Proċedura : 2015/0274(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0031/2017

Testi mressqa :

A8-0031/2017

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 4
CRE 14/03/2017 - 4
PV 16/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2017 - 6.7
CRE 14/03/2017 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2018 - 12.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0071
P8_TA(2018)0115

RAPPORT     ***I
PDF 1019kWORD 112k
7.2.2017
PE 580.563v01-00 A8-0031/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma

(COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Simona Bonafè

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma

(COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0594),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0031/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fid-dawl tad-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda ta' żmien qasir, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u li jiġu enfasizzati l-opportunitajiet li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Terraferma biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  L-immaniġġjar tal-iskart jeħtieġ li jiġi ttrasformat f'immaniġġjar sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Terraferma toffri opportunità għal dan l-għan.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari, li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-immaniġġjar tal-iskart jiġi ttrasformat f'immaniġġjar sostenibbli tal-materjal u li jiġu enfasizzati l-opportunitajiet li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Terraferma biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari, tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi.

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, l-għanijiet ta' mmaniġġjar aħjar tal-iskart fil-livell Ewropew għandhom jinkludu titjib fl-użu tar-riżorsi, iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija u li titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi, u b'hekk jiġu indirizzati l-problemi assoċjati mal-provvista tar-riżorsi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Ekonomija ċirkolari nadifa, effiċjenti u sostenibbli teħtieġ it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi mill-prodotti fl-istadju tad-disinn u, f'dak il-kuntest, ekonomija ċirkolari għandha tirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jitolbu l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tiffoka fuq il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari nadifa u tevita l-possibbiltà ta' riskju kbir ta' telf futur fil-fiduċja tal-pubbliku u tas-suq f'materjal riċiklat, filwaqt li jinħoloq wirt bla tmiem. Il-piż prinċipali għar-riċiklaturi huwa l-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-materjal. Il-fokus tal-UE għandu jkun li dawn is-sustanzi perikolużi jitneħħew mill-prodotti u l-iskart, u mhux li tiġi pperikolata s-saħħa pubblika u l-ambjent billi ċerti klassijiet ta' negozji jew prodotti jiġu eżentati minn rekwiżiti ta' sikurezza u billi jkun impossibbli li jiġu identifikati dawk il-materjali kkontaminati fil-futur.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi tnaqqis ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż.

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jissaħħew sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi gradwalment jiġi mminimizzat ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li dan l-objettiv jidħol f'politika integrata li tiżgura l-applikazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart, issaħħaħ il-qalba lejn il-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u tipprevjeni bidla mir-rimi fil-miżbliet għall-inċinerazzjoni.

________________

__________________

14Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).

14Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).

15 COM(2008) 699 u COM(2014) 297.

15 COM(2008) 699 u COM(2014) 297.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex tiġi żgurata aktar koerenza tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jeħtieġ li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 1999/31/KE jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

(4)  Biex tiġi żgurata aktar koerenza tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, jeħtieġ li d-definizzjonijiet fid-Direttiva 1999/31/KE jiġu allinjati, fejn ikun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

__________________

__________________

16Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

16Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li din id-Direttiva tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tal-UE inġenerali. Għal dan l-għan jeħtieġ, jekk ikun il-każ, li d-definizzjonijiet f'din id-Direttiva jkunu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 1999/31/KE.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet tar-rimi f'miżbliet, għandha titqies il-vjabbiltà teknika, ambjentali u ekonomika tar-riċiklaġġ, jew ta' rkupru ieħor tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat.

(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, bl-objettiv li jiġi aċċettat biss skart residwali. L-investimenti fit-tul fl-infrastruttura u fir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom rwol kruċjali biex inaqqsu l-ammont tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat, li r-riċiklaġġ jew tipi oħrajn ta' rkupru tiegħu mhumiex teknikament, ambjentalment jew ekonomikament fattibbli fil-mument.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Inċentiv politiku u soċjetali biex jitrażżan ulterjorment ir-rimi f'miżbliet bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-immaniġġjar tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u japplika b'mod strett approċċ fejn il-prevenzjoni tieħu l-prijorità u l-prinċipju ta' prekawzjoni jkun irrispettat.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm ir-rimi fil-miżbliet għandu ħafna aspetti negattivi, dan m'għandux jiġi eskluż għal kollox bħala destinazzjoni għal ċertu skart – pereżempju l-PVC. Dan jista' jkun l-aktar post sikur għal materjal li jkun fih sustanzi kimiċi perikolużi, u fil-każ tal-plastiks, l-analiżi turi jekk dawn ma jiġux riċiklati, ir-rimi fil-miżbliet huwa ġeneralment preferibbli għall-inċinerazzjoni minħabba raġunijiet ta' klima. Huwa ċar li r-riċiklaġġ normalment huwa l-alternattiva preferita, u kull rimi fil-miżbliet għandu jsir skont l-ogħla standards.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli li jkun inġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli li għandu jinġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni tar-rimi fil-miżbliet tal-iskart muniċipali bijodegradabbli għandha tkun ifformulata b'mod aktar strett.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għandu jkompli jiffaċilita l-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, u għandu jevita li jsakkar materjali potenzjalment riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ċari u ambizzjużi ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għandu jinkuraġġixxi aktar l-investimenti biex jiġi ffaċilitat il-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ u għandu jevita li jsakkar materjali potenzjalment riċiklabbli fil-livell l-aktar baxx tal-ġerarkija tal-iskart.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jeħtieġ tnaqqis progressiv tar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. Dan it-tnaqqis għandu jevita l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għall-faċilitajiet ta' trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku ta' livell baxx tal-iskart muniċipali mhux ittrattat, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva.

(8)  Jeħtieġ minimizzar progressiv tar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE. Dan l-imminimizzar progressiv tar-rimi fil-miżbliet se jeħtieġ bidliet maġġuri fl-immaniġġjar tal-iskart f'ħafna Stati Membri. Permezz ta' statistika mtejba dwar il-ġbir u t-trattament tal-iskart, u traċċabilità mtejba tal-flussi tal-iskart, għandu jkun possibbli li jiġi evitat l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għat-trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali. Fid-dawl tal-investimenti riċenti f'xi Stati Membri li wasslu għal kapaċitajiet eċċessivi għall-irkupru enerġetiku jew l-istabbiliment ta' trattament bijoloġiku mekkaniku, huwa essenzjali li jingħata sinjal ċar lill-operaturi tal-iskart u lill-Istati Membri biex jevitaw investimenti li jkunu inkompatibbli mal-miri fuq perijodu twil stabbiliti fid-Direttivi Qafas dwar u t-Terraferma u l-Iskart. Għal dawn ir-raġunijiet, jista' jiġi kkunsidrat limitu fuq l-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali skont il-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu jżidu s-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli u jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u partikolarment dawk lokali, bl-involviment ta' organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali u ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  Sabiex jiġu implimentati u infurzati l-objettivi ta' din id-Direttiva b'mod adegwat, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali tat-territorji fejn jinsabu l-miżbliet ikunu rikonoxxuti bħala atturi rilevanti, għaliex dawn isofru direttament il-konsegwenzi tar-rimi f'miżbla. Konsegwentement, il-konsultazzjoni pubblika u demokratika għandha tiġi żgurata minn qabel f'lokalitajiet u żoni supramuniċipali fejn tkun se tiġi stabbilita miżbla u għandu jkun stabbilit kumpens xieraq għall-popolazzjoni lokali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 8d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d)  Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li kull miżbla fl-Unjoni tkun awditjata sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri.

(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri u l-iskambju tal-aħjar prattika fost id-diversi partijiet interessati għandu jkun promoss.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(11)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' riżorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 19991/31/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex id-Direttiva 1999/31/KE tiġi supplimentata jew emendata, b'mod partikulari bil-għan li jiġu adattati l-Annessi tagħha skont il-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-Artikolu 16. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kull emenda fl-Annessi għandha ssir biss skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, fejn jidħol l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji ġenerali u l-proċeduri ġenerali għall-kriterji tal-ittestjar u tal-aċċettazzjoni kif jistipula l-Anness II. Barra minn hekk, għal kull klassi ta' miżbla għandhom jiġu stipulati kriterji speċifiċi u/jew metodi tal-ittestjar u valuri limiti assoċjati, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, tipi speċifiċi ta' miżbliet fi ħdan kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art. Fi żmien sentejn minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, meta jkun xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tadotta proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi tal-kontroll, tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi rigward l-Annessi.

(12)  Sabiex id-Direttiva 1999/31/KE tiġi supplimentata jew emendata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adattament tal-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandu sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Kull emenda fl-Annessi għandha ssir biss skont il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva. Għal dan il-għan, fejn jidħol l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji ġenerali u l-proċeduri ġenerali għall-kriterji tal-ittestjar u tal-aċċettazzjoni kif jistipula l-Anness II. Barra minn hekk, għal kull klassi ta' miżbla għandhom jiġu stipulati kriterji speċifiċi u/jew metodi tal-ittestjar u valuri limiti assoċjati, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, tipi speċifiċi ta' miżbliet fi ħdan kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art. Fejn ikun xieraq, fi żmien sentejn minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tadotta proposti għall-istandardizzazzjoni ta' metodi tal-kontroll, tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi rigward l-Annessi.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 3(3), l-Anness I, il-paragrafu 3.5 u l-Anness II, il-paragrafu 5. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.

(13)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' depożitu ta' skart mhux perikoluż, il-metodu li jrid jintuża għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet taħt ċerti kundizzjonijiet u, minħabba li t-teħid ta' kampjuni ta' skart jista' jikkawża problemi serji rigward ir-rappreżentazzjoni u t-teknika minħabba n-natura eteroġena ta' tipi differenti ta' skart, l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal teħid ta' kampjuni ta' skart. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17.

__________________

__________________

17Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

17Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iżvilupp ta' pjanijiet għall-irkupru sostenibbli u għal użu alternattiv sostenibbli għal żoni ta' miżbliet u żoni affettwati mill-miżbliet.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

-1.   Tneħħija progressiva tar-rimi fil-miżbliet hija kundizzjoni fundamentali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi inkluża fl-objettiv ġenerali tad-Direttiva l-importanza tat-tneħħija progressiva tar-rimi fil-miżbliet għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "skart muniċipali", "skart perikoluż", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir separat", "irkupru", "riċiklaġġ" u "rimi" stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);

(a)  għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "skart", "skart muniċipali", "skart perikoluż", "skart mhux perikoluż", "produttur tal-iskart", "detentur tal-iskart", "immaniġġjar tal-iskart", "ġbir separat", "irkupru", "riċiklaġġ" u "rimi" stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);

__________________

__________________

(*) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).";

(*) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).";

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE ġew miżjuda, inkluż dik ta' "skart mhux perikoluż".

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)   jiddaħħal il-punt aa li ġej:

 

"(aa)   "skart residwali" tfisser skart li jkun ġej minn operazzjoni ta' trattament jew irkupru, inkluż mir-riċiklaġġ, li ma jistax jiġi rkuprat iżjed u li allura jkollu jintrema;"

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 2 – punt m

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)   il-punt m huwa emendat kif ġej:

(m)   "skart bijodegradabbli" ifisser kull skart li huwa kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika, bħal skart ta' ikel u ħaxix, u karti u kartun;

"(m)   "skart bijodegradabbli" tfisser skart tal-ikel u tal-ġonna, karta, kartun, injam u kull skart ieħor li jista' jġarrab dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika;"

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu b'għażla tagħhom jiddikjaraw, li d-depożitu tagħhom ta' skart mhux perikoluż, li jiġi definit mil-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva, barra minn skart inerti, li jirriżulta minn tfittix u estrazzjoni, trattament u ħażna ta' riżorsi minerali kif ukoll minn tħaddim ta' barrieri u li huma depożitati f'manjiera li tipprevjeni tniġġiż ta' l-ambjent jew ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jkun eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, l-punti 2, 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din id-Direttiva.

'3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 75/442/KEE l-Istati Membri jistgħu b'għażla tagħhom jiddikjaraw, li d-depożitu tagħhom ta' skart mhux perikoluż, barra minn skart inerti, li jirriżulta minn tfittix u estrazzjoni, trattament u ħażna ta' riżorsi minerali kif ukoll minn tħaddim ta' barrieri u li huma depożitati f'manjiera li tipprevjeni tniġġiż ta' l-ambjent jew ħsara għas-saħħa tal-bniedem, jista' jkun eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Anness I, il-punti 2, 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu x'jikkostitwixxi depożitu ta' skart mhux perikoluż. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2)."

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo terraferma, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jiġbor flimkien l-istrateġiji nazzjonali.

1.  L-Istati Membri għandhom iwaqqfu strateġija nazzjonali, f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart għall-implimentazzjoni tat-tneħħija gradwali ta' skart bijodegradabbli li jmur f'miżbla, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. Din l-istrateġija għandha tinkludi miżuri biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2, permezz ta', b'mod partikolari, ir-riċiklaġġ, l-ikkompostar, il-produzzjoni tal-bijogass, irkupru ta' materjali jew, meta dawn imsemmija hawn fuq ma jkunux possibbli, l-irkupru tal-enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jiġbor flimkien l-istrateġiji nazzjonali.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  skart li jkun inġabar b'mod separat, skont l-Artikoli 11(1) u 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.";

(f)  skart li jkun inġabar b'mod separat, skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE u l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 10% tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 5 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.   Sal-31 ta' Diċembru 2030, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss skart muniċipali residwali fil-miżbliet għal skart mhux perikoluż.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-mira msemmija fil-paragrafu 5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5. F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet sa 20 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-paragrafu 5, jekk ikun rema f'miżbla aktar minn 65 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013.

 

L-Istat Membru għandu jressaq talba lill-Kummissjoni biex jikseb din l-estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

It-talba għal estensjoni għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-mira qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jiġi abbozzat abbażi ta' evalwazzjoni tal-pjanijiet eżistenti dwar l-immaniġġjar tal-iskart u għandu jinkludi wkoll kalendarju ddettaljat taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

 

Barra minn hekk, il-pjan imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jikkonforma mill-inqas mar-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)   li juża strumenti ekonomiċi adegwati biex jipprovdi inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;

 

(b)   li juri użu effiċjenti u effikaċi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni permezz ta' investimenti fuq terminu twil li wieħed jista' jarahom li għandhom l-għan li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa biex jintlaħqu l-miri rilevanti;

 

(c)   li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja u jiġġenera previżjonijiet ċari tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart u tad-distanza mill-miri speċifikati fil-paragrafu  5 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 94/62/KE u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE;

 

(d)   li jkun stabbilixxa programmi ta' prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE.

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) tar-raba' subparagrafu jkunux issodisfati.

 

Sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-pjan imressaq fi żmien ħames xhur minn meta jaslilha, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li ntlaqgħet.

 

Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona għall-pjan imressaq, hija għandha titlob lill-Istati Membru kkonċernat iressaq pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslulu dawk l-oġġezzjonijiet.

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslilha u għandha taċċetta jew tirrifjuta t-talba għall-estensjoni bil-miktub. Meta l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni sa dik l-iskadenza, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li tkun intlaqgħet.

 

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni, lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew bid-deċiżjonijiet tagħha fi żmien xahrejn minn meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 5 bil-għan li tnaqqasha u li ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.";

7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tintroduċi mira u restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva fejn ikun xieraq.";

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

7a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-fattibilità li tipproponi qafas regolatorju għal tħaffir imtejjeb fil-miżbliet sabiex jiġi permess l-irkupru ta' materja prima sekondarja li tkun preżenti fil-miżbliet eżistenti. Sal-31 ta' Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jimmappjaw il-miżbliet eżistenti u jindikaw il-potenzjal tagħhom għal tħaffir fil-miżbliet imtejjeb u jaqsmu l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tħaffir fil-miżbliet imtejjeb mhux biss jippermetti l-irkupru ta' materjali ta' valur li jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fiċ-ċiklu, iżda jippermetti wkoll l-irkupru ta' wiċċ l-art, billi jitqies li l-parti l-kbira tal-500 000 miżbla storika fl-UE jinsabu f'ambjent (semi-)urban.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5a – paragrafu 2 – sentenza introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom li ġej:

2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jkun fihom li ġej:

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5a – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"(ba)  eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida għal progress lejn l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5."

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Jiżdied l-Artikolu 5b li ġej:

 

Artikolu 5b

 

Skambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni;

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għal skambju regolari u strutturat tal-aħjar prattiki u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Dak l-iskambju ser jgħin biex jiżgura governanza, infurzar, u kooperazzjoni transfruntiera xierqa, u l-iskambju tal-aħjar prattiki, bħall-ftehimiet ta' innovazzjoni u l-evalwazzjoni bejn il-pari. Barra minn hekk, il-pjattaforma għandha tinċentivizza l-pijunieri u tippermetti li oħrajn jinqabżu. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku r-riżultati tal-pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni huwa importanti sabiex jippermetti lill-Istati Membri kollha jilħqu l-miri tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 6 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b)   Fl-Artikolu 6, il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

"(a)  skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ fit-terraferma. Din id-disposizzjoni tista' ma tapplikax għall-iskart inert li għalih it-trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn tali trattament ma jikkontribwixxix għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, billi titnaqqas il-kwantitá tal-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;"

“(a)  skart li ġie soġġett għat-trattament biss ikun mitfugħ f'miżbla. Din id-disposizzjoni tista' ma tapplikax għall-iskart inert li għalih it-trattament ma jkunx teknikament possibbli, l-anqas għal kull skart ieħor fejn tali trattament ma jikkontribwixxix għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif stipulat fl-Artikolu 1, billi titnaqqas il-kwantitá tal-iskart jew il-perikli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, bil-kundizzjoni li l-miri ta' tnaqqis tal-Artikolu 5(2) ta' din id-Direttiva u l-miri ta' riċiklaġġ tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE jintlaħqu mill-Istat Membru rispettiv;"

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 6 – punt a – it-tieni subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  fl-Artikolu 6(a), tiżdied is-sentenza li ġejja:

(4)  Fl-Artikolu 6, punt(a), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward taż-żieda fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.";

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda skont dan il-punt ma jipperikolawx l-ilħiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikament fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart u dwar iż-żieda fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 11 tal-istess Direttiva.";

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport fir-rigward tal-miri fl-Artikolu 5(5) għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

Strumenti biex tiġi promossa l-qalba lejn ekonomija iktar ċirkolari.

 

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi adegwati u għandhom jieħdu miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu dawk indikati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE."

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 15b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15b

 

Determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet

 

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tapprova l-metodu li jrid jintuża għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità għall-miżbliet, fil-post u għall-estenzjoni kollha tas-sit, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2)."

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE.

Artikolu 15c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c.  jiddaħħal l-artikolu 15c li ġej:

 

"Artikolu 15c

 

Standard Ewropew għat-teħid ta' kampjuni ta' skart

 

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standard Ewropew għat-teħid ta' kampjuni ta' skart permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Sakemm jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċeduri u standards nazzjonali."

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 17a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE.

Anness I – punt 3.5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  fl-Anness I, il-punt 3.5(b) huwa mħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE.

Anness II – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  fl-Anness II, il-punt 5 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mat-Trattat ta' Lisbona.

(1)

ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)

ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur għażlet, permezz ta' approċċ orizzontali, li tiffoka fuq l-oqsma fejn id-dimensjoni tal-UE ġġib magħha valur miżjud ċar.

Għal dan l-għan, ir-rapport jappoġġja azzjoni effettiva biex jitrawwem l-użu effiċjenti tar-riżorsi u tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u fl-impatt ambjentali tiegħu, b'mod li titħeġġeġ b'mezzi prattiċi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

L-ekonomija ċirkolari hija fuq kollox mudell ekonomiku effiċjenti mil-lat ta' riżorsi, li se jtejjeb u fl-istess żmien inaqqas l-użu tagħhom, u fl-istess waqt jindirizza l-problemi assoċjati mal-provvisti ta' materja prima. B'dan il-mod, l-ambjent se jkollu protezzjoni akbar, filwaqt li se tkun ukoll promossa r-reindustrijalizzazzjoni, u l-kompetittività Ewropea ser titkabbar fil-kuntest globali, u se jitrawmu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u opportunitajiet ta' negozju ġodda.

Tali bidla sistemika titlob politiki ambizzjużi, appoġġjati minn qafas leġiżlattiv ċar li jkun kapaċi jibgħat sinjali tajba lill-investituri. Jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea tonqos milli tinkorpora definizzjonijiet ċari u miri vinkolanti, dan jista' jagħmel ħsara lill-progress lejn it-tranżizzjoni.

Ir-rapporteur tfakkar li l-għan ewlieni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali Ewropew huwa li l-Unjoni tiġi ttrasformata f'ekonomija ekoloġika u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li tkun effiċjenti fil-mod kif tuża r-riżorsi.

Għalhekk tinħtieġ bidla fundamentali li twassalna lil hinn mis-sempliċi mmaniġġjar tal-iskart u tinvolvi l-adozzjoni ta' politiki li jikkunsidraw l-iskart bħala riżors ġenwin fih innifsu. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli Ewropej dwar l-iskart hija meħtieġa, li għandha tinkiseb permezz tal-applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart u għandha tiġi kkumplimentata b'aktar miżuri biex titnaqqas il-produzzjoni tal-iskart. Ir-rapporteur tfakkar kemm-il darba biex jitqies kif l-ekonomija ċirkolari għandha tindirizza l-problema tal-immaniġġjar tal-iskart primarjament mill-perspettiva ta' prevenzjoni, u mbagħad billi l-iskart jiddaħħal lura fil-proċessi ta' produzzjoni.

Id-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (miżbla)

L-ammont ta' skart mormi f'miżbla huwa indikatur b'saħħtu, u r-restrizzjonijiet fuq ir-rimi fil-miżbliet jistgħu jintużaw bħala lieva fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari. Il-miri fid-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart huma interkonnessi, filwaqt li tnaqqis fl-ammonti ta' skart li jintrema fil-miżbliet jista' jitwettaq biss - u għandu jimxi id f'id - ma' miri ogħla għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-iskart. Ir-rimi fil-miżbliet għandu jkun biss l-aħħar soluzzjoni għall-iskart li la jista' jiġi evitat u lanqas rriċiklat jew irkuprat jew tal-inqas imminimizzat u dekontaminat. Ir-rapporteur għalhekk tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma u li tkompli tillimita r-rimi ta' skart muniċipali fil-miżbliet.

Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi mira ta' massimu ta' 10 % għal skart muniċipali ġġenerat li jintrema fil-miżbliet sal-2030. Hija tipprevedi wkoll perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin addizzjonali fakultattivi għal seba' Stati Membri mniżżla speċifikament. Barra minn hekk, hija tintroduċi sistema ta' twissija bikrija f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u temenda l-iskema ta' rrappurtar. Fl-aħħar nett, hija taġġorna d-dispożizzjonijiet għal leġiżlazzjoni sekondarja.

Ir-rapporteur tapprova l-parti l-kbira tal-elementi msemmija, iżda tissuġġerixxi li diversi aspetti tal-proposta jiġu emendati sabiex issir aktar koerenti u ambizzjuża, b'mod partikolari:

It-tneħħija gradwali minflok it-tnaqqis tar-rimi fil-miżbliet:

Kif spjegat hawn fuq, eventwalment ir-rimi fil-miżbliet għandu jkun permess biss meta ma jkunx hemm alternattivi. Għalkemm jista' jkun li dan ma jaffettwax l-implimentazzjoni minnufih, huwa vitali li tintuża lingwa ċara fit-test kollu, u jintwera li kwalunkwe mira kwantitattiva ta' tnaqqis mhijiex għan fiha nnifisha u għandha sservi bħala mezz lejn immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi. Għaldaqstant għandu jingħad fit-test li huwa biss l-iskart ittrattat u li ma jistax ikun riċiklat aktar, li għandu jintrema f'miżbla.

Approċċ gradwali lejn approċċ aktar ambizzjuż għall-mira tal-2030:

L-esperjenza turi li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali teħtieġ monitoraġġ permanenti. Ir-rapporteur tistabbilixxi mira aktar ambizzjuża ta' 5 % ta' skart residwali f'miżbliet minflok ta' 10 % għall-2030, li tirrifletti aħjar il-kunċett ta' ekonomija ċirkolari.

Perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għall-Istati Membri bi sfidi ta' implimentazzjoni:

Għalkemm ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ flessibbli propost mill-Kummissjoni, l-identifikar ta' seba' Stati Membri magħżula huwa arbitrarju, inġust u demotivanti għall-partijiet involuti kollha. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-perjodu ta' grazzja jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u li jinftiehmu u li tiġi stabbilita proċedura ta' awtorizzazzjoni mingħajr ambigwità għal kwalunkwe devjazzjoni.

Restrizzjoni possibbli għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż u mhux muniċipali:

Ir-rapporteur jiddispjaċiha għan-nuqqas ta' ambizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iskart minn sorsi oħra għajr il-muniċipalitajiet, u tipproponi mandat għal reviżjoni u mira fakultattiva rispettiva diġà fl-2018.

Dispożizzjonijiet uniformi għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent tal-permeabilità tal-miżbliet u għat-teħid ta' kampjuni ta' skart:

Ir-rapporteur tinnota li l-Kummissjoni toqgħod lura milli tlesti l-kompiti tagħha kif stabbilit fl-Annessi I u II. Dawn id-dispożizzjonijiet huma madankollu neċessarji għat-tħaddim sikur ta' miżbla. Ir-rapporteur għalhekk tipproponi test preċiż ħafna sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tiżviluppa u tadotta d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (19.10.2016)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma

(COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Telička

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ġdid dwar l-ekonomija ċirkolari

li jinkludi Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u erba' proposti leġiżlattivi dwar l-iskart. Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-iskart fosthom miri għar-rimi f'miżbliet, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, li għandhom jintlaħqu sal-2030. Il-proposta tistabbilixxi wkoll triq fuq terminu twil ambizzjuża u kredibbli għall-attivitajiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ.

Għalkemm il-Kumitat ITRE ddeċieda li jaqsam il-pakkett f'erba' fajls separati, dawn il-fajls huma marbutin mill-qrib. Ħafna mill-bidliet li jikkonċernaw l-istatistika u d-definizzjonijiet ta' skart huma ppreżentati fi ħdan id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (WFD), filwaqt li l-miri u l-obbligi bbażati fuq dawn id-definizzjonijiet jew l-istatistika huma ppreżentati fi tliet direttivi oħra. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi żgurata l-koerenza fost il-fajls kollha.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta riveduta tal-KE, peress li tippreżenta approċċ usa', iktar olistiku u wkoll iktar realistiku. Ir-rapportar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tassew kruċjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri u għal immaniġġjar tal-iskart effiċjenti fl-UE. M'hemmx dubju li huwa meħtieġ aktar titjib f'dan il-qasam. Il-miri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu ambizzjużi, iżda realistiċi u li jistgħu jintlaħqu mill-Istati Membri kollha, inkella l-UE tiffaċċja r-riskju ta' frammentazzjoni tas-Suq Intern u ta' żvilupp mhux inklużiv u b'hekk mhux uniformi f'dan il-qasam. Viżjoni fuq terminu twil b'għanijiet ambizzjużi biżżejjed hija l-mod adatt kif għandna nimxu 'l quddiem. Madankollu, ir-Rapporteur għad għandu dubji dwar il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-miri irrispettivament mill-adegwatezza tagħhom. Barra minn hekk, wara l-ġbir ta' dejta affidabbli u komparabbli, se jkun meħtieġ li jiġu riveduti l-miri u l-ambizzjonijiet għal livell xieraq. Ir-Rapporteur jiddispjaċih ukoll li l-proposta kollha hi nieqsa minn enfasi fuq l-edukazzjoni u l-informazzjoni li għandhom ikunu fil-qalba tat-trasformazzjoni.

Id-Direttivi Emendatorji dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [miżbla] għandhom l-għan li jtejbu l-immaniġġjar tal-iskart fl-UE billi jistabbilixxu restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet li għandhom jintlaħqu sal-2030 u restrizzjonijiet ulterjuri fuq skart miġbur separatament inkluż il-bijoskart. Din il-proposta għandha tħeġġeġ iktar għażla u riċiklaġġ tal-iskart f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart (ara d-WFD). Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta, u jsostni li definizzjonijiet u statistiki preċiżi huma l-pedament tal-leġiżlazzjoni kollha dwar l-iskart u huma inevitabbli biex jitkejjel il-progress fil-kisba tal-objettivi tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart u l-ekonomija ċirkolari.

Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll bejn is-setturi differenti tal-ekonomija, fosthom l-industrija tal-iskart, u s-settur finanzjarju. Dan jista' jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jgħinu jżidu s-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi aħjar tal-kapaċitajiet disponnibbli u jappoġġjaw simbjożi industrijali, u dan kollu jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ċirkolari. Ir-Rapporteur jemmen ukoll li l-fondi finanzjarji allokati mill-Kummissjoni għat-tranżizzjoni jistgħu jintużaw ukoll għall-proġetti ta' riċerka dwar it-trattament tal-iskart, speċjalment fir-rigward tal-iskart perikoluż.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta li jiġi ssimplifikat l-obbligu ta' rapportar għall-Istati Membri, għalkemm xi partijiet proposti mill-Kummissjoni ma jipprevedux interpretazzjoni mhux ambigwa. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll sistema ta' rapportar kull tliet snin, madankollu l-mistoqsija hija kif dawn l-iskadenzi se jiġu sodisfatti fil-prattika u meta se jibda l-proċess ta' rapportar wara t-traspożizzjoni ta' din id-direttiva sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għal riflessjoni u miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ.

Ir-Rapporteur jappoġġja restrizzjonijiet fuq ir-rimi tal-bijoskart f'miżbliet, iżda jemmen li għandu jkun obbligatorju li l-bijoskart jinġabar separatament u li l-ħtieġa għal ġbir separat obbligatorju tal-bijoskart għandu jiġi enfasizzat aktar fid-WFD. Għalhekk ir-Rapporteur se jipproponi iktar emendi dwar il-ġbir separat obbligatorju tal-bijoskart fid-WFD sabiex jagħmel rabta ċara bejn iż-żewġ fajls.

Hemm differenzi maġġuri fl-ammont assolut ta' skart prodott fi Stati Membri individwali. Il-metodu tal-kalkolu għall-miri tar-rimi f'miżbliet propost mill-Kummissjoni (f'perċentwal), ma jirriflettix biżżejjed dawn id-differenzi. Ir-Rapporteur jemmen li l-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll mira addizzjonali bbażata fuq l-ammont totali ta' skart li jista' jintrema f'miżbla, ikkalkulat għal kull kilogramma għal kull persuna fis-sena. Dan ikun jiffaċilita l-paraguni bejn l-Istati Membri u jippermetti valutazzjoni aħjar tal-prevenzjoni tal-iskart, li hija l-ogħla livell fil-ġerarkija tal-iskart. B'hekk, tkun ukoll tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ammont globali ta' skart iġġenerat kull sena.

Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazzjoni u infurzar b'mod korrett tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iskart. Kwalunkwe miżura addizzjonali meħuda mill-Kummissjoni għandha tqis l-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, titrawwem it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari li tagħmilha possibbli li titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi naturali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi tnaqqis ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż.

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE14 li tistabbilixxi restrizzjonijiet fl-użu tal-miżbliet għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkulari, u tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 billi tnaqqas gradwalment ir-rimi f'miżbliet tal-iskart maħsub għall-miżbliet ta' skart mhux perikoluż sakemm jiġi eliminat kompletament.

__________________

__________________

14 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).

14 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).

15 COM(2008) 699 u COM(2014) 297.

15 COM(2008) 699 u COM(2014) 297.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet tar-rimi f'miżbliet, għandha titqies il-vjabbiltà teknika, ambjentali u ekonomika tar-riċiklaġġ, jew ta' rkupru ieħor tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat.

(5)  Żieda fir-restrizzjoni tar-rimi f'miżbliet, li tibda minn flussi tal-iskart li huma soġġetti għal ġbir separat (eż. plastik, metalli, ħġieġ, karta, bijoskart), tkun tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. It-titjib fil-fattibbiltà teknika, ambjentali u ekonomika tar-riċiklaġġ għandu jkompli jiġi appoġġjat bl-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun l-ammont tal-iskart residwali li jirriżulta mill-iskart miġbur b'mod separat.

Ġustifikazzjoni

Skart li jkun inġabar separatament u li huwa riċiklabbli m'għandhux jispiċċa f'miżbliet. Jinħtieġu aktar investimenti biex jitnaqqas l-ammont ta' skart residwali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli li jkun inġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)  L-iskart muniċipali bijodegradabbli jirrappreżenta proporzjon kbir tal-iskart muniċipali. Ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli mingħajr trattament joħloq effetti ambjentali negattivi ħafna fil-forma ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma tal-pjan, tal-ħamrija u tal-arja. Filwaqt li d-Direttiva 1999/31/KE diġà tistipula miri ta' evitar tal-miżbliet għall-iskart bijodegradabbli, jixraq li jiġu implimentati aktar restrizzjonijiet fuq ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli billi jiġi pprojbit ir-rimi f'miżbliet tal-iskart bijodegradabbli, li għandu jinġabar b'mod separat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' miżuri alternattivi ta' trattament tal-iskart bijodegradabbli sostenibbli bi qbil mat-teknoloġiji u t-tekniki ġodda, bħall-ikkompostjar bid-dud jew il-bijodiġestjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għandu jkompli jiffaċilita l-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, u għandu jevita li jsakkar materjali potenzjalment riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(7)  Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. L-istabbiliment ta' miri ċari ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet u l-ħolqien ta' programm qafas b'kalendarju ta' żmien biex jintlaħqu l-miri li jridu jintlaħqu għandhom ikomplu jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart. Barra minn hekk, dawn l-objettivi ambizzjużi għandhom jipprovdu l-kuntest adegwat biex jistimolaw iż-żieda tal-investimenti pubbliċi u privati fl-infrastruttura, fir-riċerka u l-ħiliet, u għandhom jevitaw li jsakkru materjali potenzjalment riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jeħtieġ tnaqqis progressiv tar-rimi fil-miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. Dan it-tnaqqis għandu jevita l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għall-faċilitajiet ta' trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku ta' livell baxx tal-iskart muniċipali mhux ittrattat, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva.

(8)  Jeħtieġ tnaqqis progressiv tar-rimi f'miżbliet sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-materjali ta' skart b'siwi ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, permezz ta' mmaniġġjar tajjeb tal-iskart, u bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE. Dak it-tnaqqis progressiv tar-rimi f'miżbliet se jġib miegħu bidla maġġuri fl-immaniġġjar tal-iskart f'ħafna Stati Membri. Permezz ta' statistika mtejba dwar il-ġbir u t-trattament tal-iskart, għandu jkun possibbli li jiġi evitat l-iżvilupp ta' kapaċità eċċessiva għall-faċilitajiet ta' trattament tal-iskart residwali, fost l-oħrajn permezz tal-irkupru tal-enerġija jew it-trattament bijoloġiku mekkaniku ta' livell baxx tal-iskart muniċipali mhux ittrattat, billi dan jista' jhedded il-preparazzjoni fit-tul tal-Unjoni għall-ilħiq tal-miri ta' użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ għall-iskart muniċipali, kif stipulat fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. B'mod simili, u sabiex jiġu pprevenuti impatti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintrema fil-miżbliet biss dak l-iskart li jkun għadda minn trattament, il-konformità ma' dan l-obbligu ma għandhiex twassal għall-ħolqien ta' kapaċitajiet eċċessivi għat-trattament tal-iskart muniċipali residwali u se jikkontribwixxi biex tintlaħaq kwalità għolja ta' materjal magħżul. Għal dan l-għan, huwa neċessarju li l-ispinta lejn l-eliminazzjoni tar-rimi f'miżbliet ma jkollhiex bħala konsegwenza żieda fil-kwantitajiet u fil-kapaċitajiet ta' inċinerazzjoni u użu eċċessiv ta' miżbliet. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE u bejn il-mira ta' tnaqqis tar-rimi f'miżbliet kif iddefinita fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, u biex jiġi żgurat ippjanar ikkoordinat tal-infrastrutturi u l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk il-miri, dawk l-Istati Membri li jistgħu jiksbu żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri ta' riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jingħatalhom ukoll żmien addizzjonali biex jilħqu l-miri tat-tnaqqis tar-rimi f'miżbliet għas-sena 2030, kif stipulat f'din id-Direttiva. Huwa wkoll neċessarju li jiġi żgurat li vjeġġi ta' skart jiġu trattati bl-aktar mod kosteffiċjenti u sostenibbli f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, b'mod partikolari f'konformità mal-prinċipju ta' prossimità, il-prijorità għall-irkupru u l-awtosuffiċjenza, għalhekk dawn il-vjeġġi għandhom jiġu mmonitorjati u kkoordinati sew, biex b'hekk jiġi ggarantit li jitwettqu b'mod li jkun konsistenti mal-prinċipji u l-premessi tal-ekonomija ċirkolari.

 

_____________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm hi adatta l-introduzzjoni ta' mira għall-ammont totali ta' skart, skart muniċipali jew għal kull tip ta' skart, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, li jista' jintrema f'miżbla, ikkalkulat għal kull kilogramm fis-sena għal kull persuna. Mira bħal din tiffaċilita paraguni bejn l-Istati Membri u tippermetti li ssir valutazzjoni aħjar tal-prevenzjoni tal-iskart, li hija l-ogħla livell fil-ġerarkija tal-iskart. B'hekk, tkun ukoll tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ammont globali ta' skart iġġenerat kull sena.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 1999/31/KE, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet sottonazzjonali, b'mod partikolari f'każ li dawn il-livelli tal-gvern ikunu responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart, u bejn setturi differenti tal-ekonomija, fosthom l-industrija tal-iskart u s-settur finanzjarju. Dan jista' jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jgħinu jżidu s-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi aħjar tal-kapaċitajiet disponnibbli u jikkontribwixxu biex issir konnessjoni bejn l-industrija tal-iskart u s-settur finanzjarju u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali, filwaqt li dejjem jikkunsidraw li hu essenzjali li tinżamm il-kompettività tal-industrija Ewropea.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri.

(9)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri u għandu jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki fost id-diversi partijiet interessati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(11)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija armonizzata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, li għandu jkun l-Eurostat, u billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta li għandu jiġi bbażat fuq format armonizzat. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika paragunabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Ir-rimi fil-miżbliet ta' skart perikoluż li jinġabar flimkien ma' skart mhux perikoluż (muniċipali, industrijali, skart ieħor) jista' jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Programmi ta' riċerka dwar it-trattament ta' skart perikoluż jgħinu biex jitnaqqas dan ir-rimi f'miżbliet. Il-fondi tal-Unjoni li huma allokati għall-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jistgħu għalhekk jintużaw għal dawn il-programmi.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 2 – punt m

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(m)   "skart bijodegradabbli" ifisser kull skart li huwa kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika, bħal skart ta' ikel u ħaxix, u karti u kartun;

(m)   "skart bijodegradabbli" tfisser ikel, skart tal-ġonna, karta u kartun, injam u skart agrikolu li ma jinvolvix l-annimali bħat-tiben, u kull skart ieħor li jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni anaerobika jew aerobika;"

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)   il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-Istati Membri jridu jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-riduzzjoni ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo terraferma, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport flimkien mall-preparazzjoni ta' strateġiji nazzjonali.

1.  L-Istati Membri għandhom jibdew strateġija nazzjonali għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis aċċellerat ta' skart bijodegradabbli li jmur ġo miżbla, mhux aktar tard min sentejn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'din l-istrateġija. L-istrateġija trid tinkludi miżuri biex jinkisbu l-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 2 partikolarment bil-ħsieb ta' produzzjoni ta' riċiklar, kompostazzjoni, biogas jew irkupru ta' materjali/enerġija. Fi żmien 30 xahar mid-data stipulata fl-Artikolu 18(1) il-Kummissjoni trid tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport flimkien mal-preparazzjoni ta' strateġiji nazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Article 1 – paragraph 1 – point 2 – point c

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 5 – paragrafi 5 sa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 10% tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet ikun naqas sa 10% tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

 

5a.  L-Istati Membri għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2030, jaċċettaw biss skart residwali mhux perikoluż minn skart muniċipali, kummerċjali u industrijali mormi f'miżbliet għal skart mhux perikoluż.

6.  L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-mira msemmija fil-paragrafu 5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5. F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet sa 20 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

6.  L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-mira msemmija fil-paragrafu 5. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5. F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex inaqqas, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi f'miżbliet sa 20 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 5 bil-għan li tnaqqasha u li ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.";

7.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 5 bil-għan li possibbilment tnaqqasha ulterjorment sa 5 % soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt, u li ddaħħal restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbliet ta' skart mhux perikoluż minbarra dak muniċipali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk huwiex xieraq li tiġi introdotta mira għall-ammont totali ta' skart li jista' jintrema f'miżbliet ikkalkulat għal kull kilogramma għal kull persuna fis-sena. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun neċessarju.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 8 – punt a – punt ii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  fl-Artikolu 8(a), il-punt iii huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(iii)  it-terraferma trid tiġi operata b'manjiera tali li miżuri neċessarji huma meħuda biex jiġu prevenuti inċidenti u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;"

(iii)   il-miżbla trid tiġi operata b'tali mod li miżuri preventivi neċessarji jkunu kontinwament meħuda biex inaqqsu t-theddida ta' inċidenti u l-konsegwenzi sussegwenti tagħhom;"

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 14 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14a

 

Strumenti biex tiġi promossa bidla lejn ekonomija iktar ċirkolari.

 

1.   Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti ekonomiċi jew miżuri oħra elenkati fl-Anness IIIa.

 

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi jew miżuri oħra stabbiliti skont il-paragrafu 1 sa ...[daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dik id-data.";

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jiġbru, jipproċessaw u jirrappurtaw dejta paragunabbli, skont metodoloġija komuni, b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format, li jappoġġa l-objettivi tal-użu mill-ġdid tad-dejta u tad-dejta miftuħa, stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025.

3.  Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità.

3.  Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità. Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità, il-konsistenza ta' dik id-dejta u d-disponibbiltà ta' dejta miftuħa. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva.";

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17a li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta paragunabbli kif ukoll il-metodoloġija armonizzata skont il-paragrafu 1 u għar-rapport ta' verifika tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 3.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 17a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa biex tadotta atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Is-setgħa biex tadotta atti delegati kif imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 1999/31/KE

Artikolu 17a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

5.  Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikoli 15 u 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Directive1999/31/EC

Anness I – paragrafu 1 – punt 1.1 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  fl-ANNESS I, il-punt (e) tal-punt 1.1 jinbidel b’dan li ġej:

"(e)  il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali jew naturali fiż-żona."

"(e)  ir-riskju fuq l-ekosistemi lokali u l-organiżmi selvaġġi indiġeni kif ukoll il-patrimonju kulturali taż-żona.";

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Anness IIIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)   Jiżdied l-Anness IIIa, kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Anness (ġdid)

Direttiva 1999/31/KE

Anness IIIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS

 

Jiżdied l-Anness IIIa li ġej:

 

"Anness IIIa

 

Strumenti li jippromwovu l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart u bidla lejn ekonomija ċirkolari

 

1. Strumenti ekonomiċi:

 

1.1.  żieda progressiva ta' taxxi u/jew tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet għall-kategoriji kollha ta' skart (skart muniċipali, skart inert u skart ieħor);

 

1.2.  introduzzjoni jew żieda ta' taxxi u/jew tariffi fuq l-inċinerazzjoni;

 

1.3.  skemi ta' appoġġ dirett fuq il-prezz għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ;

 

1.4.  internalizzazzjoni ta' esternalitajiet pożittivi u negattivi marbuta mar-riċiklaġġ u mal-materja prima primarja;

 

1.5.  introduzzjoni ta' VAT b'rata baxxa jew b'rata żero fuq it-tiswija, il-materjali għat-tiswija u l-bejgħ ta' prodotti użati;

 

1.6.  estensjoni progressiva għat-territorju sħiħ tal-Istati Membri tas-sistemi "ħallas skont kemm tarmi" li jinċentivaw lill-produtturi tal-iskart muniċipali ħalli jnaqqsu, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-iskart tagħhom;

 

1.7.  imposti ekoloġiċi jew tariffi avvanzati fuq ir-rimi li għandhom japplikaw għall-prodotti fejn ma jkunx hemm fis-seħħ programmi estiżi ta' responsabbiltà tal-produtturi;

 

1.8.  miżuri li jtejbu l-kosteffiċjenza tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kemm dawk attwali kif ukoll dawk li ġejjin;

 

1.9.  għajnuna fl-investiment fi proġetti li jippromwovu l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart;

 

1.10  estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi ta' responsabbiltà tal-produtturi għal flussi ġodda ta' skart;

 

1.11.  sistemi tar-redditu mid-depożitu u sistemi oħrajn li jinċentivaw il-produtturi tal-iskart muniċipali u operaturi ekonomiċi biex inaqqsu, jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-iskart tagħhom;

 

1.12.  inċentivi ekonomiċi għall-awtoritajiet lokali biex jippromwovu l-prevenzjoni, u biex jiżviluppaw u jżidu l-iskemi tal-ġbir separat;

 

1.13.  miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur tal-użu mill-ġdid;

 

1.14.  kriterji ekoloġiċi għall-akkwist pubbliku li jippromwovu l-ġerarkija tal-iskart;

 

1.15.  miżuri li jneħħu b'mod gradwali sussidji dannużi li ma jkunux konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart;

 

1.16.  inċentivi li jippromwovu t-tfassil u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jevitaw l-iskart, bħal oġġetti li jistgħu jissewwew.

 

2.  Miżuri oħra:

 

2.1.  projbizzjoni speċifika għall-inċinerazzjoni ta' skart riċiklabbli;

 

2.2.  restrizzjonijiet tas-suq għal prodotti u imballaġġ li jintużaw darba biss u li mhumiex riċiklabbli;

 

2.3.  miżuri tekniċi u fiskali biex jappoġġjaw l-iżvilupp tas-swieq għal prodotti użati mill-ġdid u materjali riċiklati (inkluż materjal mibdul f'kompost) kif ukoll biex itejbu l-kwalità tal-materjali riċiklati;

 

2.4.  miżuri li jinkludu rifużjonijiet tat-taxxa u/jew eżenzjonijiet mit-taxxa;

 

2.5.  miżuri li jżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-immaniġġjar adegwat tal-iskart u t-tnaqqis tar-rimi mhux kontrollat, inklużi kampanji ad hoc li jiżguraw tnaqqis tal-iskart mis-sors u livell għoli ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' ġbir separat;

 

2.6.  miżuri li jiżguraw koordinazzjoni xierqa, inkluż permezz ta' mezzi diġitali, bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha involuti fl-immaniġġjar tal-iskart, u l-involviment ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn;

 

2.7.  użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart li hemm bżonn biex jintlaħqu l-miri rilevanti;

 

2.8.  użu ta' Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment sabiex tiġi ffinanzjata l-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

 

2.9.  ħolqien ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni biex jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-industriji, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u wkoll bejn l-Istati Membri;

 

2.10.  introduzzjoni ta' kontenut riċiklat minimu fil-prodotti;

 

2.11.  kwalunkwe alternattiva rilevanti jew miżura addizzjonali li jimmiraw li jilħqu l-istess għan bħal dawk stabbiliti fil-punti 2.1 sa 2.10.".

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Directive amending Directive 1999/31/EC on the landfill of waste

Referenzi

COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pavel Telička

28.1.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Francesc Gambús, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Direttiva li temenda d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

Referenzi

COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Simona Bonafè

22.12.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.6.2016

29.9.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Fredrick Federley, Martin Häusling, James Nicholson, Younous Omarjee, Stanislav Polčák, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Mary Honeyball, Monika Smolková, Helga Stevens

Data tat-tressiq

7.2.2017

Avviż legali