti sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-programm għadhom ma wrewx il-konsegwenzi prattiċi intenzjonati għall-partijiet interessati. Filwaqt li s-simplifikazzjoni hija wieħed mill-elementi ewlenin tal-programm, il-Gwida tal-Programm hija deskritta minn ħafna partijiet interessati bħala kumplessa wisq, twila wisq u mhux speċifika għas-settur. In-nuqqas ta' ċarezza u l-livell żbilanċjat ta' dettall ma jagħmluhx faċli għall-utent. Filwaqt li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tal-proċedura ta' applikazzjoni u l-ġestjoni huwa bidu tajjeb, l-użu ta' għodod ġodda tal-IT ġab miegħu diversi problemi. Skont l-aġenziji nazzjonali huma instabbli wisq, jieħdu wisq ħin u mhumiex faċli għall-utent, kemm għall-aġenziji nazzjonali kif ukoll għall-benefiċjarji. Ir-rapporteur jilqa' dan il-pjan ta' azzjoni tal-IT ppreżentat mill-Kummissjoni li għandu l-għan li jegħleb dawn id-diffikultajiet ta' kuljum. Fir-rapport tiegħu, huwa jappella għal aktar titjib tal-għodod rilevanti tal-IT u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq it-titjib tagħhom minflok ma tiżviluppa għodod ġodda. Skont il-partijiet interessati, l-introduzzjoni tas-sistema ta' spiża unitarja tnaqqas il-piż amministrattiv tal-ġestjoni finanzjarja għall-proġett. Madankollu, is-sistema ta' kalkolu tidher li mhijiex ġusta, speċjalment għall-benefiċjarji minn żoni mbiegħda. Il-Kummissjoni diġà rreaġixxiet b'aġġustamenti tas-sistema. Iżda l-livell ta' appoġġ huwa meqjus li mhuwiex realistiku peress li allegatament ma jissodisfax l-ispejjeż reali mġarrba. Ir-rapporteur iqis li żieda ulterjuri fil-livell tal-ispiża unitarja bħala meħtieġa biex il-parteċipanti tal-proġett jingħataw appoġġ finanzjarju suffiċjenti.

Organizzazzjonijiet żgħar

Ħafna partijiet interessati jirrapportaw tħassib dwar il-fatt li Erasmus+ jinbidel fi programm għal istituzzjonijiet kbar u proġetti ta' żvilupp kbar. L-organizzazzjonijiet żgħar fil-biċċa l-kbira jridu jwettqu proġetti ta' kooperazzjoni żgħar. Iżda l-piż amministrattiv jagħmilha diffiċli ħafna. L-organizzazzjonijiet żgħar m'għandhomx il-kapaċitajiet organizzattivi u finanzjarji meħtieġa biex jikkompetu b'suċċess ma' organizzazzjonijiet kbar. Il-Kummissjoni rreaġixxiet għal din il-kritika billi introduċiet bidliet fil-programm ta' ħidma annwali 2016. B'mod partikolari, fl-azzjoni ewlenija żewġ tipi ta' Sħubijiet Strateġiċi ġew ippreżentati: Sħubiji Strateġiċi mmirati lejn l-implimentazzjoni ta' prattiki innovattivi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, u s-Sħubiji Strateġiċi bl-għan li jiġu stabbiliti skambji ta' prattiki. Fis-settur tal-isport, ġie żviluppat il-kunċett ta' Sħubiji Kollaborattivi Żgħar. Ir-rapporteur jinsab fiduċjuż li dawn il-bidliet huma l-ewwel pass biex jiżdiedu l-possibilitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' daqs żgħir għal proġetti ta' kooperazzjoni. Iżda jitlob lill-Kummissjoni biex isir aktar titjib sabiex jiġu integrati aktar l-organizzazzjonijiet żgħar fl-attivitajiet tal-programm.

Aktar armonizzazzjoni u bidliet oħra

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-opinjoni tiegħu biex wieħed joqgħod lura minn aktar armonizzazzjoni fil-perjodu tal-programm li jmiss. Il-kisbiet tal-programm għandhom jiġu salvagwardjati u konsolidati. Għandu jsir aktar titjib fejn meħtieġ, filwaqt li tinżamm l-istruttura tal-programm li ġiet introdotta. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-kapitoli separati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għaż-żgħażagħ u għall-isport bil-baġits separati tagħhom. Il-karattri speċifiċi tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu stabbiliti l-objettivi u l-attivitajiet speċifiċi tagħhom.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/585877/IPOL_STU(2016)585877_EN.pdf.

(3)

Il-programm Erasmus+ (ir-Regolament UE Nru 1288/2013): European Implementation Assessment, http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/581414/EPRS_STU(2016)581414_EN.pdf.

(4)

2014 annual work programme for the implementation of the 'Erasmus+' Programme - International dimension of Higher Education, C(2014) 5455 tal-5 ta' Awwissu 2014, http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/docs/c-2014-5455_en.pdf.

(5)

2015 annual work programme for the implementation of the 'Erasmus+' Programme: the Union Programme for Education, Training, Youth and Sport, C(2014)6856 tat-30 ta' Awwissu 2014, http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/docs/c_2014_6856_en.pdf.

(6)

2016 annual work programme for the implementation of the 'Erasmus+' Programme - International dimension of Higher Education, C(2015) 6151 tal-14 ta' Settembru 2015, http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/docs/c-2015-6151.pdf.

(7)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/statistics/erasmus-plus-annual-report_en.pdf.

(8)

Il-Premessa 10 tar-Regolament Nru 1288/2013.

(9)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 – Baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati", COM(2016)0603, 14.9.2016.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE

(2015/2327(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta' matul il-ħajja(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011 bit-titolu "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" (COM(2011)0012),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar "Żgħażagħ attivi: qafas biex jittejbu s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ(5),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu "Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa" (COM(2011)0567),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar "Aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti (2011/C 372/01)(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 u tad-29 ta' Novembru 2012 dwar punt ta' riferiment għall-mobbiltà għat-tagħlim(7),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(8),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – "L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva”(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar "Reviżjoni tal-edukazzjoni"(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (id-"Dikjarazzjoni ta' Pariġi"), adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta' Marzu 2015 f'Pariġi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ(11),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 bit-titolu "L-Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018)" (COM(2015)0429),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) "Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ" (COM(2015)0408),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali(12),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali(15),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f'approċċ integrat u transsettorjali biex tiġi evitata u miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu tal-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020")(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tar-Regoli ta' Proċedura, u l-Anness 3 u l-Anness XVII tar-Regoli,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A8-0389/2016),

A.  billi Erasmus+ hu wieħed mill-programmi tal-UE li l-iktar irnexxew u huwa għodda ewlenija favur l-appoġġ ta' attivitajiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u huwa mfassal biex itejjeb il-potenzjal tal-karriera taż-żgħażagħ u joffri rabtiet soċjali lill-parteċipanti; billi matul il-perjodu 2014-2020 ingħatat l-opportunità lil aktar minn erba' miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu u jagħmlu volontarjat f'pajjiż ieħor;

B.  billi l-Kummissjoni Ewropea wriet flessibilità u ħadet passi innovattivi biex timmira lejn sfidi ġodda, bħalma hi proposta għar-rifuġjati, u biex trawwem valuri ċiviċi fi ħdan l-inċentivi li joffri Erasmus+ lejn djalogu interkulturali aktar attiv u parteċipattiv;

C.  billi r-rilevanza kbira edukattiva, politika u ekonomika kif ukoll ir-rilevanza għas-soċjetà tal-programm hija riflessa fiż-żieda fil-baġit ta' 40 % għall-perjodu tal-programm, u fir-rata ta' impenn tal-baġit previst, li laħqet kważi 100 % minħabba għadd kbir ta' applikazzjonijiet;

D.  billi għadha mhix disponibbli d-data kollha rilevanti għal analiżi kwantitattiva u kwalitattiva sħiħa tal-implimentazzjoni, u billi għadu kmieni wisq biex issir valutazzjoni kwalitattiva tal-impatt tal-programm;

E.  billi r-riżultati tal-Istudju dwar l-Impatt ta' Erasmus tal-2014(17) juru li dawk li studjaw jew tħarrġu barra mill-pajjiż għandhom darbtejn aktar ċans li jsibu impjieg meta mqabbla ma' oħrajn li m'għandhomx esperjenza simili, li 85 % tal-istudenti ta' Erasmus jistudjaw jew jitħarrġu barra minn pajjiżhom sabiex itejbu l-impjegabilità tagħhom barra mill-pajjiż, li r-rata tal-qgħad ta' dawk li studjaw jew tħarrġu barra l-pajjiż huwa 23 % inqas ħames snin wara li jiggradwaw; billi l-Istudju dwar l-Impatt ta' Erasmus juri wkoll li 64 % ta' dawk li jħaddmu jaħsbu li esperjenza internazzjonali hija importanti għar-reklutaġġ (meta mqabbla ma' 37 % biss fl-2006) u li l-gradwati bi sfond internazzjonali jingħataw responsabilità professjonali akbar; billi wieħed minn kull tliet trainees ta' ERASMUS jiġu offruti impjieg fl-intrapriża fejn ikunu għamlu t-traineeship tagħhom u kważi wieħed minn kull għaxar trainee ta' Erasmus li jkun għadda minn esperjenza ta' xogħol fetaħ kumpanija tiegħu stess u tlieta minn kull erbgħa jippjanaw jew għandhom il-ħsieb li jagħmlu l-istess;

Konklużjonijiet prinċipali

1.  Jinnota li Erasmus+ hu l-programm ewlieni tal-UE dwar il-mobilità, l-edukazzjoni u t-taħriġ, li ġie allokat żieda ta' 40 % fil-baġit meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013, minħabba r-riżultati pożittivi tiegħu u d-domanda għolja għalih;

2.  Jinnota li l-maġġoranza l-kbira tal-aġenziji nazzjonali jistennew li l-objettivi tal-programm Erasmus+ fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jintlaħqu;

3.  Iqis li l-programm Erasmus+ għandu rwol vitali fit-trawwim tal-identità u l-integrazzjoni Ewropej, is-solidarjetà, it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, l-impjiegi ta' kwalità, il-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u l-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ billi jagħti kontribut pożittiv għat-titjib tas-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, u prospetti aħjar għall-impjiegi, billi jipprovdi lill-Ewropej bl-opportunità li jakkwistaw numru ta' ħiliet u kompetenzi personali u professjonali trasversali u trasferibbli permezz ta' studji, taħriġ, esperjenza ta' xogħol barra mill-pajjiż, u ta' volontarjat, kif ukoll billi joffri lill-individwi l-possibilità li jgħixu b'mod aktar indipendenti, li jadattaw aktar faċilment u jiksbu żvilupp personali;

4.   Jenfasizza li, għalkemm il-programm b'mod ġenerali huwa aktar viżibbli mill-predeċessur tiegħu, il-programmi settorjali differenti għad m'għandhomx viżibilità; ifakkar f'dan il-kuntest li l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti jridu jiġu kkunsidrati matul l-implimentazzjoni tal-programm;

5.  Jenfasizza li formati speċifiċi għas-settur bħas-sessjonijiet ta' ħidma Grundtvig u inizjattivi nazzjonali taż-żgħażagħ miftuħa għal gruppi informali jeħtiġilhom jerġgħu jiġu introdotti, u inizjattivi transnazzjonali taż-żgħażagħ għandhom ikunu aċċessibbli b'mod aktar faċli; jipproponi li l-impatt tal-programm jiġi massimizzat permezz ta' azzjonijiet eliġibbli ġodda, pereżempju bl-introduzzjoni ta' skambji taż-żgħażagħ fuq skala kbira abbażi tal-istruttura fuq skala kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1);

6.  Jenfasizza li l-kapitolu tal-programm dwar iż-żgħażagħ hu l-iktar wieħed milqut mill-interess dejjem akbar taċ-ċittadini Ewropej f'Erasmus+; jinnota li, attwalment, 36 % tas-sottomissjonijiet kollha ta' Erasmus+ huma fil-qasam taż-żgħażagħ, b'żieda ta' 60 % f'sottomissjonijiet bejn l-2014 u l-2016;

7.  Jirrikonoxxi l-importanza tad-Djalogu Strutturat tal-UE dwar iż-żgħażagħ, proċess parteċipattiv li jagħti liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika tal-UE għaż-żgħażagħ u jinfluwenzawha, u jilqa' l-appoġġ li l-programm qed jipprovdi għall-proċess permezz tal-appoġġ għall-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali u l-proġetti ta' Djalogu Strutturat KA3; jinnota li s-Servizz Volontarju Ewropew huwa format ta' tagħlim u esperjenza intensiv għaż-żgħażagħ u jirrikjedi qafas ta' kwalità għolja; jenfasizza li l-aċċess għall-programm Erasmus+ għandu jkompli jibqa' riżervat primarjament għas-soċjetà ċivili;

8.   Jirrikonoxxi li, skont rapporti minn partijiet interessati fil-livelli kollha, filwaqt li l-ewwel sentejn u nofs tal-implimentazzjoni tal-programmi kienu diffiċli u ta' sfida, sadanittant sar titjib, għalkemm is-simplifikazzjonijiet introdotti permezz ta' approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd f'ħafna każijiet kellhom effett negattiv; iqis li l-fatt li jkun hemm inqas ostakoli burokratiċi jwassal għal programm usa' u aktar aċċessibbli; għalhekk jitlob li jsiru iżjed sforzi biex titnaqqas il-burokrazija tul iċ-ċiklu tal-proġett u biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż b'mod xieraq u b'rabta mal-baġit jew it-tip ta' proġett; fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-djalogu mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili sabiex jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli għall-programm; jiddispjaċih li, minħabba l-piż amministrattiv għoli, il-finanzjament ta' Erasmus+ jista' ma jkunx possibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar; jemmen li r-rekwiżiti burokratiċi u ta' rappurtar għandhom jiġu ssimplifikati;

9.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda data dwar il-kwalità ta' proġetti ta' suċċess; jenfasizza li l-analiżi tal-kwalità ta' kull proġett u l-espożizzjoni trasparenti tar-riżultati huma pass ovvju li l-Kummissjoni għandha tieħu, u dan jista' jikkontribwixxi għal rata ogħla ta' suċċess fl-applikazzjonijiet;

10.  Jenfasizza l-għan ta' implimentazzjoni aktar sempliċi, aktar faċli għall-utent u aktar flessibbli għadu ma ntlaħaqx; jiddeplora f'dan il-kuntest in-nuqqas kontinwu ta' ċarezza u livell mhux ugwali ta' dettall fil-Gwida tal-Programm, kif ukoll il-formoli ta' applikazzjoni kkumplikati ż-żejjed li poġġew lill-applikanti iżgħar, mingħajr esperjenza u mhux professjonisti fi żvantaġġ konsiderevoli; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jimpenja ruħu favur titjib fil-programm, jagħmlu aktar faċli għall-utent filwaqt li titqies l-importanza li ssir distinzjoni bejn id-diversi setturi u gruppi ta' benefiċjarji; jiddispjaċih dwar il-perjodi twal ta' pagament ta' Erasmus+ li jaffettwaw il-possibilitajiet ta' organizzazzjonijiet iżgħar biex japplikaw għal finanzjament;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika b'mod sinifikanti l-proċedura ta' applikazzjoni, u tibdel il-Gwida tal-Programm u tagħmilha aktar faċli għall-utent u speċifika għas-settur, billi tgħaqqad flimkien l-informazzjoni rilevanti kollha għal kull programm settorjali f'kapitolu wieħed, u tippubblika l-formoli ta' applikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha fl-istess ħin tal-gwida tal-programm u ferm qabel id-data ta' skadenza tal-applikazzjoni, u kif ukoll tipprovdi indikazzjoni ċara tad-dokumenti meħtieġa f'kull stadju; jitlob kjarifika u simplifikazzjoni tat-taqsima finanzjarja tal-formola elettronika; jenfasizza li valutazzjoni kkoordinata u kosistenti, appoġġata minn esperti indipendenti, hija meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet;

12.  Jenfasizza l-importanza ta' eżiti ċari tat-tagħlim u deskrizzjonijiet ta' impjieg speċifiċi għall-esperjenzi ta' xogħol f'pajjiż ieħor fil-kuntest ta' Erasmus+ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-istudenti, it-trainees, l-apprendisti u l-voluntiera; jenfasizza li t-tħejjija tal-kandidati qabel l-esperjenzi internazzjonali tagħhom hija parti integrali tal-attività u jeħtieġ li tinkludi sessjonijiet ta' gwida għall-karriera u korsijiet tal-lingwa, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ ta' integrazzjoni soċjali u kulturali, inkluża komunikazzjoni bejn il-kulturi li trawwem il-parteċipazzjoni tal-persuni fis-soċjetà u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom; meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fit-titjib tal-impjegabilità taż-żgħażagħ, iqis li għandhom isiru aktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+; jilqa' l-fatt li l-ħiliet fil-lingwi barranin tal-parteċipanti f'Erasmus+ se jissaħħu, inklużi lingwi ġirien li jistgħu iżidu l-mobilità u l-impjegabilità fis-suq tax-xogħol transfruntier; iqis li l-korsijiet tal-lingwa għal parteċipanti tal-mobilità li jiġu f'pajjiż jistgħu jitwasslu b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi u l-kumpaniji ospitanti, u jiġu adattati għall-qasam ta' studju jew traineeship tagħhom;

13.  Ifakkar li minkejja ż-żieda sinifikanti fil-baġit ġenerali, żieda limitata biss għall-ewwel nofs tal-perjodu tal-programm ġiet prevista fil-QFP, li wassal, sfortunatament, għaċ-ċaħda ta' ħafna proġetti ta' kwalità għolja u għalhekk rata baxxa ta' suċċess u ta' nuqqas ta' sodisfazzjon kbir fost l-applikanti;

14.  Jilqa' ż-żieda ta' fondi disponibbli għall-programm Erasmus+ għas-sena 2017 bi kważi EUR 300 miljun meta mqabbel mal-2016; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li dawn il-fondi jintużaw parzjalment għal titjib fil-partijiet dgħajfa tal-programm u l-iktar biex jiżdied l-għadd ta' proġetti ta' kwalità;

15.  Jirrikonoxxi li l-investiment mill-baġit tal-UE taħt Erasmus+ jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-ħiliet, għall-impjegabilità u anqas riskju ta' qgħad fit-tul għaż-żgħażagħ Ewropej, kif ukoll għaċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

16.  Jemmen li ż-żieda ta' 12.7 % fil-baġit totali fl-2017 meta mqabbel mal-2016 u żidiet annwali ulterjuri tal-bqija tas-snin tal-programm se jirriżultaw f'rati ta' suċċess ogħla u sodisfazzjon akbar fost l-applikanti; jistenna l-implimentazzjoni tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li talloka EUR 200 miljun addizzjonali għall-perjodu li fadal tal-programm, għalkemm hu meħtieġ sforz baġitarju anki akbar biex tiġi koperta d-domanda f'setturi sottofinanzjati, li fil-fatt huwa ħafna ogħla mill-fondi disponibbli; jinnota li 48 % tal-aġenziji nazzjonali jirrapportaw li l-azzjonijiet tal-programm mhumiex iffinanzjati b'baġit suffiċjenti;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-azzjonijiet ewlenin tal-programm u s-setturi li jidhru li għandhom nuqqas ta' finanzjament, bħas-Sħubiji Strateġiċi KA2, l-edukazzjoni tal-adulti, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u l-edukazzjoni ogħla, u dawk li jistgħu jibbenefikaw l-aktar minn żidiet baġitarji; jissottolija l-ħtieġa li jinżamm monitoraġġ kontinwu tal-programm bl-għan li jiġu identifikati dawk l-oqsma u s-setturi, biex jiġu adottati miżuri korrettivi malajr kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għall-mobilità, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika biex tiżdied il-mobilità ta' gruppi sottorappreżentati; jenfasizza li, minħabba ħtiġijiet speċifiċi għas-settur, huma meħtieġa linji baġitarji speċjali għal setturi differenti; jirrimarka li l-baġit għandu jintuża esklużivament bħala parti mid-dipożizzjonijiet tal-programm;

18.  Jenfasizza li mezzi virtwali huma mod wieħed biex jiġi appoġġat it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati, iżda li l-kuntatti personali u l-attivitajiet wiċċ imb'wiċċ għandhom rwol importanti ħafna għas-suċċess ta' proġett u tal-programm inġenerali; f'dan ir-rigward jemmen li l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu seminars u attivitajiet li jilħqu l-parteċipanti potenzjali in persona;

19.  Jenfasizza wkoll li komponent qawwi għall-parteċipanti kollha f'Erasmus+ huwa l-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi tagħhom; jilqa', għalhekk, l-għodod online tal-lingwa li huma offruti mill-Kummissjoni, iżda jinnota li l-qafas (nazzjonali, reġjonali, lokali) akkompanjanti għandu jiġi stabbilit sabiex il-mobilità tkun ta' suċċess, b'mod partikolari għal tfal tal-età tal-iskola u l-istudenti tal-ETV, kif ukoll il-persunal, biex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni tagħhom f'ambjenti differenti;

20.  Jinnota li, attwalment, 1 % biss taż-żgħażagħ fi skemi ta' taħriġ relatati max-xogħol, inklużi l-apprendisti, huma involuti fi skemi ta' mobilità matul it-taħriġ tagħhom; jirrimarka li huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal mobilità akbar tal-apprendisti fi ħdan l-UE, sabiex l-apprendisti jingħataw l-istess opportunitajiet bħal studenti ta' edukazzjoni għolja u b'hekk jintlaħqu l-objettivi tal-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni informali u mhux formali, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni fl-isport u l-volontarjat fil-Programm Erasmus+ bħala modi kif jiġi stimulat l-iżvilupp tal-kompetenzi ċiviċi, soċjali u interkulturali, biex jitrawmu l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapital uman u soċjali tagħhom;

22.  Jenfasizza li preċedentement, Erasmus u Leonardo kienu primarjament immirati lejn żgħażagħ b'livelli ogħla ta' ħiliet u b'għażliet ta' aċċess għas-suq tax-xogħol aħjar, u ma rnexxilhomx jilħqu lill-aktar vulnerabbli; jiġbed l-attenzjoni lejn l-objettiv tal-UE li jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-faqar; jenfasizza li l-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, li huma grupp ta' individwi b'riskju għoli ta' faqar u qgħad, għandhom ikunu sew fil-mira tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jenfasizza li l-programmi għal dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien ma jistgħux ikunu l-ETV ġenerali standard jew programmi ta' skambju iżda għandhom jiffukaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, fuq aċċess faċli u finanzjament sempliċi flimkien ma' ambjenti ta' tagħlim informali jew mhux formali;

23.  Jinnota l-isfidi l-ġodda tas-soċjetà u l-kontenut tal-impjiegi li jinsab f'evoluzzjoni kontinwa; ifakkar li l-programm Erasmus+ iħejji wkoll liż-żgħażagħ għax-xogħol u jqis li għandu jkun hemm attenzjoni speċjali lejn bidla minn kompetenzi speċifiċi għax-xogħol għal ħiliet personali, il-promozzjoni tal-akkwist ta' settijiet ta' ħiliet u ta' kompetenzi trasversali u trasferibbli bħall-intraprenditorjat, il-litterizmu fl-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskju u t-teħid ta' riskju, kif ukoll kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma ta' rilevanza għolja għas-suq tax-xogħol; iqis li dan għandu jinkludi wkoll il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-integrazzjoni ta' persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà;

24.  Jinnota li l-Faċilità ta' Garanzija ta' Self lill-Istudenti kienet biss imnieda fi Frar 2015 wara l-iffirmar tal-ftehim ta' delega mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) f'Diċembru 2014, u li sal-lum hemm biss tliet banek fi Franza u Spanja li jipparteċipaw f'din l-għodda innovattiva; jiddispjaċih li din l-għodda finanzjarja għadha 'l bogħod milli tilħaq ir-riżultati mistennija, peress li sa llum huma biss 130 student tal-masters li qed jipparteċipaw; jitlob li ssir valutazzjoni kritika tal-Faċilità ta' Garanzija ta' Self, billi jiġu eżaminati l-iskop u l-aċċessibilità tagħha madwar l-Ewropa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Parlament, tipproponi strateġija biex talloka mill-ġdid parti mill-baġit li probabbilment mhux se tintuża sal-2020; jissottolinja li r-rata ġenerali ta' studenti bid-dejn għandha tiġi mmonitorjata sabiex jiġi ggarantit li l-istrumenti finanzjarji komprensivi użati mill-programm jissarrfu f'aktar individwi megħjuna;

25.  Jiddispjaċih li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lid-dilettanti sportivi, u d-dilettanti sportivi b'diżabilità b'mod partikolari, fil-livell lokali huma estremament sottorappreżentati bħala parteċipanti tal-proġett fl-implimentazzjoni ta' proġetti tal-isports tal-massa; jilqa' l-introduzzjoni ta' Sħubiji Kollaborattivi Żgħar b'inqas rekwiżiti amministrattivi bħala pass importanti li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tal-isports tal-massa iżgħar biex jieħdu sehem fil-programm u jissaħħu aktar; jenfasizza li azzjoni intersettorjali, li f'dan il-każ issaħħaħ aktar mill-qrib ir-rabta bejn l-isport u l-edukazzjoni, tista' tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas; jinnota li din il-prattika għandha tiġi estiża għal oqsma oħra ta' finanzjament tal-proġett Erasmus+, speċjalment għal organizzazzjonijiet volontarji;

26.   Jilqa' b'mod partikolari l-involviment tal-programm Erasmus+ fil-kooperazzjoni u l-attivitajiet tal-isport tal-massa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċessibilità u l-parteċipazzjoni fil-programm minn atturi dilettanti bħall-klabbs tal-isport; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-finanzjament eżistenti disponibbli għall-isport taħt il-programm Erasmus+ huwiex qed jintuża b'mod effettiv u għall-benefiċċju tal-isport għad-dilettanti, u, jekk le, biex jiġu identifikati alternattivi għal titjib b'enfasi fuq l-isport u l-edukazzjoni fil-livelli bażiċi biex tissaħħaħ il-viżibilità, biex tiġi promossa l-attività fiżika u l-isport isir aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ approċċ transsettorjali rigward l-isport għad-dilettanti fost l-azzjonijiet rilevanti kollha ta' Erasmus+ u biex tikkoordina l-azzjonijiet f'dan il-qasam sabiex jiġu żgurati l-effikaċja u l-impatt mixtieq tagħhom;

27.  Jenfasizza l-valur miżjud ta' azzjonijiet tal-ETV ta' Erasmus+ fl-appoġġ tal-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' gruppi żvantaġġati f'opportunitajiet ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ vokazzjonali sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni tagħhom għas-suq tax-xogħol;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, inklużi l-aġenziji tal-UE bħal Cedefop itejbu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-ugwaljanza fl-aċċess tal-programmi ta' mobilità ETV sabiex dawn jagħtu valur miżjud lill-parteċipanti kollha f'termini ta' kwalifiki, rikonoxximent u kontenut, u biex jiġi żgurat li jiġu introdotti standards ta' kwalità għall-programmi ta' apprendistati;

29.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tar-rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'ċerti Stati Membri, objettiv ewlieni ta' Erasmus+ huwa li jħejji ż-żgħażagħ għall-impjieg; fl-istess ħin jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi ppreservat l-istatus ta' attivitajiet barra mill-iskola, it-taħriġ vokazzjonali u l-istudju fi ħdan il-programm Erasmus+;

30.  Ifakkar lill-Kummissjoni li p-persuni b'diżabilitajiet, bħall-persuni neqsin mis-smigħ, għandhom ħtiġijiet speċjali, u għalhekk jeħtieġu finanzjament adegwat u appoġġ xieraq, bħal interpreti tal-lingwa tas-sinjali, u aċċess għal aktar informazzjoni u għotja raġonevoli biex jiksbu aċċess għall-programm Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex tintroduċi miżuri ulterjuri sabiex tagħti lill-persuni b'diżabilità aċċess mingħajr ostakli u nondiskriminatorju għall-programmi ta' boroż ta' studju kollha fil-qafas ta' Erasmus+; iqis li jkun utli, jekk ikun hemm bżonn, li jinħatru l-hekk imsejħa "coaches" fi ħdan l-aġenziji nazzjonali, bil-għan li jagħtu pariri dwar l-aħjar allokazzjoni possibbli ta' finanzjament;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati, jew finanzjarjament jew permezz ta' inċentivi fiskali, l-SMEs li joffru taħriġ vokazzjonali taħt il-programm Erasmus+;

Rakkomandazzjonijiet

32.   Iqis li l-programm Erasmus+ huwa wieħed mill-pilastri ewlenin għall-adattament tal-popolazzjoni Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tisfrutta bis-sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi kooperazzjoni transettorjali taħt Erasmus+, li hija ħafna ogħla minn dik taħt il-programmi preċedenti, u biex tevalwa l-kooperazzjoni transsettorjali fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm ippreżentat fi tmiem l-2017; jirrikonoxxi li l-proġetti u l-attivitajiet transsettorjali juru l-potenzjal li jittejjeb ir-rendiment tal-programm; jitlob li l-mobilità edukattiva ssir parti minn kwalunkwe programm ta' edukazzjoni għolja jew vokazzjonali sabiex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja u tas-sistema tal-ETV, biex individwi jiġu megħjuna jtejbu l-ħiliet professjonali tagħhom, il-kompetenzi tagħhom u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom, kif ukoll biex tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-kompetenzi miksuba matul il-mobilità fis-setturi mmirati kollha u biex jitrawwem l-għarfien dwar it-tagħlim, it-taħriġ u l-ħidma taż-żgħażagħ; jenfasizza l-valur miżjud ta' azzjonijiet tal-ETV ta' Erasmus+ fl-appoġġ tal-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' gruppi żvantaġġati f'opportunitajiet ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ vokazzjonali sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni tagħhom għas-suq tax-xogħol; jitlob opportunitajiet aħjar għall-istudenti tal-ETV biex isegwu internship jew parti mill-istudji tagħhom f'pajjiżi ġirien, pereżempju permezz tal-finanzjament tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' studenti li jibqgħu jgħixu f'pajjiżhom stess;

33.  Jindika Erasmus+ bħala strument importanti għal titjib fil-kwalità tal-ETV madwar l-UE; jenfasizza l-fatt li l-ETV inklużiva ta' kwalita u l-mobilità tal-ETV għandhom rwol ekonomiku u soċjali essenzjali fl-Ewropa, f'suq tax-xogħol li qiegħed jinbidel rapidament, bħala mezz biex jipprovdu liż-żgħażagħ u lill-adulti bil-ħiliet professjonali u l-ħiliet tal-ħajja meħtieġa għat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol; jenfasizza li l-ETV u l-mobilità tal-ETV għandhom irawmu opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha, inklużi n-nisa li huma sottorappreżentati fl-ETV u persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi r-Rom, iż-żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabilitajiet, l-abitanti ta' żoni remoti, l-abitanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-migranti; jissuġġerixxi wkoll li tingħata attenzjoni lill-benefiċjarji bi kwalifiki baxxi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom u b'hekk tittejjeb il-kapaċità tal-programmi li jilħqu lill-udjenza fil-mira;

34.   Jirrimarka li f'xi Stati Membri għad hemm selettività soċjali biex wieħed ikollu aċċess għall-mobilità; jiddispjaċih li l-inugwaljanzi fi ħdan u bejn l-Istati Membri qegħdin jagħmlu l-aċċess għall-programm diffiċli għaliex joħolqu ostakli għall-applikanti, speċjalment għall-studenti bi dħul baxx; jinnota l-perċentwal għoli ta' studenti fil-mobilità appoġġati minn partijiet terzi (il-familja, il-ġenituri, is-sħab, l-atturi lokali qrib il-benefiċjarji); jinnota li ħafna studenti ħaddiema jirriżenjaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-mobilità minħabba t-telf potenzjali ta' dħul; jinnota li t-tneħħija ta' ostakli għall-mobilità, bħall-ostakli finanzjarji, u rikonoxximent aħjar ta' eżiti ta' xogħol/studju internazzjonali huma għodod importanti biex l-objettivi KA1 jintlaħqu; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jżidu l-għajnuna finanzjarja għal dawk li ma jistgħux jipparteċipaw minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, u jfittex possibilitajiet oħra biex tiġi ffaċilitata l-mobilità tagħhom sabiex Erasmus+ isir verament aċċessibbli għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u aċċess ugwali għall-programm;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-mobilità mal-Ewropa kollha anki fi żminijiet ta' kriżi u biex iżżomm għażliet li jagħmluha possibbli għall-pajjiżi li jipparteċipaw fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja biex ikollhom aċċess għall-programm Erasmus+.

36.  Ikompli jesprimi tħassib dwar il-fatt li Erasmus+ huwa kkunsidrat miż-żgħażagħ u mill-pubbliku ġenerali prinċipalment bħala programm għall-edukazzjoni għolja; jirrakkomanda, għaldaqstant, li tingħata aktar importanza biex il-profil jissaħħaħ fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali tas-setturi differenti li l-persuni jistgħu japplikaw għalihom, inkluż l-edukazzjoni fil-livell tal-iskola, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni għolja internazzjonali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti, iż-żgħażagħ u l-isport u l-volontarjat kif ukoll b'enfasi fuq il-possibilità ta' proġetti trasversali, b'mod partikolari permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u ħidma fir-relazzjonijiet pubbliċi dwar il-kontenut tal-programmi kollha;

37.   Iqis il-marki stabbiliti (Comenius, Erasmus, Erasmus Mundus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u Żgħażagħ fl-Azzjoni) u logos tagħhom bħala għodda importanti fil-promozzjoni tal-varjetà tal-programm; jinnota wkoll li l-isem "Erasmus+" qed isir l-iktar wieħed magħruf, speċjalment għall-persuni ġodda; jenfasizza li l-programm għandu jiddefendi l-isem ġdid tiegħu "Erasmus+" u jenħtieġ li jkompli juża metodi differenti biex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tenfasizza r-relazzjoni tal-programm Erasmus+ bl-ismijiet tal-marki stabbiliti u l-varjetà wiesgħa tiegħu ta' sottoprogrammi; jappella li l-isem "Erasmus+" jiżdied mal-programmi individwali (sabiex isiru "Erasmus+ Comenius", "Erasmus+ Mundus", "Erasmus+ Leonardo da Vinci", "Erasmus+ Grundtvig" u "Erasmus+ Żgħażagħ fl-Azzjoni"); jistieden lill-partijiet interessati kollha jkomplu jużawhom, speċjalment fil-pubblikazzjonijiet u l-fuljetti, sabiex tinżamm u tissaħħaħ l-identità tal-programmi settorjali, biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent imtejjeb u biex tingħeleb kull konfużjoni fost il-benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tfassal il-gwida ta' Erasmus+ bl-għajnuna ta' marki stabbiliti sew u biex tuża dawn it-tikketti rigorożament fil-gwida;

38.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha lejn mod ta' ħidma miftuħ, konsultattiv u trasparenti u biex tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni tagħha mas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili (inkluż, fejn xieraq, l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri, l-istudenti, l-għalliema u l-persunal mhux għalliem, u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ) fil-livelli kollha ta' implimentazzjoni; jenfasizza li l-programm Erasmus+ għandu jsir xempju tat-trasparenza tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxut bħala tali miċ-ċittadini tagħha, li jevolvi lejn sitwazzjoni fejn 100 % tad-deċiżjonijiet u l-proċessi tiegħu isiru kompletament trasparenti, speċjalment rigward id-dimensjonijiet finanzjarji tagħhom; ifakkar li deċiżjonijiet kompletament trasparenti jipprovdu fehim aktar ċar għal dawn il-proġetti u individwi li l-applikazzjonijiet tagħhom ma kinux ta' suċċess;

39.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Kumitat tal-Programm, kif stabbilit fir-Regolament Nru 1288/2013 li jistabbilixxi Erasmus+, bħala attur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-programm u sabiex jitkattar il-valur miżjud Ewropew permezz ta' komplementarjetà u sinerġija mtejba bejn Erasmus+ u l-politiki fil-livell nazzjonali; jitlob rwol aktar b'saħħtu għall-Kumitat tal-programm u r-rwol tiegħu fid-deċiżjonijiet politiċi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkondividi informazzjoni ddettaljata dwar id-distribuzzjoni ta' fondi ċentralizzati lill-Kumitat tal-Programm;

40.  Jenfasizza li dawn l-għodod tal-IT ma jenħtieġx li jinftiehmu biss bħala mezz għall-proċessi ta' ġestjoni, applikazzjoni u amministrazzjoni, iżda li jistgħu wkoll jipprovdu modi importanti biex jinżamm kuntatt mal-benefiċjarji, u l-iffaċilitar ta' kuntatt bejn il-pari fosthom, billi potenzjalment jipprovdu appoġġ għal bosta proċessi oħrajn, p.e. rispons mingħand il-benefiċjarji, mentoring reċiproku u tisħiħ fil-viżibilità tal-programm;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura skambju regolari ta' informazzjoni u kooperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali, il-korpi ta' implimentazzjoni u l-organizazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew u l-aġenziji nazzjonali kemm fl-azzjonijiet tal-programm deċentralizzati u dawk ċentralizzati; jistieden lill-aġenziji nazzjonali jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq il-homepages tagħhom fl-istess format u bl-istess kontenut kulfejn dan ikun possibbli;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni u, rispettivament, lid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) u lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) rispettivament, biex jabilitaw aktar promozzjoni ta' azzjonijiet deċentralizzati, bħall-Azzjoni Ewlenija 2, billi jipproponu finanzjament adegwat li jkun proporzjonali għad-daqs tal-azzjonijiet;

43.  Jinkoraġġixxi aktar tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) sabiex jiġu promossi azzjonijiet ċentralizzati tal-Programm Erasmus+, biex jingħata l-appoġġ meħtieġ, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-programm, biex tingħata informazzjoni addizzjonali dwar il-programm fost applikanti potenzjali, u biex jiġi skambjat feedback dwar titjib fil-proċess ta' implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, b'kollaborazzjoni mal-aġenziji nazzjonali, linji gwida ta' implimentazzjoni Ewropej għall-aġenziji nazzjonali; jitlob li jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali, il-benefiċjarji tal-programm, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-EACEA bl-iżvilupp ta' pjattaforma ta' komunikazzjoni għall-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajbin, fejn il-partijiet kollha interessati jistgħu jirċievu informazzjoni ta' kwalità, kif ukoll biex dawn jikkondividu l-esperjenzi u s-suġġerimenti tagħhom u għal aktar titjib fil-programm; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-partijiet interessati u l-benefiċjarji fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Programm; jenfasizza li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, dan jista' jiġi ffaċilitat bil-ħolqien ta' sottokumitati permanenti li jinvolvi lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati u l-benefiċjarji, l-aġenziji nazzjonali settorjali, il-Membri tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti mill-Istati Membri;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-modalitajiet ta' ħlas lill-aġenziji nazzjonali, l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet u l-perjodi ta' approprjazzjoni, u li taġġustahom b'mod korrispondenti; jinnota li aktar flessibilità fl-għotjiet għall-mobilità u l-ispejjeż amministrattivi favur soġġorni itwal barra mill-pajjiż għandhom jiġu magħmula possibbli għall-aġenziji nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti aktar flessibilità lill-aġenziji nazzjonali biex iċaqalċu fondi bejn il-KAs sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet potenzjali fil-finanzjament abbażi tal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji; jissuġġerixxi l-aġenziji nazzjonali jiġu fdati b'dan il-proċess, minħabba l-familjarità tagħhom man-nuqqasijiet potenzjali fil-finanzjament fil-pajjiż rispettiv tagħhom; jinnota li żieda fil-flessibilità twassal għall-ħtieġa ta' monitoraġġ u għal trasparenza korrispondenti;

45.  Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jonqos ta' pool projects taħt Leonardo u jitlob li l-aġenziji nazzjonali jkollhom ambitu akbar ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ammont ta' sussidji tan-nefqa amministrattiva, sabiex ikunu jistgħu jqisu b'mod aktar effettiv partikolaritajiet nazzjonali bħas-sistema doppja;

46.  Huwa mħasseb dwar id-diffikultajiet tal-aġenziji nazzjonali fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli tal-programmi u jfakkar li 82 % tal-baġit ta' Erasmus+ huwa ġestit taħt azzjonijiet deċentralizzati; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika d-definizzjonijiet u jtejjeb il-gwida dwar l-azzjonijiet deċentralizzati u tiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli u r-regolamenti tal-programmi bejn l-aġenziji nazzjonali, waqt li jiġu osservati standards komuni ta' kwalità, l-evalwazzjoni tal-proġetti, u l-proċeduri amministrattivi, u b'hekk tiġi ggarantita implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-programm Erasmus+, l-aħjar riżultati għall-baġit tal-UE u l-evitar ta' rati ta' żball;

47.  Jemmen li l-prestazzjoni tal-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li tiġi evalwata u mtejba b'mod regolari sabiex tiġi ssalvagwardjata l-prestazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE; jirrikonoxxi li r-rati ta' parteċipazzjoni u l-esperjenza tal-parteċipanti u tas-sħab jenħtieġ li jkunu element ewlieni f'dan ir-rigward;

48.  Jissuġġerixxi li l-istruttura organizzattiva tas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-istruttura tal-programm;

49.  Jitlob aktar titjib fl-għodod rilevanti tal-IT u li jsir enfasi fuq is-simplifikazzjoni, il-faċilita' tal-użu u titjib fir-rabtiet bejn l-għodod differenti pjuttost milli jiġu żviluppati oħrajn ġodda; ifakkar, f'dan il-kuntest, li għodod ġodda tal-IT huma fost l-iktar mezzi favoriti ta' interazzjoni bil-web użati minn ċittadini żgħażagħ; jissottolinja li t-teknoloġiji tal-IT jistgħu jaqdu rwol importanti biex tissaħħaħ il-viżibilità tal-programm;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-eTwinning, l-iSchool Education Gateway, l-Open Education Europe, EPALE, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaformi tal-VALOR IT sabiex tagħmilhom aktar attraenti u faċli għall-utent; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi evalwazzjoni ta' dawn il-pjattaformi fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' Erasmus+, li għandha tiġi ppreżentata fi tmiem l-2017;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tottimizza l-prestazzjoni u l-faċilità tal-użu tal-għodod tal-IT, bħall-Mobility Tool, u pjattaformi oħra ta' appoġġ tal-IT bħall-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE), biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji tal-programm jisfruttaw bis-sħiħ l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll jippromwovu l-kollaborazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni tal-edukazzjoni skolastika tal-programm, billi tippermetti aktar mobilità tal-istudenti, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u ta' finanzjament għall-iskejjel u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, u b'hekk tieħu vantaġġ tal-intenzjoni ġenerali ta' Erasmus+ biex trawwem il-kooperazzjoni transettorjali, u bil-ħsieb li tinkoraġġixxi lill-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali sabiex jinvolv ruħhom fi sħubiji mal-iskejjel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-prattiki ta' żvilupp tal-edukazzjoni mhux formali fi ħdan il-programm billi tappoġġa l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ta' fornituri oħra ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, kif ukoll permezz ta' appoġġ kontinwu għas-sħubija taż-żgħażagħ bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa;

53.   Jilqa' l-introduzzjoni ta' żewġ tipi ta' sħubija strateġika bħala l-ewwel pass pożittiv u importanti biex jiżdiedu l-possibilitajiet biex organizzazzjonijiet żgħar jieħdu sehem fil-programm, peress li ħafna drabi jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti u b'hekk isofru diskriminazzjoni, li tippreġudika r-reputazzjoni u s-sens ta' persważjoni tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni twettaq titjib li se jagħmel il-programm aktar attraenti sabiex jiġi żgurat li aktar organizzazzjonijiet żgħar jiġu inklużi fl-attivitajiet tal-programm bl-għan aħħari li jiżdied is-sehem tagħhom fil-programm, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-kwalità; jilqa' l-istabbiliment tal-linji gwida ta' implimentazzjoni Ewropej u sit tal-FAQs aktar dettaljata għar-razzjonalizzazzjoni tat-tweġibiet dwar il-kriterji ta' selezzjoni u biex jintwerew il-proġetti magħżula sabiex tiġi ċċarata s-selezzjoni u l-organizzazzjonijiet żgħar jingħataw appoġġ aħjar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti diversi organizzazzjonijiet parteċipanti fl-attivitajiet tal-programm u biex jinżamm bilanċ bejniethom;

54.  Jirrakkomanda li l-ammonti ta' sussidju fis-settur ta' kooperazzjoni bejn l-iskejjel jitnaqqsu għall-benefiċċju tal-ammont ta' proġetti ssussidjati, sabiex jiġu ssussidjati direttament l-iskambji skolastiċi, u b'hekk aktar laqgħat personali bejn nies ta' kulturi u lingwi differenti jkunu possibbli; jissottolinja s-sinifikat ta' esperjenzi personali ma' persuni minn sfondi kulturali differenti fir-rigward tal-promozzjoni ta' identità Ewropea u l-idea fundamentali tal-integrazzjoni Ewropea, u jirrakkomanda li jsiru tentattivi biex l-akbar numru possibbli ta' persuni jieħdu sehem, li għandu ċertament ikun il-każ għall-għanijiet tal-programmi kollha; jilqa' f'dan il-kuntest it-titjib li diġà seħħ, iżda jistenna li r-regoli jsiru aktar flessibbli bħala parti mis-sħubiji strateġiċi mill-aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni;

55.  Meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fiż-żieda tal-impjegabilità taż-żgħażagħ(18), iqis li għandhom isiru iktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+;

56.  Jinnota, fil-kuntest tal-isfidi l-ġodda tas-soċjetà għall-Ewropa, il-ħtieġa li jissaħħaħ approċċ Ewropew biex jiġu ffaċċati l-isfidi komuni Ewropej permezz ta' appoġġ għall-proġetti ta' innovazzjoni fuq skala kbira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ imwettqa min-netwerks tas-Soċjetà Ċivili Ewropea; jirrimarka li dan jista' jsir billi tiġi allokata parti mill-finanzjament totali ta' Erasmus+ ta' KA2 għall-"Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-prattiki tajba" tal-azzjonijiet ċentralizzati;

57.  Jinnota li 75 % tal-aġenziji nazzjonali rrapportaw piż amministrattiv għoli, li jnaqqas il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE u li jhedded li jkollu impatt dirett fuq il-benefiċjarji; jappella lid-DĠ EAC u lill-EACEA jtejbu l-implimentazzjoni, speċjalment fil-proċess ta' applikazzjoni;

58.  Jilqa' l-introduzzjoni tas-sistema tal-ispejjeż unitarji fil-programm sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv; jilqa' wkoll l-aġġustamenti magħmula fl-2016 u previsti għall-2017 mill-Kummissjoni; jinnota li, minħabba r-rekwiżiti regolatorji, xi Stati Membri ma jistgħux japplikaw din is-sistema jew inkella jsibu li l-livelli ta' nfiq mhumiex adegwati meta mqabbla mal-infiq reali; iqis iż-żieda ulterjuri fir-rati tal-ispiża unitarja bħala neċessarji biex jipprovdu appoġġ finanzjarju suffiċjenti għall-parteċipanti tal-proġett, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit li l-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet minn żoni remoti u reġjuni fil-fruntieri ma jkunux żvantaġġati mis-sistema tal-ispiża unitarja; jitlob li l-impenn personali qawwi, b'mod partikolari mill-ħafna voluntiera u l-għalliema, kif ukoll tal-applikanti l-oħra kollha, jiġu ppremjati b'mod xieraq; jitlob l-introduzzjoni (mill-ġdid) ta' finanzjament għall-bidu ta' proġetti sabiex isir kuntatt ma' sħab ta' kooperazzjoni potenzjali jew għal-laqgħat preparatorji, jew allowance totali suffiċjenti biex dawn l-ispejjeż jiġu koperti, pereżempju; jenfasizza li f'dan il-qasam it-trasparenza hija komponent essenzjali tar-rekwiżiti ta' trasparenza u l-miri ġenerali tal-programm Erasmus+;

59.  Jilqa' s-simplifikazzjoni introdotta bl-użu ta' somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib modi biex ittejjeb aktar il-proċedura amministrattiva kkumplikata għall-applikanti f'setturi differenti tal-programm; jinsab imħasseb li l-aġenziji nazzjonali qed jirrapportaw piż tal-awditjar ogħla;

60.  Jinnota l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ operazzjonali għal netwerks Ewropej taħt KA3 "Appoġġ għar-riforma tal-politika" sabiex jiġu mmassimizzati l-promozzjoni u t-tixrid tal-opportunitajiet offruti mill-programm Erasmus+;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi rilevanti biex tagħmel il-volontarjat eliġibbli bħala sors ta' kontribuzzjonijiet proprji għall-baġit tal-proġett, peress li dan jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet iżgħar, speċjalment fl-isport, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li Erasmus+ jippermetti r-rikonoxximent tal-ħin iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat bħala kofinanzjament fil-forma ta' kontribuzzjonijiet materjali, u li l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għal linji gwida finanzjarji tinkludi dan bħala possibilità; jenfasizza li l-kontribut tal-volontarjat irid ikun rikonoxxut u jingħata viżibilità, jingħata s-sinjifikat speċjali tiegħu għall-programm, dejjem jekk ikun immonitorjat sabiex jiġi żgurat li l-volontarjat jikkomplimenta, iżda ma jissostitwixxix, l-investiment ta' riżorsi pubbliċi;

62.  Jirrikonoxxi l-valur ekonomiku u soċjali tal-volontarjat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa aħjar lill-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-volontarjat fl-azzjonijiet tal-programm;

63.   Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinvolvi organizzazzjonijiet tal-volontarjat fl-iżvilupp ta' din l-inizjattiva ġdida sabiex tiżgura valur miżjud u valur kumplimentari fit-tisħiħ tal-volontarjat fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz baġitarju biex jilqgħu din l-inizjattiva ġdida mingħajr ma jippermettu sottofinanzjament ta' programmi oħra attwali u ta' prijorità, u jitlob li jiġu eżaminati possibilitajiet li jintegrawha fis-Servizz Volontarju Ewropew sabiex jissaħħaħ il-volontarjat fl-UE mingħajr ma jiġu dduplikati inizjattivi u programmi;

64.  Jenfasizza li l-volontarjat huwa espressjoni ta' solidarjetà, libertà u responsabilità li tikkontribwixxi għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva u għall-żvilupp personali tal-bniedem; iqis li l-volontarjat huwa wkoll għodda essenzjali għall-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali, kif ukoll għat-taħriġ, l-edukazzjoni u d-djalogu interkulturali, filwaqt li jingħata kontribut importanti għat-tixrid tal-valuri Ewropej; jemmen li s-Servizz Volontarju Ewropew għandu jiġi rikonoxxut għar-rwol tiegħu fit-trawwim tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi li jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess tal-parteċipanti tas-Servizz Volontarju Ewropew fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għall-voluntiera u jimmonitorjaw jekk jiġux rispettati bis-sħiħ il-kuntratti li taħthom jaħdmu l-voluntiera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-parteċipanti fis-Servizz Volontarju Ewropew qatt ma jitqiesu jew jintużaw bħala sostituzzjoni għax-xogħol;

65.  Jitlob li l-perjodu tat-teħid ta' deċiżjonijiet jinżamm qasir kemm jista' jkun, sabiex l-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet issir b'mod koerenti u kkoordinat u sabiex l-applikazzjonijiet miċħuda jkunu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni trasparenti u komprensibbli, sabiex ma jkunx hemm telf drastiku ta' inċentiv fost l-utenti tal-programmi tal-UE;

66.  Iħeġġeġ bil-qawwa aktar trasparenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kwalità tal-feedback lill-applikanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li jkun hemm sistema effettiva ta' feedback biex il-benefiċjarji tal-programm jirrapportaw lura lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe irregolarità li huma jkunu jistgħu jidentifikaw fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jistieden ukoll lill-Kummissjoni ttejjeb u żżid il-fluss ta' informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm u l-korpi nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, bl-għan li titjieb l-implimentazzjoni tal-programm, biex jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ għall-evalwaturi, u biex jiġu organizzati laqgħat regolari mal-benefiċjarji u żjarat lejn il-proġetti;

67.  Jinnota l-importanza tat-tisħiħ tad-dimensjoni lokali tas-Servizz Volontarju Ewropew; jissuġġerixxi li l-voluntiera tas-Servizz Volontarju Ewropew jingħataw appoġġ akbar mhux biss qabel it-tluq, iżda ukoll mar-ritorn tagħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom fil-forom ta' taħriġ orjentat lejn is-segwitu u l-integrazzjoni tiegħu sabiex dan jgħinhom jiskambjaw l-għarfien espert Ewropew bil-promozzjoni tal-volontarjat fil-livell lokali;

68.  Jappoġġa ż-żieda fl-effikaċja u fl-effiċjenza permezz ta' proġetti fuq skala akbar; jinnota, madankollu, li għandu jkun hemm bilanċ bejn il-gruppi ta' applikanti żgħar u dawk kbar;

69.  Jitlob lill-Kummissjoni tarmonizza r-rati ta' prefinanzjament indikati kemm jista' jkun matul il-programm sabiex il-benefiċjarji kollha jingħataw l-istess vantaġġi u biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett, speċjalment għal organizzazzjonijiet żgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet il-kbar ma jingħatawx preferenza fuq il-kontropartijiet iżgħar u anqas stabbiliti sew tagħhom, f'termini ta' applikanti għall-programm;

70.  Jieħu nota tal-iżbilanċi reġjonali fil-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet iffinanzjati minn Erasmus+, fil-livell tal-UE u f'xi żoni fl-Istati Membri; jinsab imħasseb li r-rati ta' suċċess tal-azzjonijiet tiegħu huma relattivament baxxi, u li huma diverġenti madwar l-UE; jappella għal azzjoni mmirata u f'waqtha sabiex titwessa' l-parteċipazzjoni u jittejbu r-rati ta' suċċess irrispettivament mill-oriġini tal-applikanti, ħaġa li tfittex li talloka ftit mill-finanzjament għal miżuri speċifiċi biex tippromwovi u tissensibilizza l-għarfien dwar din l-inizjattiva, partikolarment f'dawk ir-reġjuni fejn l-aċċess għall-finanzjament għadu relattivament baxx;

71.  Jinnota li l-implimentazzjoni ta' Erasmus+ fir-reġjuni tal-UE turi talbiet ta' finanzjament u prijoritajiet ta' intervent differenti li jirrikjedu lil xi Stati Membri jiffokaw mill-ġdid l-interventi tal-programm biex jiżguraw li l-effikaċja tirrifletti l-flus minfuqa;

72.  Jinnota d-diskrepanzi mhux ġustifikati fl-għotjiet bejn il-pajjiżi u l-metodi ta' allokazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga l-eżiti tal-konsegwenzi ta' tali differenzi fi sforz biex jiġu minimizzati d-differenzi soċjoekonomiċi fl-Unjoni Ewropea; jinkoraġġixxi żieda ulterjuri fir-rati ta’ għotjiet, kif ukoll l-aġġustament tagħhom għall-għoli tal-ħajja fil-pajjiż ospitanti ta' mobilità, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ studenti żvantaġġati soċjoekonomikament, l-istudenti u l-persunal bi ħtiġijiet speċjali, u l-istudenti u l-persunal minn reġjuni mbiegħda;

73.  Jinnota li l-akbar effett pożittiv ta' għotjiet ta' mobilità Erasmus+, u d-domanda ogħla għalihom, fl-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar jikkuntrastaw mal-baġit ġenerali limitat għall-programm, li jwassal għal proporzjon kbir ta' applikazzjonijiet rifjutati; jipproponi li l-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha għall-promozzjoni tal-mobilità mill-Ewropa tal-Punent lejn l-Ewropa tal-Lvant;

74.  Jiddispjaċih li l-inugwaljanza dejjem tikber fi ħdan u bejn l-Istati Membri, u r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE qed jagħmlu l-aċċess għall-programm diffiċli minħabba li dawn joħolqu ostakli għall-mobilità għall-applikanti minn reġjuni bi dħul baxx li ġew milquta aktar bil-kbir mill-kriżi ekonomika u mit-tnaqqis; jiddikjara li l-programm Erasmus+ u l-ETV jeħtieġ li jkunu attivi f'żoni remoti u reġjuni tal-fruntiera tal-UE wkoll; iqis li l-għoti ta' aċċess u ta' opportunitajiet indaqs għall-abitanti ta' dawn ir-reġjuni hija bidla pożittiva ħafna u mezz biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku.

75.  Jenfasizza li l-għotjiet ta' appoġġ għall-mobilità tal-individwi fi ħdan il-programm Erasmus+ għandhom ikunu eżentati mit-tassazzjoni u mill-imposti soċjali;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi n-natura speċjali tal-proġetti u l-mobilità li jinvolvu nies bi bżonnijiet speċjali u persuni ġejjin minn ambjenti żvantaġġati; iħeġġeġ promozzjoni akbar tal-possibilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali u għal dawk li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati biex jipparteċipaw fil-programm, inklużi r-rifuġjati, u jitlob li jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għalih;

77.  Jenfasizza li għalkemm sar progress fir-rikonoxximent ta' perjodi ta' studju, krediti, kompetenzi u ħiliet permezz ta' tagħlim mhux formali u informali miksub barra mill-pajjiż, dawn l-isfidi jibqgħu; jissottolinja li r-rikonoxximent ta’ kwalifiki internazzjonali huwa essenzjali għall-mobilità u jifforma l-bażi għal kooperazzjoni ulterjuri fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni għolja; jenfasizza l-importanza li jsir użu sħiħ tal-għodod kollha tal-UE għall-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi essenzjali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki;

78.  Jenfasizza li l-għadd ta' perjodi ta' studju mitmuma barra mill-pajjiż permezz tal-iskema Erasmus żdied b'mod kostanti mill-2008, minkejja l-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-istess ħin, l-għadd ta' kollokazzjonijiet tax-xogħol barra mill-pajjiż żdied b'mod esponenzjali; jikkonkludi li l-kollokazzjonijiet tax-xogħol huma ovvjament ikkunsidrati miż-żgħażagħ bħala opportunità eċċellenti biex itejbu l-impjegabilità tagħhom; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-aġenziji, l-organizzaturi u l-istituzzjonijiet nazzjonali, biex iqisu dan l-iżvilupp;

79.  Jenfasizza li, minħabba l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (2008/C111/01), sar titjib fir-rikonoxximent u l-validazzjoni tas-sistemi ta' diplomi, kwalifiki, krediti, ċertifikati ta' ħiliet, akkreditazzjoni tal-kompetenzi fl-edukazzjoni u l-ETV, iżda jinnota li għad hemm il-problemi; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-kompetenzi u l-kwalifiki żviluppati permezz tal-esperjenza ta' mobilità internazzjonali fi kwalunkwe ambjent – ambjent ta' tagħlim formali, traineeship ta' kumpaniji jew volontarjat u attività għaż-żgħażagħ – ikunu dokumentati kif suppost, validati, rikonoxxuti u magħmula komparabbli fi ħdan is-sistema nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tirriforma u tagħmel progress lejn it-tisħiħ tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki mir-rakkomandazzjoni attwali għal strument aktar b'saħħtu sabiex ikun appoġġjat il-moviment ħieles; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sistematiku u jkomplu jiżviluppaw l-istrumenti Ewropej eżistenti bħall-Europass, il-Youthpass u l-ECVET; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' kwalifiki tal-ETV konġunti li jistgħu jiżguraw ir-rikonoxximent internazzjonali tal-kwalifiki; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ u f'waqtu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali;

80.  Jenfasizza li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti jippromwovu ħiliet bażiċi u ħiliet personali bħall-kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma rilevanti għas-suq tax-xogħol kif ukoll il-benesseri fix-xogħol u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jirrimarka li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti għandhom rwol kruċjali biex jilħqu lill-gruppi żvantaġġati tas-soċjetà u jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet li jappoġġjawhom biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jsibu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, jew li jtejbu s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll jikkontribwixxu għal Ewropa aktar demokratika;

81.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu programmi tal-ETV, jindika li sistemi ta' traineeship u ta' intership ikunu opportunitajiet formattivi li ma jissostitwixxux karigi professjonali full-time, li jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u paga xierqa għall-apprendisti u li fl-ebda każ il-kompetenzi attribwiti lil benefiċjarji ma għandhom jiġu sostitwiti b'dawk adattati għal impjegat;

82.  Jinnota l-ħidma ta' implimentazzjoni aktar impenjattiva għall-aġenziji nazzjonali fil-programm attwali; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-aġenziji nazzjonali b'riżorsi suffiċjenti u l-assistenza meħtieġa, biex b'hekk l-implimentazzjoni tal-programm issir aktar effiċjenti u l-aġenziji nazzjonali jkunu jistgħu jindirizzaw sfidi ġodda li jirriżultaw minn żieda fil-baġit;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-kriterji ta' kwalità użati mill-aġenziji nazzjonali fl-evalwazzjonijiet tal-proġetti u l-iskambji tal-aħjar prattika f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi programmi ta' taħriġ għall-evalwaturi sabiex ikomplu l-iżvilupp tagħhom, speċjalment fi proġetti transsettorjali, u sabiex ikunu jistgħu jagħtu feedback ta' kwalità lill-applikanti kollha sabiex jitħeġġeġ it-twettiq tal-għanijiet fi proġetti futuri u biex titjieb il-prestazzjoni ta' applikanti futuri;

84.  Jemmen li l-kejl tal-kwalità jenħtieġ li jkun importanti bħala kejl kwantitattiv; jitlob it-tfassil ta' kejl ta' kwalità fil-kuntest tal-programm Erasmus+;

85.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalidaw u jirrikonoxxu t-tagħlim formali u mhux formali u l-apprendistati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-apprendisti żgħażagħ b'informazzjoni aħjar dwar il-possibilitajiet li huma miftuħa għalihom u biex jagħtu aktar appoġġ liċ-ċentri ta' tagħlim bl-għan li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+, iżda wkoll biex jistabbilixxu miżuri anċillari fil-każijiet ta' esperjenza ta' mobilità transfruntiera f'pajjiżi ġirien sabiex l-apprendisti jiġu megħjuna fl-akkomodazzjoni u t-trasport;

86.  Jappoġġja mobilità akbar fl-edukazzjoni u fil-programmi ta' apprendistat u l-perjodi ta' traineeship taħt il-programmi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, bl-għan li jittaffew il-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-iżbilanċi ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea;

87.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika l-parteċipazzjoni inugwali attwali tal-istituzzjonijiet tal-ETV fil-programmi ta' mobilità tal-UE f'pajjiżi u reġjuni sabiex tnaqqas dawn id-differenzi permezz ta' kollaborazzjoni u skambju ta' informazzjoni mtejba fost l-aġenziji nazzjonali għal Erasmus+, bl-appoġġ tal-ħidma komuni fost l-istituzzjonijiet tal-ETV billi l-istituzzjonijiet tal-ETV b'esperjenza jiġu konnessi ma' istituzzjonijiet oħra, billi dawn joffru miżuri ta' appoġġ għall-politika u suġġerimenti speċifiċi lill-istituzzjonijiet tal-ETV, u t-titjib tas-sistemi ta' appoġġ tal-ETV diġà eżistenti;

88.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex titrawwem il-mobilità tal-għalliema, il-letturi u l-persunal mhux akkademiku, biex jirrikonoxxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta' mobilità bħala parti importanti ta' progress fil-karriera tagħhom, u jekk ikun possibbli, biex jintroduċu sistema ta' ppremjar marbuta mal-parteċipazzjoni fi programmi ta' mobilità, pereżempju fil-forma ta' benefiċċji finanzjarji jew it-tnaqqis tal-ammont tax-xogħol;

89.  Jistieden lill-aġenziji nazzjonali jipprovdu trasparenza sħiħa filwaqt li jevalwaw il-proġetti billi jippubblikaw il-lista ta' proġetti magħżula, flimkien mal-progress kontinwu tagħhom u l-appoġġ finanzjarju allokat;

90.  Jinkoraġġixxi t-tkomplija fl-Azzjoni Ewlenija 1 tal-aħjar prattiki fil-funzjonament ta' Comenius, bħat-tisħiħ ta' skambji ta' klassijiet tal-iskejjel u l-possibilità li membri tal-persunal japplikaw individwalment għal għotjiet ta' mobilità taħt l-Azzjoni Ewlenija 1;

91.  Jinnota li minkejja l-kwalità għolja tal-proġetti f'KA2, ħafna minnhom ġew rifjutati minħabba fondi limitati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu nota ta' dawn il-proġetti sabiex tgħinhom jattiraw investimenti minn sorsi oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-proġetti li ngħataw marki billi jagħtuhom prijorità fl-aċċess għal fondi pubbliċi għall-implimentazzjoni tagħhom, jekk dawn il-fondi jkunu aċċessibbli;

92.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi biex issolvi l-isfida ta' finanzjament għal organizzazzjonijiet Ewropej ibbażati fi Brussell sabiex iżidu l-kontribut tagħhom lejn l-iżvilupp ta' politiki Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport;

93.  Jinnota l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-aġenziji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-International Credit Mobility (ICM); jitlob aktar flessibbiltà għall-aġenziji nazzjonali biex jallokaw riżorsi minn xi pajjiżi u reġjuni lil oħrajn bl-iskop li jintlaħqu l-prijoritajiet ta' kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja;

94.  Jinnota t-tnaqqis fin-numru ta' parteċipanti individwali ta' mobilità barra minn Erasmus+ bħala riżultat ta' trattament preferenzjali mill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej ta' sistema ta' mobilità istituzzjonalizzata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jġeddu l-opportunitajiet għal kandidati individwali biex jieħdu sehem fil-mobilità;

95.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssostni s-sistema tal-ETV permezz tal-promozzjoni ta' sottoprogrammi ta' Leonardo da Vinci fost organizzazzjonijiet ġodda u istituzzjonijiet iżgħar, minbarra li jiġu pprovduti b'assistenza fl-applikazzjoni għal finanzjament xieraq billi joffru aktar għajnuna, taħriġ online u appoġġ personalizzat fit-tħejjija ta' applikazzjonijiet ta' kwalità għolja għall-finanzjament permezz ta' kuntatt ma' aġenziji nazzjonali għall-programm Erasmus+;

96.  Iħeġġeġ il-promozzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja madwar id-dinja, kif ukoll l-avvanz tal-għarfien individwali madwar id-dinja billi jissaħħu l-partijiet interessati kollha rilevanti (l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, l-assoċjazzjonijiet tal-edukazzjoni għolja) biex jagħmlu l-Lawrji Master's Konġunti ta' Erasmus Mundus iktar attraenti għall-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u għall-applikanti potenzjali;

97.  Jissuġġerixxi involviment akbar tal-aġenziji nazzjonali fl-iżvilupp tal-politika tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali;

Perjodu tal-programm li jmiss

98.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri u jnaqqsu l-piż amministrattiv kbir għall-istudenti, l-istituzzjonijiet u l-kumpaniji ospitanti involuti fi proġetti Erasmus+, b'mod partikolari dawk li mhumiex jisfruttaw biżżejjed din l-opportunità sabiex itejbu u jiffaċilitaw il-proċessi ta' aċċess ugwali, reġistrazzjoni, validazzjoni u rikonoxximent; isostni li l-informazzjoni dwar dan il-programm għandha tiġi pprovduta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali jistandardizzaw il-kriterji ta' aċċess bl-għan li jkun żgurat aċċess għall-akbar għadd ta' applikanti possibbli;

99.  Jissuġġerixxi li jenħtieġ li tingħata prijorità lill-fatt li ma jsirux aktar armonizzazzjoni u bidliet kbar fl-istruttura tal-programm, u minflok jiġu ssalvagwardjati u kkonsolidati l-kisbiet u jsir titjib inkrementali fejn meħtieġ;

100.  Jirrakkomanda li l-importanza u l-viżibilità tal-edukazzjoni mhux formali jenħtieġ li tiżdied kemm għall-impjiegi għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni għall-adulti f'Erasmus+, peress li l-edukazzjoni mhux formali hija importanti fis-settur taċ-ċittadinanza Ewropea u l-promozzjoni tad-demokrazija u l-edukazzjoni dwar il-valuri; il-programm, madankollu, huwa ħafna drabi assoċjat mal-edukazzjoni formali minħabba l-isem tiegħu;

101.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti fil-ħidma dwar il-perjodu ta' programmazzjoni għall-finanzjament li jmiss, u fl-introduzzjoni ta' titjib possibbli, sabiex jiġi żgurat is-suċċess ulterjuri u l-valur miżjud tal-programm;

102.  Jirrakkomanda li Erasmus+ ikompli jiżviluppa l-mobilità transsettorjali ta' individwi fi ħdan KA1, b'tali mod li l-istudenti, l-għalliema, l-edukaturi, dawk li jħarrġu, l-apprendisti, il-ħaddiema u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod sħiħ fil-mobilità transsettorjali;

103.  Jitlob li tiġi żviluppata definizzjoni ċara ta' proġetti transsettorjali sabiex tiġi evitata l-konfużjoni minħabba t-ttikkettar ħażin ta' proġetti;

104.   Jitlob mhux biss biex il-livell baġitarju attwali jiġi żgurat għall-ġenerazzjoni tal-programmi li jmiss taħt il-QFP l-ġdid, iżda jikkunsidra li żieda ulterjuri fil-baġit, li tiżgura livell ta' finanzjament annwali għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ta' mill-inqas l-istess livell bħal l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-qafas attwali bħala prekundizzjoni assolutament essenzjali għas-suċċess kontinwu tal-programm; jipproponi li l-Kummissjoni tesplora l-possibilità li żżid il-prefinanzjament;

105.   Jilqa' l-istruttura tal-programm u jitlob lill-Kummissjoni żżomm fil-proposta għall-ġenerazzjoni tal-programmi li jmiss il-kapitoli separati u l-baġits separati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, għaż-żgħażagħ u għall-isport, filwaqt li żżomm f'moħħha l-karattri speċifiċi tagħhom, u biex il-formoli tal-applikazzjoni, is-sistemi ta' rappurtar u r-rekwiżiti rigward prodotti żviluppati speċifikament għas-settur jiġu adattati;

106.  Iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali biex jagħmlu l-baġits disponibbli għal kull azzjoni ewlenija u għal kull settur faċilment aċċessibbli wara kull sensiela ta' applikazzjonijiet sabiex jippermettu lill-applikanti jippjanaw b'mod strateġiku l-azzjonijiet futuri tagħhom, u kif ukoll jippubblikaw ir-riżultati tal-għażla tal-proġetti u tal-linji baġitarji, b'mod li jkun jista' jseħħ il-monitoraġġ adegwat estern tal-programm;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi regolarment il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal ħlas ta' somom f'daqqa għall-ivvjaġġar u s-sussistenza, sabiex ikun żgurat li jissodisfaw l-ispejjeż tal-ħajja reali u biex jiġi evitat dejn ikkawżat minn perjodu ta' taħriġ, u għalhekk biex jiġu evitati d-diskriminazzjoni u l-abbandun ta' nies li għandhom inqas mezzi finanzjarji u/jew ħtiġijiet speċjali;

108.  Jindika li l-gruppi żvantaġġati huma fil-mira speċifikament fis-settur taż-żgħażagħ; jissuġġerixxi l-estensjoni tal-Istrateġija ta' Inklużjoni u Diversità għas-setturi kollha tal-programmi biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali jew b'inqas opportunitajiet fil-Programm Erasmus+;

109.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, u lill-Istati Membri japprovaw, qafas ta' kwalità għall-apprendistati u proposta dwar mobilità akbar għall-apprendisti biex jiġi żgurat sett ta' drittijiet għall-apprendisti, il-parteċipanti f'internships, it-trainees u l-istudenti tal-ETV sabiex jiġi żgurat li jkunu protetti b'mod xieraq u li dawn il-programmi ta' mobilità qatt ma jissostitwixxu l-kuntratti standard tal-impjieg; jitlob li jkun hemm traineeships u internships ta' kwalità u remunerati, u jitlob li l-Istati Membri jirrappurtaw is-sitwazzjonijiet meta l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompiti jew id-drittijiet ta' benefiċjarji ta' Erasmus+ jinkisru;

110.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex toħloq kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u l-partijiet interessati ewlenin (l-awtoritajiet lokali/reġjonali, is-sħab soċjali, is-settur privat, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ, il-faċilitajiet tal-ETV, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) sabiex tittejjeb il-kapaċità ta' reazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u tal-ETV għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ġenwini, u biex jiġi ggarantit li din il-kooperazzjoni tiġi riflessa fil-Programm Erasmus+; jemmen li l-involviment attiv tal-benefiċjarji u tal-partijiet interessati kollha fit-tfassil, l-organizzazzjoni, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm jiżgura l-vijabilità, is-suċċess u l-valur miżjud tiegħu;

111.  Hu favur li studenti mobbli jitħallew jikkombinaw l-istudji barra mill-pajjiż b'kollokament relatat mal-istudju fi ħdan il-programm, biex b'hekk jiġi ffaċilitat is-soġġorn tagħhom barra l-pajjiż, titnaqqas is-selettività soċjali, jiżdied l-għadd ta' studenti mobbli, jogħla l-livell tal-ħiliet tal-istudenti u jissaħħu l-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni għolja u l-ambjent tax-xogħol; jappella lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lill-mobilità fit-tul tal-apprendisti fl-allokazzjoni tal-għotjiet ta' Erasmus+;

112.  Jinnota l-iżbilanċi bejn l-Istati Membri dwar il-kriterji ta' ammissjoni għal Erasmus+; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tal-programm jiġu applikati b'mod armonizzat madwar l-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jiġu rispettati standards komuni ta' kwalità u prattiki proċedurali, u b'hekk tiġi żgurata l-koerenza interna u esterna ta' Erasmus+ u jiġi pożizzjonat bħala programm tassew Ewropew; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida Ewropej għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ għall-aġenziji nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali, li għandhom ikunu parti integrali tal-proċess ta' monitoraġġ, biex jiffokaw ukoll fuq l-istabbiliment jew il-faċilitazzjoni ta' forum għal djalogu kostruttiv bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-edukazzjoni u l-politiki tax-xogħol f'kull Stat Membru; iħeġġeġ bil-qawwa koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji sabiex iqabblu l-proġetti li jittrattaw kwistjonijiet simili;

113.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-opportunitajiet ta' taħriġ barra l-pajjiż għall-ETV u biex iqisu l-ETV bħala l-aqwa għażla biex jinstab impjieg u tinbeda karriera promettenti, jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini kollha ta' kull età, u jipprovdu fondi xierqa peress li l-fondi mwarrba għall-ETV mhumiex proporzjonali(19) mal-għadd ta' applikanti potenzjali għall-programmi ta' mobilità disponibbli; jappoġġa bil-qawwa l-promozzjoni effiċjenti u l-inkoraġġiment tal-mobilità ETV fost in-nisa, u jqis li għandhom jiġu stabbiliti miri ambizzjużi mill-Istati Membri f'dan ir-rigward, u l-progress għandu jkun immonitorjat b'mod strett;

114.  Jirrileva li qed issir definizzjoni mill-ġdid tal-impjiegi u l-ħiliet, speċjalment minħabba li għaddejja tranżizzjoni lejn ekonomija aktar diġitalizzata li minnha qed jitfaċċaw ħtiġijiet kummerċjali ġodda, u setturi orjentati lejn il-futur; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw li l-programm Erasmus+ jirrifletti din ir-realtà;

115.  Jitlob li ssir promozzjoni akbar ta' programmi ta' mobilità għal livelli avvanzati ta' edukazzjoni għolja sabiex tiġi żgurata mobilità bejn ċentri Ewropej tar-riċerka u tiġi żviluppata aktar il-mira li l-universitajiet Ewropej isiru internazzjonali;

116.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien dwar l-istrument ta' Erasmus+ bħala mezz ta' titjib tal-ħiliet tal-individwi, biex jingħataw dimensjoni miżjuda li għandha tiżgura l-aħjar approċċ għal dan l-istrument sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tiegħu, u jiġi eliminat ir-riskju li sempliċement isir esperjenza tal-ħajja;

117.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tagħmel disponibbli statistika aġġornata u twettaq studji ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, b'mod partikolari r-rata ta' użu fost iż-żgħażagħ, maqsuma skont ir-reġjun u l-ġeneru, l-impatt li kellu fuq l-impjegabilità, kif ukoll it-tip u r-rata tal-impjieg, u l-impatt fuq is-salarji u kif jista' potenzjalment jittejjeb; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet li għalihom xi pajjiżi qed japplikaw għal aktar mobilità tal-ETV, fejn id-differenza bejn is-sessi hija l-akbar u r-raġunijiet għal din id-differenza, jew fejn hemm aktar applikanti b'diżabilità, u tfassal pjan dwar kif iżżid l-involviment ta' pajjiżi oħra; jistieden għalhekk lill-aġenziji nazzjonali fl-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib fuq l-iskambju ta' informazzjoni u statistika; isostni li r-riżultati tal-istudji u l-istatistika għandhom jiġu inklużi u kkunsidrati fir-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss ta' Erasmus+;

118.  Ifakkar li fi żmien ta' kriżi partikolari fir-rigward tal-valuri fundamentali tal-UE, l-istrument Erasmus+ jista' jipprovdi opportunità fundamentali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni, tal-fehim u tas-solidarjetà fost iż-żgħażagħ; jitlob għaldaqstant sabiex l-integrazzjoni taż-żgħażagħ tiġi promossa permezz ta' għarfien ta' kulturi u tradizzjonijiet differenti, u r-rispett reċiproku u neċessarju ruċjali tagħhom;

119.  Jipproponi li l-Kummissjoni żżomm l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali bħala wieħed mill-objettivi tal-programm futur Erasmus+ fil-perjodu finanzjarju li jmiss (wara l-2020), inkluża l-mobilità, u inklużi l-elementi li ġejjin bħala parti mill-programm:

(i)  il-valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ta' miżuri eżistenti li jippromwovu l-intraprenditorija permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-adattament potenzjali tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati;

(ii)  il-promozzjoni ta' kontenut u għodod tat-tagħlim definiti aħjar għall-edukazzjoni formali u mhux formali mmirati lejn l-istudenti kollha – kemm moduli teoretiċi kif ukoll prattiċi, bħal proġetti intraprenditorjali tal-istudenti;

(iii)  il-promozzjoni ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-intrapriżi, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, sabiex jitfasslu korsijiet xierqa u l-istudenti jingħataw l-esperjenza prattika u l-mudelli rekwiżiti;

(iv)  l-iżvilupp ta' ħiliet fl-oqsma tal-proċessi intraprenditorjali, il-litteriżmu finanzjarju, l-għarfien u l-ħiliet tal-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskji u t-teħid ta' riskju, kif ukoll ħiliet u għarfien speċifiċi tan-negozju;

(v)  l-enfasi fuq it-tagħlim mhux formali u informali bħala ambjent privileġġat fejn jistgħu jinkisbu kompetenzi intraprenditorjali;

120.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jieħdu sehem akbar fil-programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ u jippromwovuh aktar fost iż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu għal proġetti intraprenditorjali, sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu esperjenza barra minn pajjiżhom u jiksbu ħiliet ġodda li jgħinuhom iwettqu l-pjanijiet intraprenditorjali tagħhom;

121.  Iħeġġeġ bil-qawwa t-tagħlim bejn il-pari b'segwitu għall-istudju, it-taħriġ u l-esperjenza ta' xogħol barra minn pajjiżhom sabiex jiżdied l-impatt ta' Erasmus+ fuq il-komunitajiet lokali; jissottolinja li l-iskambju ta' prattiki tajbin huwa vitali biex tittejjeb il-kwalità tal-proġetti taħt il-programm Erasmus+; jilqa' l-pjattaforma Erasmus+ għat-tixrid tar-riżultati tal-proġetti u jitlob approċċ aktar b'saħħtu għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u skambji internazzjonali ta' fehmiet għal aġenziji nazzjonali, sħab u benefiċjarji tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għall-applikanti tal-programm biex isibu sħab internazzjonali, billi jiġu żviluppati l-pjattaformi ta' użu faċli għall-utent li jikkombinaw l-informazzjoni pubblika dwar id-diversi benefiċjarji u l-proġetti tagħhom;

122.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-gwida tal-programm u tagħmilha aktar faċli għall-utent u li tinftiehem, kif ukoll biex tiżviluppa fuljetti ta' informazzjoni speċifika dwar kull waħda mill-azzjonijiet ewlenin; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissimplifika l-proċess ta' applikazzjoni f'termini ta' piżijiet amministrattivi;

123.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet ta' tagħlim għall-adulti permezz ta' żvilupp professjonali kontinwu u opportunitajiet ta' mobilità għall-għalliema, il-mexxejja tal-skejjel, min iħarreġ, u persunal edukattiv ieħor; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, b'mod partikolari l-użu effettiv tal-ICT fit-tagħlim għall-adulti, għal titjib fir-riżultati tat-tagħlim; jenfasizza l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

124.  Jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti pilota bħall-"Qafas Ewropew għall-mobilità tal-apprendisti: l-iżvilupp taċ-ċittadinanza Ewropea u l-ħiliet permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol", bl-għan li jiġu implimentati skemi ta' mobilità transfruntiera ta' apprendisti, li jiksbu valur għall-ispiża tagħhom, bejn l-istituzzjonijiet tal-ETV, kumpaniji u/jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif ukoll li jiġu rikonoxxuti u vvalidati formalment ir-riżultati tat-tagħlim u jiġi appoġġat ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, u "Il-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali – Mobilità aħjar taż-żgħażagħ", immirat lejn it-titjib tal-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq implimentazzjoni effettiva taż-żewġ proġetti pilota u l-integrazzjoni tagħhom fit-tul fil-programm Erasmus+;

125.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu appoġġ strutturali akbar u aktar fit-tul ta' organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport fil-forma ta' għotjiet operattivi, peress li huma l-organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim u spazji ta' parteċipazzjoni liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki Ewropej;

126.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra soluzzjoni xierqa għas-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ta' livell Ewropew ibbażati fi Brussell li japplikaw għall-fondi minn aġenziji nazzjonali Belġjani;

127.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)

ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)

ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.

(4)

ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.

(5)

ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 77.

(6)

ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.

(7)

ĠU C 372, 20.12.2011, p. 31.

(8)

ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(9)

ĠU C 70, 8.3.2012, p. 9.

(10)

Testi adottati, P7_TA(2013)0433.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2015)0292.

(12)

ĠU C 172, 27.5.2015, p. 17.

(13)

ĠU C 417, 15.12.2015, p. 36.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0106.

(15)

Testi adottati, P8_TA(2016)0107.

(16)

Testi adottati, P8_TA(2016)0291.

(17)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(18)

JRC Science and Policy Report on Languages and Employability, 2015.

(19)

Skont il-Kummissjoni, fl-2016, minħabba nuqqas ta' finanzjament, ir-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet eliġibbli għall-mobilità tal-ETV taħt il-Programm Erasmus+ kienet ta' 42 %. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar tul is-snin – fl-2014 ir-rata ta' suċċess kienet ta' 54 % u fl-2015 kienet ta' 48 %. Minkejja li l-finanzjament disponibbli żdied bi ftit matul is-snin, id-domanda kibret ferm aktar malajr, iżda r-riżorsi limitati ta' Erasmus+ ma jippermettux li l-finanzjament ilaħħaq mad-domanda.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (10.11.2016)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE

(2015/2327(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Andrey Novakov

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrimarka li Erasmus+ hu l-programm ewlieni tal-UE dwar il-mobilità, l-edukazzjoni u t-taħriġ, li ġie allokat żieda ta' 40 % fil-baġit meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013, minħabba r-riżultati pożittivi tiegħu u d-domanda għolja għalih;

2.  Jirrikonoxxi li l-investiment mill-baġit tal-UE skont Erasmus+ jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-ħiliet, għall-impjegabilità u għal anqas riskju ta' qgħad fit-tul għaż-żgħażagħ Ewropej, kif ukoll għaċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

3.  Jilqa' l-istruttura tal-programm, b'kapitoli tal-baġit separati għal kull settur, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm kapitoli tal-baġit separati fil-proposta għall-programmi tal-ġenerazzjoni li jmiss;

4.  Jirrikonoxxi l-valur ekonomiku u soċjali tal-volontarjat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa aħjar lill-organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-volontiera fl-azzjonijiet tal-programm;

5.  Jieħu nota tal-iżbilanċi reġjonali fil-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Erasmus+, fil-livell tal-UE u f'xi żoni fl-Istati Membri; jinsab imħasseb li r-rati ta' suċċess tal-azzjonijiet tiegħu huma relattivament baxxi, u li huma diverġenti madwar l-UE; jappella għal azzjoni mmirata u f'waqtha sabiex twessa' l-parteċipazzjoni u ttejjeb ir-rati ta' suċċess irrispettivament mill-oriġini tal-applikanti, li tfittex li talloka ftit mill-finanzjament għal miżuri speċifiċi biex tippromwovi u tissensibilizza l-għarfien dwar din l-inizjattiva, partikolarment f'dawk ir-reġjuni fejn l-aċċess għall-finanzjament għadu relattivament baxx;

6.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li l-impenji għal Erasmus+ jiżdiedu b'EUR 200 miljun għall-bqija tal-QFP attwali, u li l-pagamenti jiżdiedu b'4,5 % fl-abbozz tal-baġit għall-2017; jappella lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-mobilità fit-tul tal-apprendisti fl-allokazzjoni tal-għotjiet għall-Erasmus+; jinnota li 48 % tal-aġenziji nazzjonali jirrapportaw li azzjonijiet tal-programm huma sottobaġitjati; jappella lill-Kummissjoni tipproponi pjan pluriennali ta' pagament adegwat u jħeġeġġ lill-Kummissjoni tipproponi livell ta' finanzjament annwali għall-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss li tkun tal-anqas ugwali għal dik tal-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-qafas attwali; jipproponi li l-Kummissjoni tesplora l-possibilità li żżid il-prefinanzjament;

7.  Jinnota li l-akbar effett pożittiv ta' għotjiet ta' mobilità Erasmus+, u d-domanda ogħla għalihom, fl-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar jikkuntrastaw mal-baġit ġenerali limitat għall-programm, li jwassal għal proporzjon kbira ta' applikazzjonijiet rifjutati; jipproponi li l-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha għall-promozzjoni tal-mobilità mill-Ewropa tal-Punent lejn l-Ewropa tal-Lvant;

8.  Jenfasizza li l-kapitolu tal-programm dwar iż-żgħażagħ hu l-iktar wieħed milqut mill-interess dejjem akbar taċ-ċittadini Ewropej fl-Erasmus+; jinnota li attwalment, 36 % tas-sottomissjonijiet kollha tal-Erasmus+ huma fil-qasam taż-żgħażagħ, b'żieda ta' 60 % fis-sottomissjonijiet bejn l-2014 u l-2016;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u, lid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) u lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) rispettivament, biex jabilitaw aktar promozzjoni ta' azzjonijiet deċentralizzati, bħall-Azzjoni Ewlenija 2, billi jipproponu finanzjament adegwat li jkun proporzjonali għad-daqs tal-azzjonijiet;

10.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-Erasmus+ fir-reġjuni tal-UE turi talbiet ta' finanzjament u prijoritajiet ta' intervent differenti li jirrikjedu lil xi Stati Membri jiffokaw mill-ġdid l-interventi tal-programm biex jiżguraw il-kosteffettività tal-flus minfuqa;

11.  Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet tal-Aġenziji Nazzjonali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-programm; ifakkar li 82 % tal-baġit għal Erasmus+ hu mmaniġġjat skont azzjonijiet deċentralizzati; jappella lill-Kummissjoni tallinja d-definizzjonijiet u ttejjeb il-gwida dwar l-azzjonijiet deċentralizzati sabiex tiżgura l-aħjar riżultati għall-baġit tal-UE u tevita r-rati ta' żball;

12.  Jinnota li 75 % tal-Aġenziji Nazzjonali rrapportaw piż amministrattiv għoli, li jnaqqas il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE u li jhedded li jkollu impatt dirett fuq il-benefiċjarji; jappella lid-DĠ EAC u lill-EACEA jtejbu l-implimentazzjoni, speċjalment fil-proċess ta' applikazzjoni;

13.  Jilqa' l-ġestjoni finanzjarja ssemplifikata u l-użu ta' sistema ta' kosti unitarji; jinnota li, minħabba r-rekwiżiti regolatorji, xi Stati Membri ma jistgħux japplikaw din is-sistema jew inkella jsibu li l-livelli ta' nfiq mhumiex adegwati meta mqabbla mal-infiq attwali; jinsab imħasseb li l-Aġenziji Nazzjonali qegħdin jirrapportaw piż tal-awditjar għoli;

14.  Jemmen li l-prestazzjoni tal-Aġenziji Nazzjonali għandha tiġi evalwata u mtejba b'mod regolari sabiex tissalvagwardja l-prestazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE; jirrikonoxxi li r-rati ta' parteċipazzjoni u l-esperjenza tal-parteċipanti u tas-sħab għandha tkun element ewlieni f'dan ir-rigward;

15.  Jappoġġa ż-żieda fl-effikaċja u fl-effiċjenza permezz ta' proġetti fuq skala akbar; jinnota, madankollu, li għandu jkun hemm bilanċ bejn il-gruppi ta' applikanti żgħar u dawk kbar;

16.  Jiddispjaċih li, kaġun tal-piż amministrattiv għoli, il-finanzjament tal-Erasmus+ jista' ma jkunx possibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar; jemmen li r-rekwiżiti burokratiċi u ta' rappurtar għandhom jiġu ssemplifikati;

17.  Jiddispjaċih dwar il-perjodi twal ta' pagament tal-Erasmus+ li jaffettwaw il-possibilitajiet ta' organizzazzjonijiet iżgħar biex japplikaw għal finanzjament;

18.  Hu tal-fehma li l-volontarjat għandu jitqies eleġibbli bħala sors ta' kontribuzzjoni proprja għall-baġit ta' proġett, peress li dan jiffaċilità l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet iżgħar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Monika Hohlmeier, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (17.11.2016)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2006/KE

(2015/2327(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Emilian Pavel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, skont l-Eurostat, il-qgħad għadu fil-livell ta' 10,1 % f'Lulju 2016; billi madwar l-UE, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa ta' 18,8 %;

B.  billi r-riżultati tal-Istudju dwar l-Impatt tal-Erasmus tal-2014(1) juru li dawk li studjaw jew tħarrġu barra minn pajjiżhom għandhom darbtejn aktar ċans li jsibu impjieg meta' mqabbla ma' oħrajn li għandhom nuqqas ta' esperjenza simili;

C.  billi r-rata tal-qgħad għal dawk li jkunu studjaw jew tħarrġu barra minn pajjiżhom hija 23 % aktar baxxa wara ħames snin minn meta jkunu ggradwaw(2);

D.  billi 85 % tal-istudenti tal-Erasmus jistudjaw jew jitħarrġu barra minn pajjiżhom biex itejbu l-impjegabilità tagħhom barra minn pajjiżhom(3);

E.  billi llum, 64 % ta' min iħaddem jaħsbu li esperjenza internazzjonali hija importanti għar-reklutaġġ; billi dan kien biss ta' 37 % fl-2006(4);

F.  billi 64 % ta' min iħaddem isostnu li l-gradwati b'esperjenza internazzjonali jingħataw responsabilità professjonali akbar(5);

G.  billi wieħed minn kull tliet trainees tal-Erasmus jiġi offrut impjieg fl-impriża fejn ikun għamel it-traineeship tiegħu(6);

H.  billi kważi 1 minn kull 10 trainees tal-Erasmus li jkunu ħadu esperjenza ta' xogħol bdew il-kumpanija tagħhom stess, u 3 minn kull 4 jippjanaw jew jipprevedu li jagħmlu dan(7);

I.  billi l-programm Erasmus+, li beda jopera mill-2014 sal-2020, għandu l-għan li jimmodernizza l-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa u huwa miftuħ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u sportivi fis-setturi kollha tat-tagħlim tul il-ħajja; billi dan se jipprovdi opportunitajiet għal aktar minn 4 miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu, jiksbu esperjenza ta' xogħol u jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom;

1.  Iqis li l-programm Erasmus+ għandu rwol importanti fit-trawwim tal-identità Ewropea u l-integrazzjoni, is-solidarjetà, it-tkabbir inklużiv u sostenibbli, impjiegi ta' kwalità, il-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u l-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ billi ssir kontribuzzjoni pożittiva għat-titjib tas-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, u prospetti aħjar għall-impjiegi, billi tipprovdi lill-Ewropej bl-opportunità li jakkwistaw settijiet ta' ħiliet u kompetenzi personali u professjonali trasversali u trasferibbli permezz ta' studji, taħriġ, esperjenza ta' xogħol barra minn pajjiżhom, u tal-volontarjat, kif ukoll billi toffri lill-individwi l-opportunità li jgħixu b'mod aktar indipendenti, jadattaw aktar faċilment u jiksbu żvilupp personali;

2.  Iqis li l-programm Erasmus+ huwa wieħed mill-pilastri ewlenin għall-adattament tal-popolazzjoni Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali jippromwovu aħjar ir-rilevanza ta' proġetti trasversali, peress li huwa meħtieġ li tingħata enfasi ulterjuri lid-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm;

3.  Jindika li, attwalment, 1 % biss taż-żgħażagħ fi skemi ta' taħriġ relatati max-xogħol, inklużi l-apprendisti, huma involuti fi skemi ta' mobilità matul it-taħriġ tagħhom; jirrimarka li huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal mobilità akbar tal-apprendisti fi ħdan l-UE, sabiex l-apprendisti jingħataw l-istess opportunitajiet bħal studenti ta' edukazzjoni għolja u b'hekk jintlaħqu l-objettivi tal-ġlieda kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-apprendisti żgħażagħ b'informazzjoni aħjar dwar il-possibilitajiet li huma miftuħa għalihom u biex jagħtu aktar appoġġ liċ-ċentri ta' tagħlim bl-għan li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+, iżda wkoll biex iqiegħdu fis-seħħ miżuri anċillari fil-każijiet ta' esperjenza ta' mobilità transfruntiera f'pajjiżi ġirien sabiex l-apprendisti jiġu megħjuna fl-akkomodazzjoni u t-trasport;

4  Jenfasizza li l-għadd ta' perjodi ta' studju mitmuma barra mill-pajjiż permezz tal-iskema Erasmus żdied b'mod kostanti mill-2008, minkejja l-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-istess ħin, l-għadd ta' kollokazzjonijiet tax-xogħol barra mill-pajjiż żdied b'mod esponenzjali; jikkonkludi li l-kollokazzjonijiet tax-xogħol huma ovvjament ikkunsidrati miż-żgħażagħ bħala opportunità eċċellenti biex itejbu l-impjegabilità tagħhom; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-aġenziji, l-organizzaturi u l-istituzzjonijiet nazzjonali, biex iqisu dan l-iżvilupp;

5.  Jiddispjaċih li l-inugwaljanza dejjem tikber fi ħdan u bejn l-Istati Membri, u r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE qed jagħmlu l-aċċess għall-programm diffiċli minħabba li dawn joħolqu ostakli għall-mobilità għall-applikanti minn reġjuni bi dħul baxx li ġew milquta aktar bil-kbir mill-kriżi ekonomika u mit-tnaqqis; jiddikjara li l-programm Erasmus+ u t-taħriġ vokazzjonali u edukattiv (ETV) jeħtieġ li jkunu attivi f'żoni remoti u reġjuni tal-fruntiera tal-UE wkoll; iqis li l-għoti ta' aċċess u ta' opportunitajiet indaqs għall-abitanti ta' dawn ir-reġjuni hija bidla pożittiva ħafna u mezz biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku.

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri u jnaqqsu l-piż amministrattiv kbir għall-istudenti, l-istituzzjonijiet u l-kumpaniji ospitanti involuti fi proġetti Erasmus+, b'mod partikolari dawk li mhumiex jisfruttaw biżżejjed din l-opportunità sabiex itejbu u jiffaċilitaw il-proċessi ta' aċċess ugwali, reġistrazzjoni, validazzjoni u rikonoxximent; jenfasizza li l-informazzjoni dwar dan il-programm għandha tiġi mogħtija fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji nazzjonali biex jistandardizzaw il-kriterji ta' aċċess bl-għan li jkun żgurat aċċess għall-akbar għadd ta' applikanti possibbli; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali biex jagħmlu l-baġits disponibbli għal kull azzjoni ewlenija u għal kull settur faċilment aċċessibbli wara kull sensiela ta' applikazzjonijiet sabiex jippermettu lill-applikanti jippjanaw b'mod strateġiku l-azzjonijiet futuri tagħhom, kif ukoll jippubblikaw ir-riżultati tal-għażla tal-proġetti u tal-linji baġitarji, b'mod li jkun jista' jseħħ il-monitoraġġ adegwat estern tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet il-kbar ma jingħatawx preferenza fuq il-kontropartijiet iżgħar u anqas stabbiliti sew tagħhom, f'termini ta' applikanti għall-programm;

7.  Ikompli jesprimi tħassib li Erasmus+ huwa perċepit miż-żgħażagħ u mill-pubbliku ġenerali prinċipalment bħala programm għall-edukazzjoni għolja; jirrakkomanda, għaldaqstant, li tingħata aktar importanza biex tiżdied il-viżibilità fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali tas-setturi differenti li l-persuni jistgħu japplikaw għalihom, inkluż fuq livell skolastiku tal-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni għolja internazzjonali, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, l-edukazzjoni għall-adulti, iż-żgħażagħ u l-isport u l-volontarjat kif ukoll b'enfasi fuq il-possibilità ta' proġetti trasversali, b'mod partikolari permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi dwar il-kontenut tal-programmi kollha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif ukoll lill-aġenziji tal-UE bħaċ-Cedefop, biex itejbu l-kwalità, l-aċċessibilità u l-ugwaljanza fl-aċċess tal-programmi ta' mobilità ETV sabiex dawn jagħtu valur miżjud lill-parteċipanti kollha f'termini ta' kwalifiki, rikonoxximent u kontenut, u biex jiġi żgurat li jiġu introdotti standards ta' kwalità għall-programmi ta' apprendistati;

9.  Jinnota l-iżbilanċi bejn l-Istati Membri dwar il-kriterji ta' ammissjoni għall-programm Erasmus+; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li r-regoli tal-programm jiġu applikati b'mod armonizzat madwar l-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jiġu rispettati standards komuni ta' kwalità u prattiki proċedurali, u b'hekk tiġi żgurata l-koerenza interna u esterna ta' Erasmus+ u jiġi pożizzjonat bħala programm tassew Ewropew; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida Ewropej għall-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ għall-aġenziji nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali, li għandhom ikunu parti integrali tal-proċess ta' monitoraġġ, biex jiffokaw ukoll fuq l-istabbiliment jew il-faċilitazzjoni ta' forum għal djalogu kostruttiv bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-edukazzjoni u l-politiki tax-xogħol f'kull Stat Membru; iħeġġeġ bil-qawwa koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji sabiex iqabblu l-proġetti li jittrattaw kwistjonijiet simili;

10.  Jindika l-Erasmus+ bħala strument importanti għat-titjib tal-kwalità tal-ETV madwar l-UE; jenfasizza l-fatt li l-ETV u l-mobilità tal-ETV ta' kwalità inklużiva għandhom rwol ekonomiku u soċjali kruċjali fl-Ewropa, f'suq tax-xogħol li qiegħed jinbidel rapidament, bħala mezz biex jipprovdu liż-żgħażagħ u lill-adulti bil-ħiliet professjonali u tal-ħajja meħtieġa biex issir it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol; jenfasizza li l-ETV u l-mobilità tal-ETV għandhom irawmu opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha, inklużi n-nisa li huma sottorappreżentati fl-ETV u persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli inklużi r-Rom, iż-żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabilitajiet, l-abitanti ta' żoni remoti, l-abitanti tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-migranti; jissuġġerixxi wkoll li tingħata attenzjoni lill-benefiċjarji bi kwalifiki baxxi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom u b'hekk tittejjeb il-kapaċità tal-programmi li jilħqu lill-udjenza fil-mira;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-opportunitajiet ta' taħriġ barra l-pajjiż għall-ETV u biex iqisu l-ETV bħala l-aqwa għażla biex jinstab impjieg u tinbeda karriera promettenti, jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini kollha ta' kull età, u jipprovdu fondi xierqa peress li l-fondi mwarrba għall-ETV mhumiex proporzjonali(8) mal-għadd ta' applikanti potenzjali għall-programmi ta' mobilità disponibbli; jappoġġja bil-qawwa l-promozzjoni effiċjenti u l-inkoraġġiment tal-mobilità ETV fost in-nisa, u jqis li għandhom jiġu stabbiliti miri ambizzjużi mill-Istati Membri f'dan ir-rigward u l-progress għandu jkun immonitorjat b'mod strett;

12.  Jirrileva li qed issir ridefinizzjoni tal-impjiegi u l-ħiliet, speċjalment minħabba li għaddejja tranżizzjoni lejn ekonomija aktar diġitalizzata li minnha qed jitfaċċaw ħtiġijiet kummerċjali ġodda, u setturi orjentati lejn il-futur; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-programm Erasmus+ jirrifletti din ir-realtà;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi regolarment il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal ħlas ta' somom f'daqqa għall-ivvjaġġar u s-sussistenza, sabiex ikun żgurat li jissodisfaw l-ispejjeż tal-ħajja reali u biex jiġi evitat dejn ikkawżat minn perjodu ta' taħriġ, u għalhekk biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni u l-abbandun ta' nies li għandhom inqas mezzi finanzjarji u/jew ħtiġijiet speċjali;

14.  Jirrileva l-importanza ta' riżultati ċari mit-tagħlim u deskrizzjonijiet ta' impjieg speċifiċi għall-esperjenzi ta' xogħol f'pajjiż ieħor fil-kuntest tal-programm tal-Erasmus+ għal studenti, trainees, apprendisti u voluntiera; jenfasizza li t-tħejjija tal-kandidati qabel l-esperjenzi internazzjonali tagħhom hija parti integrali tal-attività u jeħtieġ li tinkludi sessjonijiet ta' gwida għall-karriera u korsijiet tal-lingwa, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ ta' integrazzjoni soċjali u kulturali, inkluża komunikazzjoni bejn il-kulturi li trawwem il-parteċipazzjoni tal-persuni fis-soċjetà u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom; meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fit-titjib tal-impjegabilità taż-żgħażagħ, iqis li għandhom isiru aktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+; jilqa' l-fatt li l-ħiliet fil-lingwi barranin tal-parteċipanti fil-proġetti tal-Erasmus+ se jittejbu, inklużi lingwi ġirien li jistgħu iżidu l-mobilità u l-impjegabilità fis-suq tax-xogħol transfruntier; iqis li l-korsijiet tal-lingwa għal parteċipanti tal-mobilità li jiġu f'pajjiż jistgħu jitwasslu b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi u l-kumpaniji ospitanti, u jiġu adattati għall-qasam ta' studju jew traineeship;

15.  Jirrikonoxxi li, fir-rigward tar-rati għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'ċerti Stati Membri, l-objettiv ewlieni ta' Erasmus+ huwa li jħejji liż-żgħażagħ għall-impjieg; fl-istess ħin jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa għall-ħarsien tal-istatus ta' attivitajiet barra mill-iskola, it-taħriġ vokazzjonali u l-istudju fi ħdan il-programm Erasmus+;

16.  Jenfasizza li preċedentement, Erasmus u Leonardo kienu primarjament immirati lejn żgħażagħ b'livelli ogħla ta' ħiliet u b'għażliet ta' aċċess għas-suq tax-xogħol aħjar u ma rnexxielhomx jilħqu lill-aktar vulnerabbli; jiġbed l-attenzjoni lejn l-objettiv tal-UE li jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-faqar; jenfasizza li l-persuni li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, li huma grupp ta' individwi b'riskju għoli ta' faqar u qgħad, għandhom ikunu fil-mira tal-Istati Membri b'mod qawwi, fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; jenfasizza li l-programmi għal dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien ma jistgħux ikunu l-ETV ġenerali standard jew programmi ta' skambju iżda għandhom jiffukaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, fuq aċċess faċli u finanzjament sempliċi flimkien ma' ambjenti ta' tagħlim informali jew mhux formali;

17.  Ifakkar lill-Kummissjoni li n-nies b'diżabilitajiet, bħall-persuni neqsin mis-smigħ, għandhom ħtiġijiet speċjali, u għalhekk jeħtieġu finanzjament adegwat u appoġġ xieraq, bħal dak li joffru l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali, u aċċess għal aktar informazzjoni u għotja raġonevoli biex ikunu jistgħu jaċċedu għall-programm Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex tintroduċi miżuri ulterjuri sabiex tagħti lill-persuni b'diżabilità aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli għall-programmi ta' boroż ta' studju kollha fil-qafas tal-Erasmus+; iqis li jkun utli, jekk ikun hemm bżonn, li jinħatru l-hekk imsejħa "coaches" fi ħdan l-aġenziji nazzjonali mmirati biex jagħtu pariri dwar l-aħjar allokazzjoni possibbli ta' finanzjament;

18.  Iqis li hemm fejn isir progress fil-promozzjoni tax-xogħol taż-żgħażagħ, l-attivitajiet artistiċi u kulturali, il-parteċipazzjoni politika, l-edukazzjoni tal-adulti u l-isport tal-massa;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, u lill-Istati Membri japprovaw, qafas ta' kwalità għall-apprendistati u proposta dwar mobilità akbar għall-apprendisti biex jiġi żgurat sett ta' drittijiet għall-apprendisti, l-internati, it-trainees u l-istudenti tal-ETV sabiex jiġi żgurat li jkunu protetti b'mod xieraq u li dawn il-programmi ta' mobilità qatt ma jissostitwixxu l-kuntratti standard tal-impjieg; jitlob li jkun hemm traineeships u internships ta' kwalità u remunerati, u jitlob li l-Istati Membri jirrappurtaw is-sitwazzjonijiet meta l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompiti jew id-drittijiet ta' benefiċjarji tal-Erasmus+ jiġu miksura;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex toħloq kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u l-partijiet interessati ewlenin (l-awtoritajiet lokali/reġjonali, is-sħab soċjali, is-settur privat, ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ, il-faċilitajiet tal-ETV, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) sabiex tittejjeb ir-responsività tas-sistemi ta' edukazzjoni u tal-ETV għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ġenwini, u biex jiġi ggarantit li din il-kooperazzjoni tiġi riflessa fil-Programm Erasmus+; jemmen li l-involviment attiv tal-benefiċjarji u tal-partijiet interessati kollha fit-tfassil, l-organizzazzjoni, il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm jiżgura l-vijabilità, is-suċċess u l-valur miżjud tiegħu;

21.  Jitlob li ssir promozzjoni akbar ta' programmi ta' mobilità għal livelli avvanzati ta' edukazzjoni għolja sabiex tiġi żgurata mobilità bejn ċentri Ewropej tar-riċerka u tiġi żviluppata aktar il-mira li l-universitajiet Ewropej isiru internazzjonali;

22.  Iħeġġeġ bil-qawwa aktar trasparenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kwalità tal-feedback lill-applikanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li jkun hemm sistema effettiva ta' feedback biex il-benefiċjarji tal-programm jirrapportaw lura lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe irregolarità li huma jkunu jistgħu jidentifikaw fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+; Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb u żżid il-fluss ta' informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm u l-korpi nazzjonali; iħeġġeġ lill-aġenziji nazzjonali u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, bl-għan li titjieb l-implimentazzjoni tal-programm, biex jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ għall-evalwaturi, u biex jiġu organizzati laqgħat regolari mal-benefiċjarji u żjarat tal-proġetti;

23.  Jenfasizza li, minħabba l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (2008/C111/01), sar titjib fir-rikonoxximent u l-validazzjoni tas-sistemi ta' diplomi, kwalifiki, krediti, ċertifikati ta' ħiliet, akkreditazzjoni tal-kompetenzi fl-edukazzjoni u l-ETV, iżda jinnota li għad hemm il-problemi; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-kompetenzi u l-kwalifiki żviluppati permezz tal-esperjenza ta' mobilità internazzjonali fi kwalunkwe ambjent – ambjent ta' tagħlim formali, traineeship ta' kumpaniji jew volontarjat u attività għaż-żgħażagħ – ikunu dokumentati kif suppost, validati, rikonoxxuti u magħmula komparabbli fis-sistema nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tirriforma u tagħmel progress lejn it-tisħiħ tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki mir-rakkomandazzjoni attwali għal strument aktar b'saħħtu sabiex ikun appoġġjat il-moviment ħieles; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sistematiku u jkomplu jiżviluppaw l-istrumenti Ewropej eżistenti bħall-Europass, il-Youthpass u l-ECVET; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' kwalifiki tal-ETV konġunti li jistgħu jiżguraw ir-rikonoxximent internazzjonali tal-kwalifiki; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ u f'waqtu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali;

24.  Jirrileva li l-volontarjat huwa espressjoni ta' solidarjetà, libertà u responsabilità li tikkontribwixxi għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva u għall-żvilupp tal-bniedem; iqis li l-volontarjat huwa wkoll għodda essenzjali għall-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni, kif ukoll għat-taħriġ, l-edukazzjoni u d-djalogu interkulturali, filwaqt li jagħmel kontribut importanti għat-tixrid tal-valuri Ewropej; jemmen li s-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) għandu jiġi rikonoxxut għar-rwol tiegħu fit-trawwim tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi li jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess tal-parteċipanti tal-SVE fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti għall-voluntiera u jimmonitorjaw jekk jiġux rispettati bis-sħiħ il-kuntratti li taħthom jaħdmu l-voluntiera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-parteċipanti fis-Servizz Volontarju Ewropew qatt ma jitqiesu jew jintużaw bħala sostituzzjoni għax-xogħol;

25.  Jenfasizza li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti jippromwovu ħiliet bażiċi u ħiliet personali bħall-kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma rilevanti għas-suq tax-xogħol kif ukoll il-benesseri fix-xogħol u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jirrimarka li l-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim għall-adulti għandhom rwol kruċjali biex jilħqu lill-gruppi żvantaġġati tas-soċjetà u jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet li jappoġġjawhom biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jsibu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, jew li jtejbu s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom, kif ukoll jikkontribwixxu għal Ewropa aktar demokratika;

26.  Jinnota l-isfidi soċjetali l-ġodda u l-kontenut tal-impjiegi li jinsab f'evoluzzjoni kontinwa; Ifakkar li l-programm Erasmus+ iħejji wkoll liż-żgħażagħ għax-xogħol u jqis li għandu jkun hemm attenzjoni speċjali fuq bidla minn kompetenzi speċifiċi għax-xogħol għal ħiliet personali, il-promozzjoni tal-akkwist ta' settijiet ta' ħiliet trasversali u trasferibbli u ta' kompetenzi bħall-intraprenditorjat, l-għarfien tal-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskju u t-teħid ta' riskju, kif ukoll kompetenzi soċjali u ċiviċi li huma ta' rilevanza għolja għas-suq tax-xogħol; iqis li dan għandu jinkludi wkoll il-benesseri fuq il-post tax-xogħol, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-integrazzjoni ta' persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà;

27.  Meta wieħed iqis l-importanza tal-multilingwiżmu fiż-żieda tal-impjegabilità taż-żgħażagħ(9), iqis li għandhom isiru iktar sforzi għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-multilingwiżmu fil-programm Erasmus+;

28.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ, jew finanzjarju jew permezz ta' inċentivi fiskali, lill-SMEs li joffru taħriġ vokazzjonali skont il-programm Erasmus+;

29.  Jemmen li l-kejl tal-kwalità għandu jkun importanti daqs il-kejl kwantitattiv; jitlob it-tfassil ta' kejl ta' kwalità fil-kuntest tal-programm Erasmus+;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien dwar l-istrument tal-Erasmus+ bħala mezz ta' titjib tal-ħiliet tal-individwi, billi jagħtihom dimensjoni miżjuda li għandha tiżgura l-aħjar approċċ għal dan l-istrument sabiex tiġi garantita l-effikaċja tiegħu, u eliminat ir-riskju li sempliċiment isir esperjenza tal-ħajja;

31.  Jappoġġja mobilità akbar fl-edukazzjoni u fil-programmi ta' apprendistat u l-perjodi ta' traineeship taħt il-programmi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, bl-għan li jittaffew il-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-iżbilanċi ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tagħmel disponibbli statistika aġġornata u twettaq studji ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, b'mod partikolari r-rata ta' użu fost iż-żgħażagħ, maqsuma skont ir-reġjun u l-ġeneru, l-impatt li kellu fuq l-impjegabilità, kif ukoll it-tip u r-rata tal-impjieg, u l-impatt fuq is-salarji u kif jistgħu potenzjalment jittejbu; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet li għalihom xi pajjiżi qed japplikaw għal aktar mobilità tal-ETV, fejn id-differenza bejn is-sessi hija l-akbar u r-raġunijiet għal din id-differenza, jew fejn hemm aktar applikanti b'diżabilità, u tfassal pjan dwar kif iżżid l-involviment ta' pajjiżi oħra; jistieden għalhekk lill-aġenziji nazzjonali fl-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib fuq l-iskambju ta' informazzjoni u statistika; isostni li r-riżultati tal-istudji u l-istatistika għandhom jiġu inklużi u kkunsidrati fir-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss tal-Erasmus+;

33.  Ifakkar li fi żmien ta' kriżi partikolari fir-rigward tal-valuri fundamentali tal-UE, l-istrument Erasmus+ jista' jipprovdi opportunità fundamentali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni, tal-fehim u tas-solidarjetà fost iż-żgħażagħ; jitlob għaldaqstant sabiex l-integrazzjoni taż-żgħażagħ tiġi promossa permezz ta' għarfien ta' kulturi u tradizzjonijiet differenti, u r-rispett reċiproku u kruċjali tagħhom;

34.  Jipproponi li l-Kummissjoni żżomm l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali bħala wieħed mill-objettivi tal-programm futur Erasmus+ fil-perjodu finanzjarju li jmiss (wara l-2020), inkluża l-mobilità, u inklużi l-elementi li ġejjin bħala parti mill-programm:

(i)  il-valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ta' miżuri eżistenti li jippromwovu l-intraprenditorija permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-adattament potenzjali tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati;

(ii)  il-promozzjoni ta' kontenut u għodod tat-tagħlim definiti aħjar għall-edukazzjoni formali u mhux formali mmirati lejn l-istudenti kollha – kemm moduli teoretiċi kif ukoll prattiċi, bħal proġetti intraprenditorjali tal-istudenti;

(iii)  il-promozzjoni ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-intrapriżi, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, sabiex jitfasslu korsijiet xierqa u l-istudenti jingħataw l-esperjenza prattika u l-mudelli rekwiżiti;

(iv)  l-iżvilupp ta' ħiliet fl-oqsma tal-proċessi intraprenditorjali, il-litteriżmu finanzjarju, l-għarfien u l-ħiliet tal-ICT, il-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi u mentalità innovattiva, l-awtostima, l-adattabilità, il-bini tal-ispirtu ta' tim, il-ġestjoni ta' proġetti, il-valutazzjoni tar-riskji u t-teħid ta' riskju, kif ukoll ħiliet u għarfien speċifiċi tan-negozju;

(v)  l-enfasi fuq it-tagħlim mhux formali u informali bħala ambjent privileġġat fejn jistgħu jinkisbu kompetenzi intraprenditorjali;

35.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jieħdu sehem akbar fil-programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ u jippromwovuh aktar fost iż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu għal proġetti intraprenditorjali, sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu esperjenza barra minn pajjiżhom u jiksbu ħiliet ġodda li jgħinuhom iwettqu l-pjanijiet intraprenditorjali tagħhom;

36.  Iħeġġeġ bil-qawwa t-tagħlim bejn il-pari b'segwitu għall-istudju, it-taħriġ u l-esperjenza ta' xogħol barra minn pajjiżhom sabiex iżidu l-impatt ta' Erasmus+ fuq il-komunitajiet lokali; jirrileva li l-iskambju ta' prattiki tajbin huwa vitali biex tittejjeb il-kwalità tal-proġetti taħt il-programm Erasmus+; jilqa' l-pjattaforma Erasmus+ għat-tixrid tar-riżultati tal-proġetti u jitlob għal approċċ aktar b'saħħtu għall-kondiviżjoni ta' prattiki tajba u skambji internazzjonali ta' fehmiet għal aġenziji nazzjonali, sħab u benefiċjarji tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għall-applikanti tal-programm biex isibu sħab internazzjonali, billi jiġu żviluppati l-pjattaformi ta' użu faċli għall-utent li jikkombinaw l-informazzjoni pubblika dwar id-diversi benefiċjarji u l-proġetti tagħhom;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tottimizza l-prestazzjoni u l-faċilità tal-użu għall-utent tal-għodod tal-IT, bħall-Mobility Tool, jew pjattaformi oħra ta' appoġġ tal-IT bħall-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE), biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji tal-programm jisfruttaw bis-sħiħ l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll jippromwovu l-kollaborazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-gwida tal-programm u tagħmilha aktar faċli għall-utent u li tinftiehem, kif ukoll biex tiżviluppa fuljetti ta' informazzjoni speċifika dwar kull waħda mill-azzjonijiet ewlenin; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissimplifika l-proċess ta' applikazzjoni f'termini ta' piżijiet amministrattivi;

39.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet ta' tagħlim għall-adulti permezz ta' żvilupp professjonali kontinwu u opportunitajiet ta' mobilità għall-għalliema, il-mexxejja tal-skejjel, min iħarreġ, u persunal edukattiv ieħor; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, b'mod partikolari l-użu effettiv tal-ICT fit-tagħlim għall-adulti, għal titjib fir-riżultati tat-tagħlim; jenfasizza l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

40.  Jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti pilota bħall-"Qafas Ewropew għall-mobilità tal-apprendisti: l-iżvilupp taċ-ċittadinanza Ewropea u l-ħiliet permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol", bl-għan li jiġu implimentati skemi ta' mobilità ta' apprendisti transfruntiera kosteffiċjenti bejn l-istituzzjonijiet tal-ETV, kumpaniji u/jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif ukoll li jirrikonoxxi u jivvalida formalment ir-riżultati tat-tagħlim u jappoġġja r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, u "Il-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali - Mobilità aħjar taż-żgħażagħ", immirat lejn it-titjib tal-mobilità taż-żgħażagħ fit-taħriġ vokazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq implimentazzjoni effettiva taż-żewġ proġetti pilota u l-integrazzjoni tagħhom fit-tul fil-programm Erasmus+;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu appoġġ strutturali akbar u aktar fit-tul ta' Organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport fil-forma ta' għotjiet operattivi, peress li huma l-organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim u spazji ta' parteċipazzjoni liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki Ewropej;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra soluzzjoni xierqa għas-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ta' livell Ewropew ibbażati fi Brussell li japplikaw għall-fondi minn aġenziji nazzjonali Belġjani;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Yana Toom, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Georges Bach, Amjad Bashir, Sergio Gutiérrez Prieto, Csaba Sógor, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn

(1)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(2)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(3)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(4)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(5)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(6)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(7)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/study/2014/erasmus-impact_en.pdf

(8)

Skont il-Kummissjoni, fl-2016, minħabba nuqqas ta' finanzjament, ir-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet eliġibbli għall-mobilità tal-ETV taħt il-Programm Erasmus+ kienet ta' 42 %. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar tul is-snin, fl-2014 ir-rata ta' suċċess kienet ta' 54 % u fl-2015 kienet ta' 48 %. Minkejja li l-finanzjament disponibbli żdied kemxejn matul is-snin, id-domanda kibret ferm aktar malajr, iżda r-riżorsi limitati ta' Erasmus+ ma jippermettux li l-finanzjament ilaħħaq mad-domanda.

(9)

Rapport tax-Xjenza u l-Politika tal-JRC dwar il-Lingwi u l-Impjegabilità, 2015


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

5.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dietmar Köster, Ernest Maragall, Liliana Rodrigues

Avviż legali