Proċedura : 2015/0276(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0029/2017

Testi mressqa :

A8-0029/2017

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 4
CRE 14/03/2017 - 4
PV 16/04/2018 - 21
CRE 16/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2017 - 6.8
CRE 14/03/2017 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2018 - 12.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0072
P8_TA(2018)0112

RAPPORT     ***I
PDF 1263kWORD 131k
7.2.2017
PE 582.447v02-00 A8-0029/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Simona Bonafè

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0596),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0029/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fid-dawl tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u li nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u li tiġi enfasizzata l-opportunità li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  Il-ġestjoni tal-iskart għandha tiġi ttrasformata f'ġestjoni sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a toffri opportunità għal dak l-għan.

 

__________________

 

1a  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u li tiġi enfasizzata l-opportunità li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, tissaħħaħ id-diffużjoni tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati filwaqt li jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirkwit. L-użu tar-riżorsi b'mod aktar effiċjenti jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta' gassijiet serra.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Inċentiv politiku u soċjetali biex jippromwovi l-irkupru u r-riċiklaġġ bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u biex japplika b'mod strett l-approċċ li permezz tiegħu il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ.

 

__________________

 

1a Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Ġustifikazzjoni

Ekonomija ċirkolari ma tistax taħdem mingħajr produzzjoni nadifa. Sustanzi tossiċi għandhom jiġu evitati fl-istadju tad-disinn sabiex il-prodotti u l-materjali jiċċirkolaw f'ċirkwit magħluq mingħajr ma jipperikolaw il-kwalità tal-materjali u s-saħħa taċ-ċittadini, tal-ħaddiema u tal-ambjent. Biex isir dan, jeħtieġ li jinbidel l-approċċ għas-sustanzi tossiċi b'tali mod li f'ekonomija ċirkolari, sustanzi perikolużi ma jfixklux il-proċessi tal-użu mill-ġdid, tat-tiswija u tar-riċiklaġġ.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandu impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdiedu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

__________________

 

3  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Miri kwantitattivi separati għall-użu mill-ġdid, li l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu, għandhom jiġu stabbiliti biex jippromwovu imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-iffrankar tar-riżorsi.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Iż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ tista' tnaqqas l-ispiża globali fil-katina tal-provvista u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart mill-imballaġġ. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-introduzzjoni fis-suq ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jkun riċiklabbli fi tmiem il-ħajja tiegħu.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  F'ċerti sitwazzjonijiet, bħas-servizzi tal-ikel, jinħtieġ imballaġġ b'użu uniku biex jiġu żgurati l-iġjene tal-ikel u s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' dan meta jiżviluppaw miżuri ta' prevenzjoni u għandhom jippromwovu aċċess akbar għar-riċiklaġġ għal tali imballaġġ.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri ta' prevenzjoni jridu jqisu l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-iġjene tal-ikel u lis-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur. Hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-konsumatur ma jippermettux l-użu ta' forom ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuza, bħal fil-każ ta' ikel "takeaway", pereżempju. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jappoġġjaw il-ġbir barra mid-dar ta' dan l-imballaġġ u r-riċiklaġġ tiegħu.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.

(3)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifiċità tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati, meta jkun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali.

__________________

 

14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

 

Ġustifikazzjoni

L-iżgurar tal-konsistenza fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-iskart huwa essenzjali.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.

(4)  Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart u jiġi promoss ir-riċiklaġġ tal-materjali ta' kwalità għolja. Għal dawk ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża u biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE. Barra minn hekk, l-isforzi ta' prevenzjoni tal-iskart m'għandhomx jikkompromettu r-rwol tal-imballaġġ fiż-żamma tal-iġjene jew tas-sikurezza għall-konsumaturi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi finanzjarji u fiskali bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' prevenzjoni u riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ ta' din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn programmi ta' prevenzjoni tal-iskart mill-imbllaġġ fl-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom rwol fundamentali fl-iżgurar tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, u huwa importanti li jinħolqu biżżejjed inċentivi finanzjarji, fiskali u regolatorji għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, skont l-objettivi ta' din id-Direttiva. Il-miżuri meħuda għandhom jiffurmaw parti minn programmi speċifiċi ta' ġestjoni u prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fl-Istati Membri kollha.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ, li jinġabar.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  Sabiex tingħata spinta lill-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent filwaqt li jiġi promoss ir-riċiklaġġ ta' materjali ta' kwalità għolja, ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom jiġu rieżaminati u, jekk meħtieġ, riveduti, biex jissaħħu ir-rekwiżiti li jtejbu d-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-imballaġġ.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e)  L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4 f)  It-trawwim ta' bijoekonomija sostenibbli jista' jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-materja prima importata. It-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq għal imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ bijodegradabbli kompostabbli u r-rieżami tal-liġi eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-materjali joffru l-opportunità biex jiġu stimulati aktar riċerka u innovazzjoni u biex li materja prima bbażata fuq il-fjuwils fossili tiġi sostitwita b'sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' imballaġġ, jekk ikun ta' benefiċċju mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, u biex jiġi appoġġat aktar ir-riċiklaġġ organiku.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari.

(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

__________________

__________________

15 COM(2013) 442.

15 COM(2013) 442.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Ekonomija ċirkolari nadifa, effikaċi u sostenibbli teħtieġ it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi mill-prodotti fl-istadju tad-disinn u, f'dan il-kuntest, ekonomija ċirkolari għandha tirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jirrikjedu l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tiffoka fuq il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari nadifa u tevita l-possibbiltà ta' riskju kbir ta' telf futur tal-fiduċja tal-pubbliku u tas-suq f'materjal riċiklat filwaqt li jinħoloq wirt bla tmiem. Il-piż prinċipali għar-riċiklaturi huwa l-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-materjal. Il-fokus tal-UE għandu jkun li dawn is-sustanzi perikolużi jitneħħew mill-prodotti u l-iskart, u mhux li tiġi pperikolata s-saħħa pubblika u l-ambjent billi ċerti klassijiet ta' negozji jew prodotti jiġu eżentati minn rekwiżiti ta' sikurezza u billi jkun impossibbli li jiġu identifikati dawk il-materjali kkontaminati fil-futur.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.

Ġustifikazzjoni

Ir-REACH ma japplikax għall-iskart, kif iddikjarat fl-Artikolu 2(2) "L-iskart kif definit fid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mhuwiex sustanza, preparat jew oġġett fis-sens ta' l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.".

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Hemmm differenzi sostanzjali bejn l-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali. Sabiex jinkiseb għarfien ċar u preċiż dwar iż-żewġ flussi, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwarhom separatament.

Ġustifikazzjoni

Il-Belġju bħalissa huwa l-uniku Stat Membru li għandu sistema separata ta' ġbir u rappurtar għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali. Nemmnu li dan huwa eżempju tal-aħjar prattika li għandu l-potenzjal li jiġi rreplikat fil-livell tal-UE. Ir-realtà ekonomika għall-imballaġġ domestiku imqabbel mal-imballaġġ kummerċjali u industrijali tvarja b'mod sinifikanti: 1) jittrattaw prodotti differenti u għalhekk jeħtieġu imballaġġ differenti, li jwassal għal flussi ta' skart differenti; 2) id-dimensjoni kummerċjali hija differenti (tat-tip B-to-B, minn impriża għal impriża, għall-imballaġġ kummerċjali u industrijali, u tat-tip B-to-C, minn impriża għal konsumatur, għall-imballaġġ domestiku; 3) il-volumi taż-żewġ flussi jvarjaw ħafna. Dawn huma l-aktar tliet raġunijiet konvinċenti biex issir distinzjoni ċara bejn iż-żewġ flussi.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli li jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.

(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE tal-Kunsill1a, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.

 

__________________

 

1a  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Il-miri tar-iċiklaġġ għadhom strument fundamentali għall-użu fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu l-prevenzjoni, u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari,, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u jfasslu dawn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' investiment sabiex ikunu mmirati primarjament għall-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-iskart, segwiti mir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Ir-regoli dwar iż-żieda ulterjuri tal-miri tar-riċiklaġġ mill-2030 'il quddiem għandhom jiġu rieżaminati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Għandhom jiġu stipulati miri ta' riċiklaġġ separat għall-metalli ferrużi u għall-aluminju, bil-għan li jinkisbu benefiċċji sinifikanti ekonomiċi u ambjentali, billi l-aliminju jiġi riċiklat u dan iwassal għal ħafna ffrankar tal-enerġija u tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk il-mira eżistenti tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-metall għandha tinqasam f'miri separati għal dawn iż-żewġ tipi ta' skart.

(10)  Għandhom jiġu stipulati miri ta' riċiklaġġ separat għall-metalli ferrużi u għall-aluminju, bil-għan li jinkisbu benefiċċji sinifikanti ekonomiċi u ambjentali, billi aktar metalli jiġu riċiklati u dan iwassal għal ħafna ffrankar tal-enerġija u tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk il-mira eżistenti tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-metall għandha tinqasam f'miri separati għal dawn iż-żewġ tipi ta' skart.

Ġustifikazzjoni

Miri separati mhux biss jgħinu biex itejbu r-rati ta' riċiklaġġ tal-aluminju, iżda anke r-rati ta' riċiklaġġ tal-azzar. Huwa għalhekk xieraq li jintuża t-terminu "metalli" minflok "aluminju".

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

(11)  Sabiex jiġi żgurat kalkolu uniformi tad-dejta dwar il-miri tar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar id-determinazzjoni ta' operaturi tar-riċiklaġġ u dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. Wara l-adozzjoni ta' din il-metodoloġija armonizzata, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri tar-riċiklaġġ, iqisu r-riċiklaġġ ta' metalli li jsir flimkien mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura dwar ir-riċiklaġġ, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar ta' dejta. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri għandu jkun ibbażat fuq metodu armonizzat wieħed li jipprevjeni r-rappurtar ta' skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dak l-għan, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ irid ikun ibbażat fuq l-input għall-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

(14)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi introdotta metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta bbażata fuq sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 6a(2), 6a(5), 11(3), 19(2) u 20. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17)  Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ, ċerti eċċezzjonijiet li jikkonċernaw il-livelli massimi ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal f'ċerti materjali riċiklati, iċ-ċirkwiti ta' produzzjoni u t-tipi ta' imballaġġ, dwar il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta li tikkonċerna l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ u emendi għal-lista ta' eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ u kwalunkwe diffikultà teknika li tinqala' fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 12(3b) u 19. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

(18)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku, is-sistema ta' identifikazzjoni li tikkonċerna n-natura tal-materjali tal-imballaġġ użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).

16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)   Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart. "

"2.   Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart sabiex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari."

Ġustifikazzjoni

Fl-għanijiet, huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza ta' din id-Direttiva għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"2a.  "imballaġġ b'bażi bijoloġika" tfisser kull imballaġġ derivat minn materjali ta' oriġini bijoloġika, ħlief materjal inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi u/jew fossilizzati;"

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punti 3 sa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jitħassru l-punti (3) sa (10);

(c)  jitħassru l-punti (3) u (4) u minn (6) sa (10);

Ġustifikazzjoni

Terġa' tiddaħħal id-definizzjoni ta' "użu mill-ġdid".

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir", "ġbir separat", "prevenzjoni", "użu mill-ġdid", "trattament", "irkupru", "tħejjija għall-użu mill-ġdid", "riċiklaġġ", "proċess aħħari tar-riċiklaġġ" u "rimi", stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.";

"Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir", "ġbir separat", "prevenzjoni", "separazzjoni", "skart muniċipali", "skart industrijali u kummerċjali", "trattament", "irkupru", "riċiklaġġ", "riċiklaġġ organiku", "proċess aħħari tar-riċiklaġġ", "żibel", u "rimi", stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE."

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Dawn il-miżuri differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ, jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni. Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta’ din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).";

"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi għall-prevenzjoni tal-iskart li huma stipulati fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/98/KE. Tali miżuri għandhom jinkludu r-responsabbiltà estiża tal-produttur kif definita fit-tielet subparagrafu fl-Artikolu 8(1) u inċentivi għall-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Tali miżuri m'għandhomx jikkompromettu l-iġjene jew is-sikurezza tal-ikel.

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jieħdu azzjonijiet oħra adottati f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-konsumatur u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni.

 

Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).

 

L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ.

"3.  Sal-31 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex taġġorna r-rekwiżiti essenzjali sabiex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar ta' dawn ir-rekwiżiti sabiex tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati kollha, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-aġġornament tar -rekwiżiti, b'mod partikolari biex issaħħaħ id-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'3a.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ambjent minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta' imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ kompostabbli bijodegradabbli, billi jieħdu miżuri bħal dawk:

 

(a)  li jippromwovu l-użu tagħhom permezz ta', inter alia, l-użu ta' strumenti ekonomiċi;

 

(b)  li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal tali prodotti;

 

(c)  li jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-prodotti."

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal it-titolu li ġej:

 

"Użu mill-ġdid"

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2d)  Fl-Artikolu 5,il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat.

1.  Bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid tal-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'1a.  L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu l-miri li ġejjin għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġ:

 

(a)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 5 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;

 

(b)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 10 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ jerġa' jintuża;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2f)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'1b.  Sabiex jinkoraġġixxu operazzjonijiet ta' użu mill-ġdid, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jieħdu l-miżuri li ġejjin:

 

-  l-użu ta' skemi ta' rifużjoni tad-depożitu għal prodotti b'imballaġġ li jista' jerġa' jintuża;

 

-  l-istabbiliment ta' perċentwal minimu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jitqiegħed fis-suq kull sena għal kull fluss ta' imballaġġ;

 

-  l-istabbiliment ta' inċentivi ekonomiċi adegwati lill-produtturi ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża."

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2g (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2g)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

1c. L-imballaġġ u l-imballaġġ użat mill-ġdid li jinġabar permezz ta' skema ta' rifużjoni tad-depożitu jista' jingħadd favur l-ilħuq ta' miri ta' prevenzjoni stabbiliti minn programmi ta' prevenzjoni nazzjonali.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tiolu jinbidel bi "Irkupru, użu mill-ġdid u riċiklaġġ";

(a)  it-titolu jinbidel bi "Irkupru u riċiklaġġ";

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)   Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu -1 li ġej:

 

"-1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sistemi ta' separazzjoni għall-materjali kollha tal-imballaġġ."

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-ġbir u l-separazzjoni separati għall-imballaġġ kollu jkunu obbligatorji u mhux biss promossi. L-imballaġġ li ma jinġabarx u li ma jingħażilx b'mod separat ma jiġix riċiklat. Huwa biss bl-introduzzjoni ta' obbligu legali ċar li jobbliga l-ġbir u s-separazzjoni separati għall-imballaġġ kollu, li l-materjali riċikabbli tal-imballaġġ kollha jkollhom aċċess iggarantit għal skemi ta' ġbir u riċiklaġġ. L-impożizzjoni fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta' ġbir u separazzjoni tal-imballaġġ kollu hija meħtieġa wkoll biex tkun żgurata provvista kostanti ta' materjali riċiklabbli u b'hekk jiġi provdut xenarju prevedibbli għall-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji u infrastrutturi ġodda u eżistenti ta' ġbir u separazzjoni.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-f)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;

(f)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat ikun riċiklat;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(g)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i)  55 % tal-plastik;

(i)  60 % tal-plastik;

(ii)  60 % tal-injam;

(ii)  65 % tal-injam;

(iii)  75 % tal-metall ferruż;

(iii)  80 % tal-metall ferruż;

(iv)  75 % tal-aluminju;

(iv)  80 % tal-aluminju;

(v)  75 % tal-ħġieġ;

(v)  80 % tal-ħġieġ;

(vi)  75 % tal-karta u tal-kartun;

(vi)  90 % tal-karta u tal-kartun;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 80 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ ġenerat jiġi riċiklat;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, se jintlaħqu l-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn jidħlu dawn il-materjali speċifiċi li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

(i)  75 % tal-injam;

(i)  80 % tal-injam;

(ii)  85 % tal-metall ferruż;

(ii)  90 % tal-metall ferruż;

(iii)  85 % tal-aluminju;

(iii)  90 % tal-aluminju;

(iv)  85 % tal-ħġieġ;

(iv)  90 % tal-ħġieġ;

(v)  85 % tal-karta u tal-kartun;

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.

3.  L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-fini ta' riċiklaġġ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1(f) sa (i) biss mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

"4.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ tal-iskart tal-imballaġġ, meta dan ikun ta' benefiċċju minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, għall-manifattura tal-imballaġġ u prodotti oħra billi:

(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b)  jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali;

(b)  jeżaminaw mill-ġdid ir-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali;

 

(ba)  jagħmlu użu minn strumenti ekonomiċi adegwati sabiex jinċentivav l-użu ta' materja prima sekondarja, li jistgħu jinkludu miżuri li jippromwovu l-kontenut riċiklat tal-prodotti u l-applikazzjoni ta' kriterji sostenibbli għall-akkwist pubbliku;

 

(bb)  jippromwovu materjali li, meta riċiklati, ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem meta jiġu riċiklati f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel."

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjali miksuba minn skart mill-imballaġġ riċiklat għall-produzzjoni ta' imballaġġ u ta' prodotti oħra, billi jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal tali materjali u jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni eżistenti li tfixkel l-użu tagħhom, kif ukoll billi joħolqu inċentivi għall-użu ta' materja prima sekondarja u jippromwovu materjali li, ladarba jiġu riċiklati, ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafi 5, 8 u 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)   il-paragrafi 5, 8 u 9 jitħassru;

(d)   il-paragrafi 5 u 9 jitħassru;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  Il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.   Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-ambjent, kif ukoll fuq it-tħaddim tas-suq intern. Ir-rapport għandu jieħu in- konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi individwali f'kull Stat Membru. Għandu jkun fih dan li ġej:

'8.   Għal dak l-għan, sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miri stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-progress li sar biex dawn jintlaħqu, b'kunsiderazzjoni tal-aħjar prattiki u l-miżuri użati mill-Istati Membri biex jilħqu dawk il-miri.

 

Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta':

(a)   evalwazzjoni ta' l-effettività, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali;

(a)  miri dwar flussi oħra ta' skart mill-imballaġġ;

(b)   miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jitnaqqas kemm jista' jkun possibli l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar mingħajr ma jiġu kompromessi l-funzjonijiet essenzali;

(b)  miri separati għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u għall-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali.

(c)   l-iżvilupp possibbli ta' indikatur ambjentali dwar l-ippakkjar biex jagħmel il-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar sempliċi u aktar effettiv;

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

(d)   pjani għall-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar;

 

(e)   appoġġ għall-użu mill-ġdid u, b'mod partikolari, tqabbil ta' l-ispejjes u l-benefiċċji ta' l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

 

(f)   ir-responsabbilità tal-produttur inkluż l-aspetti finanzjarji;

 

(g)   sforzi biex jitnaqqsu aktar u, jekk xieraq, fl-aħħar jitneħħew metalli tqal u sustanzi oħra perikolużi fl-ippakkjar sal-2010.

 

Dan ir-rapport għandu, kif inhu xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, kemm-il darba dawn il-proposti sa dak iż-żmien ma jkunux ġew ippreżentati.

 

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'1.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i),

'1.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ f'sena partikolari.

(a)  il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ;

 

(b)  il-piż tal-iskart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li jkun ġie rkuprat jew miġbur minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindif u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;

 

(c)  l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.

 

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, abbażi tal-aqwa prattiki disponibbli.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u (c) u tal-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà u l-verifika u r-rappurtar.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li l-paragrafu 1(a) ta' din id-Direttiva jiġi applikat b'mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi tar-riċiklaġġ finali.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltajiet ta' u, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri għas-simplifikazzjoni tar-rappurtar ta' imballaġġ imħallat skont l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-piż tal-output ta' kull operat ta' separazzjoni tal-iskart jista' jiġi rrappurtat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat, dejjem jekk:

imħassar

(a)  tali output ta' skart jiddaħħal fi proċess aħħari ta' riċiklaġġ;

 

(b)  il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, jibqa' taħt l-10% tal-piż totali li għandu jiġi rrappurtat bħala riċiklat.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari", adottata fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament Ewropew talab li l-kalkolu tal-miri għar-riċiklaġġ isir bl-użu ta' metodu armonizzant uniku fl-Istati Membri kollha, ibbażat fuq metodu solidu ta' rapportar li jipprevjeni r-rapportar ta' skart mormi (fil-miżbliet jew inċinerat) bħala skart riċiklat.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3(a) u (b). Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat.

4.  F'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw konformità mar-regoli stipulati fil-paragrafu 1. Dik is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżura ekwivalenti maħsuba biex tiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-sistema magħżula għall-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ u traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ biex jiżguraw li r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jiġu rispettati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu magħżul għall-ġestjoni ta' din is-sistema.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.

5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunux intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew mal-koinċinerazzjoni biss jekk l-iskart ikun ġie separat qabel l-inċinerazzjoni jew jekk l-obbligu li jiġi stabbilit ġbir separat għall-karti, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart ikun tħares, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat jew koinċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont l-Artikolu 11a(6) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-miri.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6b – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta jkun meħtieġ, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż it-tbassir tal-ilħuq tal-miri inklużi fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart u l-perċentwal u l-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:

"1.   Sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprevedu u jinċentivaw:

(a)  għar-ritorn u/jew għall-ġbir ta’ l-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-gabra finali ta’ l-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart l-aktar addattati;

(a)  ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-fluss tal-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi tal-immaniġġjar tal-iskart l-aktar addattati;

(b)  għall-użu mill-ġdid jew għall-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u/jew l-iskart mill-imballaġġ miġbur,

(b)  l-użu mill-ġdid jew l-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur,

"sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva".

 

Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċ tas-setturi interessati u għall-parteċipazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat."

Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċ tas-setturi interessati u għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f'konformità mat-Trattat."

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)   Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Miżuri speċifiċi għal sistemi ta' ritorn u ta' ġbir

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ:

 

(a)  il-ġbir separat ta' mill-inqas imballaġġ jew skart mill-imballaġġ magħmul minn karti, metall, plastik jew ħġieġ, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, minn skart residwu;

 

(b)  l-imballaġġ kompost kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE għandu jinġabar fi skemi ta' ġbir eżistenti li jissodisfaw l-istandards ta' kwalità meħtieġa għar-riċiklaġġ finali. '

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiżdied ir-riċiklaġġ, għandu jinġabar aktar u l-gvernijiet jeħtieġ li jiżguraw li kull ħaġa li tista' tiġi riċiklata, tiġi riċiklata, b'mod partikolari għall-imballaġġ. L-impożizzjoni fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi biex jiġbru l-imballaġġ u l-imballaġġ mill-skart kollu tiżgura l-materja prima, u b'hekk jiġu ġġenerati l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastruttura tal-ġbir u s-separazzjoni u, min-naħa l-oħra, "jinħoloq il-pipeline tar-riċiklaġġ". Biex tiġi sfruttata l-infrastruttura tal-ġbir eżistenti, il-materjal kompost għandu jinġabar f'sistemi ta' ġbir eżistenti. L-impożizzjoni tal-ġbir separat tal-iskart mill-imballaġġ tallinja d-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart li tipproponi, fl-Artikolu 11, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu ġbir separat għal mill-inqas dawn li ġejjin: karti, metall, plastik u ħġieġ.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE[1]."

"2.   Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-imballaġġ għandu jinkludi informazzjoni utli għal dak il-għan. B'mod partikolari, l-imballaġġ għandu jindika għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni tiegħu mill-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-imballaġġ fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE[1].

[1] ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28."

[1] ĠU L 50, 20.2.1997, p. 28."

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'3a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6(1)(a) sa (i). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.

'3a.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 6(1). Għandhom jiġbru u jipproċessaw id-dejta b'konformità mal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d u jirrappurtawha b'mod elettroniku sa 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

Id-dejta għandha tinġabar u tiġi pproċessata permezz tal-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 3d, u għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. L-ewwel rapport fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6 għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dejta rrappurtata għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija komuni u għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Sakemm tiġi stabbilita l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3d, ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta u l-informazzjoni ppreżentata. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3ca.  Fir-rapport, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi u tevalwa l-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u s-suq intern. Jekk ikun xieraq, proposta biex din id-Direttiva tiġi riveduta tista' takkumpanja r-rapport.

Ġustifikazzjoni

L-impatt tad-Direttiva għandu jiġi vvalutat regolarment biex ikun żgurat li l-elementi essenzjali tad-Direttiva jkunu adattati għal dan l-iskop.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).";

3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. ';

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20, għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma tolqotx il-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 21a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 6a(2), 11(3), 12(3d), 19(2) u 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  L-Anness II tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa sostitwit kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  l-Anness IV tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa emendat kif muri fl-Anness ta' din id-Direttiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu favur l-ilħiq tal-miri għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 6a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' riċiklaġġ.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 1 – inċiż 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Anness II, punt 1, l-ewwel inċiż huwa emendat kif ġej:

-  L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta' rkupru, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart mill-imballaġġ.

"-  L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, skont il-ġerarkija tal-iskart, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ."

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 1 – inċiż 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)   Fl-Anness II, punt 1 jiddaħħal l-inċiż 1a li ġej:

 

"-   L-imballaġġ għandu jiġi prodott b'tali mod li jnaqqas il-marka tal-karbonju tiegħu, anke bl-użu ta' materjali bijodegradabbli u b'bażi bijoloġika sostenibbli."

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 3 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

(-c)   L-imballaġġ illi jista' jiġi rkuprat fil-forma ta' kompostjar

  

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta' natura bijodegradabbli li ma tfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddaħħal.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 3 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1c)   Fl-Anness II, punt 3, il-punt d huwa emendat kif ġej:

(d)   Imballaġġ bijodegradabbli;

"(d)   Imballaġġ bijodegradabbli;

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' jiddekomponi fl-aħħar f'dijossidu karboniku, bijomassa u ilma.

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta' natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa' fl-aħħar jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma. L-imballaġġ tal-plastik ossodegradabbli m'għandux jitqies bħala bijodegradabbli."

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jiżdied l-Anness IV li ġej:

imħassar

ANNESS IV

 

Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)(f) sa (i)

 

Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata ta' riċiklaġġ u tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:

 

"E=" "(A+R)*100" /"(P+R)"

 

E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

A: piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

P: piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena determinata."

 

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu favur l-ilħiq tal-miri għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 6a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' riċiklaġġ.

(1)

ĠU C 264, 20.07.2016, p. 98.

(2)

ĠU C 17, 18.01.2017, p. 46.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-mudell attwali ta' żvilupp lineari, li jista' jinġabar fil-qosor bħala "ħu, ipproduċi, uża u armi", qed jibda juri sinjali li qed jilħaq il-limiti tiegħu. Il-pjaneta tagħna qed tisħon, u r-riżorsi użati, li fuqhom niddependu, qed isiru dejjem aktar skarsi. Sakemm ma jittiħdux miżuri strutturali, id-domanda għal materja prima mill-ekonomija dinjija tista' tiżdied b'aktar minn 50 % fil-15-il sena li ġejjin. Sabiex tinqaleb din it-tendenza, aħna rridu nadottaw mudell ta' żvilupp ċirkolari li jżomm il-materjali u l-valur tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni fi ħdan is-sistema ekonomika kemm jista' jkun fit-tul, billi jottimizza ċ-ċiklu tal-iskart integrat sabiex jagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi. L-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru qed isiru l-kliem ewlenin li madwarhom jeħtieġ tinbena paradigma ġdida li tippromwovi s-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-kompetittività, biex b'hekk l-iskart ma jibqax ikun problema u jsir riżorsa.

Il-pakkett għalhekk għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest ferm usa' minn dak ta' sempliċi rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-iskart. Ir-rapporteur għandha l-għan li tħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li tippreżerva l-ambjent, li tagħmel l-ekonomija Ewropea aktar kompetittiva u li tippromwovi r-reindustrijalizzazzjoni sostenibbli. Żieda fil-valur tar-riżorsi tfisser intervent fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott: mill-estrazzjoni tal-materja prima għad-disinn tal-prodott u mid-distribuzzjoni għall-konsum, għal tmiem il-ħajja tal-prodotti.

Qafas leġiżlattiv ċar u stabbli huwa l-ewwel pass fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni.

Tali bidla sistemika titlob politiki ambizzjużi, appoġġjati minn leġiżlazzjoni li tkun kapaċi tibgħat sinjali tajba lill-investituri. Jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea tonqos milli tinkorpora definizzjonijiet ċari u miri vinkolanti, tista' tkun ta' ħsara għall-progress lejn l-ekonomija ċirkolari.

B'kunsiderazzjoni tal-ġerarkija bħala bażi, ir-rapporteur għandha l-għan li temenda l-proposta tal-Kummissjoni prinċipalment fir-rigward tal-prevenzjoni tal-iskart u l-introduzzjoni tal-iskart lura fil-proċess tal-produzzjoni. Sabiex titnaqqas il-kwantità tal-iskart, jeħtieġ li tiġi varata upstream l-innovazzjoni ta' proċessi ta' produzzjoni u mudelli kummerċjali li huma l-bażi tal-ekonomija ċirkolari.

It-trasformazzjoni tal-Unjoni f'ekonomija ekoloġika u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti diġà hija wieħed mill-objettivi ewlenin tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali Ewropew, u ta' min ifakkar li l-Ewropa impenjat ruħha li tilħaq il-miri ta' żvilupp sostenibbli tan-NU.

Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

L-Eurostat jistma li fl-2013 fl-Ewropa ġew iġġenerati aktar minn 79.368 miljun tunnellata ta' skart mill-imballaġġ, madwar 500 000 tunnellata aktar mill-2012. Ir-rata ta' riċiklaġġ kienet ta' 65.3 %, żieda żgħira fuq iċ-ċifra tal-2012, bi tliet Stati Membri biss taħt il-50 %. Fil-ftit snin li ġejjin, huwa mistenni li l-kwantitajiet ta' imballaġġ mqiegħed fis-suq se jkomplu jiżdiedu.

Id-Direttiva 94/62/KE saritilha għadd ta' reviżjonijiet. Fl-2010, bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, id-Direttiva kienet soġġetta għal kontroll tal-idoneità speċifiku, li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-2014(1) li akkumpanja l-pakkett leġiżlattiv oriġinali dwar l-ekonomija ċirkolari, li l-Kummissjoni rtirat f'Diċembru 2014.(2)

Diversi rakkomandazzjonijiet fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li huma intiżi biex itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tad-Direttiva ma ġewx inklużi fil-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni. Ċerti elementi essenzjali fid-Direttiva għalhekk għandhom jittejbu, b'mod partikolari sabiex jiġu allinjati mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart, li tikklassifika l-prevenzjoni bħala l-aktar livell importanti.

Iż-żieda tal-miri tar-riċiklaġġ, l-estensjoni ta' skemi obbligatorji ta' EPR għall-imballaġġ, diċitura aħjar u implimentazzjoni aktar stretta tar-rekwiżiti essenzjali u l-promozzjoni tal-użu mill-ġdid huma fost l-inizjattivi li r-rapporteur ippruvat tressaq sabiex tippromwovi l-użu effiċjenti tar-riżorsi.

Il-prevenzjoni kwantitattiva u t-titjib kwalitattiv tal-imballaġġ għandhom ikunu l-objettiv ewlieni ta' reviżjoni tad-Direttiva skont il-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-ekonomija ċirkolari. Għal dan l-għan, jeħtieġ li jitneħħew l-inċentivi għall-użu eċċessiv ta' imballaġġ imposti fuq il-konsumatur, filwaqt li jiġi promoss id-disinn ta' imballaġġ li jista' jiġi riċiklat u/jew użat mill-ġdid aktar faċilment. Barra minn hekk, għandhom jiġu promossi miżuri li jappoġġjaw ir-riċerka dwar, u l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tal-imballaġġ li juża riżorsi rinnovabbli.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur inkorporat l-istess emendi kif iddaħħlu fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantitajiet ta' skart soġġetti għat-ħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

(1)

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52014SC0209.

(2)

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52014PC0397.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (20.10.2016)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): João Ferreira

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Meta jitqiesu l-pożizzjonijiet inizjali differenti fl-Istati Membri fir-rigward taż-żieda progressiva fil-miri tar-riċiklaġġ u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, liema fatt ifisser li se jinħtieġu livelli differenti ta' sforz sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, hemm bżonn ta' ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-iskeda ta' żmien biex jintlaħqu l-miri.

Kif ġie rikonoxxut fil-proposta, għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart. Mingħajr ma jitqiegħdu f'dubju l-għanijiet infushom, il-fattibbiltà tal-konformità magħhom titlob ċertu grad ta' flessibbiltà fir-rigward taż-żmien.

Barra minn hekk, l-eżistenza ta' għanijiet ġodda, riveduti għal livell aktar għoli, tiġġustifika l-għoti ta' riżorsi ġodda sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Għalhekk huwa ġustifikat li l-Unjoni Ewropea żżid ir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bħala appoġġ biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa.

Jeħtieġ ukoll li jinħolqu l-kundizzjonijiet u l-inċentivi xierqa ħalli ssir proposta attraenti lill-industrija biex tinkorpora l-iskart mill-imballaġġ fil-proċessi ta' produzzjoni tagħha bl-għan li tipproduċi prodotti b'valur miżjud filwaqt li titħares materja prima verġni.

Sadanittant, l-irkupru tal-enerġija għandu jibqa' alternattiva vijabbli għall-immaniġġjar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ kull fejn dan ikun teknikament, ekonomikament u ambjentalment ġustifikat.

L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-riżorsi fl-Unjoni u tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Istati Membri għandhom jippromwovu bijoekonomija sostenibbli bl-għan li l-iskart jintuża bħala riżorsa. F'konformità ma' dak l-għan, il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw imballaġġ mhux meħtieġ, u biex jitnaqqsu l-manifattura u l-konsum ta' imballaġġ li jintuża darba. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu restrizzjonijiet tas-suq għall-imballaġġ superfluwu. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq jikkonforma mar-rekwiżiti minimi li jippromwovu d-disinn ta' imballaġġ ċirkolari, li jista' jinkludi l-użu ta' kontenut riċiklat, u materjal b'livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif xieraq, it-tħejjija ta' standards u linji gwida tal-Unjoni b'rabta mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness II.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandhom impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu wkoll l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel r-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari.

(5)  Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari u, fil-każ ta' materjali ta' imballaġġ, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

__________________

__________________

15 COM(2013) 442.

15 COM(2013) 442.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-istess ħin, jeħtieġ li jinħolqu wkoll kundizzjonijiet u inċentivi ħalli ssir proposta attraenti lill-industrija biex tinkorpora l-iskart mill-imballaġġ fil-proċessi ta' produzzjoni tagħha, bl-għan li tipproduċi prodotti b'valur miżjud filwaqt li titħares materja prima verġni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(6)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' żjut użati jkollhom benefiċċji ekonomiċi u ekoloġiċi konsiderevoli mil-lat tal-iżgurar tal-provvisti ta' materja prima, tal-bidla lejn ekonomija ċirkolari u tal-għajnuna biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-provvisti ta' żejt grezz.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE.

(7)  Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE. L-irkupru tal-enerġija, madankollu, xorta jista' jkun alternattiva għall-immaniġġjar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ biss meta dan ikun teknikament, ekonomikament u ambjentalment ġustifikat, u dan jirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ambjentali li tkun studjat l-impatt ambjentali tal-imballaġġ fl-istadji kollha.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7а)  L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu l-prevenzjoni, u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

(8)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu, bħala prijorità, il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid, segwiti mir-riċiklaġġ. Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej m'għandhomx jintużaw għall-finanzjament tal-inċineraturi jew tal-miżbliet.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-ġbir separat għandu jkompli jissaħħaħ ukoll f'termini ta' imballaġġ u skart mill-imballaġġ. Madankollu, meta l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja turi gwadanji ambjentali, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

(11)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u minn operaturi tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Dik id-dejta għandha tinġabar f'konformità ma' standards u speċifikazzjonijiet li jappoġġjaw l-għanijiet ta' dejta miftuħa u għandha tkun disponibbli bħala dejta miftuħa. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandu jkun imsejjes fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta.

(14)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jinċentivaw l-użu ta' materjali bħal materjali permanenti li għandhom valur superjuri għall-ekonomija ċirkolari minħabba li jistgħu jiġu klassifikati bħala materjali li jistgħu jiġu riċiklati mingħajr telf ta' kwalità, irrispettivament minn kemm-il darba jiġi riċiklat il-materjal.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  Għan importanti ta' din id-Direttiva huwa li jittejbu l-kundizzjonijiet fis-suq intern. Għalhekk, ir-rappurtar mill-Kummissjoni dwar l-effetti ta' din id-Direttiva fuq il-funzjonament tas-suq intern huwa kkunsidrat bħala miżura importanti.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(16)  Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva - jiġifieri, fuq naħa, li jiġi evitat kull impatt mill-imballaġġ u mill-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent, jew li tali impatt jitnaqqas u b'hekk jiġu pprovduti livelli għoljin ta' protezzjoni ambjentali, u fuq in-naħa l-oħra, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-evitar ta' ostakli għall-kummerċ u t-tagħwiġ u restrizzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni -, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

(21)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva - jiġifieri li jiġi evitat kull impatt mill-imballaġġ u mill-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent, jew li tali impatt jitnaqqas u b'hekk jiġu pprovduti livelli għoljin ta' protezzjoni ambjentali, filwaqt li jitqies il-funzjonament tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ li jinġabar.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Din id-Direttiva għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' l-immaniġġjar ta' l-imballaġġ u ta' l-iskart mill-imballaġġ sabiex, min-naħa l-waħda, ma jkun hemm l-ebda impatt minn dawn fuq l-ambjent ta' l-ebda Stat Membru jew ta' terzi pajjiżi jew sabiex jitnaqqas l-impatt, biex b'hekk jiġi pprovdut livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, u sabiex, min-naħa l-oħra, tiġi żgurata l-funzjoni tas-suq intern u jiġu evitati t-tfixkil tal-kummerċ u distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità.

"1.  Din id-Direttiva għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' l-immaniġġjar ta' l-imballaġġ u ta' l-iskart mill-imballaġġ sabiex ma jkun hemm l-ebda impatt minn dawn fuq l-ambjent ta' l-ebda Stat Membru jew ta' terzi pajjiżi jew sabiex jitnaqqas l-impatt, biex b'hekk jiġi pprovdut livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, filwaqt li jitqies il-funzjonamnet tas-suq intern.";

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"2a.  "imballaġġ b'bażi bijoloġika" tfisser kull imballaġġ derivat minn materjali ta' oriġini bijoloġika, ħlief materjal inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi u/jew fossilizzati;"

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 3 – punt 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

 

(12a)  "imballaġġ b'diversi saffi" tfisser imballaġġ magħmul minn aktar minn saff wieħed ta' materjal.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-miżuri differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, inċentivi permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jonqos kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-imballaġġ, jew azzjonijiet simili li jiġu adottati, jekk xieraq, f'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, u maħsubin biex jiġbru flimkien u jiġu sfruttati l-bosta inizjattivi meħudin fi ħdan l-Istati Membri fejn tidħol il-prevenzjoni. Għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva definiti fl-Artikolu 1(1).

Dawn il-miżuri għandhom jikkonformaw mal-għanijiet ta' din id-Direttiva stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u d-Direttiva 2008/98/KE, partikolarment billi jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis sostnut fl-ammont ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat, jipprevjenu l-użu tal-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ. Dawn il-miżuri għandhom jikkonsistu fi skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur kif definit fid-Direttiva 2008/98/KE u fi programmi nazzjonali oħra kif determinat mill-Istati Membri. Dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati, jekk ikun xieraq, b'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u l-NGOs. Dawn għandhom ikunu mfassla biex jgħaqqdu u, fir-rigward tal-prevenzjoni, jieħdu vantaġġ mill-inizjattivi meħuda fl-Istati Membri.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 4(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

 

"L-operaturi ekonomiċi involuti fil-produzzjoni tal-imballaġġ tal-plastik għandhom jibbenefikaw mill-inċentivi finanzjarji li ġejjin sakemm, għal kwalunkwe tip speċifiku ta' imballaġġ, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddeterminaw li huwa teknikament mhux fattibbli jew ikollu riskju mhux raġonevoli għas-saħħa pubblika:

 

(a)  il-produtturi tal-imballaġġ li jnaqqsu l-livell ta' kolorant użat fil-kontenituri tal-plastik riġidu tagħhom li jqiegħdu fis-suq għandhom jibbenefikaw minn livell aktar baxx ta' kontribuzzjoni finanzjarja taħt skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, ikklassifikati skont il-livell ta' kolorant imdaħħal fl-imballaġġ tal-plastik riġidu verġni;

 

(b)  l-operaturi ekonomiċi li jużaw kontenituri tal-ħġieġ jew tal-plastik li jistgħu jerġgħu jimtlew għandhom jibbenefikaw minn livell aktar baxx ta' kontribuzzjoni finanzjarja taħt skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, fi proporzjon mal-ammont ta' kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew użati mill-operatur meta jkun possibbli fin-negozju.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu sa ... [tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).";

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b)  L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħin sabiex tmexxi 'l quddiem il-prevenzjoni billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' standards Ewropej addattati, skont l-Artikolu 10. L-istandards għandhom jimmiraw biex inaqqsu l-impatt ambjentali tal-ippakkjar skont l-Artikoli 9 u 10.

2.  Il-Kummissjoni għandha tgħin sabiex tmexxi 'l quddiem il-prevenzjoni billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' standards Ewropej addattati, skont l-Artikolu 10. L-istandards għandhom jimmiraw biex inaqqsu l-impatt ambjentali tal-imballaġġ skont l-Artikoli 9 u 10, biex titnaqqas il-kwantità ta' imballaġġ u jitwaqqaf l-imballaġġ eċċessiv."

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2c)  L-Artikolu 4(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-imballaġġ ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali tal-imballaġġ. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tissottometti proposta għal miżuri dwar l-imballaġġ mhux riċiklabbli, l-imballaġġ li jkun fih sustanzi perikolużi, l-imballaġġ li jintuża darba, l-imballaġġ li jintrema u eċċessiv u t-tnaqqis tal-imballaġġ, u tivvaluta l-possibbiltà ta' restrizzjonijiet tas-suq għal dawk l-oġġetti fil-livell tal-Unjoni."

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2d)  L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Użu mill-ġdid

"Utilizzazzjoni mill-ġdid

L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid ta' l-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat.

1.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu sistemi ta' użu mill-ġdid ta' l-imballaġġ, li jista' jintuża mill-ġdid b'mod li jħares l-ambjent, f'konformità mat-Trattat.

 

B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw l-istabbiliment ta' sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża, anke permezz ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u jipprovdu inċentivi adegwati lill-produtturi ta' imballaġġi li jista' jerġa' jintuża.

 

2.  L-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jinġabar permezz ta' skema ta' rifużjoni tad-depożitu jista' jingħadd favur l-ilħuq ta' miri ta' prevenzjoni stabbiliti minn programmi ta' prevenzjoni nazzjonali li jkunu ġew adottati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

(h)  sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  Għall-fini tal-kalkolu tal-miri stipulati fil-paragrafu 1, meta jkun applikabbli, l-ammont ta' skart bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku jew anaerobiku jista' jitqies bħala riċiklat fejn dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew materjal ieħor, li l-parti prinċipali tiegħu, wara li jkun meħtieġ kwalunkwe pproċessar mill-ġdid, jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklata."

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt c

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1 mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar, dejjem jekk jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 6a(4), u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-esportatur jista' jagħti prova, permezz taċ-ċertifikat ta' riċiklaġġ finali korrispondenti, li t-tbaħħir tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak l-istess Regolament u li t-trattament tal-iskart barra mill-Unjoni jkun sar f'kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

2.  L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-paragrafu 1 mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar, dejjem jekk jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 6a(4), u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-esportatur jagħti prova, permezz taċ-ċertifikat ta' riċiklaġġ finali korrispondenti, li t-tbaħħir tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak l-istess Regolament u li t-trattament tal-iskart barra mill-Unjoni huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lill-irkupru tal-enerġija fuq ir-riċiklaġġ tal-materjal, meta dan ikun preferibbli minħabba raġunijiet ambjentali, tekniċi u ekonomiċi."

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cb (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cb)  fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjarta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

4.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart tal-imballaġġ għall-manifattura tal-imballaġġ u prodotti oħra billi:

(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(a)  itejbu l-kondizzjonijiet tas-suq u jeżaminaw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni li tista' tkun ostaklu għall-użu ta' dawn il-materjali;

(b)  jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali.

(b)  jeżaminaw mill-ġdid ir-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

 

(ba)  jintroduċu inċentivi fiskali u ekonomiċi għall-implimentazzjoni tal-użu ta' materjali tal-imballaġġ riċiklati kif ukoll kriterji ekoloġiċi għall-akkwist pubbliku;

 

(bb)  jippromwovu materjali li, meta riċiklati, ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem meta jiġu riċiklati f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel;

 

(bc)   jippromwovu l-użu ta' materjali li jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu riċiklati mingħajr telf ta' kwalità, irrispettivament minn kemm-il darba l-materjal jiġi użat mill-ġdid jew riċiklat."

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-paragrafi 5, 8 u 9 jitħassru;

(d)  il-paragrafi 5 u 9 huma mħassra u l-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis iċ-ċirkustanzi individwali f'kull Stat Membru, għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-funzjonament tas-suq intern. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-inqas kull tliet snin u rapport dwar dik il-valutazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6 – paragrafu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jiżdied il-paragrafu 11a li ġej:

 

"11a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6b, l-Istati Membri jistgħu, skont is-sitwazzjoni speċifika tagħhom, jiksbu derogi rigward l-iskeda ta' żmien biex jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1(f) sa (i), sakemm jiġi żgurat allinjament gradwali ma' dawk il-miri, u wara li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6b(2).";

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart mill-imballaġġ imħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.

imħassar

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:

"1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi, pereżempju skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, biex jipprovdu: "

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Tnaqqis tal-Imballaġġ u tal-Iskart mill-Imballaġġ fl-Ambjent tal-Baħar

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqsu l-iskart mill-imballaġġ fit-territorju tagħhom li jidħol fl-ambjent tal-baħar tagħhom. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

 

(a)  l-adozzjoni ta' mira vinkolanti ta' tnaqqis ta' 50 % għall-iskart mill-imballaġġ sal-2025 meta mqabbla mal-livelli tal-2015;

 

(b)  l-istabbiliment u l-operat ta' programmi għall-kejl u l-monitoraġġ tal-iskart mill-imballaġġ li jidħol fl-ambjent tal-baħar;

 

(c)  l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu s-sorsi prinċipali ta' skart mill-imballaġġ li jinsab fl-ambjent tal-baħar u fuq il-bajjiet skont ir-reġjun, inklużi programmi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, strumenti u inċentivi ekonomiċi, u restrizzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

 

2.  Sa [x] kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lill-Kummissjoni li jistabbilixxu l-progress tagħhom lejn it-tnaqqis tal-iskart mill-imballaġġ li joriġina fit-territorju tagħhom li jidħol fl-ambjent tal-baħar, inklużi deskrizzjonijiet ta' miżuri adottati skont il-paragrafu 1 u r-riżultati mistennija.

 

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu sa ... [tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).";

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)  L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE [9]."

2.  Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-imballaġġ għandu jinkludi informazzjoni utli għal dak il-għan. B'mod partikolari, l-imballaġġ għandu jindika, għall-iskopijiet tal-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tiegħu mill-industrija konċernata, in-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-imballaġġ fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE (9).";

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d

Direttiva 92/64/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika tal-kwalità, kif ukoll rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6a(4).

3b.  Id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika tal-kwalità, kif ukoll rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6a(4). Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

3c.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta u d-disponibbiltà ta' dejta miftuħa. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

3d.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 3a u għar-rapport ta' verifika tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 3b, li jappoġġjaw l-użu mill-ġdid tad-dejta u l-għanijiet ta' dejta miftuħa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7a)  fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet stabbiliti b'din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skont il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.

"Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet stabbiliti b'din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta' miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skont il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat. Tali miżuri jistgħu jiffurmaw parti minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, miżati differenzjati fuq l-imballaġġ li jintuża darba biss, sistemi ta' ħlas skont kemm tarmi u skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu."

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 8 u l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE* japplikaw ukoll għall-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ.

 

________________

 

* Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 21.11.2008, p. 3)."

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 1 – inċiż 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Anness II, il-punt 1, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

-  L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart mill-imballaġġ.

"-  L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ - f'konformità mal-prinċipju tal-ġerarkija tal-immaniġġjar tal-iskart - u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Anness – paragrafu -1a (ġdid)

Direttiva 94/62/KE

Anness II – punt 3 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Anness II, il-punt 3, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)  L-imballaġġ li jista' jigi rkuprat fil-forma ta' materjal riċiklat

"(a)  L-imballaġġ li jista' jigi rkuprat fil-forma ta' materjal riċiklat

L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta' ċertu percentwal skont il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f'konformità mal-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta' dan il-percentwal tista' tvarja, skont ix-xorta ta' materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.

L-imballaġġ irid jiġi ffabbrikat hekk illi jkun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli li jiġi riċiklat, b'kont meħud tas-separazzjoni, it-tindif u l-iskala tal-formati u l-materjali użati b'tali mod li jippermetti r-riċiklaġġ ta' ċertu percentwal skont il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f'konformità mal-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta' dan il-percentwal tista' tvarja, skont ix-xorta ta' materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul. Il-formati u d-disinji tal-materjali li jimpedixxu s-separazzjoni jew l-ipproċessar mill-ġdid għandhom jiġu sostitwiti b'alternattivi magħrufa u effettivi."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

Referenzi

COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

João Ferreira

25.2.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

11

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

Referenzi

COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.12.2015

ITRE

14.12.2015

JURI

14.12.2015

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

17.12.2015

JURI

28.1.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Simona Bonafè

22.12.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.6.2016

29.9.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano, Herbert Dorfmann, James Nicholson, Stanislav Polčák, Gabriele Preuß, Keith Taylor, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Richard Corbett, Sander Loones

Data tat-tressiq

7.2.2017

Avviż legali