Proċedura : 2015/0272(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0013/2017

Testi mressqa :

A8-0013/2017

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 4
CRE 14/03/2017 - 4
PV 16/04/2018 - 21
CRE 16/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2017 - 6.5
CRE 14/03/2017 - 6.5
PV 18/04/2018 - 12.8

Testi adottati :

P8_TA(2017)0069
P8_TA(2018)0113

RAPPORT     ***I
PDF 1026kWORD 107k
30.1.2017
PE 580.560v01-00 A8-0013/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

(COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Simona Bonafè

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

(COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0593),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li ssostni li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0013/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, ikun żgurat użu prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, u jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Ekonomija ċirkolari nadifa, effikaċi u sostenibbli teħtieġ it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi mill-prodotti fl-istadju tad-disinn u f'dan il-kuntest l-ekonomija ċirkolari għandha tirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jitolbu l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tiffoka fuq il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari nadifa u tevita l-possibbiltà ta' riskju kbir ta' telf futur fil-fiduċja tal-pubbliku u tas-suq f'materjal riċiklat, filwaqt li jinħoloq wirt bla tmiem. Il-piż prinċipali għar-riċiklaturi huwa l-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-materjal. Il-fokus tal-UE għandu jkun li dawn is-sustanzi perikolużi jitneħħew mill-prodotti u l-iskart, u mhux li tiġi pperikolata s-saħħa pubblika u l-ambjent billi ċerti klassijiet ta' negozji jew prodotti jiġu eżentati minn rekwiżiti ta' sikurezza u billi jkun impossibbli li fil-futur jiġu identifikati dawk il-materjali kkontaminati.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  Hemm bżonn tiġi żgurata l-ġestjoni effikaċi u b'konsum baxx ta' enerġija tal-materja prima sekondarja, u għandha tingħata prijorità lil sforzi fir-R&Ż fid-dawl ta' dak l-objettiv. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra li tressaq proposta dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart biex tappoġġja l-ħolqien ta' suq tal-Unjoni ta' materja prima sekondarja.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c)  Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew billi jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.

Ġustifikazzjoni

Ir-REACH ma japplikax għal skart, kif iddikjarat fl-Artikolu 2(2) "skart kif definit fid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhuwiex sustanza, taħlita jew oġġett fis-sens tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament".

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  F'dawn l-aħħar snin ix-xenarju industrijali nbidel b'mod sostanzjali minħabba l-progress teknoloġiku u żieda fil-flussi globali tal-merkanzija. Dawn il-fatturi joħolqu sfidi ġodda għall-immaniġġjar u t-trattament ambjentalment responsabbli tal-iskart li għandu jiġi indirizzat b'taħlita ta' sforzi ta' riċerka akbar u ta' għodod regolatorji mmirati. L-obsolexxenza ppjanata hija kwistjoni li dejjem qed tikber, intrinsikament kontradittorja mal-għanijiet ta' ekonomija ċirkolari, u għaldaqstant għandha tkun indirizzata bl-għan li tinqered permezz ta' sforz komuni tal-partijiet interessati prinċipali kollha, l-industrija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet regolatorji.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

(3)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' riżorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta dwar il-ġestjoni tal-iskart huwa kruċjali għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni, l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġbir separat ta' Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) jiġi segwit bi trattament xieraq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-kunċett ta' ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa standards komuni għat-trattament ta' WEEE, kif stipulat mid-Direttiva 2012/19/UE.

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex ikunu żgurati l-paragunabbiltà tad-dejta u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati f'dawn id-Direttivi, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(4)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex ikunu żgurati l-paragunabbiltà tad-dejta u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati f'dawn id-Direttivi, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta li tkun żviluppat il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitjiebu l-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta fl-UE kollha, flimkien mal-metodi ta' kalkolu komuni eżistenti għat-tliet direttivi kkonċernati l-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija komuni għall-ġbir tad-dejta u l-ipproċessar tagħha.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli u jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  Il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tapplika bħala ordni ta' prijorità fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart. Dik il-ġerarkija għaldaqstant tapplika fil-kuntest tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Waqt li jikkonformaw mal-għan ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u jiżguraw l-implimentazzjoni prattika ta' dawn il-prijoritajiet.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Peress li hemm ħtieġa dejjem akbar biex jiġi ġestit u riċiklat l-iskart fl-Unjoni, f'konformità mal-ekonomija ċirkolari, jenħtieġ li ssir enfasi biex jiġi żgurat li vjeġġ ta' skart ikun f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti tad-dritt ambjentali, b'mod partikolari mal-prinċipju ta' prossimità, il-prijorità tal-irkupru u l-awtosuffiċjenza. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex il-każ li jiġi introdott punt uniku ta' servizz għall-proċedura amministrattiva għal vjeġġi ta' skart, bl-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi illegali tal-iskart."

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE fir-rigward tal-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri dwar l-użu mill-ġdid u l-irkupru ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw u għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE fir-rigward tal-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti għall-ġbir u l-irkupru tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ tiżdied premessa standard dwar is-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  Sabiex jiġu stabbiliti l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta għall-batteriji u l-akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skont ir-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu4 tad-Direttiva75/442/KEE, u b'konformità mar-rekwiżiti minimi tekniċi stipulati fl-AnnessI ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent."

"1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skont il-prijoritajiet għall-ġerarkija tal-iskart u r-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu4 tad-Direttiva75/442/KEE, u b'konformità mar-rekwiżiti minimi tekniċi stipulati fl-AnnessI ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent."

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u ċ-ċertezza legali bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, hemm ħtieġa kbira ta' referenza għall-ġerarkija tal-iskart fl-Artikoli 1, 6 u 7.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 1d ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawha b'mod elettroniku fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

1c.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1d, ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1ca.  Fir-rapport, il-Kummissjoni tista' tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistipulaw il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1a. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1da.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u fid-dawl tal-objettivi tal-politika u l-inizjattivi tal-Unjoni dwar l-ekonomija ċirkolari. Għandha ssir enfasi speċjali fuq vjeġġi ta' vetturi użati li jkun suspettat li huma vetturi li m'għadhomx jintużaw. Għal dan l-iskop, għandhom jintużaw il-Linji Gwida tal-Korrispondenti 9 dwar vjeġġi ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 9a

Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 22a

Dejta

1.  Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont l-Artikoli 10 u 12 għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika tal-kwalità.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format tar-rappurtar."

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 23 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

(-1a)  Fl-Artikolu 23, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Reviżjoni"

"Rappurtar u rieżami"

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.

1.  Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016 u darba kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3a.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt. Dak ir-rieżami għandu jqis l-objettivi u l-inizjattivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari, kif ukoll l-iżvilupp tekniku ta' tipi ġodda ta' batteriji li ma jużawx sustanzi perikolużi, b'mod partikolari ebda metall tqil u metalli oħrajn jew joni tal-metall. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva."

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 23aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 23aa

Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1)  Fl-Artikolu 8, paragrafu 5, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"Għall-għanijiet ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta' kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur.

"Għall-għanijiet ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu standards minimi ta' kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur."

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(-1a)   Fl-Artikolu 8, paragrafu 5, is-subparagrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)."

"Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’konformità mal-mandat fid-Direttiva 2012/19/UE, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu standards minimi ta’ kwalità. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)."

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 5d ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawha b'mod elettroniku fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta mingħand l-atturi kollha li jiġbru jew li jittrattaw il-WEEE tiġi rrappurtata. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

5c.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1d, ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5ca.  Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-intier tagħha kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 5a. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistipulaw il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 5a. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5da.  Matul ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 5c, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u fid-dawl tal-impenn tal-Unjoni li tagħmel it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni u l-miri tagħha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u fid-dawl tal-objettivi u l-inizjattivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri speċifiċi għar-riżorsi, b'mod partikolari għal materja prima kritika. Jekk ikun xieraq, dak ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 16a

Strumenti biex titrawwem bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

(1)

ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)

ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.

NOTA SPJEGATTIVA

L-għan ta' din il-proposta huwa li tissimplifika l-obbligi tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-obbligi ta' rappurtar biex dawn jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tar-rappurtar fid-Direttiva Qafas dwar l-iskart, id-Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u d-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma. Din il-proposta għandha l-għan ukoll li tallinja d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija mat-Trattat ta' Lisbona.

B'mod ġenerali r-rapporteur taqbel mal-objettivi ta' din il-proposta u hija tal-fehma li l-verifika tal-implimentazzjoni tal-miri għandha tkun ibbażata fuq dejta soda u affidabbli. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-effikaċja tal-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni. L-emendi għandhom l-għan li jsaħħu l-kwalità tad-dejta permezz tal-introduzzjoni ta' verifika tal-kwalità fid-Direttiva dwar il-Batteriji. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa wkoll metodoloġija komuni għall-ġbir, l-organizzazzjoni u l-ipproċessar tad-dejta f'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika biex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta' dejta ta' kwalità. L-emendi għandhom ukoll l-għan li jikkonservaw l-obbligu li l-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi kif ukoll dwar l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Fir-rapporti ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-partijiet essenzjali tad-Direttivi, inklużi l-miri, jeħtiġux jiġu riveduti sabiex il-leġiżlazzjoni tibqa' adatta għall-iskop tagħha. Jekk tinħass il-ħtieġa ta' titjib jew ta' aktar ambizzjoni, ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi. Ġew anke introdotti emendi biex it-test jiġi allinjat mal-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid tas-16 ta' April 2016.

Peress li l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), il-batteriji u l-vetturi li m'għadhomx jintużaw (ELV) huma soġġetti għal domanda dejjem akbar li twassal għal skart varjat ta' prodotti li m'għadhomx jintużaw u peress li dan l-iskart huwa sors ta' materjali prezzjużi u skarsi, fil-futur qrib it-tliet Direttivi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami sħiħ fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt xierqa u fid-dawl tal-ekodisinn, il-bżonn li tiġi rkuprata aktar materja prima sekondarja, l-iżvilupp teknoloġiku kif ukoll l-objettivi u l-inizjattivi tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (20.10.2016)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

(COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Telička

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ġdid dwar l-ekonomija ċirkolari, li fih il-pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u erba' proposti leġiżlattivi dwar l-iskart. L-għan ta' din il-proposta leġiżlattiva hu li tistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-iskart inklużi miri għall-miżbliet, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, li għandhom jintlaħqu sal-2030. Il-proposta tistabbilixxi wkoll pjan fuq terminu twil ambizzjuż u kredibbli għall-attivitajiet ta' ġestjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ.

Għalkemm il-Kumitat ITRE ddeċieda li jaqsam il-pakkett f'erba' fajls separati, dawn huma marbuta mill-qrib. Ħafna mill-bidliet rigward l-istatistika u d-definizzjonijiet ta' skart huma ppreżentati fi ħdan id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (WFD), filwaqt li l-miri u l-obbligi bbażati fuq dawn id-definizzjonijiet jew fuq statistika huma ppreżentati fi tliet Direttivi oħra. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza fost il-fajls kollha.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta riveduta tal-KE, peress li tirrappreżenta approċċ usa', aktar olistiku u kif ukoll aktar realistiku. Ir-rappurtar affidabbli tad-data statistika dwar il-ġestjoni tal-iskart huwa tassew kruċjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri u għal ġestjoni tal-iskart effiċjenti fl-UE. Bla dubju, huwa meħtieġ aktar titjib f'dan il-qasam. Il-miri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu ambizzjużi, iżda realistiċi u li jistgħu jintlaħqu mill-Istati Membri kollha, inkella l-UE tiffaċċja r-riskju ta' frammentazzjoni tas-Suq Intern u ta' żvilupp f'dan il-qasam li ma jkunx inklużiv u għaldaqstant ma jkunx uniformi. Viżjoni fuq terminu twil b'għanijiet ambizzjużi biżżejjed hija l-mod xieraq kif għandna nimxu 'l quddiem. Madankollu, ir-Rapporteur għad għandu dubji dwar il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti miri irrispettivament mill-adegwatezza tagħhom. Barra minn hekk, wara l-ġbir ta' data affidabbli u komparabbli, ikun meħtieġ li jiġu rieżaminati l-miri u l-ambizzjonijiet sa livell xieraq. Ir-Rapporteur jiddispjaċih ukoll li l-proposta kollha hi nieqsa minn enfasi fuq l-edukazzjoni u l-informazzjoni li għandha tkun fil-qalba tat-trasformazzjoni.

L-għan tad-Direttivi Emendatorji dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku hu li jissimplifika l-obbligu tar-rappurtar għall-Istati Membri. Il-pożizzjoni tar-Rapporteur hija li tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni għall-Istati Membri u l-impriżi b'tali mod li ma timponix fuqhom obbligi ulterjuri bla bżonn u toħloq kundizzjonijiet ekwi bejn il-parteċipanti fis-suq. Mhux mixtieq li tinħoloq regolamentazzjoni ġdida addizzjonali, iżda pjuttost li jinħoloq ambjent għan-negozji, li fih jistgħu japplikaw l-aktar soluzzjonijiet ambjentalment effiċjenti kif ukoll kosteffiċjenti, f'konformità mal-istrateġija fuq terminu twil. L-Istati Membri għandhom joħolqu kundizzjonijiet xierqa inkluż inċentivi fiskali u appoġġ ta' simbjożi industrijali biex jinħolqu tali kundizzjonijiet biex il-manifatturi jkunu jistgħu jissodisfaw ir-responsabilitajiet tagħhom. Ir-Rapporteur, madankollu, huwa mħasseb dwar jekk il-proposta tal-Kummissjoni dwar batteriji u akkumulaturi hix se twassal għal dawn il-konklużjonijiet.

Jekk l-UE trid li realistikament tikkunsidra bidla lejn Ekonomija Ċirkolari, huwa meħtieġ li tinħoloq infrastruttura adegwata u suq miftuħ għat-trasport u l-ġestjoni tal-iskart fl-UE. S'issa dan għadu ma ħadimx u fil-futur jista' jsir ostaklu għall-ġestjoni effiċjenti tal-iskart fl-UE. Għalhekk ir-Rapporteur qed jipproponi li l-Kummissjoni għandha teżamina x-xewqa li jiġi introdott punt uniku ta' servizz għall-proċedura amministrattiva għal vjeġġi tal-iskart, bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u titħaffef il-proċedura.

Element importanti ieħor tal-qafas huwa t-trattament tal-Iskart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) wara li jkun inġabar b'mod separat. Ġbir separat tal-WEEE ma jagħmilx sens jekk ma jiġix segwit minn trattament adegwat. Xi wħud mill-Istati Membri tal-UE diġà introduċew standards obbligatorji għat-trattament tal-WEEE (is-serje EN 50625), ir-Rapporteur jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tagħmel il-konformità mas-serje EN 50625 dwar it-trattament tal-WEEE waħda obbligatorja.

Ir-Rapporteur jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni għall-esportazzjoni ta' prodotti kkunsidrati bħala skart elettroniku u materja prima sekondarja (il-WEEE iżda wkoll skart tal-metall, plastik, eċċ.) barra l-UE. L-UE għandha tiffoka fuq il-monitoraġġ ta' trattament u riċiklaġġ ta' tali materjali barra mit-territorju tagħha, kif imsemmi fid-WFD, iżda wkoll fuq l-esportazzjoni illegali ta' din il-materja prima lejn pajjiżi terzi, li hija primarjament kwistjoni ta' infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-iskart ma tipprovdix spazju biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tindirizza dan fir-reviżjoni tar-Regolament dwar vjeġġi ta' skart u l-leġiżlazzjoni relatata, bl-għan li tipprevjeni l-esportazzjoni barra l-UE u tiffoka fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali. Huwa pożittiv li l-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq aktar proposti f'oqsma bħall-ekodisinn jew l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi, li jistgħu jgħinu fit-tnaqqis tal-esportazzjoni illegali tal-iskart elettroniku.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 2) tat-TUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tittejjeb il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, tiġi promossa ekonomija aktar ċirkolari, tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-ġestjoni effikaċi u b'konsum baxx ta' enerġija tal-materja prima sekondarja, u għandha tingħata prijorità lil sforzi fir-riċerka u l-iżvilupp lejn dak l-għan. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra li tressaq proposta dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart biex tappoġġja l-ħolqien ta' suq tal-Unjoni ta' materja prima sekondarja.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Ix-xenarju industrijali inbidel b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar snin minħabba l-progress teknoloġiku u żieda ta' flussi globali tal-merkanzija. Dawn il-fatturi joħolqu sfidi ġodda għall-ġestjoni u t-trattament ambjentalment responsabbli tal-iskart li għandu jiġi indirizzat b'taħlita ta' sforzi ta' riċerka akbar u ta' għodod regolatorji mmirati. L-obsolexxenza ppjanata hija kwistjoni li dejjem qed tikber, intrinsikament kontradittorja mal-għanijiet ta' ekonomija ċirkolari, u għaldaqstant għandha tkun indirizzata bl-għan li tinqered permezz ta' sforz komuni tal-partijiet interessati prinċipali kollha, l-industrija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet regolatorji.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

(3)  Id-data statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabilità u l-komparabilità tal-istatistika għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija armonizzata għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data u billi jiġi introdott punt ta' dħul uniku għad-data kollha dwar l-iskart, li għandha tkun l-Eurostat, u billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-data li għandu jiġi bbażat fuq format armonizzat. Ir-rappurtar affidabbli tad-data statistika komparabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għall-implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-komparabilità tad-data fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jkunu qed iħejju r-rapporti ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir separat ta' Skart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) jiġi segwit bi trattament xieraq. Jekk ikunu biss uħud mill-operaturi tat-trattament tal-WEEE iżda mhux kollha li jkollhom operazzjonijiet tat-trattament tal-WEEE kif suppost, ir-riskji ambjentali se jiżdiedu. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tat mandat lill-Kummissjoni biex tiżviluppa standards komuni għat-trattament tal-WEEE (is-serje EN 50625). Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u mal-kunċett ta' ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha toħroġ att ta' implimentazzjoni sabiex dawn l-istandards isiru legalment vinkolanti.

_____________________

1a Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test fis-seħħ

Emenda

(4)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex ikunu żgurati l-paragunabbiltà tad-dejta u kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati f'dawn id-Direttivi, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tapplika bħala ordni ta' prijorità fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart. Dik il-ġerarkija għaldaqstant tapplika fil-kuntest tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Waqt li jikkonformaw mal-għan ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u jiżguraw l-implimentazzjoni prattika ta' dawn il-prijoritajiet.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva għandu jkun aktar faċli u inqas għali li l-iskart jiġi ttrasportat madwar l-Unjoni, bi proċeduri aktar sempliċi għan-negozji, filwaqt li jinżammu l-istandards ambjentali. Il-Kummissjoni għandha tindirizza dan meta tkun qed tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

______________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b)  Billi hemm ħtieġa dejjem tikber biex jiġi ġestit u riċiklat l-iskart fi ħdan l-Unjoni, f'konformità mal-ekonomija ċirkolari, għandha ssir enfasi biex jiġi żgurat li l-vjeġġ ta' skart ikun f'konformità mal-prinċipji u l-ħtiġiet tad-dritt ambjentali, b'mod partikolari mal-prinċipju ta' prossimità, il-prijorità tal-irkupru u l-awtosuffiċjenza. Il-Kummissjoni għandha teżamina x-xewqa li jiġi introdott punt uniku ta' servizz għall-proċedura amministrattiva għal vjeġġi ta' skart, bl-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi illegali ta' skart.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

L-Artikolu 8(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu informazzjoni ta' żarmar għal kull tip ta' vettura ġdida mpoġġija fis-suq fi żmien sitt xhur wara li l-vettura tpoġġiet fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tidentifika, sakemm hija meħtieġa mill-faċilitajiet ta' trattament biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-komponenti u materjali ta' vetturi differenti, u l-post fejn ikunu s-sustanzi perikolużi fil-vetturi, partikolarment biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7."

"3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu informazzjoni ta' żarmar għal kull tip ta' vettura ġdida introdotta fis-suq fi żmien sitt xhur wara li l-vettura tkun ġiet introdotta fis-suq, f'forma elettronika. Din l-informazzjoni għandha tidentifika, sa fejn hija meħtieġa mill-faċilitajiet ta' trattament biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-komponenti u materjali ta' vetturi differenti, u l-post fejn ikunu s-sustanzi perikolużi fil-vetturi, partikolarment biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7."

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu -1a (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 8a

Strumenti biex tiġi promossa bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari.

1.  Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti ekonomiċi jew miżuri oħra elenkati fl-Anness IIa.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istrumenti speċifiċi jew miżuri oħra stabbiliti skont il-paragrafu 1 sa ... [niżżel id-data tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin wara dik id-data."

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2000/53/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1a sa 1d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2). Għandhom jirrappurtaw din id-data b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tinġabar u tiġi pproċessata permezz ta' metodoloġija armonizzata biex tiżgura li jkunu komparabbli u tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1d, li se jappoġġja l-objettivi ta' użu mill-ġdid u data miftuħa. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1b.  Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità.

1b.  Id-data li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità. Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat.

1c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

1c.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabilità, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-data u d-disponibilità ta' data miftuħa. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal sa disa' xhur wara l-ewwel rappurtar ta' data mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).".

1d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-metodoloġija armonizzata għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data u l-format għar-rappurtar komparabbli tad-data skont il-paragrafu 1a u l-format għar-rapport tal-kontrolli ta' kwalità kif imsemmi fil-paragrafu 1b. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).".

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiżdied l-Anness IIa kif ġie stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jsiru barra mill-Istat Membru kkonċernat jew barra mill-Komunità, basta li l-vjeġġi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l- 1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (1).

"1.  Mingħajr ma wieħed jinjora l-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u l-impatt ambjentali tat-trasport, it-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jsiru barra mill-Istat Membru kkonċernat jew barra mill-Komunità, basta li l-vjeġġi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjaġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (1).

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi illegali ta' iskart."

__________________

__________________

(1) ĠU L 30. 6.2.1993, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(1) ĠU L 30. 6.2.1993, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 21a

Strumenti biex tiġi promossa bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

1.  Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti ekonomiċi jew miżuri oħra elenkati fl-Anness IVa.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istrumenti speċifiċi jew miżuri oħra stabbiliti skont il-paragrafu 1 sa ... [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin wara dik id-data."

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 22a

Il-ġbir, l-ipproċessar u r-rappurtar ta' dejta

1.  Id-data li jirrapporta l-Istat Membru skont l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12 għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika tal-kwalità.

2.  Il-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data u l-format tar-rappurtar għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2)."

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(ba)  il-punt li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 2:

‘(ba)  l-evoluzzjoni tal-miżuri adottati għat-trattament tal-iskart kollu ta' batteriji u akkumulaturi portabbli, inkluża ħarsa ġenerali lejn kif jiġu applikati l-aqwa tekniki disponibbli;";

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Anness IVa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Jiżdied l-Anness IVa kif ġie stabbilit fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(-1)   L-Artikolu 4 jinbidel b'li ġej:

"L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, inkluża d-Direttiva 2009/125/KE, jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi, dawk li jsewwu u dawk li jirriċiklaw u miżuri li jippromwovu d-disinn u l-produzzjoni ta' EEE, notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw it-tiswija, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċiliaw l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-WEEE stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE jiġu applikati u produtturi ma jipprevenux, permezz ta' karatteristiċi speċifiċi ta' disinn jew proċessi ta' manifattura, l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta' disinn jew proċessi ta' manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta' sikurezza."

L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-funzjonament korrett tas-suq intern u dwar id-disinn tal-prodott, inkluża d-Direttiva 2009/125/KE, jinkoraġġixxu kooperazzjoni bejn il-produtturi, min isewwi u min jirriċikla u miżuri li jippromwovu d-disinn u l-produzzjoni ta' EEE, notevolment fid-dawl li jiffaċilitaw it-tiswija u l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali tagħhom, u li jeskludu l-inkorporazzjoni fil-prodott ta' kwalunkwe tekniki ta' obsolexxenza ppjanati. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ir-rekwiżiti tal-ekodisinn li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-WEEE stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE jiġu applikati u l-produtturi ma jipprevenux, permezz ta' karatteristiċi speċifiċi ta' disinn jew proċessi ta' manifattura, it-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-WEEE, għajr jekk karatteristiċi speċifiċi ta' disinn jew proċessi ta' manifattura ta' dan it-tip jippreżentaw vantaġġi importanti, pereżempju, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u/jew ta' sikurezza."

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

(-1a)   Fl-Artikolu 5(2), l-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)  jitwaqqfu sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u distributuri jirritornaw skart ta' dan it-tip għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni;

“(a)  jiġu stabbiliti sistemi li jippermettu li d-detenturi finali u d-distributuri jirritornaw tali skart għall-inqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibilità għolja u aċċessibilità faċli u regolari tal-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir, filwaqt li jqisu b'mod partikolari d-densità tal-popolazzjoni;".

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 6 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

(-1b)  Fl-Artikolu 6, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Ir-rimi u t-trasport tal-WEEE miġbur

"L-użu tal-WEEE miġbur".

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(-1c)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir u t-trasport tal-WEEE miġbur b'mod separat jitwettaq b'tali mod li jippermetti kundizzjonijiet ottimali għall-preparazzjoni tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-restrizzjoni ta' sustanzi perikolużi.

Sabiex jimmassimizzaw il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jippromwovu li, qabel kull trasferiment ulterjuri, l-iskemi jew faċilitajiet ta' ġbir, jipprovdu, fejn meħtieġ, għas-separazzjoni fil-punti ta' ġbir tal-WEEE, li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament, partikolarment billi jingħata aċċess għal persunal miċ-ċentri tal-użu mill-ġdid.

Sabiex jimmassimizzaw il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jippromwovu li, qabel kull trasferiment ulterjuri, l-iskemi jew faċilitajiet ta' ġbir, jipprevedu, fejn meħtieġ, is-separazzjoni fil-punti ta' ġbir tal-WEEE, li għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid minn WEEE ieħor miġbur separatament, partikolarment billi jingħata aċċess għal persunal miċ-ċentri tal-użu mill-ġdid.

Wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u l-impatt ambjentali tat-trasport u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipju tar-"responsabilità tal-produttur", l-aċċess għal WEEE miġbur separatament permezz ta' operaturi ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid lokali għandu jiġi promoss."

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1d (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

(-1d)   Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jistabbilixxu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa teknika disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta' ġbir jew trattament, jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII."

“3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jew operaturi terzi preżenti fis-suq jistabbilixxu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa teknika disponibbli, u li dawn jipprovdu informazzjoni effiċjenti għall-irkupru għall-istabbilimenti jew impriżi li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet ta' trattament. Is-sistemi jistgħu jiġu stabbiliti minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta' ġbir jew trattament, jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII."

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1e (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1e)  Fl-Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Għall-għanijiet ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu iwaqqfu standards minimi ta' kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur.

Għall-għanijiet ta' protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards minimi ta' kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur. Huma għandhom jippubblikaw dawn l-istandards.";

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1f (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(-1f)  Fl-Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu jitħassar.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1g (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(-1g)  Fl-Artikolu 8(5), ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).";

"Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu standards minimi ta' kwalità, ibbażati partikolarment fuq is-serje EN 50625 tal-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej bħala rispons għall-mandat stabbilit fid-Direttiva 2012/19/UE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).";

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1h (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1h) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  L-operazzjoni ta’ trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew barra mill-Unjoni sakemm il-vjeġġ tal-WEEE ikun f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni għall-irkupru ta' ċerti tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax.

“1.  Mingħajr ma wieħed jinjora l-prijoritajiet tal-ġerarkija tal-iskart u l-impatt ambjentali tat-trasport, l-operazzjoni ta' trattament tista' ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew barra mill-Unjoni sakemm il-vjeġġ tal-WEEE ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni għall-irkupru ta' ċerti tipi ta' skart elenkati fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta' movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (2).

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi illegali ta' iskart."

_________________

____________________

(2) ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

(2) ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 16 – paragrafu 5a sa 5d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

5a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4). Għandhom jirrappurtaw din id-data b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tinġabar, tiġi pproċessata u rrapportata permezz ta' metodoloġija armonizzata u fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5d, li għandu jappoġġja l-objettivi ta' użu mill-ġdid u data miftuħa. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

5b.  Id-data li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità.

5b.  Id-data li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità. Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat.

5c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

5c.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll is-sħuħija, l-affidabilità, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-data u d-disponibilità ta' data miftuħa. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal sa disa' xhur wara l-ewwel rappurtar ta' data mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 5a. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).";

5d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-metodoloġija armonizzata għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data u l-format għar-rappurtar tad-data skont il-paragrafu 5a u l-format għar-rapport tal-kontrolli ta' kwalità kif imsemmi fil-paragrafu 5b. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 17a

Strumenti biex tiġi promossa bidla lejn ekonomija aktar ċirkolari

1.   Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti ekonomiċi jew miżuri oħra elenkati fl-Anness Xa.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istrumenti speċifiċi jew miżuri oħra stabbiliti skont il-paragrafu 1 sa ... [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u kull ħames snin wara dik id-data."

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

"Anness Xa

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Jiżdied l-Anness Xa kif ġie stabbilit fl-Anness III għal din id-Direttiva.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Anness I (ġdid)

Direttiva 2000/53/KE

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

Dan l-Anness IIa hu miżjud mad-Direttiva 2000/53/KE:

"Anness IIa

Strumenti li jippromwovu l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u bidla lejn ekonomija ċirkolari

1.   Strumenti ekonomiċi:

1.1.  żieda progressiva ta' taxxi u/jew tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet għall-kategoriji kollha ta' skart (skart muniċipali, skart inert u skart ieħor);

1.2.  introduzzjoni jew żieda ta' taxxi u/jew tariffi fuq l-inċinerazzjoni;

1.3.  skemi ta' appoġġ dirett fuq il-prezz għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ;

1.4.  internalizzazzjoni ta' esternalitajiet pożittivi u negattivi marbuta mar-riċiklaġġ u mal-materja prima primarja;

1.5.  introduzzjoni ta' VAT baxxa jew b'rata żero fuq it-tiswija, il-materjali għat-tiswija u l-bejgħ ta' prodotti użati;

1.6.  estensjoni progressiva għat-territorju sħiħ tal-Istati Membri tas-sistemi "ħallas skont kemm tarmi" li jinċentivaw il-produtturi tal-iskart muniċipali biex inaqqsu, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-iskart tagħhom;

1.7.  imposti ekoloġiċi jew tariffi avvanzati fuq ir-rimi li għandhom japplikaw għall-prodotti fejn programmi estiżi ta' responsabilità tal-produtturi mhumiex fis-seħħ;

1.8.  miżuri li jtejbu l-kosteffiċjenza tal-iskemi ta' responsabilità estiża tal-produttur, kemm dawk attwali kif ukoll dawk li ġejjin;

1.9.  għajnuna fl-investiment fi proġetti li jippromwovu l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart;

1.10  estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi tar-responsabilità tal-produtturi għal flussi ġodda ta' skart;

1.11.  sistemi tar-redditu mid-depożitu u sistemi oħrajn li jinċentivaw il-produtturi tal-iskart muniċipali u operaturi ekonomiċi biex inaqqsu, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-iskart tagħhom;

1.12.  inċentivi ekonomiċi għall-awtoritajiet lokali biex jippromwovu l-prevenzjoni, u biex jiżviluppaw u jintensifikaw l-iskemi tal-ġbir separat;

1.13.  miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur tal-użu mill-ġdid;

1.14.  kriterji ekoloġiċi għall-akkwist pubbliku li jippromwovu l-ġerarkija tal-iskart;

1.15.  miżuri li jneħħu b'mod gradwali sussidji dannużi li ma jkunux konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart;

1.16.  inċentivi li jippromwovu t-tfassil u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jevitaw l-iskart, bħal oġġetti li jistgħu jissewwew.

2.  Miżuri oħra:

2.1.  projbizzjoni speċifika għall-inċinerazzjoni ta' skart riċiklabbli;

2.2.  restrizzjonijiet tas-suq għal prodotti u imballaġġ li jintużaw darba biss u li mhumiex riċiklabbli;

2.3.  miżuri tekniċi u fiskali li jappoġġjaw l-iżvilupp tas-swieq għal prodotti użati mill-ġdid u materjali riċiklati (inklużi komposti) ħalli titjieb il-kwalità tal-materjali riċiklati;

2.4.  miżuri inklużi rifużjonijiet tat-taxxa u/jew eżenzjonijiet mit-taxxa;

2.5.  miżuri li jżidu l-għarfien pubbliku dwar il-ġestjoni adegwata tal-iskart u t-tnaqqis tar-rimi, inklużi kampanji ad hoc li jiżguraw tnaqqis tal-iskart mis-sors u livell għoli ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' ġbir separat;

2.6.  miżuri li jiżguraw koordinazzjoni xierqa, inkluż permezz ta' mezzi diġitali, bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha involuti fil-ġestjoni tal-iskart, u l-involviment ta' partijiet interessati ewlenin oħrajn;

2.7.  użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart li hemm bżonn biex jintlaħqu l-miri rilevanti;

2.8.  użu ta' Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment sabiex tiġi ffinanzjata l-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

2.9.  ħolqien ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni biex jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-industriji, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u wkoll bejn l-Istati Membri;

2.10.  introduzzjoni ta' kontenut riċiklat minimu fil-prodotti;

2.11.  kwalunkwe alternattiva rilevanti jew miżuri addizzjonali li jimmiraw li jilħqu l-istess għan."

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Anness II (ġdid)

Direttiva 2006/66/KE

Anness IVa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness II

Dan l-Anness IVa hu miżjud mad-Direttiva 2006/66/KE:

"Anness IVa

Strumenti li jippromwovu l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u bidla lejn ekonomija ċirkolari

1.   Strumenti ekonomiċi:

1.1.  żieda progressiva ta' taxxi u/jew tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet għall-kategoriji kollha ta' skart (skart muniċipali, skart inert u skart ieħor);

1.2.  introduzzjoni jew żieda ta' taxxi u/jew tariffi fuq l-inċinerazzjoni;

1.3.  skemi ta' appoġġ dirett fuq il-prezz għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ;

1.4.  internalizzazzjoni ta' esternalitajiet pożittivi u negattivi marbuta mar-riċiklaġġ u mal-materja prima primarja;

1.5.  introduzzjoni ta' VAT baxxa jew b'rata żero fuq it-tiswija, il-materjali għat-tiswija u l-bejgħ ta' prodotti użati;

1.6.  estensjoni progressiva għat-territorju sħiħ tal-Istati Membri tas-sistemi "ħallas skont kemm tarmi" li jinċentivaw il-produtturi tal-iskart muniċipali ħalli jnaqqsu, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-iskart tagħhom;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Anness III (ġdid)

Direttiva 2012/19/UE

Anness Xa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness III

L-Anness Xa li ġej jiddaħħal fid-Direttiva 2012/19/KE:

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Direttiva li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Referenzi

COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pavel Telička

2.2.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Cornelia Ernst, Francesc Gambús, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Direttiva li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Referenzi

COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2015

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Simona Bonafè

22.12.2015

Eżami fil-kumitat

15.6.2016

29.9.2016

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Fredrick Federley, Martin Häusling, James Nicholson, Younous Omarjee, Stanislav Polčák, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Monika Smolková, Helga Stevens

Data tat-tressiq

30.1.2017

Avviż legali