Proċedura : 2016/0202(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0007/2017

Testi mressqa :

A8-0007/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2017 - 7.6

Testi adottati :

P8_TA(2017)0034

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 578kWORD 52k
26.1.2017
PE 592.339v02-00 A8-0007/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

(11018/2016 – C8-0391/2016 – 2016/0202(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur għal opinjoni: Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

(11018/2016 – C8-0391/2016 – 2016/0202(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11018/2016),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness għall-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (11019/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0391/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0007/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim"), li għandu 32 firmatarju u li daħal fis-seħħ fl-1980, jelimina d-dazji tal-importazzjoni fuq kull inġenju tal-ajru, ħlief inġenji tal-ajru militari, kif ukoll fuq il-prodotti l-oħra kollha koperti mill-Ftehim – inġenji tal-ajru ċivili, il-komponenti u s-sottoassemblaġġi kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili, u s-simulaturi tat-titjiriet.

Il-Ftehim fih Anness ("l-Anness dwar il-Prodotti Koperti"), li jelenka l-prodotti li għandhom jingħataw trattament ta' eżenzjoni mid-dazju. Il-prodotti fl-Anness huma kklassifikati skont l-intestaturi tariffarji rispettivi tagħhom fil-qafas tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija ("is-Sistema Armonizzata"), żviluppata mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali.

Sa mill-adozzjoni tal-Ftehim, ġew adottati verżjonijiet differenti tas-Sistema Armonizzata, b'mod partikolari fl-2007 meta ġiet adottata verżjoni ġdida tas-Sistema Armonizzata. Għaldaqstant, f'Novembru 2015, il-Kumitat dwar l-Inġenji tal-Ajru Ċivili adotta protokoll li jemenda dan l-Anness tal-Ftehim, sabiex jittrasponi l-bidliet introdotti fil-verżjoni tal-2007 tas-"Sistema Armonizzata".

Il-protokoll ikopri kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-politika kummerċjali komuni u l-emenda tikkonċerna aġġornament tekniku ta' ftehim internazzjonali; il-bażi ġuridika għal din id-deċiżjoni hija l-Artikolu 218(6)(a) li jipprevedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Ir-rapporteur hija favur l-approvazzjoni tal-Protokoll propost li jemenda l-Anness dwar il-Prodotti Koperti tal-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2015) li jemenda l-Anness dwar il-Prodotti Koperti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

Referenzi

11018/2016 – C8-0391/2016 – COM(2016)04402016/0202(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

28.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

TRAN

1.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

31.8.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Edouard Ferrand, Seán Kelly, Adam Szejnfeld, Ramon Tremosa i Balcells

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea

Data tat-tressiq

26.1.2017

Avviż legali