Proċedura : 2016/0205(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0009/2017

Testi mressqa :

A8-0009/2017

Dibattiti :

PV 15/02/2017 - 4
CRE 15/02/2017 - 4

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2017 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0030

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 655kWORD 66k
30.1.2017
PE 593.835v01-00 A8-0009/2017

dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Artis Pabriks

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (29.11.2016)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Charles Tannock

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) se jsaħħaħ b'mod konsiderevoli r-relazzjonijiet UE-Kanada u jirrappreżenta strument importanti fl-isforzi tal-UE biex issawwar l-istandards tal-kummerċ globali fis-seklu XXI.

Il-Kanada u l-UE jaqsmu flimkien impenn qawwi favur id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ liberali u miftuħ u l-multilateraliżmu. Il-Kanada ilha mill-1996 sieħba strateġika tal-UE kif ukoll alleata importanti fix-xena internazzjonali. Il-Kanada u l-UE kkollaboraw mill-qrib fuq sfidi globali bħat-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-enerġija, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-migrazzjoni furzata. Il-Kanada tikkontribwixxi regolarment għall-missjonijiet ċivili u militari tal-UE fil-qafas tal-PSDK u hija alleata importanti fi ħdan in-NATO. Il-konklużjoni tas-CETA jkun sinjal qawwi tal-importanza u tal-vitalità kontinwi tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, f'perjodu li fih iż-żewġ reġjuni qed iħarsu b'attenzjoni dejjem akbar lejn l-Asja u lejn reġjuni oħra tad-dinja.

Is-CETA huwa l-ftehim ta' kummerċ ħieles l-aktar modern li l-UE qatt innegozjat. Fih kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli, ix-xogħol u l-ambjent li jinkludu impenji ambizzjużi fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent u tad-drittijiet tal-ħaddiema. Il-ftehim jinkludi wkoll miżuri maħsuba biex jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-impriżi, tat-trade unions, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet soċjali u ambjentali u tal-ftehim b'mod ġenerali. Barra minn hekk, is-CETA rrivoluzzjona l-mod kif jiġi riżolt it-tilwim bejn l-investitur u l-Istat. Sistema ġurisdizzjonali ġdida u permanenti għall-investimenti, bi mħallfin nominati mill-awtoritajiet Ewropej u Kanadiżi u b'mekkaniżmu ta' appell, se tieħu post is-sistema l-antika tal-arbitraġġ. Is-CETA jkun għalhekk jirrappreżenta pass essenzjali lejn kummerċ globali aktar ekwu, ġust u bbażat fuq regoli. F'perjodu meta l-fatt li potenzi ġodda jinbtu fix-xena dinjija jixħet dejjem aktar dubji fuq il-kapaċità tal-Punent li jiddefinixxi n-normi u l-istandards globali, jekk jiġi konkluż is-CETA r-rwol tal-UE bħala attur globali fundamentali jissaħħaħ.

Is-CETA huwa akkumpanjat minn ftehim ta' sħubija strateġika (FSA), maħsub biex jintensifika l-kooperazzjoni bilaterali f'setturi bħall-politika estera u ta' sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata, l-iżvilupp sostenibbli, ir-riċerka u l-kultura. Flimkien, iż-żewġ ftehimiet se jippermettu lir-relazzjonijiet UE-Kanada jsiru saħansitra aktar sodi, għall-ġid taċ-ċittadini fuq iż-żewġt ixtut tal-Atlantiku. Fid-dawl tan-negozjati kummerċjali mal-Istati Uniti u mal-Messiku, is-CETA jirrappreżenta l-ewwel pass lejn żona usa' ta' kummerċ ħieles fl-Atlantiku tat-Tramuntana.

Fid-dawl tal-vantaġġi politiċi u ekonomiċi li joħorġu mis-CETA jekk jiġi konkluż b'suċċess u tal-kontribut pożittiv tiegħu għar-regoli tal-kummerċ globali, ir-rapporteur jipproponi li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jirrakkomanda l-approvazzjoni ta' dan il-ftehim.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

Referenzi

10975/2016 – C8-0438/2016 – COM(2016)04432016/0205(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.11.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Charles Tannock

8.9.2016

Eżami fil-kumitat

14.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

12

14

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Jean-Luc Mélenchon, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Soraya Post, Igor Šoltes, Renate Sommer, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Reimon


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (8.12.2016)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra

(10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

Rapporteur: Georgi Pirinski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-riżultat aħħari determinanti tas-CETA għandu jkun il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, żidiet ibbilanċjati fil-pagi u possibbiltajiet estiżi tal-intraprenditorija. Madankollu, rigward il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, l-evidenza empirika bbażata fuq mudelli tad-dinja reali tindika xejn iktar minn żieda ġenerali marġinali tal-impjieg fl-UE ta' mhux aktar minn 0.018 % fuq perjodu ta' implimentazzjoni ta' bejn 6 u 10 snin. Barra minn hekk, studji reċenti li jużaw dawn il-mudelli bassru t-telf effettiv ta' 204 000 impjieg fl-UE kollha kemm hi, li jinkludu 45 000 fi Franza, 42 000 fl-Italja u 19 000 fil-Ġermanja. Apparti dan kollu, il-Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibilità tal-2011 turi spostamenti settorjali sinifikanti, li eventwalment iwasslu għal żidiet fil-qgħad fit-tul.

Rigward il-pagi, l-evidenza turi li l-ftehim jikkontribwixxi biex titwessa' d-differenza bejn id-dħul ta' ħaddiema bla kwalifiki u ħaddiema tas-sengħa u b'hekk jiżdiedu l-inugwaljanzi u t-tensjonijiet soċjali. Barra minn hekk, qed jiġu previsti effetti konsiderevoli ta' ridistribuzzjoni li jikkonċernaw l-introjtu nazzjonali, li għall-UE jammontaw għal żieda ta' 0.66 % favur is-sidien tal-kapital, biex b'hekk ikomplu japprofondixxu d-distakki soċjali.

Il-ftehim ma fih l-ebda kapitolu wieħed b'miżuri speċifiċi biex jappoġġaw lill-SMEs. Bħalissa hemm 20.9 miljun SME fl-UE (93 % b'anqas minn 10 impjegati), iżda 619 000 biss jesportaw 'il barra mill-UE. Fl-ambjent liberalizzat maħluq bis-CETA, dawn l-SMEs se jkunu esposti għall-forza kollha tal-kompetizzjoni mill-korporazzjonijiet transnazzjonali mill-Amerika ta' Fuq, li se jipperikola d-90 miljun impjieg (67 % tat-total tal-impjiegi) li huma qed jipprovdu.

Minkejja l-fatt li s-CETA fih kapitolu speċjali dwar il-kummerċ u x-xogħol, hemm disparità ċara bejn il-livelli ta' protezzjoni previsti għall-investituri u għall-interessi u d-drittijiet tax-xogħol. L-istatus privileġġjat mogħti lil investituri bis-sistema ICS jikkuntrasta bil-qawwi mal-mekkaniżmu ta' konsultazzjonijiet, maħsub biex jipproteġi l-interessi u d-drittijiet tax-xogħol.

Barra minn hekk, il-Kanada s'issa għadha ma rratifikatx il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv u għad m'għandhiex sistema ta' sanzjonijiet għal każijiet ta' ksur tad-drittijiet u tar-regolamenti tax-xogħol u soċjali.

Fl-iffaċilitar tal-kummerċ Tramuntana-Tramuntana, hemm effett ippruvat ta' devjazzjoni tal-kummerċ lil hinn mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'dan il-każ primarjament il-pajjiżi Afrikani. Dan huwa partikolarment ta' ħsara, minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi promossa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030 bħala l-uniku mezz biex jingħelbu l-inugwaljanzi li qed jintensifikaw bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw u biex jiġu miġġielda l-pressjonijiet tal-migrazzjoni li qed jiżdiedu b'ħeffa.

Hemm dubji serji kontinwi dwar il-kompatibbiltà tal-klawsola tal-ICS mal-liġi eżistenti tal-UE kif ukoll mal-prinċipju tal-applikazzjoni proviżorja.

Għalhekk, iħoss il-bżonn li jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali biex ma japprovax il-ftehim.

******

Il-Kumitat għall-Impjiegi u għall-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada fuq naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

Referenzi

10975/2016 – C8-0438/2016 – COM(2016)04432016/0205(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.11.2016

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Georgi Pirinski

9.11.2016

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

24

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Georges Bach, Deirdre Clune, Karima Delli, Tania González Peñas, Edouard Martin, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Monika Vana, Tom Vandenkendelaere, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Hannu Takkula


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (13.1.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(10975/2016 – C8-0438/2016 – 2016/0205(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Bart Staes

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

Referenzi

10975/2016 – C8-0438/2016 – COM(2016)04432016/0205(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

24.11.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bart Staes

10.11.2016

Data tal-adozzjoni

12.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

24

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Nicola Caputo, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Anne-Marie Mineur, Gabriele Preuß, Jasenko Selimovic, Bart Staes, Tibor Szanyi, Mihai Ţurcanu, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Jussi Halla-aho, Heidi Hautala, Anja Hazekamp, Sajjad Karim, Sorin Moisă, Evelyn Regner, Jana Žitňanská

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10975/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada (CETA), minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10973/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207(4), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0438/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0009/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.


NOTA SPJEGATTIVA

In-negozjati bejn l-UE u l-Kanada dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA), imnedija matul is-Summit bejn l-UE u l-Kanada fi Praga fis-6 ta' Mejju 2009, ġew konklużi fis-Summit bejn l-UE u l-Kanada f'Ottawa fis-26 ta' Settembru 2014. Matul ir-reviżjoni legali, konkluża fid-29 ta' Frar 2016, saru wkoll tibdiliet ulterjuri, b'mod partikolari fil-kapitolu dwar l-investiment.

Is-CETA huwa l-ewwel ftehim ta' kummerċ ħieles li l-UE laħqet ma' ekonomija stabbilita maġġuri oħra tal-OECD. Huwa wkoll l-aktar ftehim ambizzjuż li kemm l-UE u kemm il-Kanada qatt ikkonkludew. Bis-CETA il-kumpaniji Ewropej se jieħdu l-aħjar trattament li l-Kanada qatt offriet lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali, u b'hekk se jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fis-suq Kanadiż għall-kumpaniji tal-UE.

Il-Kanada hija sieħba kummerċjali u ta' investiment b'saħħitha għall-Unjoni Ewropea. Il-Kanada hija sieħba strateġika wkoll li magħha l-UE taqsam storja bbażata fuq valuri u interessi komuni. Fost is-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE, il-Kanada hija kklassifikata fit-12-il post. Għall-Kanada, l-UE hija t-tieni sieħba kummerċjali l-aktar importanti (wara l-Istati Uniti). Il-Kanada hija wkoll ir-raba' l-akbar investitur fl-UE. Fl-2015 l-UE importat prodotti mill-Kanada b'valur ta' EUR 28,3 biljun, filwaqt li esportat prodotti b'valur ta' EUR 35,2 biljun, ċifra li hija mistennija tiżdied b'aktar minn 20 % meta l-ftehim jiġi implimentat bis-sħiħ.

Il-kummerċ tal-merkanzija Mill-bidu nett, is-CETA se telimina d-dazji doganali kważi kollha, għal valur ta' EUR 400 miljun għal prodotti li joriġinaw fl-UE. Madankollu, hemm xi restrizzjonijiet għall-aċċess għas-suq ħieles, inklużi xi prodotti agrikoli, servizzi pubbliċi, servizzi awdjoviżivi u servizzi tat-trasport. Bosta prodotti agrikoli meqjusa bħala sensittivi jew se jiġu offruti bħala kwoti (il-ħalib) jew inkella esklużi kompletament (il-laħam tat-tjur u l-bajd).

Minbarra t-tnaqqis fit-tariffi, il-ftehim jipprovdi miżuri oħra li għandhom jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-produtturi, bħalma huma r-rikonoxximent reċiproku tal-hekk imsejħa "ċertifikati ta' valutazzjoni tal-konformità" għal firxa wiesgħa ta' prodotti, minn prodotti li jaħdmu bl-elettriku għall-ġugarelli. Jekk, pereżempju, kumpanija tal-UE tkun tixtieq tesporta l-ġugarelli, se jkollha bżonn tħalli l-prodotti tagħha jiġu ttestjati darba waħda biss, fl-Ewropa, sabiex tikseb ċertifikat validu għall-Kanada, u b'hekk tiffranka l-ħin u l-flus.

Il-kummerċ tas-servizzi Is-CETA se jipprovdi aċċess għas-suq ġdid u mtejjeb għall-fornituri ta' servizzi Ewropej f'setturi varji li fihom il-kumpaniji tal-UE huma mexxejja dinjija, fosthom is-servizzi marittimi, it-telekomunikazzjonijiet u l-inġinerija, jew is-servizzi ambjentali u l-kontabilità. Se tkun eħfef għall-fornituri ta' servizzi biex jivvjaġġaw bejn l-UE u l-Kanada biex jikkomunikaw mal-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, is-CETA se jistabbilixxi qafas għas-simplifikazzjoni tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, bħal fil-każ tal-periti.

Dan il-ftehim jimmarka l-ewwel darba li l-UE qablet li tiftaħ l-aċċess għas-suq fis-settur tas-servizzi abbażi ta' lista negattiva: dan ifisser li s-swieq kollha tas-servizzi huma liberalizzati ħlief dawk espliċitament esklużi. L-esklużjonijiet jinkludu servizzi pubbliċi bħalma huma l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u servizzi soċjali oħra, kif ukoll id-distribuzzjoni tal-ilma, is-servizzi awdjoviżivi u ċerti servizzi bl-ajru.

L-akkwist pubbliku Il-Kanada fetħet l-offerti pubbliċi tagħha għall-kumpaniji tal-UE ħafna aktar milli għamlet ma kwalunkwe sieħeb kummerċjali ieħor tagħha. Il-kumpaniji tal-UE se jkunu jistgħu jitfgħu offerti biex jipprovdu prodotti u servizzi mhux biss fil-livell federali iżda wkoll fil-provinċji u l-muniċipalitajiet Kanadiżi – dawn se jkunu l-ewwel kumpaniji mhux Kanadiżi li se jkunu jistgħu jagħmlu dan. Id-daqs tas-suq tal-akkwist pubbliku provinċjali tal-Kanada huwa stmat li hu d-doppju ta' dak federali. Barra minn hekk, il-Kanada qablet ukoll li żżid it-trasparenza billi tippubblika l-offerti pubbliċi tagħha kollha f'sit elettroniku wieħed iddedikat għall-akkwist pubbliku. L-aċċess għall-informazzjoni huwa wieħed mill-akbar ostakoli għall-kumpaniji żgħar biex ikollhom aċċess għas-swieq internazzjonali, u dan se jkun ta' importanza partikolari għall-SMEs fl-Ewropa.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ)

Interess offensiv importanti għall-UE fin-negozjati kummerċjali kien li jkun hemm aktar protezzjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-prodotti speċjalizzati ta' valur ogħla bħalma huma l-Beyerisches Bier mill-Ġermanja jew il-Mortadella Bologna mill-Italja. Fl-aħħar, il-Kanada qablet li tipprovdi protezzjoni għal aktar minn 140 IĠ Ewropea ta' prodotti tal-ikel u xorb f'livell ekwivalenti għal dak ipprovdut fl-UE. Is-CETA se jiżgura li jkunu biss il-prodotti ġenwini li jistgħu jinbigħu fil-Kanada taħt dawk l-ismijiet. Lista ta' dawn l-IĠ hija inkluża fl-Anness 20A tal-Ftehim, u magħha jistgħu jiżdiedu xi IĠ oħra aktar tard.

L-investiment Is-CETA kien l-ewwel ftehim ekonomiku tal-UE wara t-Trattat ta' Lisbona li kien fih kapitolu sħiħ dwar l-investiment, inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment. Wara dibattitu pubbliku intens u pożizzjoni ċara fil-Parlament Ewropew kontra l-ISDS (soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati), il-Kummissjoni ressqet approċċ ġdid għall-protezzjoni tal-investiment f'Settembru 2015, li intlaqa' bis-sħiħ mill-Gvern Kanadiż. Is-CETA jintroduċi sistema ġdida ta' Qorti tal-Investiment u regoli mtejba dwar il-protezzjoni tal-investiment. Din tiggarantixxi d-dritt tal-gvernijiet tal-UE li jirregolaw fl-interess taċ-ċittadini tagħhom, filwaqt li xorta jħeġġu l-investituri barranin billi jipproteġu l-investimenti tagħhom. Din is-sistema l-ġdida tagħmel ukoll is-soluzzjoni ta' tilwim dwar l-investiment aktar ġusta u aktar trasparenti. Isservi bħala pass importanti lejn l-għan aħħari tal-UE li jkun hemm Qorti tal-Investiment globali.

Strument interpretattiv konġunt

Fi żmien l-iffirmar, il-Kanada u l-UE u l-Istati Membri tagħha adottaw strument interpretattiv konġunt. Dan l-istrument jipprevedi, fis-sens tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna

dwar il-Liġi tat-Trattati, dikjarazzjoni dwar dak li l-partijiet qablu f'għadd ta' dispożizzjonijiet tas-CETA li kienu s-suġġett ta' dibattitu u tħassib pubbliċi u jipprovdi interpretazzjoni komuni tagħha. Dan jinkludi l-impatt tas-CETA fuq l-abbiltà tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim, u fuq l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tax-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent. Bħala tali, l-istrument huwa parti integrali mill-ftehim.

Konklużjoni

Il-Kanada hija l-aktar ekonomija żviluppata li s'issa l-UE qatt innegozjat ftehim ta' kummerċ ħieles magħha. Il-ftehim finali jirrappreżenta eżitu bilanċjat u komprensiv ta' valur ekonomiku sinifikanti għall-UE, kompletament konformi ma' dak li kien stipulat fil-mandat ta' negozjar u r-riżoluzzjoni li adotta l-Parlament Ewropew(1). Se jgħin biex jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-impjiegi, li tant huma meħtieġa, filwaqt li jiġu osservati kompletament l-istandards għoljin tal-Ewropa f'oqsma bħalma huma s-sikurezza tal-ikel, il-ħarsien tal-ambjent u d-drittijiet tax-xogħol. Il-ftehim jinkludi ħafna affarijiet ġodda: l-eżiti dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jew dwar l-aċċess tas-suq għall-bastimenti jew għal ċerti servizzi marittimi qatt ma ngħataw qabel mill-Kanada lil sieħeb kummerċjali. Fl-istess ħin, ir-riżultat jipproteġi wkoll l-interessi sensittivi speċjali tal-UE, partikolarment fis-settur tal-biedja jew tas-servizzi pubbliċi.

Lil hinn mill-aspetti ekonomiċi, il-ftehim huwa wkoll ta' importanza ġeopolitika, peress li se jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u wieħed mill-eqreb alleati tagħna.

Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda bis-sħiħ li tingħata l-approvazzjoni għal dan il-ftehim.

(1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

Referenzi

10975/2016 – C8-0438/2016 – COM(2016)04432016/0205(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

31.10.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

21.11.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.11.2016

EMPL

24.11.2016

ENVI

24.11.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Artis Pabriks

13.7.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.8.2016

12.10.2016

10.11.2016

29.11.2016

 

23.1.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

15

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Bendt Bendtsen, Edouard Ferrand, Seán Kelly, Ramon Tremosa i Balcells

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea

Data tat-tressiq

30.1.2017

Avviż legali