Proċedura : 2015/0275(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0034/2017

Testi mressqa :

A8-0034/2017

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 4
CRE 14/03/2017 - 4
PV 16/04/2018 - 21
CRE 16/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2017 - 6.6
CRE 14/03/2017 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2018 - 12.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0070
P8_TA(2018)0114

RAPPORT     ***I
PDF 2095kWORD 274k
9.2.2017
PE 580.497v02-00 A8-0034/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

(COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Simona Bonafè

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

(COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0595),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż u l-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0034/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem billi tipprevjeni jew tnaqqas l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart, billi tnaqqas l-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u ttejjeb l-effiċjenza ta' tali użu u billi tiżgura li l-iskart ikun valorizzat bħala riżorsa bil-ħsieb li ssir kontribuzzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  Fid-dawl tad-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi fl-Unjoni u nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-aġenda usa' għall-mixja lejn ekonomija ċirkolari, u li tiġi enfasizzata l-opportunità li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart toffri għat-tisħiħ ta' din it-tranżizzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa -1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)  L-ekonomija ċirkolari toffri opportunitajiet importanti għall-ekonomiji lokali u toffri l-potenzjal biex tinħoloq sitwazzjoni "fejn kulħadd jirbaħ" għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-aġenda usa' għall-mixja lejn ekonomija ċirkolari, u li tiġi enfasizzata l-opportunità li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart toffri għat-tisħiħ ta' din it-tranżizzjoni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa -1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c) L-immaniġġjar tal-iskart għandu jiġi ttrasformat f'immaniġġjar tal-materjal sostenibbli. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2008/98/KE toffri opportunità għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-aġenda usa' għall-mixja lejn ekonomija ċirkolari, u li tiġi enfasizzata l-opportunità li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart toffri għat-tisħiħ ta' din it-tranżizzjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa -1 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1d)   Sabiex wieħed jimxi b'suċċess lejn ekonomija ċirkolari, l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni dwar "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" hija neċessarja flimkien mar-reviżjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttivi dwar l-Iskart. Il-pjan ta' azzjoni għandu jżid ukoll il-koerenza, il-konsistenza u s-sinerġiji bejn l-ekonomija ċirkolari u l-politiki dwar l-enerġija, il-klima, l-agrikoltura, l-industrija u r-riċerka.

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa ċara li jiġu żgurati l-koerenza, il-konsistenza u s-sinerġiji bejn politiki differenti.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa -1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1e)  Fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari"1a, fejn enfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri vinkolanti ta' tnaqqis tal-iskart, jiġu żviluppati miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart u jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi.

 

_______________

 

1a Testi adottati, P8_TA(2015)0266.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, jissaħħaħ it-tixrid tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati, u jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja ta' prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirku. Użu iktar effiċjenti tar-riżorsi jġib miegħu wkoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji tal-Unjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, filwaqt li jnaqqas it-total annwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Żieda fl-isforzi għall-mixja lejn ekonomija ċirkolari tista' tiġġenera tnaqqis ta' 2-4 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra kull sena, u toffri inċentiv ċar biex wieħed jinvesti f'ekonomija ċirkolari. Iż-żieda fil-produttività tar-riżorsi permezz ta' titjib fl-effiċjenza u t-tnaqqis tal-ħela tar-riżorsi tista' tnaqqas ħafna kemm il-konsum tar-riżorsi kif ukoll l-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għalhekk, l-ekonomija ċirkolari għandha tkun parti integrali tal-politika għall-klima peress li toħloq sinerġiji kif enfasizzat fir-rapporti tal-Panel tar-Riżorsi Internazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) L-ekonomija ċirkolari għandha tqis dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jitlob l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tiffoka fuq il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari nadifa u tevita riskju ewlieni possibbli ta' telf futur fil-fiduċja pubblika u tas-suq f'materjal irriċiklat filwaqt li jinħoloq legat li ma għandux tmiem. Il-piż ewlieni għar-riċiklaturi huwa l-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-materjal. L-enfażi tal-UE għandha tkun li dawn is-sustanzi perikolużi ma jibqgħux fil-prodotti u fl-iskart, u s-saħħa pubblika u l-ambjent ma jitpoġġewx f'periklu billi jiġu eżenti ċerti klassijiet ta' negozji jew prodotti minn rekwiżiti siguri u billi fil-futur isir impossibbli li jiġu identifikati dawn il-materjali kkontaminati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiġu emendati biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiżdiedu biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, billi jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ikun żgurat li l-iskart jitqies bħala riżorsa utli.

__________________

__________________

14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika fit-tul sabiex jiggwidaw il-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika fit-tul u li jingħata appoġġ finanzjarju u politiku sabiex jiġu orjentati l-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli fil-livelli iktar baxxi tal-ġerarkija tal-iskart. F'dak il-kuntest, sabiex jinkisbu l-miri rilevanti, huwa essenzjali li jintużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Huwa wkoll essenzjali li l-Istati Membri jemendaw il-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart eżistenti tagħhom f'konformità ma' din id-Direttiva u jadattaw l-investimenti tagħhom kif xieraq.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-iskart muniċipali jiġbor kważi bejn 7% u 10% tal-iskart kollu ġġenerat fl-Unjoni; madankollu, dan il-fluss tal-iskart hu fost l-aktar skart kumpless biex timmaniġġja, u l-mod kif jiġi mmaniġġjat ġeneralment jixhed sew il-kwalità tas-sistema ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart ġenerali fil-pajjiż. L-immaniġġjar tal-iskart muniċipali joħloq sfidi minħabba li l-kompożizzjoni tiegħu hi tassew kumplessa u mħallta, l-iskart iġġenerat hu qrib ferm taċ-ċittadini, u l-iskart iġġenerat għandu ħafna viżibilità pubblika. Minħabba f'hekk, l-immaniġġjar tiegħu jeħtieġ sistema kumplessa ħafna tal-immaniġġjar tal-iskart inkluża skema ta' ġbir effiċjenti, l-involviment attiv taċ-ċittadini u n-negozji, infrastruttura aġġustata skont il-kompożizzjoni speċifika tal-iskart, u sistema elaborata ta' finanzjament. Il-pajjiżi li żviluppaw sistemi effiċjenti għall-immaniġġjar tal-iskart muniċipali ġeneralment irendu aħjar fl-immaniġġjar ġenerali tal-iskart.

(4)  L-iskart muniċipali jiġbor kważi bejn 7% u 10% tal-iskart kollu ġġenerat fl-Unjoni; madankollu, dan il-fluss tal-iskart hu fost l-aktar skart kumpless biex timmaniġġja, u l-mod kif jiġi mmaniġġjat ġeneralment jixhed sew il-kwalità tas-sistema ġenerali tal-immaniġġjar tal-iskart ġenerali fil-pajjiż. L-isfidi tal-iskart muniċipali jirriżultaw mill-kompożizzjoni tiegħu tassew kumplessa u mħallta, mill-prossimità diretta tiegħu għaċ-ċittadini, mill-viżibilità pubblika ħafna tiegħu u mill-impatt tiegħu fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Minħabba f'hekk, l-immaniġġjar tiegħu jeħtieġ sistema kumplessa ħafna tal-immaniġġjar tal-iskart inkluża skema ta' ġbir effiċjenti, sistema effikaċi ta' separazzjoni, traċċar xieraq tal-flussi ta' skart, l-involviment attiv taċ-ċittadini u n-negozji, infrastruttura aġġustata skont il-kompożizzjoni speċifika tal-iskart, u sistema elaborata ta' finanzjament. Il-pajjiżi li żviluppaw sistemi effiċjenti għall-immaniġġjar tal-iskart muniċipali ġeneralment irendu aħjar fl-immaniġġjar ġenerali tal-iskart, inkluż fl-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Madankollu, immaniġġjar xieraq ta' skart muniċipali waħdu mhuwiex biżżejjed biex tingħata spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fejn l-iskart huwa meqjus bħala riżorsa. Approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja għall-prodotti u l-iskart huwa neċessarju sabiex din it-tranżizzjoni tingħata bidu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-esperjenza wriet li kemm is-sistemi pubbliċi kif ukoll dawk immexxija mill-privat jistgħu jgħinu biex tinkiseb sistema ta' ekonomija ċirkolari, u d-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tintuża sistema partikolari jew le ta' spiss tiddependi fuq kundizzjonijiet ġeografiċi u strutturali. Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jippermettu kemm sistema fejn il-muniċipalità għandha r-responsabbiltà ġenerali biex jinġabar l-iskart muniċipali kif ukoll sistema li fiha tali servizzi jingħataw b'kuntratt lill-operaturi privati. L-għażla li wieħed jaqleb bejn dawn is-sistemi għandha tkun f'idejn l-Istati Membri.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, u tar-radam mill-ġdid, bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċett jiġi ċċarat.

(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, kummerċjali u industrijali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-operatur tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ organiku, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, tar-radam mill-ġdid, tas-separazzjoni, tar-rimi taż-żibel u tal-iskart tal-ikel bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċetti jiġi ċċarat.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fuq il-bażi tan-notifiki tal-Istati Membri u l-iżviluppi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrieżamina l-Gwida dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva 2008/98/KE, bl-għan li ttejjeb, tallinja u tarmonizza l-kunċetti ta' skart u prodotti sekondarji fl-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tippromwovi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tan-notifiki tal-Istati Membri u s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, perjodikament tirrieżamina l-Gwida dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva 2008/98/KE, bl-għan li ttejjeb, tallinja u tarmonizza l-kunċetti ta' skart u prodotti sekondarji fl-Istati Membri kollha.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jeħtieġ li tkun żgurata l-koerenza bejn id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u atti leġiżlattivi relatati tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Jeħtieġ li jkunu żgurati, b'mod partikolari, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni koerenti tad-definizzjonijiet ta' "skart", "ġerarkija tal-iskart" u "prodott sekondarju" skont dawn l-atti leġiżlattivi.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

 

1b Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).".

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Skart perikoluż u skart mhux perikoluż għandhom jiġu identifikati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/EU1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/20141b.

 

______________

 

1a Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).

 

1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 89).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)   Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha taqbel mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.

(6)   Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji li jimmiraw il-ksib tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali.

(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji, ekonomiċi u regolatorji li jimmiraw il-ksib tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, faċilitazzjoni tad-donazzjonijiet tal-ikel u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu minn strumenti jew miżuri ekonomiċi bħal dawk stipulati fil-lista indikattiva fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll miżuri biex jikkontribwixxu għall-kisba ta' kwalità għolja tal-materjal separat.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri sabiex iħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li jkunu teknikament durabbli u jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart u jkunu tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ikunu ġew riċiklati, ikunu adattati għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Dawk il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u l-ġerarkija tal-iskart.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex l-operaturi fis-swieq ta' materja prima sekondarja jingħataw iktar ċertezza fir-rigward tal-istatus ta' skart jew mhux skart ta' sustanzi jew oġġetti, u biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għas-sustanzi jew għall-oġġetti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala prodotti sekondarji, kif ukoll għall-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u li għandu jiġu rikonoxxut li m'għadux skart. Fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jew sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta' tali kundizzjonijiet armonizzati għal ċertu skart, inkluż għal użu speċifiku.

(8)  Sabiex l-operaturi fis-swieq ta' materja prima sekondarja jingħataw iktar ċertezza fir-rigward tal-istatus ta' skart jew mhux skart ta' sustanzi jew oġġetti, u biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwi, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli ċari għas-sustanzi jew għall-oġġetti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala prodotti sekondarji, kif ukoll għall-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru u li għandu jiġu rikonoxxut li m'għadux skart.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, għandhom jitqiesu, bħala regola ġenerali, li huma prodotti sekondarji jekk jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet armonizzati u jekk jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju, u tipprijoritizza prattiki ppruvati u replikabbli tas-simbjożi industrijali u agrikola. Fin-nuqqas ta' dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ biss, jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandu, bħala regola ġenerali, ikollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu dispożizzjonjiet armonizzati relatati mal-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart għal ċerti tipi ta' skart. Għandhom jitqiesu kriterji li jkunu speċifiċi għat-tmiem tal-istadju tal-iskart għall-inqas għall-aggregati, il-karta, il-ħġieġ, il-metall, it-tajers u t-tessuti. Fejn ma jkunux ġew stabbiliti kriterji fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kriterji ddettaljati ta' tmiem tal-istadju tal-iskart fil-livell nazzjonali għal ċertu skart f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Fejn tali kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru jitqies li ma għadux skart jekk ikun konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi skont l-Artikolu 6.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija minħabba li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, jew billi jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew billi jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament REACH ma japplikax għall-iskart, kif iddikjarat fl-Artikolu 2(2) "Skart kif definit fid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhuwiex sustanza, taħlita jew oġġett fis-sens tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament".

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 8d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għandha tieħu vantaġġ sħiħ mill-innovazzjoni diġitali. Għal dak il-għan, għandhom jiġu żviluppati mezzi elettroniċi bħal pjattaforma online għall-kummerċjalizzazzjoni tal-iskart bħala riżorsa ġdida, bil-ħsieb li l-operazzjonijiet kummerċjali jsiru iktar faċli u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi, biex b'hekk tissaħħaħ is-simbjożi industrijali.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 8e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8e)  Id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'din id-Direttiva għandhom l-għan li jappoġġjaw id-disinn u l-produzzjoni ta' oġġetti li jqisu bis-sħiħ u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti, inklużi t-tiswija, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom mingħajr ma tkun kompromessa ċ-ċirkolazzjoni libera tal-oġġetti fis-suq intern. Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur hija obbligu individwali fuq il-produtturi li għandhom ikunu responsabbli għall-immaniġġjar ta' tmiem il-ħajja tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq. Madankollu, il-produtturi għandhom ikunu jistgħu jieħdu r-responsabbiltà tagħhom b'mod individwali jew kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għal tal-inqas l-imballaġġ, it-tagħmir elettriku u elettroniku, il-batteriji u l-akkumulaturi, u l-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 8f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8f)   L-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom jinftiehmu bħala sett ta' regoli stabbiliti mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-produtturi jkollhom ir-responsabbiltà finanzjarja u/jew operattiva għall-immaniġġjar fl-istadju ta' wara l-użu mill-konsumatur ta' ċiklu tal-ħajja ta' prodott. Dawk ir-regoli m'għandhomx iwaqqfu lill-produtturi milli jwettqu dawn l-obbligi b'mod individwali jew kollettiv.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Dawk ir-rekwiżiti għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għandhom jikkontribwixxi wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi sabiex iqisu aħjar ir-riċiklabbiltà u l-kapaċità ta' użu mill-ġdid meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kemm jekk ikunu individwali kif ukoll kollettivi. Huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn dawk ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għall-iskemi kollha u dawk li japplikaw biss għall-iskemi kollettivi. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti kollha għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, b'miżuri li jiffaċilitaw implimentazzjoni aħjar tal-ġbir separat u s-seperazzjoni tal-iskart, jiżguraw riċiklaġġ ta' kwalità aħjar, jgħinu jiżguraw aċċess kosteffiċjenti għall-materja prima sekondarja, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi ta' kummerċ elettroniku, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi biex jiżviluppaw mudelli intelliġenti ta' negozju u jqisu l-ġerarkija tal-iskart meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom billi jistimulaw is-sostenibbiltà, ir-riċiklabbiltà, il-kapaċità ta' użu mill-ġdid u l-potenzjal li prodott jissewwa. Huma għandhom jinkoraġixxu s-sostituzzjoni progressiva ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definiti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli; L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tiġi sorveljata minn awtoritajiet indipendenti u m'għandha toħloq l-ebda piż finanzjarju jew amministrattiv sproporzjonat għall-korpi pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur inklużi f'atti legali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jkopru flussi speċifiċi tal-iskart.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta linji gwida dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-produtturi fi skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għall-avvanz tas-suq intern. Biex tiġi żgurata l-koerenza fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tadotta kriterji armonizzati għal dak il-għan permezz ta' atti delegati.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Meta jiġu stabbiliti skemi għall-implimentazzjoni kollettiva tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu salvagwardji kontra l-konflitti ta' interess bejn il-kuntratturi u l-organizzazzjonijiet tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll ta' kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, kif ukoll biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' tali miżuri. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni.

(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart, u jiġu promossi materjali ta' kwalità għolja sostenibbli, riċiklabbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima li qed isiru dejjem iktar rari. L-iżvilupp ta' mudelli innovattivi tan-negozju huwa fundamentali f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu miri ta' prevenzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel, inkluż l-użu ta' strumenti ekonomiċi u ta' miżuri oħra li gradwalment jissostitwixxu sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definit fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli, jiġġieldu l-obsolexxenza ppjanata, jappoġġaw l-użu mill-ġdid, iżidu l-għoti tal-kapaċità lill-konsumaturi permezz ta' għarfien aħjar dwar il-prodott, u jħeġġu kampanji ta' informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ukoll jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri kif ukoll il-progress fit-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u jimmiraw li jiddiżakkopjawha mit-tkabbir ekonomiku. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi u metodoloġiji komuni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-promozzjoni tas-sostenibbiltà fil-produzzjoni u fil-konsum tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-prevenzjoni tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex lill-konsumaturi jagħmluhom konxji ta' dan u jħeġġuhom jipparteċipaw b'mod iktar attiv sabiex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Il-produttur oriġinali tal-iskart għandu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-iskart u fl-istadju inizjali ta' qabel is-separazzjoni.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex jitnaqqas it-telf tal-ikel u jiġi evitat l-iskart tal-ikel tul il-katina sħiħa tal-provvista, għandha tiġi stabbilita ġerarkija tal-iskart, kif stabbilit fl-Artikolu 4a.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas bin-nofs sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu l-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, u għandhom ikejlu l-progress fit-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-UE, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel għandu jsir kull sentejn.

(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas b'50 % sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu u jnaqqsu l-ġenerazzjoni totali tal-iskart tal-ikel u jnaqqsu t-telf tal-ikel fil-katina tal-provvista kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, it-trasport u l-ħżin. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex juru kif jiġi evitat l-iskart tal-ikel fil-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart. B'dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu mira ta' tnaqqis tal-iskart tal-ikel tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030. L-Istati Membri għandhom ikejlu wkoll il-progress li jkun sar fit-tnaqqis tal-iskart tal-ikel u fit-telf tal-ikel. Sabiex jitkejjel dan il-progress u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-UE, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandha tiġi stabbilita metodoloġija komuni għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel għandu jsir kull sena.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   Sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għall-ġbir ta' prodotti tal-ikel mhux mibjugħa fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel u fl-istabbilimenti tal-ikel u għad-distribuzzjoni mill-ġdid tagħhom lil organizzazzjonijiet tal-karità. Is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar it-tifsira tad-dati ta' skadenza għandha titjieb sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Il-kompitu prinċipali tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem f'ekonomija ċirkolari jeħtieġ li jkun li jbiddel il-materjal li ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem (bħal pereżempju ħaxix, prodotti sekondarji jew residwi tal-għelejjel) f'ikel. Għaldaqstant, l-annimali għandhom jingħataw inqas ċereali, peress li dan huwa użu ineffiċjenti tal-enerġija u tal-proteini u b'hekk huwa ħela tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-input ta' enerġija għall-annimali li jingħataw, pereżempju, ċereali huwa ħafna ikbar mill-output għall-benefiċċju tal-bniedem fil-forma ta' laħam, ħalib jew bajd.

 

 

 

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iskart industrijali, ċertu skart kummerċjali u ċertu skart mill-minjieri huma ddiversifikati wisq mil-lat ta' volum u kompożizzjoni, u huma differenti ħafna skont l-istruttura ekonomika tal-Istat Membru, l-istruttura tas-settur industrijali jew kummerċjali li jiġġenera l-iskart, u d-densità industrijali jew kummerċjali f'żona ġeografika partikolari. Għalhekk, għall-parti l-kbira tal-iskart industrijali u tal-minjieri, soluzzjoni xierqa hija approċċ orjentat lejn l-industrija u li juża d-dokumenti ta' referenza bl-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immaniġġjar ta' tip partikolari ta' skart. Madankollu, l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali se jibqgħu jkopruh ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/62/KE u tad-Direttiva 2008/98/KE, inkluż it-titjib rispettiv tagħhom.

(13)  L-iskart industrijali, ċertu skart kummerċjali u ċertu skart mill-minjieri huma ddiversifikati wisq mil-lat ta' volum u kompożizzjoni, u huma differenti ħafna skont l-istruttura ekonomika tal-Istat Membru, l-istruttura tas-settur industrijali jew kummerċjali li jiġġenera l-iskart, u d-densità industrijali jew kummerċjali f'żona ġeografika partikolari. Għalhekk, għall-parti l-kbira tal-iskart industrijali u tal-minjieri, soluzzjoni temporanja biex jinkisbu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari hija approċċ orjentat lejn l-industrija u li juża d-dokumenti ta' referenza bl-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immaniġġjar ta' tip partikolari ta' skart. Peress li l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali huma koperti mir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/62/KE u tad-Direttiva 2008/98/KE, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi, sal-31 ta' Diċembru 2018, miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ għall-iskart kummerċjali u għall-iskart industrijali mhux perikoluż li għandhom jintlaħqu sal-2025 u sal-2030.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi b'mod attiv il-kondiviżjoni ta' pjattaformi bħala mudell ta' negozju tal-ekonomija ċirkolari. Għandha toħloq integrazzjoni iktar b'saħħitha bejn il-pjan ta' azzjoni għall-ekonomija ċirkolari u l-linji gwida għal ekonomija kollaborattiva u tinvestiga l-miżuri kollha possibbli biex jingħataw inċentivi għal dan.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għandha tfittex li tikseb l-għanijiet ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, b'referenza partikolari għall-miri relatati mal-protezzjoni ambjentali, il-bidla lejn sorsi ta' enerġija nodfa, żvilupp lokali sostenibbli u aktar impjiegi fl-Istati Membri. Għaldaqstant, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari għandu jippromwovi wkoll l-involviment ta' entitajiet bħal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, intrapriżi tal-ekonomija soċjali, istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u korpi għall-immaniġġjar tal-iskart li joperaw fuq livell reġjonali u lokali, sabiex jitjieb il-maniġment ġenerali tagħhom, titrawwem l-innovazzjoni fil-proċessi u l-prodotti u jinħolqu impjiegi fiż-żoni kkonċernati.

 

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sabiex iġibu magħhom benefiċċji sostanzjali ambjentali, ekonomiċi u soċjali.

(14)  Il-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu għall-inqas sa 60 % sal-2025 u għall-inqas sa 70 % sal-2030 sabiex iġibu magħhom benefiċċji sostanzjali ambjentali, ekonomiċi u soċjali u biex jaċċelleraw il-bidla lejn ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi aċċellerata l-bidla għal ekonomija ċirkolari, il-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu għall-inqas sa 60 % sal-2025 u sa 70 % sal-2030, b'konformità mal-miżuri approvati mill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Lulju 2015 fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari".

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-istabbiliment ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti, sakemm dan ma jikkompromettix il-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti. Dawn is-sistemi għandhom ikunu stabbiliti, b'mod partikolari, għal tagħmir elettriku u elettroniku, tessuti, għamara, materjali ta' kostruzzjoni, tajers u, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/62/KE, għal imballaġġ.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Sabiex jiġi promoss l-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu objettivi kwantitattivi u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-produtturi sabiex jippermettu lill-operaturi tal-użu mill-ġdid li jkollhom aċċess faċli għall-manwali tal-istruzzjonijiet, il-parts tal-bdil u l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-użu mill-ġdid tal-prodotti.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  Ir-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fis-settur tal-użu mill-ġdid u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jeħtieġ li jiġi rikonoxxut u kkonsolidat. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippromwovu r-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali f'dak is-settur, anke, meta jkun xieraq, permezz ta' strumenti ekonomiċi, akkwist pubbliku, aċċess iffaċilitat għall-punti ta' ġbir tal-iskart, u kwalunkwe inċentiv ekonomiku jew regolatorju xieraq ieħor. Il-qafas regolatorju ġdid stabbilit mill-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari għandu jissalvagwardja l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati biex ikomplu x-xogħol tagħhom fis-settur tal-użu mill-ġdid u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 14d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14d)  Il-bidla għal ekonomija ċirkolari toffri għadd ta' aspetti pożittivi, kemm ekonomiċi (bħall-ottimizzazzjoni tal-użu ta' riżorsi tal-materja prima), ambjentali (bħall-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-iskart) kif ukoll soċjali (bħall-potenzjal tal-ħolqien tal-impjieg li huwa soċjalment inklużiv u l-iżvilupp ta' rabtiet soċjali). L-ekonomija ċirkolari hija f'konformità mal-ispirtu tal-ekonomija soċjali u solidali u l-implimentazzjoni tal-ekonomija ċirkolari għandha primarjament tippermetti l-ġenerazzjoni ta' benefiċċji ambjentali u soċjali.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 14e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14e)  L-atturi involuti fl-ekonomija soċjali u dik ibbażata fuq is-solidarjetà għandhom, permezz tal-attivitajiet tagħhom, inklużi t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u l-użu mill-ġdid innifsu, jgħinu biex jippromwovu l-ekonomija bbażata fuq is-solidarjetà. Għandhom jittieħdu passi sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta' dawn l-attivitajiet fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ekonomija soċjali u dik ibbażata fuq is-solidarjetà tħaddan firxa ta' impriżi fil-forma ta' kooperattivi, soċjetajiet mutwi, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet, li d-dinamika u l-attivitajiet interni tagħhom huma bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u tal-benefiċċju soċjali, li għandu rwol ewlieni fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Permezz ta' żieda progressiva tal-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart li jkunu ta' siwi ekonomiku jintużaw mill-ġdid u jiġi rriċiklati b'mod effettiv, u għandu jiġi żgurat ukoll li l-materjali ta' siwi li jinstabu fl-iskart jiddaħħlu mill-ġdid fl-ekonomija Ewropea, biex b'hekk tinġieb 'il quddiem l-Inizjattiva tal-Materja Prima17 u jiġi xprunat il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari.

(15)  Permezz ta' żieda progressiva tal-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart li jkunu ta' siwi ekonomiku huma mħejjija għall-użu mill-ġdid u jiġu rriċiklati b'mod effettiv, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni ta' livell għoli tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, u għandu jiġi żgurat ukoll li l-materjali ta' siwi li jinstabu fl-iskart jiddaħħlu mill-ġdid fl-ekonomija Ewropea, biex b'hekk tinġieb 'il quddiem l-Inizjattiva tal-Materja Prima17 u jiġi xprunat il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari.

__________________

__________________

17 COM(2008)699 u COM(2014)297.

17 COM(2008)699 u COM(2014)297.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025 u għall-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjan ta' implimentazzjoni.

(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat u li ma kinux meqjusa li jinsabu f'riskju li ma jiksbux il-mira għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-inqas 50 % tal-iskart muniċipali tagħhom sal-2050 għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025. Dawn l-istess Stati Membri jistgħu wkoll jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2030 jekk ma jkunux meqjusa li jinsabu f'riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-inqas 60 % tal-iskart muniċipali tagħhom sal-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjanijiet ta' implimentazzjoni, li l-effettività tagħhom għandha tkun ivvalutata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' kriterji definiti.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Sabiex jiġi żgurat l-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità għolja, l-output tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ għandu jirrispetta l-istandards ta' kwalità. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, skont l-aqwa prattiki ta' produzzjoni fis-suq.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. B'mod simili, huwa importanti li jiġu stipulati regoli aktar preċiżi dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ġie rriċiklat u li jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

(17)  Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi eċċessivi fuq operaturi żgħar u medji. B'mod simili, huwa importanti li jiġu stipulati regoli aktar preċiżi dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ġie rriċiklat u li jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-iskart muniċipali rriċiklat għandu jkun ibbażat fuq metodu wieħed armonizzat li jipprevjeni lill-Istati Membri milli jirrapportaw skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dan il-għan, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jew imħejjija għar-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi ta' din id-dejta, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, u dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

(18)  Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi tad-dejta dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għal operaturi ta' użu mill-ġdid, għal skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta, kif ukoll dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni. Sabiex jiġi kkalkulat jekk il-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ intlaħqux u wara l-adozzjoni tal-metodu ta' kalkolu armonizzat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkunsidraw ir-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni, bħall-irkupru tal-enerġija.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin.

(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, it-tessuti u l-bijoskart hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat u jiġi riċiklat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin u għall-prevenzjoni tal-inċinerazzjoni u r-rimi f'miżbla. Barra minn hekk, ir-riċerka fi ġbir u sistemi ta' riċiklaġġ possibbli għal flussi oħra wkoll u materjali ġodda għandha tiġi mħeġġa u intensifikata.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Il-bijoekonomija għandha rwol importanti fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-materja prima madwar l-Unjoni. Użu iktar effiċjenti tal-iskart jista' joħloq inċentiv importanti għall-katina ta' provvista tal-bijoekonomija. B'mod partikolari, ġestjoni sostenibbli tal-bijoskart toffri l-opportunità li l-materja prima abbażi ta' karburant fossili tiġi ssostitwita minn sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' materjali u komoditajiet.

Ġustifikazzjoni

Il-bijoekonomija għandha rwol importanti fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-materja prima fl-UE, u għalhekk huwa essenzjali li jiġu inklużi rekwiżiti ġodda fir-rigward tal-immaniġġjar effikaċi tal-bijoskart.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  Sabiex jiġi evitat it-trattament tal-iskart li jimblokka r-riżorsi fil-livelli inferjuri tal-ġerarkija tal-iskart, biex ikun jista' jsir riċiklaġġ ta' kwalità għolja u biex jissaħħaħ l-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bijoskart jinġabar separatament u jgħaddi minn riċiklaġġ organiku b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u li l-output tiegħu jissodisfa l-istandards ta' kwalità għolja rilevanti.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)  Minkejja l-ġbir separat, ħafna mill-materjal riċiklabbli xorta jispiċċa fi skart imħallat. B'separazzjoni ta' kwalità għolja, speċjalment separazzjoni ottika, ammont konsiderevoli ta' materjali jista' jiġi sseparat mill-iskart residwali u wara rriċiklat u pproċessat mill-ġdid f'materja prima sekondarja. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li anke l-iskart li ma jinġabarx b'mod separat jiġi madankollu sseparat.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Premessa 20d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20d)  Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta' skart muniċipali b'sustanzi perikolużi li jistgħu jbaxxu l-kwalità tar-riċiklaġġ u għaldaqstant ifixklu l-użu ta' materja prima sekondarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat għal skart perikoluż mid-djar.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart, fejn xieraq, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni.

(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Il-ġbir separat u r-riġenerazzjoni ta' żjut għar-rimi għandhom benefiċċji ekonomiċi u ambjentali sinifikanti, anke f'termini ta' sigurtà tal-provvista. Għandhom jiġu stabbiliti l-ġbir separat kif ukoll miri għar-riġinerazzjoni ta' żjut għar-rimi.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart.

(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-ewwel il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid, imbagħad ir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. Il-Kummissjoni għandha, skont il-ġerarkija tal-iskart, tippermetti l-użu tal-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiġi żviluppat qafas finanzjarju effettiv li jgħin lill-awtoritajiet lokali jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jiffinanzjaw l-intoduzzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u l-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu l-aqwa mmaniġġjar possibbli tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' tali tipi ta' materja prima, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE18. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.

(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-użu mill-ġdid ta' prodotti u r-riċiklaġġ tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' materja prima kritika u jiżguraw li huma mmaniġġjati b'mod effiċjenti, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE18. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.

__________________

__________________

18 COM(2014) 297.

18 COM(2014) 297.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-użu mill-ġdid tal-prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin tal-materja prima. Għandhom jinkludu wkoll fil-pjanijiet tagħhom ta' mmaniġġjar tal-iskart miżuri xierqa fuq livell nazzjonali b'rabta mal-ġbir u l-irkupru tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' dawk it-tipi ta' materja prima. Il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart meta jiġu aġġornati għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar il-gruppi ta' prodotti u l-flussi tal-iskart rilevanti fil-livell tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li l-Istati Membri jieħdu miżuri għal materja prima oħra meqjusa importanti għall-ekonomija nazzjonali tagħhom.

(24)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll fil-pjanijiet tagħhom ta' mmaniġġjar tal-iskart miżuri xierqa fuq livell nazzjonali b'rabta mal-ġbir, is-separazzjoni u l-irkupru tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' dawk it-tipi ta' materja prima. Il-miżuri għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-iskart meta jiġu aġġornati għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar il-gruppi ta' prodotti u l-flussi tal-iskart rilevanti fil-livell tal-UE. Din id-dispożizzjoni ma tipprekludix li l-Istati Membri jieħdu miżuri għal materja prima oħra meqjusa importanti għall-ekonomija nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva dwar il-Materja Prima, huwa importanti li l-Istati Membri jinkludu fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart nazzjonali tagħhom miżuri xierqa dwar il-ġbir, is-separazzjoni u l-irkupru tal-iskart.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Ir-rimi taż-żibel għandu impatti ħżiena diretti fuq l-ambjent u fuq il-benessri taċ-ċittadini, u l-kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà. L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema.

(25)  Ir-rimi taż-żibel għandu impatti ħżiena diretti u indiretti fuq l-ambjent, fuq il-benessri taċ-ċittadini u fuq l-ekonomija. Kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel hija ppreferuta mit-tindif. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel għandha tkun sforz kondiviż bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Huwa essenzjali li tinbidel l-imġiba mhux xierqa tal-konsumaturi biex jiġi evitat iż-żibel. Il-produtturi, li l-prodotti tagħhom probabbilment isiru żibel, għandhom jippromwovu l-użu sostenibbli tal-prodotti tagħhom sabiex jiġi evitat ir-rimi taż-żibel. Barra minn hekk, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni għandhom rwol importanti biex jixprunaw bidla fl-imġiba.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 20081a hija l-istrument legali vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-istabbiliment ta' miri ambjentali sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb fir-rigward tal-iskart fil-baħar. Madankollu, is-sorsi ewlenin tal-iskart fil-baħar huma attivitajiet fuq l-art u huma kkawżati minn prattiki ħżiena tal-immaniġġjar tal-iskart solidu, nuqqas ta' infrastruttura u nuqqas ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. Għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex inaqqsu l-iskart fuq l-art li x'aktarx jispiċċa fl-ambjent tal-baħar, f'konformità mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikolari jimmiraw li jiksbu l-għan li jnaqqsu l-iskart fil-baħar b'50 % sal-2030 fil-livell tal-Unjoni. B'kunsiderazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar fil-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart. B'dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu l-miri ta' tnaqqis tal-iskart fil-baħar madwar l-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030. Biex jitkejjel il-progress lejn dawn il-miri u sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' prattika tajba madwar l-Unjoni Ewropea fost l-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għall-kejl ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart fil-baħar li joriġina mill-art għandu jsir kull sena.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b)  Ir-rimi mhux xieraq tal-iskart permezz tar-rimi taż-żibel u skariki ta' drenaġġ u ta' skart solidu, bħall-plastik, għandu impatti detrimentali fuq l-ambjent tal-baħar u fuq is-saħħa tal-bniedem, kif ukoll fuq il-kostijiet ekonomiċi u soċjali sinifikanti. Tali skart ifixkel ukoll l-ordni ta' prijorità tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi. Meta wieħed jikkunsidra n-natura transkonfinali tal-iskart fil-baħar u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni fl-isforzi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jilħqu mira għat-tnaqqis tagħhom, bl-użu ta' protokolli ta' monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Premessa 25c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25c)  Mikrożibeġ fi prodotti kożmetiċi u prodotti tal-kura personali li jitneħħew bl-ilma u li jaslu fis-sistemi tad-drenaġġ residenzjali, kummerċjali jew industrijali wara l-użu jikkostitwixxu wieħed mill-iktar sorsi diretti ta' tniġġis mill-mikropartiċelli tal-plastik li jistgħu jiġu evitati. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu lill-ingredjenti tal-mikrożibeġ u tal-mikropartiċelli tal-plastik milli jidħlu f'sistemi tat-trattament tal-ilma tal-iskart u jintremew fl-ambjent tal-baħar.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni li jħejju l-Istati Membri kull tliet snin urew li mhumiex għodda effettiva biex tkun verifikata l-konformità u żgurata implimentazzjoni tajba, u dawn qed joħolqu piż amministrattiv żejjed. Għaldaqstant, jixraq li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri jipproduċu tali rapporti. Minflokhom, il-monitoraġġ tal-konformità għandu jissejjes esklussivament fuq id-dejta statistika li l-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni.

(27)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni li jħejju l-Istati Membri kull tliet snin urew li mhumiex għodda effettiva biex tkun verifikata l-konformità u żgurata implimentazzjoni tajba, u dawn qed joħolqu piż amministrattiv żejjed. Għaldaqstant, jixraq li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Istati Membri jipproduċu tali rapporti. Minflokhom, il-monitoraġġ tal-konformità għandu jissejjes esklussivament fuq id-dejta statistika li l-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-Kummissjoni biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Anki jekk ma jibqax ikollhom ifasslu rapport regolari dwar l-implimentazzjoni, l-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni li tista' tkun neċessarja biex tivvaluta jekk humiex jilħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw l-iktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(28)  Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta abbażi ta' sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġija komuni żviluppata mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq id-dejta u l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri sabiex tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progess miksub fl-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ u fl-implimentazzjoni ta' obbligi ġodda stabbiliti minn din id-Direttiva. Dawk ir-rapporti triennali għandhom jevalwaw ukoll l-impatt tad-Direttiva 2008/98/KE fl-intier tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u jivvalutaw jekk l-emendi humiex meħtieġa biex iżommu d-Direttiva 2008/98/KE adattata għall-iskop tagħha fid-dawl tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġu evalwati l-impatti tad-Direttiva u tiġi vvalutata fuq bażi regolari l-ħtieġa ta' aġġornamenti neċessarji sabiex il-leġiżlazzjoni tibqa' adatta għall-iskop tagħha filwaqt li twieġeb għall-aħħar sfidi li joriġinaw mill-ekonomija ċirkolari u l-progress teknoloġiku fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  Sabiex tikkontribwixxi għal governanza xierqa, tisħiħ, kooperazzjoni transkonfinali u tixrid tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-qasam tal-iskart u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u konsistenti tal-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni prattika ta' dik id-Direttiva. Ir-riżultati tal-ħidma ta' dik il-pjattaforma għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Premessa 28c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)  Il-potenzjal ekonomiku kif ukoll il-benefiċċji ambjentali tal-mixja lejn ekonomija ċirkolari u ż-żieda fl-effiċjenza fir-riżorsi huma stabbiliti sewwa. Il-passi meħtieġa biex jingħalaq iċ-ċirku huma ppreżentati f'bosta dokumenti u proposti ta' politika, li jvarjaw mill-manifest u r-rakkomandazzjonijiet ta' politika sussegwenti tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (EREP) għal Ewropa aktar effiċjenti fir-riżorsi ppubblikat fis-17 ta' Diċembru 2012, għar-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew dwar il-mixja lejn ekonomija ċirkolari adottat fil-25 ta' Ġunju 2015, u finalment il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-ekonomija ċirkolari ppubblikat fit-2 ta' Diċembru 2016. Dawn kollha jippreżentaw azzjonijiet lil hinn mill-iskart u jkopru ċ-ċiklu sħiħ, u dawn mhux biss għandhom jiggwidaw il-livell ambizzjuż tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, iżda jiżguraw ukoll li tittieħed azzjoni ambizzjuża biex jingħalaq iċ-ċirku kollu.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Premessa 28d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28d)  Ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll il-ħolqien ta' mudelli ta' negozju intelliġenti bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi huma essenzjali għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Unjoni fejn l-iskart jidher bħala riżorsa ġdida. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-kontribut, fil-qafas tal-Orizzont 2020, għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni li jistgħu juru u jittestjaw fil-qasam is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali ta' ekonomija ċirkolari, huwa neċessarju. Fl-istess ħin, filwaqt li jadottaw approċċ sistemiku, dawn il-proġetti jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni li twassal għall-innovazzjoni u li tkun faċli biex jiġi implimentat, billi jiġu identifikati inċertezzi regolatorji, ostakoli u lakuni li jfixklu l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Premessa 28e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28e)  Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari biex tistimola t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari. Peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet programm ta’ azzjonijiet konkret u ambizzjuż, b'miżuri li jkopru ċ-ċiklu sħiħ, hemm bżonn ta' miżuri supplimentari biex jaċċelleraw dik it-tranżizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari biex issaħħaħ it-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ċirkolari. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni stabbilixxiet programm ambizzjuż ta' miżuri speċifiċi għall-perjodu 2015-2018; madankollu, hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali sabiex inħaffu din it-tranżizzjoni. Dawk il-miżuri għandhom, b'mod partikolari, jikkunsidraw il-ħtieġa għal indikatur Ewropew tal-effiċjenza tar-riżorsi, miżuri leġiżlattivi biex jippromwovu produzzjoni u konsum sostenibbli u d-determinazzjoni ta' kriterji ta' effiċjenza tar-riżorsi u l-indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta ta' prodotti mhux tal-enerġija.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Premessa 28f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28f)  It-titjib fl-użu tar-riżorsi jista' jġib iffrankar nett sostanzjali għan-negozji tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, filwaqt li jnaqqas it-total tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tipproponi, sal-aħħar tal-2018, indikatur ewlieni u tabella operattiva ta' subindikaturi dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-mira taż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fil-livell tal-Unjoni b'30 % sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-2014.

Ġustifikazzjoni

Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari biex issaħħaħ it-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija ċirkolari. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni stabbilixxiet programm ambizzjuż ta' miżuri speċifiċi għall-perjodu 2015-2018; madankollu, hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali sabiex titħaffef din it-tranżizzjoni. Dawk il-miżuri għandhom, b'mod partikolari, jikkunsidraw il-ħtieġa għal indikatur Ewropew tal-effiċjenza tar-riżorsi, miżuri leġiżlattivi biex jippromwovu produzzjoni u konsum sostenibbli u d-determinazzjoni ta' kriterji ta' effiċjenza tar-riżorsi u l-indikazzjoni tagħhom fuq it-tikketta ta' prodotti mhux tal-enerġija.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Sabiex id-Direttiva 2008/98/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3). Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(29)  Sabiex id-Direttiva 2008/98/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta':

 

-   kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom sustanzi jew oġġetti għandhom jitqiesu bħala prodotti sekondarji jew li m'għadhomx skart,

 

-   rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi dwar l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart,

 

-   l-istabbiliment tal-lista ta' skart,

 

-   kriterji armonizzati li għandhom jiġu segwiti meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, abbażi tal-ispejjeż reali tat-tmiem tal-ħajja tal-prodotti,

 

-   indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-iskart u fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart,

 

-   metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart tal-ikel,

 

-   metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art,

 

-   rekwiżiti minimi ta' kwalità u operazzjonali għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir ta' dejta, it-traċċabilità, il-verifika u r-rappurtar,

 

-   metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati,

 

-   kriterji tekniċi u proċeduri operattivi għal operazzjonijiet tar-rimi D2, D3, D4, D6, D7 u D12 kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE u, jekk ikun xieraq, projbizzjoni fuq dawk l-operazzjonijiet jekk ma jkunux jissodisfaw ċerti kriterji relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent,

 

-   standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta' trattament li jeħtieġu permess skont id-Direttiva 2008/98/KE, meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards jistgħu jwasslu għal gwadann f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent,

 

-   standards minimi għal attivitajiet li jeħtieġu reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2008/98/KE meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards jistgħu jwasslu għal gwadann f'termini ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jew biex jiġi evitat tfixkil fis-suq intern,

 

-   l-ispeċifikazzjoni tal-applikazzjoni tal-formola għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni msemmija fil-punt R1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE,

 

-   il-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta, l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta u s-sorsi tad-dejta kif ukoll il-format għar-rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri dwar it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u t-tnaqqis fl-iskart fil-baħar, dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għar-radam mill-ġdid, dwar iż-żjut ta' skart, u

 

-   l-adattament tal-Annessi I sa V tad-Direttiva 2008/98/KE għall-progress xjentifiku u tekniku.

 

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti., u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 9(4), 9(5), 33(2), 35(5), u 37(6). Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 .

(30)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward ta':

 

-   il-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart, u

 

-  l-kundizzjonijiet minimi għall-operazzjoni ta' reġistri elettroniċi dwar skart perikoluż.

 

Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 .

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13).

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni, u b'hekk tgħin fil-protezzjoni, il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tas-saħħa tal-oċeani u tas-sigurtà tal-frott tal-baħar billi jitnaqqas ir-rimi tal-iskart fil-baħar, kif ukoll għall-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali madwar l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

(33)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb l-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni, u b'hekk tgħin fil-protezzjoni, il-preżervazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tas-saħħa tal-oċeani u tas-sigurtà tal-frott tal-baħar billi jitnaqqas ir-rimi tal-iskart fil-baħar, kif ukoll għall-utilizzazzjoni prudenti, imnaqqsa u razzjonali tar-riżorsi naturali madwar l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiddaħħal b'mod espliċitu l-bżonn li titnaqqas l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw livelli għolja ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-setturi tal-produzzjoni, tar-riċiklaġġ, tat-tiswija, tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tal-iskart, b'kunsiderazzjoni tar-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw il-ħaddiema f'dawn is-setturi, u għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam tiġi implimentata u infurzata sew.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)  Din id-Direttiva ġiet adottata fid-dawl tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart, u permezz tat-tnaqqis ta’ l-impatti ġenerali ta’ l-użu ta’ riżorsi u t-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ tali użu.

"Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, u permezz tat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu ta' riżorsi u t-titjib tal-effiċjenza ta' tali użu, li huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-UE."

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart hija strument importanti biex tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari. Dan għandu jkun ċar fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘'1a.   "skart muniċipali" tfisser

‘'1a.   "skart muniċipali" tfisser

(a)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat mid-djar, inklużi:

(a)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat mid-djar, inklużi:

–  karta u kartun, metalli tal-ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, tagħmir elettriku u elettroniku mormi, batteriji u akkumulaturi mormija;

–  karta u kartun, metalli tal-ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, tagħmir elettriku u elettroniku mormi, batteriji u akkumulaturi mormija;

–  skart goff, inklużi apparat domestiku, saqqijiet u għamara;

–  skart goff, inklużi saqqijiet u għamara;

–  skart tal-ġonna, inklużi l-weraq u l-ħaxix maqtugħ;

–  skart tal-ġonna, inklużi l-weraq u l-ħaxix maqtugħ;

(b)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat minn sorsi oħra, li huwa paragunabbli għall-iskart tad-djar fin-natura, fil-kompożizzjoni u fil-kwantità tiegħu.

(b)  skart imħallat u skart miġbur b'mod separat minn negozji żgħar, bini ta' uffiċċji u istituzzjonijiet inklużi l-iskejjel, l-isptarijiet, u l-bini tal-gvern, li huwa paragunabbli għall-iskart tad-djar fin-natura u fil-kompożizzjoni tiegħu.

(c)  skart mit-tindif tas-suq u skart minn servizzi ta' tindif tat-toroq, inkluż il-knis tat-triq, il-kontenu tal-laned taż-żibel, l-iskart mill-manutenzjoni tal-parks u tal-ġonna.

(c)  skart mit-tindif tas-suq u skart minn servizzi ta' tindif tat-toroq, inkluż il-knis tat-triq, il-kontenu tal-laned taż-żibel, l-iskart mill-manutenzjoni tal-parks u tal-ġonna.

L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ u l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ u l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

 

Id-definizzjoni ta' skart muniċipali f'din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament mill-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart;";

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)   jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“1b.   "skart kummerċjali u industrijali" tfisser skart imħallat u skart miġbur b'mod separat li jkun ġej minn attivitajiet u/jew bini kummerċjali u industrijali.

 

Skart kummerċjali u industrijali ma jinkludix skart muniċipali, skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u skart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inkluża l-ħama tad-drenaġġ;";

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.   "skart mhux perikoluż" tfisser skart li ma jkollu l-ebda waħda mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;

2a.   "skart mhux perikoluż" tfisser skart li mhuwiex kopert mill-punt 2 ta' dan l-Artikolu;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' skart mhux perikoluż hija allinjata mad-definizzjoni fis-seħħ s'issa skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 1999/31/KE.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà li huwa paragunabbli fin-natura, fil-kompożizzjoni u fil-kwantità tiegħu;

4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà u kompostabbiltà;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt da (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  il-punt 9 jinbidel b'dan li ġej:

9.   "maniġġar ta' l-iskart" tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' skart, inklużi s-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-kura ta' wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;

"9.   "immaniġġjar tal-iskart" tfisser il-ġbir, it-trasport, is-separazzjoni, l-irkupru u r-rimi ta' skart, inklużi s-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-kura ta' wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;";

Ġustifikazzjoni

L-operazzjonijiet ta' separazzjoni tal-iskart huma essenzjali għall-immaniġġjar xieraq tal-iskart bil-ħsieb tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, u għalhekk għandhom jiġu inklużi f'din id-definizzjoni.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt db (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 11

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(db)  il-punt 11 jinbidel b'dan li ġej:

11.   "ġbir separat" tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta' skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;

"11.   "ġbir separat" tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta' skart jinżamm separat skont it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku, b'mod partikolari l-operazzjonijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;";

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir separat ta' tipi differenti ta' skart huwa prerekwiżit bażiku biex ikunu jistgħu jitwettqu operazzjonijiet ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u riċiklaġġ tal-iskart.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija tal-operati ta' rkupru, li permezz tagħhom l-iskart, il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li jkunu nġabru minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skema ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jiħejjew sabiex jiġu użati mill-ġdid mingħajr xi preproċessar ieħor;

16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser l-operazzjonijiet ta' verifika, tindif jew tiswija għal finijiet ta' rkupru, li permezz tagħhom il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li jkunu saru skart u jkunu nġabru minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jitħejjew sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda preproċessar ieħor;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"16a.   "operatur ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser impriża li tittratta l-iskart u li taħdem tul il-katina tal-proċess ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid skont ir-regoli applikabbli;";

Ġustifikazzjoni

F'diversi Stati Membri, l-operatur ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid mhuwiex definit f'liġijiet speċifiċi. F'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jeħtieġ tiġi introdotta definizzjoni armonizzata.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 16b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"16b.  "manifattura mill-ġdid" tfisser il-proċess li permezz tiegħu prodott jinġieb f'kundizzjoni qisu ġdid permezz tal-użu mill-ġdid, ir-rikondizzjonar u s-sostituzzjoni ta' partijiet komponenti;";

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ec (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ec)  il-punt 17 jinbidel b'dan li ġej:

17.   "riċiklaġġ" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali ta' l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta' materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;

"17.  "riċiklaġġ" tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi r-riċiklaġġ organiku iżda ma jinkludix irkupru ta' enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid;";

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ed (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt -17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"- 17a.  "riċiklaġġ organiku" tfisser riċiklaġġ fl-għamla ta' trattament aerobiku jew anaerobiku, jew trattament ieħor tal-partijiet bijodegradabbli tal-iskart, li jipproduċi prodotti, materjali jew sustanzi; it-trattament bijoloġiku mekkaniku u l-miżbliet mhumiex meqjusa bħala għamla ta' riċiklaġġ organiku;";

Ġustifikazzjoni

Qed tiġi introdotta mill-ġdid id-definizzjoni ta' riċiklaġġ organiku skont id-Direttiva 94/62/KE, f'konformità mar-rekwiżiti l-ġodda introdotti għar-riċiklaġġ tal-bijoskart.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt f

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17a.   "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma jkun meħtieġ l-ebda operat ulterjuri ta' separazzjoni mekkanika, u l-materjal ta' skart jidħol fi proċess ta' produzzjoni u jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;

17a.   "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma tkun meħtieġa l-ebda operazzjoni ulterjuri ta' separazzjoni, u l-materjal ta' skart jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" trid tkun konsistenti mad-definizzjoni ta' riċiklaġġ stabbilita fil-punt 17.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt f

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17b.  "radam mill-ġdid" tfisser kull operat ta' rkupru fejn l-iskart xieraq jintuża għal finijiet ta' rkupru f'żoni skavati jew għal finijiet ta' inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art jew fil-kostruzzjoni, minflok materjali oħra mhux skart li, kieku mod ieħor, kien ikun jintuża għal dak l-istess għan;

17b.  "radam mill-ġdid" tfisser kull operazzjoni ta' rkupru, ħlief għar-riċiklaġġ, fejn skart inert u mhux perikoluż xieraq jew skart mhux perikoluż ieħor jintuża għal finijiet ta' rkupru f'żoni skavati jew għal finijiet ta' inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art jew fil-kostruzzjoni, minflok materjali oħra mhux skart li, kieku mod ieħor, kien ikun jintuża għal dak l-istess għan u jintuża fi kwantitajiet li ma jaqbżux dak li huwa strettament meħtieġ għall-finijiet ta' rkupru jew ta' inġinerija;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti – għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem – li skart inert u mhux perikoluż biss ikun jista' jintuża għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"17c.   "dilwizzjoni" tfisser it-taħlit ta' skart ma' materjal jew skart wieħed jew aktar bil-għan li titbaxxa, mingħajr trasformazzjoni kimika, il-konċentrazzjoni ta' komponent wieħed jew aktar preżenti fl-iskart, sabiex l-iskart dilwit ikun jista' jintbagħat f'faċilità ta' trattament jew ta' riċiklaġġ li mhuwiex permess għall-iskart mhux dilwit.";

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 18 (projbizzjoni fuq it-taħlit ta' skart perikoluż) diġà jkopri d-"dilwizzjoni". Għalhekk jidher xieraq li tiġi inkluża definizzjoni ċara ta' dan il-kunċett. Tista' ssir referenza għall-approċċ Fjamming dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 18 li huwa rikonoxxut bħala eżempju tajjeb fi studju dwar l-immaniġġjar ta' skart perikoluż li sar minn BIPRO f'Diċembru 2015 f'isem il-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt fb (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)   jiżdied il-punt li ġej:

 

"20a.   "dekontaminazzjoni" tfisser kwalunkwe operazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija jew it-trattament ta' komponenti perikolużi mhux mixtieqa jew sustanzi li jniġġsu mill-iskart sabiex dawn jinqerdu.";

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fc (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20b.  "separazzjoni" tfisser kwalunkwe operazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart li tissepara l-iskart miġbur fi frazzjonijiet u sub-frazzjonijiet differenti;";

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fd (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20c.  "żibel" tfisser skart ta' daqs żgħir f'żoni aċċessibbli għall-pubbliku li jkun intrema b'mod mhux xieraq fl-ambjent, sew jekk intenzjonalment u sew jekk b'negliġenza;";

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni qed tiġi introdotta f'konformità mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fid-Direttiva emendata. Barra minn hekk, it-terminu Ingliż "litter" mhuwiex traduċibbli faċilment bil-lingwi kollha, u għalhekk huwa essenzjali li tingħata definizzjoni.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fe (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20d.   "skart tal-ikel" tfisser ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, sew jekk fl-istatus li jittiekel u sew jekk le, li jkun tneħħa mill-katina tal-produzzjoni jew tal-provvista biex jiġi skartat, inkluż fil-livell tal-produzzjoni primarja, l-ipproċessar, il-manifattura, it-trasport, il-ħżin, il-bejgħ bl-imnut u l-konsum, bl-eċċezzjoni tat-telf fil-livell tal-produzzjoni primarja;";

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ff (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ff)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20e.   "skart residwu" tfisser skart li jkun ġej minn operazzjoni ta' trattament jew irkupru, inkluż mir-riċiklaġġ, li ma jkunx jista' jiġi rkuprat ulterjorment u li allura jkollu jintrema;";

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fg (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fg)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20f.  "strumenti ekonomiċi" tfisser kwalunkwe strument, sistema jew arranġament li Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri japplikaw biex jippromwovu l-użu ta' materja prima sekondarja miksuba mill-użu mill-ġdid jew mir-riċiklaġġ.";

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

2.   Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta' tali skart.

"2.   Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista' jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta' skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġjar ta' tali skart. Dan jista' jeħtieġ li ċertu skart jgħaddi minn proċess ta' dekontaminazzjoni qabel trattament ulterjuri.";

Ġustifikazzjoni

Il-ġerarkija tal-iskart għandha tqis stadju ta' dekontaminazzjoni għall-iskart perikoluż qabel l-irkupru sabiex jiġi żgurat li l-iskart riċiklat ma jkunx fih sustanzi li jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart.

3.   L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u jieħdu miżuri oħrajn biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. Tali strumenti u miżuri jistgħu jinkludu l-istrumenti u l-miżuri indikati fl-Anness IVa biex iħeġġu l-implimentazzjoni tal-programmi ta' prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 29 u jappoġġjaw l-attivitajiet immirati lejn l-ilħiq tal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 11 b'tali mod li jimmassimizzaw l-użu tal-materja prima sekondarja u jikkumpensaw għad-diskrepanzi tal-ispejjeż tal-materja prima verġni.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dik id-data.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dik id-data.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)   Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“3a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' tariffi sabiex jiżguraw il-finanzjament tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart għall-iskart muniċipali, li hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.";

Ġustifikazzjoni

Huma biss l-introduzzjoni u l-ottimizzazzjoni tat-tariffi u l-ħlasijiet għar-rimi (b'mod partikolari l-iskart muniċipali) li jiggarantixxu l-finanzjament sostenibbli tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-operat tagħha. Dan jinkludi l-ġbir, u fejn meħtieġ is-separazzjoni, kif ukoll ir-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi tal-iskart. Għalhekk hija meħtieġa konkretizzazzjoni f'dan ir-rigward. Iżda dan ma jeskludix servizzi privati tal-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)   Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3b.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-ġerarkija tal-iskart sabiex tissaħħaħ it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Għal dan il-għan, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-ġerarkija tal-iskart fl-allokazzjoni tal-fondi kollha tal-Unjoni u għandhom jagħtu prijorità lill-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fl-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).";"

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3c.   L-iskart għandu jiġi sseparat qabel l-irkupru tal-enerġija jew ir-rimi finali f'miżbla sabiex tiġi appoġġjata l-estrazzjoni effikaċi ta' materjali riċiklabbli. Il-partijiet bijodegradabbli għandhom jiġu ttrattati wkoll.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bijoskart miġbur separatament jista' jintbagħat f'impjanti ta' diġestjoni anaerobika jew proċessi oħra li jużaw l-iskart bijodegradabbli bħala l-input esklużiv tagħhom, sakemm il-kwalità tal-bijoskart tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawk l-impjanti."

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 4a

 

Il-ġerarkija tal-iskart tal-ikel

 

1.   Fil-prevenzjoni, il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-immaniġġjar tal-iskart tal-ikel għandha tapplika l-ġerarkija tal-iskart tal-ikel speċifika li ġejja f'ordni ta' prijorità:

 

(a)  il-prevenzjoni fis-sors;

 

(b)  is-salvataġġ tal-ikel li jittiekel, billi tingħata prijorità lill-użu mill-bniedem fuq l-għalf tal-annimali u l-ipproċessar mill-ġdid fi prodotti mhux alimentari;

 

(c)  ir-riċiklaġġ organiku;

 

(d)  l-irkupru tal-enerġija;

 

(e)  ir-rimi.

 

2.   L-Istati Membri għandhom jagħtu inċentivi għall-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, bħall-introduzzjoni ta' ftehimiet volontarji, l-iffaċilitar ta' donazzjonijiet ta' ikel jew, jekk ikun il-każ, it-teħid ta' miżuri finanzjarji u fiskali.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma jitqisux bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  Sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma għandhomx jitqiesu bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, sustanza jew prodott li jirriżultaw minn prattika ta' simbjożi industrijali, li tikkostitwixxi proċess ta' produzzjoni li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dak il-prodott jew dik is-sustanza, għandhom jitqiesu bħala prodott sekondarju jekk jintlaħqu kundizzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tistabbilixxi kriterji armonizzati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju, billi tipprijoritizza prattiki ta' simbjożi industrijali u agrikola ppruvati u replikabbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju fuq bażi ta' każ b'każ biss.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4– punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi. Fl-iżvilupp tal-kriterji ddettaljati l-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-prattiki eżistenti u replikabbli ta' simbjożi industrijali.

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, sustanza jew prodott li jirriżultaw minn prattika ta' simbjożi industrijali, li tikkostitwixxi proċess ta' produzzjoni li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dak il-prodott jew dik is-sustanza, għandhom jitqiesu bħala prodott sekondarju jekk jintlaħqu kundizzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tistabbilixxi kriterji armonizzati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju, billi tipprijoritizza prattiki ta' simbjożi industrijali u agrikola ppruvati u replikabbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju fuq bażi ta' każ b'każ biss.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.   Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal sustanzi jew prodotti speċifiċi, inklużi, fejn meħtieġ, valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu.";

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, sustanza jew prodott li jirriżultaw minn prattika ta' simbjożi industrijali, li tikkostitwixxi proċess ta' produzzjoni li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dak il-prodott jew dik is-sustanza, għandhom jitqiesu bħala prodott sekondarju jekk jintlaħqu kundizzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tistabbilixxi kriterji armonizzati dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju, billi tipprijoritizza prattiki ta' simbjożi industrijali u agrikola ppruvati u replikabbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-applikazzjoni tal-istatus ta' prodott sekondarju fuq bażi ta' każ b'każ biss.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 1 tad-Direttiva 2015/1535/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (*), fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 2a tad-Direttiva 2015/1535/KE* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

_______________

______________

(*) ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.

* Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt i

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operat ta' rkupru jitqies li m'għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' riċiklaġġ jew ta' rkupru ieħor jitqies li m'għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta' skart. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ambjentali ħażin possibbli li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, abbażi tal-monitoraġġ tas-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal tipi speċifiċi ta' skart. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ħażin li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu dispożizzjonjiet armonizzati dwar il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta' tmiem tal-ħajja għal ċerti tipi ta' skart. Meta ma jkunux ġew stabbiliti kriterji bħal dawn fil-livell tal-UE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kriterji nazzjonali skont kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1). Meta dawn il-kriterji ma jkunu ġew stabbiliti lanqas fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn proċess ta' rkupru ma jibqax jitqies bħala skart jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-iskart li jitqies li m'għadux skart skont il-paragrafu 1 jista' jitqies imħejji għall-użu mill-ġdid, riċiklat jew irkuprat għall-fini tal-kalkolu tal-ilħiq tal-miri stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rispettivament, jekk ikun ġie soġġett għal tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għall-irkupru skont dawk id-Direttivi.

3.  L-iskart li m'għadux skart skont il-paragrafu 1 jista' jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ilħiq tal-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) jekk ikun ġie soġġett, rispettivament, għal operazzjoni ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru skont dawk id-Direttivi. Il-piż tal-iskart li jitqies li m'għadux skart jista' jiġi rrappurtat bħala riċiklat jekk il-materjal jew is-sustanzi li jitqiesu li m'għadhomx skart għandhom ikunu soġġetti għal proċessar mill-ġdid, ħlief għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f'materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta' radam mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb iċ-ċarezza legali, billi tirrikonoxxi li l-iskart li ma jkunx għadu skart skont l-Artikolu 6(1) jitqies għall-fini tal-kalkolu.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.   Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal skart speċifiku, inklużi valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu.

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu dispożizzjonjiet armonizzati dwar il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta' tmiem tal-ħajja għal ċerti tipi ta' skart. Meta ma jkunux ġew stabbiliti kriterji bħal dawn fil-livell tal-UE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kriterji nazzjonali skont kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.   Meta dawk il-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn operazzjoni ta' rkupru, jitqies li ma jkunx għadu skart jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Meta dawn il-kriterji ma jkunu ġew stabbiliti lanqas fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn proċess ta' rkupru ma jibqax jitqies bħala skart jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), li għandhom jiġu vverifikati fuq bażi ta' każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.   Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza fis-suq uniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jadottaw regolamenti tekniċi skont il-paragrafu 3a u 3b ta' dan l-Artikolu.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolament tekniċi adottati skont il-paragrafu 1, bi qbil mad-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill, fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolamenti tekniċi adottati skont il-paragrafi 3 u 3b, bi qbil mad-Direttiva 2015/1535/UE.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.   Ir-riklassifikazzjoni ta' skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m'għandhiex issir permezz ta' dilwizzjoni jew taħlit ta' l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż.

"4.   Ir-riklassifikazzjoni ta' skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż jew bidla fil-karatteristiċi perikolużi m'għandhiex issir permezz ta' dilwizzjoni jew taħlit tal-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż jew biex tiġi stabbilita karatteristika perikoluża.";

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi pprojbit ir-rilaxx ta' sustanzi perikolużi fl-ambjent permezz ta' operazzjonijiet ta' dilwizzjoni jew taħlit.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.

"1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.";

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur li jiddefinixxu obbligi operattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti.

Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll il-ħolqien ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jkopru l-ilħiq individwali jew kollettiv tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Tali skemi għandhom jikkonsistu f'sett ta' regoli li jiddefinixxu obbligi operattivi u/jew finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti li fihom ir-responsabbiltà tal-produttur tiġi estiża għall-istat ta' wara l-konsum taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tali skemi għal, tal-inqas, l-imballaġġ kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, it-tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, il-batteriji u l-akkumulaturi kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/66/KE u l-vetturi li m'għadhomx jintużaw kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE.

Emenda    122

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

2.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 4 u 13.

"2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa li jinkoraġġixxu lill-produtturi jtejbu d-disinn u l-komponenti ta' prodotti b'mod li titjieb l-effiċjenza tar-riżorsi, jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta' skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta' prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 4 u 13.

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali miżuri jistgħu jħeġġu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli, u li meta jsiru skart ikunu adattati għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Tali miżuri għandhom iħeġġu l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u materjali adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli u jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart u jkunu tħejjew għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, ikunu adattati għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż il-potenzjal għal riċiklaġġ multiplu, fejn xieraq, kif ukoll il-ġerarkija tal-iskart.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2 sa [daħħal id-data: sitta u tletin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mbagħad kull tliet snin wara dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifiki li tkun irċeviet.";

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta' l-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi ta' skart u prodotti speċifiċi.

“4.   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 8a huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'atti legali oħra tal-Unjoni.";

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi, u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni.

5.  Mhux aktar tard minn ... [daħħal id-data: 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha twaqqaf pjattaforma għal skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, l-iżvilupp ta' kriterji armonizzati għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4), kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart u tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni u tista' tipprovdi linji gwida dwar aspetti rilevanti.

 

Mhux aktar tard minn ... [daħħal id-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], abbażi ta' studju u fid-dawl tal-input mill-pjattaforma, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar id-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4). Biex tiġi żgurata l-koerenza fis-suq uniku, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji armonizzati li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4).

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur

Rekwiżiti ġenerali minimi għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu merkanzija fis-suq tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;

-  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha involuti, bħall-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu merkanzija fis-suq tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur fil-qafas ta' skemi kollettivi, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, id-distributuri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u fejn xieraq, in-netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jiddefinixxu miri ta' mmanniġjar tal-iskart li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE;

-  jiddefinixxu miri ta' tnaqqis tal-iskart u miri ta' mmaniġġjar tal-iskart li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE;

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jistabbilixxu sistema ta' rappurtar biex tiġbor dejta dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ladarba dawn il-prodotti jsiru skart, is-sistema ta' rappurtar għandha tiżgura li tinġabar dejta dwar il-ġbir u t-trattament ta' dak l-iskart, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta' skart;

-  jistabbilixxu sistema ta' rappurtar biex tiġbor dejta affidabbli u preċiża dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Ladarba dawn il-prodotti jsiru skart, is-sistema ta' rappurtar għandha tiżgura li tinġabar dejta affidabbli u preċiża dwar il-ġbir u t-trattament ta' dak l-iskart, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta' skart;

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  jiżguraw it-trattament ekwu u n-nondiskriminazzjoni fost il-produtturi tal-prodotti, u fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

–  jiżguraw it-trattament ekwu u n-nondiskriminazzjoni fost il-produtturi tal-prodotti, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi tal-ġbir, tat-trasport u tat-trattament u fir-rigward ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' teħid lura, netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, ġbir tal-iskart kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex iwasslu l-iskart fis-sistemi ta' ġbir separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal;

(a)  ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal, li tkun ibbażata fuq iż-żona tal-bejgħ u mingħajr ma dawn iż-żoni jkunu limitati għat-territorji li fihom il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart iħallu l-qligħ;

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ikollha l-mezzi operattivi u finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;

(b)  ikollha l-mezzi operattivi u/jew finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi;

-  fil-qafas ta' skemi kollettivi, il-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-produtturi għal kull unità mibjugħa jew għal kull tunnellata tal-prodott imqiegħda fis-suq;

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart.

-  fil-qafas ta' skemi kollettivi, il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart;

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt d – inċiż 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  l-ilħiq tal-miri tat-tnaqqis tal-iskart u l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1.

Nota: l-inċiżi 1 u 3 fil-punt (d) jibqgħu kif inhuma fil-proposta tal-Kummissjoni

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Jekk jitwaqqfu organizzazzjonijiet għall-implimentazzjoni kollettiva tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratturi attwali jew futuri ta' dawk l-organizzazzjonijiet ma jistgħux ikunu la membri u lanqas sidien ta' dawk l-organizzazzjonijiet, la b'mod dirett u lanqas b'mod indirett.

Ġustifikazzjoni

Is-sempliċi speċifikazzjoni ta' assenjazzjoni "ċara" ta' responsabbiltà kif meħtieġ mill-Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 1 tal-Proposta għal Direttiva rigward l-immaniġġjar tal-iskart ma tantx hija utli. Ma tevitax kunflitti ta' interess ambjentalment u ekonomikament kontroproduttivi jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-sistemi EPR. Tali ċirkustanzi, li la huma koinċidenza u lanqas rari, jirriflettu sempliċement l-interessi ekonomiċi ta' atturi tas-suq b'saħħithom u jistgħu jwasslu għal spejjeż eċċessivi għall-produtturi, jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni fis-swieq tal-iskart, u saħansitra jkollhom impatt negattiv fuq ir-riċiklaġġ.

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  ikopru l-kost sħiħ tal-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:

a)  ikopru l-kost tal-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, kif ġej:

–  il-kosti tal-ġbir b'mod separat, u tal-operati ta' separazzjoni u ta' trattament, meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom;

 

–  il-kosti tal-ġbir separat, u tal-operazzjonijiet ta' separazzjoni, ta' trasport u ta' trattament, meħtieġa biex jiġi żgurat l-immaniġġjar xieraq tal-iskart filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom;

 

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu l-kapaċità tagħhom ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom;

(b)  fil-qafas ta' skemi kollettivi, jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu d-durabbiltà u l-kapaċità tagħhom ta' tiswija, użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom, kif ukoll il-preżenza ta' sustanzi perikolużi, u b'hekk jittieħed approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, u meta disponibbli, ibbażat fuq kriterji armonizzati sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern;

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(c)  jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-kost ottimizzat tas-servizz għandu jkun trasparenti u jirrifletti l-kostijiet imġarrba mill-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart meta jimplimentaw kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jwaqqaf awtorità indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew joħolqu awtorità indipendenti biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u b'mod partikolari biex tivverifika l-konformità tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà estiża tal-produttur mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-produtturi u d-distributuri, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-atturi tal-ekonomija soċjali, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, fejn xieraq, in-netwerks ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid u l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"-1.   Sabiex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jilħqu, tal-inqas, l-objettivi li ġejjin:

 

(a)  tnaqqis sinifikanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart;

 

(b)  id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku;

 

(c)   sostituzzjoni progressiva ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna kif definiti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jekk ikun hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu ekonomikament jew teknikament vijabbli;

 

(d)  mira ta' tnaqqis tal-iskart tal-ikel fil-livell tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2014;

 

(e)  mira ta' tnaqqis tal-iskart fil-baħar fil-livell tal-Unjoni ta' 30 % sal-2025 u ta' 50 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2014.";

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawn il-miżuri għandhom:

1.  Sabiex jintlaħqu l-objettivi mniżżla fil-paragrafu -1, l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas il-miżuri li ġejjin:

–  iħeġġu l-użu ta' prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li huma durabbli, faċli biex jissewwew, u riċiklabbli;

–  jippromwovu u jappoġġjaw mudelli ta' konsum u produzzjoni sostenibbli u l-użu ta' prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli, riutilizzabbli, faċli biex jissewwew u riċiklabbli;

 

-  jiskoraġġixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodott b'obsoloxxenza ppjanata;

-  jidentifikaw u jimmiraw prodotti li huma s-sorsi ewlenin ta' materja prima ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u li l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju kbir, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;

-  jidentifikaw u jimmiraw prodotti li huma s-sorsi ewlenin ta' materja prima ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u li l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju kbir, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;

–  iħeġġu l-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid, inkluż, b'mod partikulari, għat-tagħmir elettriku u elettroniku, għat-tessuti u għall-għamara;

  jinċentivaw l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti, fejn ikun ta' benefiċċju għall-ambjent, u jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' tiswija, użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid u rikondizzjonament ta' prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 9a;

–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, fl-estrazzjoni tal-minerali, u fil-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, filwaqt li jqisu l-aqwa tekniki disponibbli;

–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, il-manifattura, l-estrazzjoni tal-minerali, il-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, inkluż permezz ta' metodi bħal awditi ta' qabel id-demolizzjoni, u fi proċessi marbutin mal-kummerċ u s-servizzi, filwaqt li jqisu l-aqwa tekniki disponibbli u l-aqwa prattiki;

–  inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar.

–  inaqqsu l-ġenerazzjoni totali tal-iskart tal-ikel;

 

-  inaqqsu t-telf tal-ikel tul il-katina tal-provvista kollha, inklużi l-produzzjoni primarja, it-trasport u l-ħżin;

 

  jipprevjenu r-rimi taż-żibel billi jidentifikaw il-prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin ta' skart fl-ambjent naturali, inkluż dak tal-baħar, u jieħdu miżuri biex inaqqsu r-rimi taż-żibel minn dawn is-sorsi;

 

-   jiżguraw il-komunikazzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna mill-katina tal-provvista lill-konsumaturi u l-operaturi tat-trattament tal-iskart;

 

  jiżviluppaw u jappoġġjaw kampaniji ta' informazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel.

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi xierqa, speċifikament fuq il-kwantità per capita ta' skart muniċipali ġġenerat u l-ammont ta' skart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi indikaturi li jkejlu l-progress fit-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti delegati għandhom jiġu adottati fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, billi jkejlu l-iskart tal-ikel abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti skont il-paragrafu 4.

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi ta' metodoloġija komuni. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-metodoloġija, inklużi r-rekwiżiti ta' kwalità minima, għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel. Din il-metodoloġija għandha tqis il-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart implimentati permezz ta' donazzjonijiet jew metodi oħrajn biex jiġi evitat li l-ikel isir skart.

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni tal-iskart fil-baħar li joriġina mill-art, billi jkejlu l-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art abbażi ta' metodoloġija komuni. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a biex tistabbilixxi l-metodoloġija, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli ta' skart fil-baħar li joriġina mill-art.

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' prevenzjoni tal-iskart għall-Unjoni kollha li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030 abbażi ta' indikatur komuni li jiġi kkalkulat b'referenza għall-ammont totali ta' skart muniċipali ġġenerat per capita. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi indikaturi li jkejlu l-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Sabiex tiżgura l-kejl uniformi tal-livelli ta' skart tal-ikel, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tistipula metodoloġija komuni, inklużi rekwiżiti minimi ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).

imħassar

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Kull sena, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika rapport li juri l-evoluzzjoni fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart għal kull Stat Membru u għall-Unjoni Ewropea sħiħa, inkluż dwar id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku, u dwar it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

imħassar

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 9a

 

Użu mill-ġdid

 

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tagħhom sakemm dan ma jikkompromettix il-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-użu mill-ġdid tal-prodotti, b'mod partikolari dawk li jkun fihom ammont sinifikanti ta' materja prima kritika. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tħeġġiġ tal-ħolqien u l-appoġġ ta' netwerks rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid, skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu u ta' ritorn u mili mill-ġdid, kif ukoll l-inċentivar tal-manifattura mill-ġdid, ir-rinnovament u l-għoti ta' skop ġdid lill-prodotti.

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn strumenti u miżuri ekonomiċi u jistgħu jistabbilixxu miri kwantitattivi.

 

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu li l-operaturi ta' użu mill-ġdid ikollhom aċċess għal manwali tal-istruzzjonijiet, parts tal-bdil, informazzjoni teknika, jew kwalunkwe strument, tagħmir jew softwer ieħor meħtieġ għall-użu mill-ġdid ta' prodotti, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.";

Emenda    155

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 9b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 9b

 

Pjattaformi ta' kondiviżjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi attivament il-pjattaformi ta' kondiviżjoni bħala mudell kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha toħloq rabta qawwija bejn dawn il-pjattaformi u l-linji gwida l-ġodda għal ekonomija kollaborattiva u għandha tinvestiga l-miżuri kollha possibbli biex tagħti inċentivi għalihom, inklużi r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-akkwist pubbliku u l-ekodisinn.

 

2. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-ħolqien ta' sistemi li jippromwovu l-pjattaformi ta' kondiviżjoni fis-setturi kollha.";

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ it-test propost mill-Kummissjoni. Il-kondiviżjoni ta' prodotti bħala servizz probabbilment tikkostitwixxi l-mudell kummerċjali bl-akbar potenzjal li jżid l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Filwaqt li xi wħud diġà huma kompetittivi permezz tal-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-web, il-pjattaformi ta' kondiviżjoni b'mod ġenerali jistgħu jittejbu permezz ta' inċentivi min-naħa tal-gvern.

Emenda    156

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9c)  Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.   Fejn ikun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli u m'għandux jitħallat ma' skart ieħor jew materjal ieħor bi proprjetajiet differenti.

"2.  Għall-konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament u m'għandux jitħallat ma' skart ieħor jew materjal ieħor b'karatteristiċi differenti.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu żoni b'popolazzjoni baxxa fejn jintwera li l-ġbir separat ma jagħtix l-aqwa eżitu ġenerali mil-lat ambjentali fid-dawl tal-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu użu minn din id-deroga. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina n-notifika u tivvaluta jekk id-deroga tkunx ġustifikata, fid-dawl tal-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa' xhur min-notifika, id-deroga għandha titqies bħala mogħtija. Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona, hija għandha tadotta deċiżjoni u tinforma lill-Istati Membri b'dan.";

Emenda    157

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9d (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)  Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.    L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskart li jkun inġabar b'mod separat skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 ma jiġix aċċettat f'impjant ta' inċinerazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' residwi li jirriżultaw mis-separazzjoni ta' dak l-iskart.";

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi stabbilit limitu fuq l-użu ta' inċineraturi għal skart mhux riċiklabbli, kif approvat mill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Lulju 2015 fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari" u f'konformità mas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali.

Emenda    158

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9e (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e)  Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2b.  Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiddekontaminaw l-iskart perikoluż qabel l-irkupru.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw proċessi għad-dekontaminazzjoni tal-iskart perikoluż qabel l-irkupru sabiex jiġi garantit li l-iskart riċiklat ma jkunx fih sustanzi li jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Emenda    159

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

Użu mill-ġdid u riċiklaġġ

"Tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ";

Ġustifikazzjoni

L-użu mill-ġdid huwa proċess li jinvolvi t-trattament tal-prodotti sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart; din għalhekk għandha titqies bħala miżura ta' prevenzjoni tal-iskart speċifika. It-tħejjija għall-użu mill-ġdid, min-naħa l-oħra, tikkostitwixxi proċess ta' rkupru tal-iskart.

Emenda    160

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Direttiva 2000/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u l-appoġġ ta' netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, u billi jħaffu l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, fost l-oħrajn, billi jiffaċilitaw it-twaqqif u r-rikonoxximent ta' operaturi u netwerks ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, b'mod partikolari dawk li joperaw bħala intrapriżi soċjali, billi jiffaċilitaw l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

Emenda    161

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Direttiva 2000/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b'mod separat fejn teknikament, ambjentalment u ekonomikament vjabbli, u fejn xieraq biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ, u biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja u, għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir separat tal-iskart, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2), biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ.

Emenda    162

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2000/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn strumenti regolatorji u ekonomiċi sabiex jinċentivaw l-użu ta' materja prima sekondarja.";

Emenda    163

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ab (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu separazzjoni ta' kwalità għolja ta' skart imħallat.";

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-ġbir separat, bosta prodotti riċiklabbli xorta waħda jispiċċaw fl-iskart imħallat, u dan iseħħ minħabba nuqqas ta' infrastruttura f'żoni b'popolazzjoni żgħira, żbalji li jsiru fis-separazzjoni fid-djar jew raġunijiet oħra. B'riċiklaġġ ta' kwalità għolja, speċjalment b'separazzjoni ottika, ħafna materjali jistgħu jiġu separati mill-iskart residwu u sussegwentement riċiklati u riproċessati f'materja prima sekondarja.

Emenda    164

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ac (ġdid)

Direttiva 2000/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ac)  fil-paragrafu (1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Suġġett għall-Artikolu 10(2), sa l-2015 il-ġbir separat għandu jiġi stabbilit mill-inqas għal dawn li ġejjin: karti, metall, plastik u ħġieġ.

"Suġġett għall-Artikolu 10(2), sal-2015 il-ġbir separat għandu jiġi stabbilit mill-inqas għal dawn li ġejjin: il-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat obbligatorju tat-tessuti sal-2020.";

Emenda    165

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu sistemi ta' separazzjoni għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, tal-anqas għal dawn li ġejjin: l-injam, l-aggregati, il-metall, il-ħġieġ u l-ġibs.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw is-separazzjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, tal-anqas għal dawn li ġejjin: l-injam, frazzjonijiet minerali (konkrit, briks, madum u ċeramika), il-metall, il-plastik, il-ġipsum, il-ħġieġ u l-ġibs. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-miżuri elenkati fl-Anness IVa.

 

L-Istati Membri għandhom jinċentivaw l-awditi ta' qabel id-demolizzjoni sabiex inaqqsu kemm jista' jkun il-kontenut ta' sustanzi li jniġġsu jew sustanzi oħra mhux mixtieqa fl-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u b'hekk jikkontribwixxu għal riċiklaġġ ta' kwalità għolja.

Emenda    166

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu s-sistemi ta' separazzjoni għall-iskart kummerċjali u industrijali, tal-inqas għal dawn li ġejjin: il-metall, il-plastik, il-karti u l-kartun, il-bijoskart, il-ħġieġ u l-injam.";

Ġustifikazzjoni

L-iskart kummerċjali u industrijali jikkostitwixxi fluss ewlieni tal-iskart. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll miżuri fir-rigward tas-separazzjoni tal-iskart kummerċjali u industrijali biex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ.

Emenda    167

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  il-parti introduttorja tal-paragrafu 2 tinbidel b'dan li ġej:

Sabiex ikun hemm konformità ma' l-objettivi ta' din id-Direttiva, u biex isir progress lejn soċjetà Ewropea riċiklatriċi b'livell għoli ta' effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:

"Sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva, u biex isir progress lejn ekonomija ċirkolari Ewropea b'livell għoli ta' effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:"

Emenda    168

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt d

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)   sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż;

(c)   sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat, inkluż minimu ta' 3 % ta' skart muniċipali totali mħejji għall-użu mill-ġdid;

Emenda    169

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt d

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 65 % skont il-piż.

(d)   sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 70 % skont il-piż ta' skart muniċipali ġġenerat, inkluż minimu ta' 5 % ta' skart muniċipali totali mħejji għall-użu mill-ġdid;

Emenda    170

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Estonja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu jiksbu ħames snin addizzjonali biex jilħqu l-miri msemmija fil-paragrafu 2(c) u (d). L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li juża din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenzi rispettivi stipulati fil-paragrafi 2(c) u (d). F'każ ta' estensjoni, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex iżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklagg tal-iskart muniċipali sa minimu ta' 50% u 60% skont il-piż, rispettivament sal-2025 u sal-2030.

3.  Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)   ikun ħejja għall-użu mill-ġdid u rriċikla inqas minn 20 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013; u

 

(b)  ma jkunx inkluż fil-lista ta' Stati Membri fir-riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' mill-inqas 50 % tal-iskart muniċipali sal-2030 stabbilita skont il-punt (b) tal-Artikolu 11b(2).

 

L-Istat Membru għandu jagħmel talba lill-Kummissjoni biex jingħata tali estensjoni sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 2, iżda mhux qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11b dwar l-ilħiq tal-mira stabbilita f'dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20 % jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni deroga ta' ħames snin mil-limitu ta' żmien għall-miri ta' riċiklaġġ varji stabbiliti fil-livell tal-UE. Dan, madankollu, ma jfissirx li jiġu stabbiliti miri ġodda speċifiċi li jkunu differenti minn dawk għal Stati Membri oħra; ifisser biss li tingħata estensjoni għal-limitu ta' żmien jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

Emenda    171

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iskadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

It-talba għal estensjoni għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta' implimentazzjoni li jippreżenta l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miri qabel l-iżkadenza l-ġdida. Il-pjan għandu jkun abbozzat abbażi ta' evalwazzjoni tal-pjanijiet eżistenti dwar l-immaniġġjar tal-iskart u għandu jinkludi wkoll skeda taż-żmien iddettaljata għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, kif ukoll valutazzjoni tal-impatti mistennija tagħhom.

 

Barra minn hekk, il-pjan imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jikkonforma, mill-inqas, mar-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)   li juża strumenti ekonomiċi xierqa biex jipprovdi inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva;

 

(b)   li juri użu effiċjenti u effikaċi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u miżuri oħra permezz ta' investimenti fuq terminu twil li wieħed jista' jarahom li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa biex jintlaħqu l-miri rilevanti;

 

(c)   li jipprovdi statistika ta' kwalità għolja u jiġġenera tbassir ċar tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart u kemm fadal għall-ilħiq tal-miri kif speċifikat fl-Artikolu 11(2) ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE u l-Artikolu 5(2a), (2b) u (2c) tad-Direttiva 1999/31/KE;

 

(d)  li stabbilixxa programm ta' prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva;

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) tar-raba' subparagrafu jkunux issodisfati. Sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-pjan imressaq fi żmien ħames xhur minn meta jaslilha, it-talba għal estensjoni għandha titqies li ntlaqgħet.

 

Jekk il-Kummissjoni toġġezzjona għall-pjan imressaq, hija għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat iressaq pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslulu dawk l-oġġezzjonijiet.

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan rivedut fi żmien xahrejn minn meta jaslilha u għandha taċċetta jew tiċħad it-talba għall-estensjoni bil-miktub. Meta l-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni sa dik l-iskadenza, it-talba għall-estensjoni għandha titqies li tkun intlaqgħet.

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tad-deċiżjonijiet tagħha fi żmien xahrejn minn meta teħodhom.

 

Jekk l-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tingħata iżda l-Istat Membru ma jħejjix għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 50 % tal-iskart muniċipali tiegħu sal-2025, dik l-estensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala kkanċellata awtomatikament.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri li, skont id-dejta tal-Eurostat, fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20 % tal-iskart muniċipali tagħhom jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal ħames snin addizzjonali sabiex jilħqu l-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ stabbiliti b'din id-Direttiva għall-2025 u l-2030. Biex jiksbu dawn l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu pjan ta' implimentazzjoni, li għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni abbażi ta' kriterji speċifiċi, u għandhom jilħqu miri interim li jikkonċernaw it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

Emenda    172

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.   Stat Membru jista' jitlob estensjoni ta' ħames snin biex jilħaq il-mira msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)   li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3; kif ukoll

 

(b)   li ma jkunx inkluż fil-lista ta' Stati Membri fir-riskju li ma jilħqux il-mira tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 60 % tal-iskart muniċipali sal-2030 stabbilita skont il-punt (b) tal-Artikolu 11b(2).

 

Sabiex jitlob l-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, Stat Membru għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu mill-inqas 24 xahar qabel l-iskadenza stipulata fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iżda mhux qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11b dwar l-ilħiq tal-miri stipulati f'dan il-paragrafu.

 

Jekk estensjoni bħal din tingħata iżda l-Istat Membru ma jħejjix għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' mill-inqas 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu sal-2030, dik l-estensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala kkanċellata awtomatikament.

Emenda    173

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 2(d) bil-għan li żżidha, u filwaqt li tqis l-istipular ta' miri għal flussi ta' skart oħra. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.

4.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina l-mira stipulata fil-paragrafu 2(d) bil-għan li żżidha, u filwaqt li tqis l-aħjar prattiki u miżuri użati mill-Istati Membri biex jilħqu din il-mira. Għal dan il-għan, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta fejn ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li l-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tistabbilixxi miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ għal tipi ta' skart apparti l-iskart muniċipali hija koperta fil-paragrafi 4a u 4b, li l-iskadenza tagħhom hija miġjuba 'l quddiem għall-2018.

Emenda    174

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ li japplikaw għall-iskart kummerċjali, l-iskart industrijali mhux perikoluż u flussi ta' skart oħra li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030. Għal dan il-għan, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-iskart muniċipali jammonta biss għal bejn 7 % u 10 % tal-iskart kollu ġġenerat fl-Unjoni Ewropea; għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata l-inklużjoni ta' miri għall-iskart kummerċjali u industrijali, simili għal dawk stabbiliti għall-iskart muniċipali, sabiex tiġi stimulata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    175

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tistabbilixxi miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ li japplikaw għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030. Għal dan il-għan, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva li, fejn ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni jammonta għal madwar terz tal-iskart kollu prodott fl-UE. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tikkunsidra tistabbilixxi miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ għall-2025 u l-2030, flimkien mal-miri attwali għall-2020.

Emenda    176

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u 11(3),

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u 11(3),

(a)  il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ;

(a)  il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li jiddaħħal fi proċess aħħari tar-riċiklaġġ għal sena partikolari;

(b)  il-piż tal-iskart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jinftiehem bħala l-piż tal-iskart munċipiali li jkun ġie rkuprat jew miġbur minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindik u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;

(b)  il-piż tal-iskart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart munċipiali li jkun ġie rkuprat jew miġbur f'sena partikolari minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, u li jkun għadda minn kull operat meħtieġ ta' verifika, tindikf u tiswija sabiex jippermetti l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;

(c)  l-Istati Membri jistgħu jinkludu prodotti jew komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Għall-kalkolu tar-rata aġġustata ta' skart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid u riċiklat, filwaqt li jqisu l-piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom jużaw dejta vverifikata mill-operaturi, u għandhom japplikaw il-formola mogħtija fl-Anness VI.

 

Emenda    177

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards ta' kwalità Ewropej għall-materjali tal-iskart li jidħlu fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u għall-materja prima sekondarja, b'mod partikolari għall-plastik, skont l-aqwa prattiki disponibbli.

Emenda    178

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u (c) u tal-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid kif ukoll tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

2.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, tal-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu u l-operaturi tar-riċiklaġġ finali, inklużi regoli speċifiċi dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi kwalitattivi u operattivi għall-operaturi tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għall-operaturi tar-riċiklaġġ sabiex materja prima sekondarja tiġi ggarantita bi standards ta' kwalità għolja.

Emenda    179

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-piż tal-output ta' kull operat ta' separazzjoni tal-iskart jista' jiġi rrappurtat bħala l-piż tal-iskart muniċipali riċiklat, dejjem jekk:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords dwar il-piż tal-prodotti u l-materjali meta jħallu (jiġifieri l-output) l-faċilità tal-irkupru jew tar-riċiklaġġ/tħejjija għall-użu mill-ġdid.

(a)  tali output ta' skart jiddaħħal fi proċess aħħari ta' riċiklaġġ;

 

(b)  il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li mhumiex soġġetti għal proċess aħħari ta' riċiklaġġ, u li jintremew jew ikunu soġġetti għall-irkupru tal-enerġija, jibqa' taħt l-10 % tal-piż totali li għandu jiġi rrappurtat bħala riċiklat.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari", adottata fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament Ewropew talab għal miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ li jiġu kkalkolati bl-użu ta' metodu armonizzant uniku fl-Istati Membri kollha, ibbażat fuq metodu solidu ta' rapportar li jipprevjeni r-rapportar ta' skart li ntrema (fil-miżbliet jew inċinerat) bħala skart riċiklat.

Emenda    180

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3(a) u (b). Is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżuri ekwivalenti maħsub biex jiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat.

4.  F'konformità mal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex tiġi żgurata konformità mar-regoli stipulati fil-paragrafu 1. Is-sistema tista' tikkonsisti jew minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta' kwalità tal-iskart separat, jew kull miżuri ekwivalenti maħsub biex jiżgura t-traċċabbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura fuq l-iskart riċiklat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu magħżul għall-kontroll tal-kwalità u t-traċċabbiltà.

Emenda    181

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk inkunu intlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart munċipali inċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità.

5.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk ikunu ntlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri jistgħu, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, iqisu r-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni jew mal-koinċinerazzjoni, proporzjonalment mas-sehem tal-iskart munċipali inċinerat jew koinċinerat, dejjem jekk il-metalli riċiklati jilħqu ċerti rekwiżiti ta' kwalità u li l-iskart ikun ġie separat qabel l-inċinerazzjoni jew li l-obbligu li jiġi stabbilit ġbir separat għall-karti, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart ikun ġie osservat.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li r-regoli fil-livell tal-UE huma armonizzati u ċari, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu fiċ-ċifri tagħhom ir-riċiklaġġ ta' materjali tal-ħadid li sar flimkien mal-inċinerazzjoni.

Emenda    182

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati.

6.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni, inklużi l-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li r-regoli fil-livell tal-UE huma armonizzati u ċari, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jinkludu r-riċiklaġġ ta' materjali tal-ħadid li sar flimkien mal-inċinerazzjoni fiċ-ċifri tagħhom.

Emenda    183

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2)(c) u (d) u (3), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata f'dawk id-dispożizzjonijiet.

1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2)(c) u (d), l-Artikolu 11(3) u (3a) u l-Artikolu 21(1a) sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata f'dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    184

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11b – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha u li jistgħu jipprovdu gwida biex isir progress lejn l-ilħiq tal-miri.

Emenda    185

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 11b – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fejn meħtieġ, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti oħra ta' din id-Direttiva bħal pereżempju t-tbassir tal-ilħiq tal-miri li jinsabu fil-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 29 u l-perċentwal u l-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema u li jkun soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-Kummissjoni tħoss li jkun meħtieġ, jistgħu jiġu mfassla analiżi ta' aspetti rilevanti oħra tal-immaniġġjar tal-iskart fi Stat Membru partikolari taħt is-Sistema ta' Twissija Bikrija.

Emenda    186

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, sas-sena 2030, l-ammont tal-iskart muniċipali mormi jkun naqas sa massimu ta' 10 % tal-ammont totali tal-iskart muniċipali ġġenerat.";

Emenda    187

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12b (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)   Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1b.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-operazzjonijiet ta' rimi elenkati fl-Anness I. Fid-dawl ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissuplimentaw din id-Direttiva li jistabbilixxu l-kriterji tekniċi u l-proċeduri operazzjonali għall-operazzjonijiet ta' rimi D2, D3, D4, D6, D7, u D12. Jekk xieraq, dawn l-atti delegati għandhom jistabbilixxu projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet ta' rimi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13.";

Emenda    188

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12c (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 12 - paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1c. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jipprevjenu r-rimi tal-iskart, kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett, fl-ambjent tal-baħar. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-miżuri mdaħħla fis-seħħ biex jimplimentaw dan il-paragrafu 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sentejn wara dik id-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport biennali abbażi tal-informazzjoni pprovduta fi żmien sitt xhur.

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi modalitajiet u indikaturi għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).";

Emenda    189

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12d (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)  Fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4a.   F'konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċedura ta' għażla għall-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart, immexxija mill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet lokali li jimplimentaw ir-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti, tinkludi klawżoli soċjali bil-għan li jappoġġjaw ir-rwol tal-intrapriżi u pjattaformi soċjali u ta' solidarjetà.";

Emenda    190

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12e (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12e)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Suġġett għal kriterji tekniċi u ta' fattibilità, fejn skart perikoluż ikun ġie imħallat b'mod li jmur kontra l-paragrafu 1, is-separazzjoni għandha ssir fejn ikun possibbli u meħtieġ sabiex ikun konformi ma' l-Artikolu 13.

“3.   Fejn skart perikoluż ikun ġie mħallat b'mod li jmur kontra l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, is-separazjoni ssir fejn tkun teknikament fattibbli.

 

Fejn is-separazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli, l-iskart imħallat għandu jiġi ttrattat f'installazzjoni li jkollha l-permess li tittratta taħlita bħal din kif ukoll komponenti individwali ta' din it-taħlita.";

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm konsegwenzi ċari għat-taħlit illegali ta' skart perikoluż. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali skont l-Artikolu 36, fejn il-projbizzjoni tat-taħlit ma ġietx irrispettata, is-separazzjoni teħtieġ li tiġi żgurata, fejn ikun teknikament fattibbli. Meta dan ma jkunx teknikament fattibbli, jeħtieġ li jiġi żgurat trattament f'faċilità xierqa.

Emenda    191

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12f (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12f)  fl-Artikolu 20, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Sal-1 ta' Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat jew sistemi ta' akkoljenza għall-iskart perikoluż iġġenerat mid-djar biex jiġi żgurat li l-iskart perikoluż jiġi trattat b'mod korrett u ma jikkontaminax flussi oħra ta' skart muniċipali.";

Emenda    192

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12g (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 20 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12g)  fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1b.  Sa ... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida biex tgħin u tiffaċilita lill-Istati Membri fil-ġbir u l-immaniġġjar sikur ta' skart perikoluż iġġenerat mid-djar.";

Emenda    193

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12h (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt h

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12h)  Fl-Artikolu 21(1), il-punt a huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, fejn dan huwa teknikament fattibbli;

"(a)   iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament";

Emenda    194

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12i (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12i)  Fl-Artikolu 21, il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)   fejn dan hu teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, żjut għar-rimi b'karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta' tipi oħrajn ta' skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu ttrattati.

"(c)  żjut għar-rimi b'karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta' tipi oħrajn ta' skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu rriġenerati.";

Emenda    195

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12j (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12j) Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa mfassla biex jiżguraw li, sal-2025, ir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi għandha tiżdied sa minimu ta' 85 % taż-żjut għar-rimi ġġenerati.

 

Iż-żjut għar-rimi mibgħuta lil Stat Membru ieħor għall-iskop ta' riġenerazzjoni f'dak l-Istat Membru l-ieħor jistgħu jingħaddu biss lejn l-ilħiq tal-mira mill-Istat Membru li fih iż-żjut għar-rimi ġew miġbura, u jekk ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi transkonfinali ta' skart perikoluż huma ssodisfati.

 

Iż-żjut għar-rimi esportati mill-Unjoni għar-riġenerazzjoni, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ għandhom jingħaddu biss lejn l-ilħiq tal-mira stipulata mill-Istat Membru fejn ikunu nġabru jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista' jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, u li t-trattament ta' riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi barra mill-Unjoni jkun sar f'kundizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti tad-dritt ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    196

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12k (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12k) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Għall-finijiet tal-ġbir separat ta' żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.

"2.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a, l-Istati Membri jistgħu, skont il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.";

Emenda    197

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12l (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 21 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12l) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 huwa mibdul b' dan li ġej:

3.  Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.

"3.   L-Istati Membri jistgħu, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.";

Emenda    198

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart fejn ikun vjabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, u fejn ikun xieraq biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3).

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat mis-sors tal-bijoskart, skont l-Artikolu 10(2).

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir separat tal-bijoskart għandu jkun obbligatorju sabiex tiġi pprevenuta l-kontaminazzjoni ta' frazzjonijiet nexfin oħrajn u jiġi mħeġġeġ l-irkupru ta' materjali organiċi li huma kapaċi jipproduċu kompost u diġestat, kif ukoll il-bijogass. Il-ġbir tal-iskart separat minn qabel huwa wieħed mill-għodod li jappoġġjaw il-ħolqien ta' suq ta' riċiklaġġ ta' kwalità għolja u l-ilħiq ta' livelli għolja ta' riċiklaġġ. L-introduzzjoni ta' limiti tekniċi, ambjentali u finanzjarji ppermettiet bosta eżenzjonijiet, li jirrendu l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju impossibbli. L-obbligu ta' ġbir separat ma għandux jeskludi l-possibbiltà li jinżammu jew jiġu organizzati skemi tal-ikkompostjar fid-dar.

Emenda    199

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-ikkompostjar fid-dar.

Emenda    200

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu:

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, inklużi traċċabbiltà u skemi ta' garanzija tal-kwalità, skont l-Artikoli 4 u 13, biex jiżguraw ir-riċiklaġġ organiku tal-bijoskart b'mod li jissodisfa livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u li l-output tiegħu jissodisfa l-istandards ta' kwalità għolja rilevanti.

(a)  ir-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart;

 

(b)  it-trattament tal-bijoskart b'mod li jilħaq livell għoli ta' protezzjoni ambjentali;

 

(c)  l-użu ta' materjali ambjentalment siguri prodotti mill-bijoskart.

 

Emenda    201

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tipproponi emenda għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a biex tintroduċi kodiċijiet Ewropew tal-iskart għall-iskart muniċipali li nġabar b'mod separat mis-sors.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).

Emenda    202

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(13a)  Fl-Artikolu 24, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:

b)   irkupru ta' l-iskart.

"b)   irkupru tal-iskart mhux perikoluż.";

Ġustifikazzjoni

Ma tista' tingħata ebda deroga mir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni fejn l-irkupru tal-iskart huwa kkonċernat.

Emenda    203

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 26 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti eżenzjoni milli jżommu reġistru ta' stabbilimenti u intrapriżi li jiġbru jew iġorru kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż li ma jaqbżux l-20 tunnellata fis-sena.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti eżenzjoni milli jżommu reġistru ta' stabbilimenti u intrapriżi li jiġbru jew iġorru kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż li ma jaqbżux l-20 tunnellata u ta' skart perikoluż li ma jaqbiżx iż-2 tunnellati fis-sena.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi limitat ix-xogħol amministrattiv għall-SMEs, għandu jiġi previst ukoll livell limitu għall-obbligu ta' rappurtar għall-iskart perikoluż. L-Artikolu 5, il-paragrafu 1b tar-Regolament PRTR (KE) Nru 166/2006 jipprevedi l-istess livell limitu għall-iskart perikoluż li m'għandux bżonn jiġi rrappurtat. Din l-eżenzjoni tidher li tkun proporzjonata meta mqabbla mal-isforzi amministrattivi li r-rappurtar ikun jeħtieġ għall-SMEs.

Emenda    204

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 26 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tadatta s-saqaf għall-kwantitajiet ta' skart mhux perikoluż.

imħassar

Emenda    205

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a, li jistabbilixxu standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta' trattament li jeħtieġu permess skont l-Artikolu 23 meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta' ġid mil-lat ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 38a, li jistabbilixxu standards tekniċi minimi għal kwalunkwe attività ta' trattament, b'mod partikolari għall-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, li jeħtieġu permess skont l-Artikolu 23 meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta' ġid mil-lat ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti standards operattivi minimi għad-diversi operazzjonijiet involuti fl-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda    206

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a – punt ii

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)   miżuri li jindirizzaw kull forma ta' rimi taż-żibel, u li jnaddfu kull tip ta' żibel mormi.

(f)   miżuri li jindirizzaw u jipprevjenu kull forma ta' rimi taż-żibel, u li jnaddfu kull tip ta' żibel mormi.

Emenda    207

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a – punt iia (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) jiżdied il-punt li ġej:

 

"(fa) biżżejjed opportunitajiet ta' finanzjament għall-awtoritajiet lokali sabiex tiġi promossa l-prevenzjoni tal-iskart u jiġu żviluppati skemi ta' ġbir separat u infrastruttura ottimali sabiex ikun hemm konformità mal-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.";

Emenda    208

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 28 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart kif stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, u għandhom jikkonformaw ukoll mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) u (3) ta' din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.

5.  Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart kif stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, u għandhom jikkonformaw ukoll mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) ta' din id-Direttiva, u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20 % jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga ta' ħames snin mil-limitu ta' żmien għall-miri varji ta' riċiklaġġ stabbiliti fil-livell tal-UE. Madankollu dan ma jwassalx biex jiġu stabbiliti miri ġodda speċifiċi li huma differenti minn dawk għal Stati Membri oħra, iżda biss estensjoni għal-limitu ta' żmien jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, jitħassar il-paragrafu 11(3).

Emenda    209

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikoli 1, 4 u 9.

1.   Sabiex jikkontribwixxu lejn l-ilħiq ta' mill-inqas l-objettivi elenkati fl-Artikolu 1, l-Artikolu 4 u l-paragrafu -1 tal-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw, mill-inqas, miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 9.

Emenda    210

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Programmi bħal dawn għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġar ta' l-iskart previsti fl-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta' politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġar ta' l-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri ta' prevenzjoni ta' l-iskart għandhom ikunu identifikati b'mod ċar.

"Programmi bħal dawn għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart previsti fl-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta' politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri u l-objettivi ta' prevenzjoni tal-iskart għandhom ikunu identifikati b'mod ċar."

Emenda    211

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt ab (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 29 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Il-programmi previsti fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw l-objettivi ta' prevenzjoni ta' l-iskart. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri ta' prevenzjoni eżistenti u jevalwaw l-utilità ta' l-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.

"2.  Fil-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, mill-inqas, jiddeskrivu l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 9 u l-kontribut tagħhom għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9. L-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-kontribut tal-istrumenti u l-miżuri elenkati fl-Anness Iva u għandhom jevalwaw l-utilità tal-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.

Emenda    212

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17 – punt ac (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel fi ħdan il-programmi tagħhom relatati mal-prevenzjoni tal-iskart kif imsemmi f'dan l-Artikolu.";

Emenda    213

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(17a)  Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent hija mistiedna tinkludi, fir-rapport annwali tagħha, reviżjoni tal-progress fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni ta' skart.

"2.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kull sentejn, għandha tippubblika rapport li jkun fih reviżjoni tal-progress li sar fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' prevenzjoni ta' skart u l-kisbiet li saru fir-rigward tal-objettivi tal-programmi ta' prevenzjoni tal-iskart għal kull Stat Membru u għall-Unjoni kollha kemm hi, inkluż id-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.";

Emenda    214

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 35 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati biex jirreġistraw dejta dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu tali reġistri għal flussi oħra ta' skart, b'mod partikulari dawk il-flussi ta' skart li għalihom hemm miri stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati, jew jużaw reġistri elettroniċi jew reġistri kkoordinati diġà stabbiliti, biex jirreġistraw dejta dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tali reġistri għal mill-inqas il-flussi oħra ta' skart li għalihom hemm miri stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw reġistri eżistenti biex jirreġistraw dejta dwar l-iskart perikoluż, bil-għan li jnaqqsu r-rekwiżiti burokratiċi. Dawn ir-reġistri għandhom jiġu stabbiliti għat-tipi ta' skart li għalihom ġew stipulati miri skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda    215

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2)(a) sa (d) u tal-Artikolu 11(3). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020.

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, il-progress lejn l-ilħiq ta' dawn il-miri stabbiliti fil-paragrafu -1 tal-Artikolu 9, il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 11(3) u (3a) u l-Artikolu 21. Għandhom jiġbru u jipproċessaw din id-dejta skont il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u jirrappurtawh b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport, fir-rigward tal-miri fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3), għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir tad-dejta sabiex jittejbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta.

Emenda    216

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, kull sentejn, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2021.

imħassar

Emenda    217

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Għall-finijiet ta' verifika ta' konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2), l-ammont ta' skart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jiġi rappurtat b'mod separat mill-ammont ta' skart riċiklat.

Emenda    218

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Sakemm l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ikun ġiet adottat, ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tivvaluta l-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal disa' xhur wara l-ewwel rappurtar tad-dejta mill-Istati Membri u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-ġbir tad-dejta sabiex jittejbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta.

Emenda    219

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha, u tevlawa l-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Jekk ikun xieraq, proposta biex tiġi riveduta din id-Direttiva tista' takkumpanja dan ir-rapport.

Ġustifikazzjoni

L-impatt tad-Direttiva għandu jiġi vvalutat regolarment biex ikun żgurat li l-elementi essenzjali tad-Direttiva jkunu adattati għal dan l-iskop.

Emenda    220

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafi 1 u 2, kif ukoll għar-rappurtar ta' operati ta' radam mill-ġdid. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta, l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dejta u s-sorsi tad-dejta u r-regoli dwar il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1 kif ukoll għar-rappurtar ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u operati ta' radam mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sabiex tistabbilixxi metodoloġija komuni għar-rappurtar tad-dejta: dan jinkludi l-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta.

Emenda    221

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 37a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 37a

 

Qafas għall-Ekonomija Ċirkolari

 

Sabiex jiġu appoġġjati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha:

 

(a)   tħejji rapport li jivvaluta l-bżonn għal miri tal-Unjoni, b'mod partikolari għal mira tal-Unjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u għal miżuri regolatorji trażversali fil-qasam tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Jekk ikun xieraq, hu għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva;

 

(b)  tħejji rapport dwar il-konsistenza bejn l-oqfsa regolatorji tal-Unjoni għall-prodotti, l-iskart u s-sustanzi kimiċi sabiex jiġu identifikati l-ostakli li jxekklu l-bidla għal ekonomija ċirkolari;

 

(c)  tfassal rapport biex tidentifika l-interazzjonijiet bejn l-atti leġiżlattivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tas-sinerġiji bejn industriji differenti u jipprevjenu l-użu sussegwenti ta' prodotti sekondarji u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għal applikazzjonijiet speċifiċi. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, jew minn gwida dwar kif għandhom jitneħħew l-ostakli identifikati u kif jiġi sfruttat il-potenzjal tas-suq tal-prodotti sekondarji u l-materja prima sekondarja;

 

(d)   tippreżenta rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ekodisinn sabiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex tkopri l-gruppi ta' prodotti ewlenin kollha, inklużi gruppi ta' prodotti mhux relatati mal-enerġija, u biex gradwalment tinkludi l-karatteristiċi rilevanti tal-effiċjenza fir-riżorsi fir-rekwiżiti obbligatorji għad-disinn tal-prodott u biex jiġu adattati dispożizzjonijiet tal-ekotikkettar.";

Emenda    222

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(21a)  fl-Artikolu 38, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku"

"Skambju ta' informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku"

Ġustifikazzjoni

Hemm lok sinifikanti għal skambju tal-aħjar prattiki u kondiviżjoni tal-informazzjoni f'din id-Direttiva dwar diversi kwistjonijiet (eż. biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-miri). Għalhekk, dan għandu jiġi indirizzat b'mod espliċitu.

Emenda    223

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma għal skambju regolari u strutturat ta' informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż mal-awtoritajiet reġjonali u muniċipali, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li tiġi żgurata governanza adegwata, infurzar, kooperazzjoni transkonfinali u t-tixrid tal-aħjar prattiki u tal-innovazzjonijiet fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart.

 

B'mod partikolari, il-pjattaforma għandha tintuża biex:

 

-  tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrumenti u l-inċentivi użati skont l-Artikolu 4(3) sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4.

 

-  tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8;

 

-  tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prevenzjoni u l-istabbiliment ta' sistemi li jippromwovu attivitajiet ta' użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja;

 

-  tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi fir-rigward tal-ġbir separat;

 

-   tiskambja informazzjoni u tikkondividi l-aħjar prattiki fir-rigward tal-istrumenti u l-inċentivi għall-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 21;

 

-  tikkondividi l-aħjar prattiki għall-iżvilupp ta' miżuri u sistemi li jintraċċaw il-flussi tal-iskart muniċipali mis-separazzjoni sal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, li huwa ta' importanza kbira fil-kontroll tal-iskart ta' kwalità u l-kejl tat-telf fil-flussi tal-iskart u l-proċessi tar-riċiklaġġ.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta' dak l-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki disponibbli pubblikament.

Ġustifikazzjoni

Hemm lok sinifikanti għal skambju tal-aħjar prattiki u kondiviżjoni tal-informazzjoni f'din id-Direttiva dwar diversi kwistjonijiet (eż. biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-miri). Għalhekk, dan għandu jiġi indirizzat b'mod espliċitu.

Emenda    224

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' rkupru u ta' rimi.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' skart, skart muniċipali, prevenzjoni, użu mill-ġdid, tħejjija għall-użu mill-ġdid, irkupru u rimi.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet speċifiċi fl-interess ta' implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva.

Emenda    225

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a, meħtieġa sabiex jiġi emendat l-Anness VI.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu fl-ilħiq tal-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 11a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

Emenda    226

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 38(1) u 38(2) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    227

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) tista' titħassar f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 37(6), 38(1) u 38(2) tista' titħassar f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Tali deċiżjoni ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

Emenda    228

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016.

Emenda    229

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 38a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1), 11a(2), 11a(6), 26, 27(1), 27(4), 38(1), 38(2) u 38(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 6(4), 7(1), 8(5), 9(2a), 9(3), 9(3a), 11a(2), 11a(6), 12(1b), 27(1), 27(4), 37(6), 38(1) u 38(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    230

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Anness II – punt R13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Fl-Anness II, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"R13a: tħejjija għall-użu mill-ġdid.";

Ġustifikazzjoni

L-operazzjoni ta' rkupru speċifiku għandha tiġi introdotta fl-Anness II sabiex fl-Artikolu 3 tintlaħaq aktar koerenza mad-definizzjoni "tħejjija għall-użu mill-ġdid".

Emenda    231

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24b (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Anness IVa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b)  L-Anness IVa huwa mdaħħal skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Emenda    232

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jiżdied l-Anness VI f'konformità mal-Anness ta' din id-Direttiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu fl-ilħiq tal-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 11a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

Emenda    233

Proposta għal direttiva

Anness I

Direttiva 2008/98/KE

Anness VI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3)

imħassar

Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata tar-riċiklaġġ u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 11(2)(c) u (d) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:

 

 

 

 

E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

A: piż tal-iskart muniċipali riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata;

 

P: piż tal-iskart muniċipali ġġenerat f'sena determinata.

 

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu fl-ilħiq tal-miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 11a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

Emenda    234

Proposta għal direttiva

Anness -I (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Anness IVa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness -I

 

Jiddaħħal l-Anness IVa li ġej:

 

"Anness IVa

 

Lista indikattiva ta' strumenti għall-promozzjoni tal-bidla lejn ekonomija ċirkolari

 

1.   Strumenti ekonomiċi:

 

1.1   żieda progressiva fit-taxxi u/jew fit-tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet għal kategoriji kollha tal-iskart (muniċipali, inerti u skart ieħor);

 

1.2   introduzzjoni jew żieda fit-taxxi u/jew fit-tariffi fuq l-inċinerazzjoni;

 

1.3   introduzzjoni ta' sistemi "ħallas skont kemm tarmi";

 

1.4   miżuri li jtejbu l-kosteffiċjenza tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kemm dawk attwali kif ukoll dawk li ġejjin;

 

1.5   estensjoni tal-ambitu finanzjarju u/jew operattiv tar-responsabbiltà tal-produttur għal flussi ġodda ta' skart;

 

1.6   inċentivi ekonomiċi għall-awtoritajiet lokali biex jippromwovu l-prevenzjoni, jiżviluppaw u jintensifikaw l-iskemi tal-ġbir separat;

 

1.7   miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur tal-użu mill-ġdid;

 

1.8   miżuri li jrażżnu sussidji li mhumiex konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart;

 

2.   Miżuri oħra:

 

2.1   akkwist pubbliku sostenibbli għall-promozzjoni ta' produzzjoni u konsum sostenibbli;

 

2.2   miżuri tekniċi u fiskali biex jappoġġjaw l-iżvilupp tas-swieq għal prodotti użati mill-ġdid u materjali riċiklati (inkluż materjal mibdul f'kompost) kif ukoll biex itejbu l-kwalità tal-materjali riċiklati;

 

2.3   jiġu implimentati l-aħjar tekniki disponibbli għat-trattament tal-iskart bil-għan li jitneħħew is-sustanzi ta' tħassib serju ħafna fejn dan hu teknikament jew ekonomikament vijabbli;

 

2.4   miżuri li jżidu l-għarfien pubbliku dwar l-immaniġġjar adegwat tal-iskart u t-tnaqqis tar-rimi fiż-żibel, inklużi kampanji ad hoc li jiżguraw tnaqqis tal-iskart mis-sors u livell għoli ta' parteċipazzjoni fl-iskemi ta' ġbir separat;

 

2.5   miżuri li jiżguraw koordinazzjoni xierqa, inkluż permezz ta' mezzi diġitali, bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha involuti fl-immaniġġjar tal-iskart, u li jiżguraw l-involviment ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn;

 

2.6   użu tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart li hemm bżonn biex jintlaħqu l-miri rilevanti.".

(1)

  ĠU C 264, 20.07.2016, p. 98.

(2)

  ĠU C 17, 18.01.2017, p. 46.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-mudell attwali ta' żvilupp lineari, li jista' jinġabar fil-qosor bħala "ħu, ipproduċi, uża u armi", qed jibda juri sinjali li qed jilħaq il-limiti tiegħu. Il-pjaneta tagħna qed tisħon, u r-riżorsi użati, li fuqhom niddependu, qed isiru dejjem aktar skarsi. Sakemm ma jittiħdux miżuri strutturali, id-domanda għal materja prima mill-ekonomija dinjija tista' tiżdied b'50 % aktar fil-15-il sena li ġejjin. Sabiex tinqaleb din it-tendenza, aħna rridu nadottaw mudell ta' żvilupp ċirkolari li jżomm il-materjali u l-valur tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni fi ħdan is-sistema ekonomika kemm jista' jkun fit-tul, billi nottimizzaw iċ-ċiklu tal-iskart integrat sabiex nagħmlu użu effiċjenti mir-riżorsi. L-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru qed isiru l-kliem ewlenin li madwarhom jeħtieġ tinbena paradigma ġdida li tippromwovi s-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-kompetittività, biex b'hekk l-iskart ma jibqax ikun problema u jsir riżorsa.

Il-pakkett, għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest ferm usa' minn dak ta' sempliċi reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-iskart. Ir-rapporteur għandha l-għan li tħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li tippreżerva l-ambjent, li tagħmel l-ekonomija Ewropea aktar kompetittiva u li tippromwovi r-reindustrijalizzazzjoni sostenibbli. Żieda fil-valur tar-riżorsi tfisser intervent fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott: mill-estrazzjoni tal-materja prima għad-disinn tal-prodott u mid-distribuzzjoni għall-konsum, għal tmiem il-ħajja tal-prodotti.

Qafas leġiżlattiv ċar u stabbli huwa l-ewwel pass fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni.

Tali bidla sistemika titlob politiki ambizzjużi, appoġġjati minn leġiżlazzjoni li tkun kapaċi tibgħat is-sinjali tajbin lill-investituri. Jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea tonqos milli tinkorpora definizzjonijiet ċari u miri vinkolanti, dan jista' jimpedixxi l-progress lejn l-ekonomija ċirkolari.

Billi ħadet il-ġerarkija tal-iskart bħala bażi, ir-rapporteur fittxet li temenda l-proposta tal-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward tal-prevenzjoni tal-iskart u t-twassil tal-iskart lura fil-proċess tal-produzzjoni. Sabiex titnaqqas il-kwantità tal-iskart, jeħtieġ li l-ewwel titnieda l-innovazzjoni ta' proċessi ta' produzzjoni u mudelli kummerċjali li fuqhom l-ekonomija ċirkolari għandha tkun ibbażata.

It-trasformazzjoni tal-Unjoni f'ekonomija ekoloġika u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti diġà hija waħda mill-objettivi ewlenin tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali Ewropew, u ta' min ifakkar li l-Ewropa impenjat ruħha li tilħaq l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tan-NU.

Ir-rapporteur temmen li, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, l-emendi għad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart għandhom jistrieħu fuq żewġ objettivi ewlenin:

1) it-tisħiħ ta' miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart;

2) l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta' suq effiċjenti tal-materja prima sekondarja.

Ir-rapporteur temmen ukoll li, sabiex tiġi promossa implimentazzjoni korretta, jeħtieġ li wħud mid-definizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva attwali jsiru aktar stretti u jiżdiedu oħrajn li kienu neqsin.

PREVENZJONI

Miżura importanti ta' prevenzjoni hija l-użu ta' residwi tal-produzzjoni bħala prodotti sekondarji bil-għan li jiġu introdotti riżorsi ġenwini (mhux skart) fiċ-ċiklu produttiv. Biex dan jitħeġġeġ u jiġi appoġġjat it-tixrid tal-prattiki tas-simbjożi industrijali, jeħtieġ jiġi introdott qafas regolatorju ċar fil-livell tal-UE.

B'dan f'moħħha, ir-rapporteur irrevediet id-diċitura attwali tal-Artikolu 5(1).

Il-Kummissjoni xorta se tkun tista' tistabbilixxi kriterji għall-applikazzjoni tal-istatus ta' prodotti sekondarji, iżda b'mod li jipprijoritizza prattiki ta' simbjożi industrijali ppruvati u li jistgħu jiġu replikati. L-għan huwa li jkun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa għal regoli armonizzati u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta' regoli standardizzati għat-tipi kollha ta' prodotti sekondarji ma tippreġudikax il-proċess tal-innovazzjoni li jikkaratterizza dawn il-prattiki.

L-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar it-tmiem tal-istadju tal-iskart fid-diversi Stati Membri kienet ikkaratterizzata minn diffikultajiet u inkonsistenzi. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, ir-rapporteur tappoġġja l-prinċipju li l-Kummissjoni għandha, bħala regola ġenerali, tistabbilixxi dispożizzjonijiet armonizzati dwar il-kriterji għall-għoti ta' status ta' tmiem tal-istadju tal-iskart. Peress li din id-dispożizzjoni ma ġietx irrispettata bis-sħiħ, ir-rapporteur taqbel li l-Istati Membri issa għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu kriterji nazzjonali abbażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Ir-rapporteur taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi kriteji minimi għal skemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR). Il-possibbiltà li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tmiem tal-ħajja għall-prodotti tista' tintuża bħala inċentiv għad-disinn tal-prodotti li jistgħu jerġgħu jiġu użati jew riċiklati. L-introduzzjoni ta' skemi tal-EPR fil-livell nazzjonali għal diversi prodotti wriet li hija għodda effikaċi sabiex jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart. Ir-rapporteur, għalhekk, temmen li l-introduzzjoni tal-iskemi EPR ibbażati fuq regoli armonizzati għandhom jiġu magħmula obbligatorji fil-livell tal-UE.

L-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' miżuri ta' prevenzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja utli tal-prodott hija l-aktar mod effikaċi biex titjieb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart, billi jiġu promossi materjali durabbli, riċiklabbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw permezz ta' strumenti ekonomiċi adatti. Għalhekk, ir-rapporteur tiddeskrivi wkoll il-ħtieġa li jitnaqqsu sustanzi perikolużi fil-materjal.

Id-Direttiva għandha wkoll tiddefinixxi b'mod aktar ċar il-kunċett ta' użu mill-ġdid. L-użu mill-ġdid, għall-kuntrarju ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa proċess li jinvolvi t-trattament ta' prodotti sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart; dan, għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat bħala miżura speċifika għall-prevenzjoni tal-iskart u inċentivizzata mill-Istati Membri.

L-għodda użata biex jiġu kkoordinati dawn l-azzjonijiet jkunu l-Pjanijiet Nazzjonali ta' Prevenzjoni. Jeħtieġ jiġu stabbiliti objettivi minimi armonizzati u indikaturi tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-Istati Membri fil-livell tal-UE biex tittejjeb l-effikaċja ta' dawn il-pjanijiet.

Ir-rapporteur temmen li huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fir-rigward ta' kwistjonijiet etiċi u ambjentali ewlenin, sabiex jitnaqqsu l-ħela tal-ikel u l-iskart fil-baħar bi 30 % sal-2025 u b'50 % sal-2030. L-Istati Membri huma msejħa biex jinkludu objettiv li, mill-inqas, huwa ekwivalenti għal dan fil-Pjanijiet Nazzjonali ta' Prevenzjoni tagħhom.

ŻVILUPP TA' SUQ EFFIĊJENTI TAL-MATERJA PRIMA SEKONDARJA

Miri ambizzjużi fir-rigward tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-iskart b'valur ekonomiku għoli jiġi rkuprat u riċiklat bħala materja prima sekondarja ta' kwalità. B'appoġġ għal dak l-objettiv, ir-rapporteur, flimkien mal-objettiv li jitneħħa r-rimi fil-miżbliet b'mod gradwali, stabbilixxiet miri għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali ta' 60 % sal-2025 u ta' 70 % sal-2030 għall-Istati Membri, f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari" u s-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 (SWD(2014) 207 final).

Sabiex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba mill-Istati Membri huma in bona fide u komparabbli, ir-rapporteur hija favur li d-definizzjoni ta' skart muniċipali tiġi allinjata ma' dik użata għal skopijiet ta' statistika mill-Eurostat u l-OSKE. Din id-definizzjoni trid tiġi kkombinata ma' metodu uniku ta' kalkolu armonizzat għall-Istati Membri kollha, ibbażat fuq l-input lill-proċess aħħari tar-riċiklaġġ u appoġġjat b'sistema solida ta' rappurtar li tipprevjeni l-iskart mormi (skart mormi fil-miżbliet jew inċinerat) milli jiġi rrappurtat bħala skart riċiklat.

Ir-rapporteur temmen ukoll li sistemi ta' ġbir ta' skart separat għal tipi differenti ta' skart se jkunu prerekwiżit għall-ħolqien ta' suq tar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja u għall-ilħiq tal-miri stabbiliti. Id-dispożizzjoni attwali għal eżenzjonijiet għal raġunijiet tekniċi, ambjentali u ekonomiċi, fil-prattika, wasslu għal dan ir-rekwiżit biex ma jiġix applikat bis-sħiħ.

L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u regolatorji biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn materja prima verġni u materja prima sekondarja.

Ir-rapporteur hija konxja mill-fatt li jeżistu differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwardja l-livelli ta' skart riċiklat jew mormi f'miżbliet. Għalhekk, fl-interessi li tiġi żgurata implimentazzjoni korretta u uniformi tad-Direttiva, hija taqbel li jkun xieraq li tikkonċedi deroga lill-Istati Membri li, skont id-dejta tal-Eurostat għall-2013, irriċklaw inqas minn 20 % tal-iskart muniċipali kollu billi talbu lill-Kummissjoni ħames snin addizzjonali biex fihom jilħqu l-miri stabbiliti għall-2025 u l-2030. Ir-rapporteur, madankollu, tikkunsidra li biex jinkisbu dawn id-derogazzjonijiet, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu pjan ta' implimentazzjoni, li għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni abbażi ta' kriterji speċifiċi, u għandu jilħaq miri interim li jikkonċernaw it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.

Ir-rapporteur enfasizzat il-bżonn għal miżuri speċifiċi għall-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart organiku, li għadu mhux soġġett għal dispożizzjonijiet xierqa. Il-ġbir separat tal-bijoskart għandu jkun obbligatorju u appoġġjat bi strumenti ekonomiċi xierqa. Il-bijoskart għandu jgħaddi minn riċiklaġġ organiku li l-output tiegħu jkun jissodisfa kriterji ta' kwalità għolja.

Fl-aħħar nett, iddaħħal artikolu ġdid dwar "Qafas għal ekonomija ċirkolari" biex jinkorpora miżuri li l-Kummissjoni ppreżentat fil-"Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari" tagħha u biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn dan billi jiġu stabbiliti: indikatur Ewropew tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, miżuri leġiżlattivi biex jiġu promossi l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u kriterji tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, li għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar ta' prodotti mhux relatati mal-enerġija.


OPINJONI TAL-MINORANZA

imressqa skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Jean-François Jalkh

Billi l-emenda proposta għad-Direttiva 2008/98/KE:

- hija illeġittima peress li tinterferixxi fil-kompetenzi riżervati għall-Istati Membri, partikolarment billi timponi inċentivi fiskali u skrutinju bir-reqqa fuq l-Istati Membri nfushom;

- mhix applikabbli għaliex ma tqisx ir-realtajiet nazzjonali li jħaddnu differenzi fundamentali u li ma jistgħux jiġu ridotti għal politika waħda u li tkun l-istess għal kulħadd, kif ukoll tistabbilixxi definizzjonijiet mhux effettivi, b'mod partikolari billi tagħmel distinzjoni bejn skart muniċipali u kummerċjali, u dak organiku u tal-ikel;

- għandha ċertu piż mil-lat ekonomiku minħabba li tpoġġi pressjoni fuq l-intrapiżi fl-implimentazzjoni tar-"responsabbiltà estiża tal-produttur", li twassal biex tannulla l-valur miżjud tal-prodott;

- twassal biss għal żewġ konsegwenzi ċerti: żieda sinifikanti fin-nefqa pubblika u aktar integrazzjoni tas-suq intern għall-benefiċċju esklużiv ta' ċerti entitajiet transnazzjonali;

Konxju mill-isfidi ekonomiċi u ekoloġiċi li jirrappreżenta l-immaniġġjar tal-iskart, il-Grupp ENF jiddissoċja ruħu mill-ħidma mwettqa mill-Kumitat ENVI u, f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika tal-immaniġġjar tal-iskart, jitlob li jkun hemm rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u li jitqiesu aktar il-punti b'saħħithom tal-lokaliżmu.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (27.10.2016)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

(COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Miroslav Poche

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari.

(1)  L-immaniġġjar, it-trasformazzjoni u l-użu tal-iskart fl-Unjoni għandhom jittejbu, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija ċirkolari reali, li tkun tillimita l-impatti ambjentali negattivi u tippreserva r-riżorsi naturali kif ukoll tikseb immaniġġjar aħjar tal-materja prima, filwaqt li tagħmel l-ekonomija inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet, iżżid l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-enerġija, tipprovdi opportunitajiet ekonomiċi ġodda u swieq ġodda u tippromwovi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità. Sabiex l-ekonomija ssir realment ċirkolari, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri addizzjonali li jiffukaw fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti, inklużi l-estrazzjoni sostenibbli tal-materjali, id-disinn tal-prodott ekoloġiku, il-produzzjoni ekoeffiċjenti u l-konsum sostenibbli, b'tali mod li jippreserva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirku. It-titjib fl-użu tar-riżorsi jġib miegħu wkoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji tal-Unjoni, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, filwaqt li jnaqqas it-total annwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiġu emendati biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari.

(2)  Il-miri stipulati fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart għandhom jiġu emendati biex jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija ċirkolari effiċjenti, billi jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-iskart jista' jitqies bħala riżorsa utli għal din it-tranżizzjoni.

__________________

__________________

14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)  Fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari1a, fejn enfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri vinkolanti ta' tnaqqis tal-iskart, jiġu żviluppati miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart u jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi;

 

_______________

 

1a Testi adottati, P8_TA(2015)0266.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika fit-tul sabiex jiggwidaw il-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart.

(3)  Għadd ta' Stati Membri għad iridu jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stipulati għanijiet ta' politika u appoġġ finanzjarju, fiskali u politiku fit-tul sabiex jiggwidaw il-miżuri u l-investimenti, speċifikament billi jiġi evitat il-ħolqien ta' kapaċitajiet strutturali eċċessivi għat-trattament tal-iskart residwali, bħal pereżempju r-rimi f'miżbla u l-inċenerazzjoni u tiġi evitata l-inerzja tal-materji riċiklabbli fl-iktar livell baxx tal-ġerarkija tal-iskart. F'dan il-kuntest, sabiex jinkisbu l-miri rilevanti huwa essenzjali li jintużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Huwa wkoll essenzjali li l-Istati Membri jemendaw il-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart eżistenti tagħhom f'konformità ma' din id-Direttiva u jadattaw l-investimenti tagħhom kif xieraq.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, u tar-radam mill-ġdid, bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċett jiġi ċċarat.

(5)  Jeħtieġ li jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/98/KE definizzjonijiet tal-iskart muniċipali, tal-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, tal-iskart kummerċjali u industrijali, tal-proċess aħħari tar-riċiklaġġ, tar-rimi ħażin tal-iskart u tal-iskart fil-baħar u tar-radam mill-ġdid, bil-għan li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-kunċett jiġi ċċarat.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-koerenza bejn id-Direttiva 2008/98/KE u atti leġiżlattivi tal-Unjoni relatati bħad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b għandha tiġi żgurata, b'mod partikolari permezz tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni koerenti tal-kunċetti ta' "skart", "ġerarkija tal-iskart" u "prodott sekondarju" skont dawk l-atti leġiżlattivi.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

 

1b Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha taqbel mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.

(6)  Biex jiġi żgurat li l-miri tar-riċiklaġġ jissejsu fuq dejta affidabbli u paragunabbli, u biex ikun permess monitoraġġ iktar effettiv tal-progress fil-ksib ta' dawk il-miri, id-definizzjoni tal-iskart muniċipali fid-Direttiva 2008/98/KE għandha tkun armonizzata mad-definizzjoni użata għal finijiet statistiċi mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li abbażi tagħha l-Istati Membri ilhom is-snin jirrappurtaw id-dejta. Id-definizzjoni tal-iskart muniċipali f'din id-Direttiva hija newtrali fejn jidħol l-istatus pubbliku jew privat tal-operatur li jimmaniġġja l-iskart.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji li jimmiraw il-ksib tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali.

(7)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikulari permezz ta' inċentivi finanzjarji, fiskali u regolatorji li jimmiraw għall-kisba tal-għanijiet ta' prevenzjoni tal-iskart u ta' riċiklaġġ stipulati minn din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn strumenti ekonomiċi jew miżuri oħra kif stipulati fl-Anness VIa. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri tali li jgħinuhom jiksbu kwalità għolja ta' materjal separat.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għandha tieħu vantaġġ sħiħ mill-innovazzjoni diġitali. Għal dak il-għan, għandhom jiġu żviluppati mezzi elettroniċi bħal pjattaforma online għall-kummerċjalizzazzjoni tal-iskart bħala riżorsa ġdida, bil-għan li l-operazzjonijiet kummerċjali jsiru iktar faċli u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi, biex b'hekk tissaħħaħ is-simbjożi industrijali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. Dawk ir-rekwiżiti għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għandhom jikkontribwixxi wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi sabiex iqisu aħjar ir-riċiklabbiltà u l-kapaċità ta' użu mill-ġdid meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

(9)  L-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur huma parti essenzjali mill-immaniġġjar effiċjenti tal-iskart, iżda l-effettività u l-prestazzjoni tagħhom ivarjaw sew fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta' operat għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dawk ir-rekwiżiti għandhom inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-prestazzjoni, jiffaċilitaw il-possibbiltà ta' tiswija, l-implimentazzjoni u l-infurzar aħjar tal-ġbir u l-għażla separati, jiżguraw riċiklaġġ ta' kwalità aħjar, jgħinu jiżguraw aċċess kosteffiċjenti għall-materja prima sekondarja, kif ukoll jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, inkluż għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għandhom jevitaw ostakli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-inkorporazzjoni tal-kostijiet fi tmiem il-ħajja fil-prezzijiet tal-prodotti, u għandhom jipprovdu inċentivi lill-produtturi sabiex iqisu aħjar il-possibbiltà ta' tiswija, ir-riċiklabbiltà u l-kapaċità ta' użu mill-ġdid u l-eliminazzjoni gradwali ta' sustanzi perikolużi meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom. Ir-rekwiżiti għandhom japplikaw kemm għall-iskemi l-ġodda kif ukoll għal dawk diġà eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Madankollu, ikun hemm bżonn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex l-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u l-Istati Membri mingħajr ir-responsabbiltà estiża tal-produttur jadattaw l-istrutturi u l-proċeduri tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda. Matul il-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri mingħajr ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandhom jiżguraw li s-sistemi tagħhom tal-immaniġġjar tal-iskart jagħtu riżultati b'mod infurzabbli, trasparenti u responsabbli li jkun konsistenti għal kollox mar-rekwiżiti minimi għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif ukoll ta' kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, kif ukoll biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' tali miżuri. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni.

(10)  Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti ta' kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kif jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart, u jiġu promossi materjali ta' kwalità għolja durabbli, riċiklabbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima dejjem iktar rari. Għaldaqstant, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, inklużi miżuri li jnaqqsu l-preżenza ta' sustanzi perikolużi, jippromwovu r-riċiklaġġ ta' materjali ta' kwalità għolja, jiġġieldu l-obsolenza ppjanata, iżidu s-setgħa tal-konsumatur permezz ta' informazzjoni mtejba dwar il-prodotti, iħeġġu l-komunikazzjoni kontinwa u kampanji edukattivi regolari dwar il-prevenzjoni tal-iskart, u biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni ta' tali miżuri, kif ukoll miri ta' prevenzjoni għat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, bl-għan li jiġi diżakkoppjat mit-tkabbir ekonomiku. Sabiex jiġi żgurat kejl uniformi tal-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi komuni u metodi ta' kalkoli.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas bin-nofs sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu l-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, u għandhom ikejlu l-progress fit-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-UE, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel għandu jsir kull sentejn.

(12)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu l-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, bi qbil mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikulari l-mira tagħha li l-iskart tal-ikel jitnaqqas b'mill-inqas 50 % sas-sena 2030. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jipprevjenu l-ħela tal-ikel fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u fil-livell tal-konsumaturi u jnaqqsu t-telf tal-ikel fil-katini tal-produzzjoni u tal-provvista, inklużi l-produzzjoni agrikola intenzjonalment mhux maħsuda u t-telf wara l-ħsad, u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jbigħu jew joffru ikliet, u f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart tal-ikel fil-programmi tal-prevenzjoni tal-iskart tagħhom sabiex jilħqu tnaqqis fl-iskart tal-ikel ta' mill-inqas 30 % sal-2025 u 50 % sal-2030, u għandhom ikejlu l-progress li sar fit-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prassi tajba madwar l-Unjoni, kemm fost l-Istati Membri u kemm fost l-operaturi kummerċjali tal-ikel, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-ħela tal-ikel għandu jsir kull sentejn. Sabiex jipprevjenu l-ħela tal-ikel, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li jippermetti lis-settur tal-ikel li jkompli jiddistribwixxi u jagħti b'donazzjoni prodotti mhux mibjugħin, filwaqt li jiżguraw li tali distribuzzjoni ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sigurtà tal-ikel.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tiffissa miri tar-riċiklaġġ għall-iskart kummerċjali u industrijali mhux perikoluż b'obbligi tar-riċiklaġġ simili għal dawk li japplikaw għall-iskart muniċipali. Sabiex tinbena bażi preċiża biex jiġu ffissati dawk il-miri, il-Kummissjoni għandha tiġbor dejta dwar tali skart, abbażi tar-rappurtar komuni mill-Istati Membri. Fi żmien sentejn wara l-ġbir tad-dejta, u abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tiffissa miri tar-riċiklaġġ separat għall-iskart kummerċjali u industrijali mhux perikoluż sal-2025, tal-inqas għall-iskart tal-karta, tal-ħġieġ, tal-metall, tal-plastik u l-bijoskart.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a hija l-istrument legali vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-istabbiliment ta' miri ambjentali sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb fir-rigward tal-iskart fil-baħar. Madankollu, is-sorsi ewlenin tal-iskart fil-baħar huma attivitajiet fuq l-art u huma kkawżati minn prattiki ħżiena tal-immaniġġjar tal-iskart solidu, nuqqas ta' infrastruttura u nuqqas ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. Għal dik ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex inaqqsu l-iskart fuq l-art li x'aktarx jispiċċa fl-ambjent tal-baħar, f'konformità mal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, u b'mod partikolari jimmiraw li jiksbu l-għan li jnaqqsu l-iskart fil-baħar b'50 % sas-sena 2030. Filwaqt li jqisu l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi tal-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni tal-iskart fil-baħar fil-programmi tal-prevenzjoni tal-iskart tagħhom sabiex jilħqu tal-inqas l-għan ta' tnaqqis ta' 50 % sal-2030, u għandhom ikejlu l-progress fit-tnaqqis tal-iskart fil-baħar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fl-Unjoni kollha, għandhom jiġu stabbiliti metodoloġiji uniformi għal tali kejl. Ir-rappurtar dwar il-livelli tal-iskart fil-baħar għandu jsir kull sentejn.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Sabiex tgħin jintlaħqu l-objettivi tal-Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi b'mod attiv il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u bejn setturi differenti tal-ekonomija, fosthom l-industrija tal-iskart u s-settur finanzjarju. Il-koordinazzjoni u l-iskambju jistgħu jinkisbu permezz tal-istabbiliment ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari li jgħinu jżidu s-sensibilizzazzjoni rigward soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli u jikkontribwixxu biex issir konnessjoni bejn l-industrija tal-iskart u s-settur finanzjarju u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi wkoll b'mod attiv il-kondiviżjoni ta' pjattaformi bħala mudell ta' negozju tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-ġbir u r-riċiklaġġ separat taż-żejt użat ikollhom benefiċċji ekonomiċi u ambjentali sinifikanti f'termini tal-garanzija tal-provvista ta' materja prima, tal-mixja 'l quddiem lejn ekonomija ċirkolari u fil-kontribut għal anqas dipendenza fuq il-provvista taż-żejt. Xi Stati Membri diġà jiġbru u jirriċiklaw parti kbira taż-żejt użat tagħhom. Madankollu, fl-2015 madwar 13 % biss taż-żjut ta' bażi kollha ġew minn żejt użat raffinat mill-ġdid. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tippreżenta sa ... [daħħal id-data ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], valutazzjoni tal-impatt dwar l-introduzzjoni ta' mira għall-Unjoni kollha għall-ġbir u r-riċiklaġġ taż-żejt użat.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jinċentivaw l-użu ta' materjali bħal materjali permanenti li għandhom valur superjuri għall-ekonomija ċirkolari minħabba li jistgħu jiġu klassifikati bħala materjali li jistgħu jiġu riċiklati mingħajr telf ta' kwalità, irrispettivament minn kemm-il darba jiġi riċiklat il-materjal.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025 u għall-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjan ta' implimentazzjoni.

(16)  Jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri fejn tidħol il-prestazzjoni tagħhom fl-immaniġġjar tal-iskart, l-aktar tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali. Sabiex jitqiesu dawk id-differenzi, dawk l-Istati Membri li fl-2013 irriċiklaw inqas minn 20% tal-iskart muniċipali tagħhom skont id-dejta tal-Eurostat għandhom jingħataw żmien addizzjonali sabiex jikkonformaw mal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, stabbiliti għall-2025 u għall-2030. Fid-dawl tar-rati medji ta' progress annwali osservati fl-Istati Membri tul l-aħħar ħmistax-il sena, dawk l-Istati Membri jkollhom iżidu l-kapaċità ta' riċiklaġġ tagħhom f'livelli li jinsabu 'l fuq sew mill-medji mgħoddija sabiex jilħqu dawk il-miri. Sabiex jiġi żgurat li jsir progress sod lejn dawk il-miri, kif ukoll li n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni jiġu indirizzati fi żmien xieraq, l-Istati Membri li jingħataw żmien addizzjonali għandhom jilħqu miri interim, u għandhom ifasslu pjan ta' implimentazzjoni, bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jew imħejjija għar-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-inċinerazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi ta' din id-dejta, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, u dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

(18)  Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti, jew, jekk ikun il-każ, l-imballaġġ, li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jew imħejjija għar-riċiklaġġ tal-metalli li jsir b'rabta mal-irkupru tal-enerġija u mal-inċinerazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-kalkolu uniformi ta' din id-dejta, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, dwar il-kriterji ta' kwalità għall-metalli riċiklati, u dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri.

(19)  Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar, f'waqtha u aktar uniformi ta' din id-Direttiva, u sabiex jiġu antiċipati d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, għandha titwaqqaf sistema ta' twissija bikrija, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ħalli ssib in-nuqqasijiet u tkun tista' tittieħed azzjoni qabel l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin.

(20)  Il-konformità mal-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ, l-injam u t-tessuti hija essenzjali sabiex jiżdiedu r-rati tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-bijoskart għandu jinġabar b'mod separat sabiex jikkontribwixxi għal żieda fir-rati ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, kif ukoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' materjali riċiklabbli nixfin, kif ukoll għall-prevenzjoni tal-inċinerazzjoni u r-rimi f'miżbla. Barra minn hekk, użu iktar effiċjenti tal-iskart jista' joħloq inċentiv importanti għall-katina tal-provvista tal-bijoekonomija. Il-ġbir separat tal-bijoskart mill-iskart muniċipali u agrikolu għandu għalhekk isir obbligatorju. Il-bijoekonomija għandha rwol importanti fl-iżgurar tad-disponibbiltà tal-materja prima fl-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tiffissa mira għar-riċiklaġġ għall-bijoskart sabiex tattira investimenti fl-infrastruttura f'faċilitajiet tar-riċiklaġġ għall-bijoskart u biex issaħħaħ l-ipproċessar mill-ġdid tal-materjal organiku.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart, fejn xieraq, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni.

(21)  L-immaniġġjar xieraq tal-iskart perikoluż għadu problema fl-Unjoni, u d-dejta dwar it-trattament tiegħu għadha parzjalment nieqsa. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-mekkaniżmi taż-żamma tar-rekords u tat-traċċabbiltà billi jitwaqqfu reġistri elettroniċi għall-iskart perikoluż fl-Istati Membri. Il-ġbir ta' dejta elettronika għandu jitwessa' għal tipi oħra ta' skart b'mod kemm jista' jkun estiż, sabiex iż-żamma tar-rekords teħfief għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet u ħalli jitjieb il-monitoraġġ tal-flussi tal-iskart fl-Unjoni. Din id-dejta għandha tinġabar f'konformità mal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet li jappoġġjaw l-objettivi tad-dejta miftuħa u għandha ssir disponibbli bħala dejta miftuħa.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta' skart muniċipali b'sustanzi perikolużi li jistgħu jbaxxu l-kwalità tar-riċiklaġġ u għaldaqstant ifixklu t-teħid ta' materja prima sekondarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu flussi ta' ġbir separati għal skart perikoluż mid-djar. Il-fondi tal-Unjoni li huma allokati għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jistgħu jintużaw għal programmi ta' riċerka dwar is-sostituzzjoni ta' materjal perikoluż u t-trattament ta' skart perikoluż.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart.

(22)  Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw sew il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment billi jippromwovu l-ewwel il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid u mbagħad ir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, u ma għandhomx jappoġġjaw ir-rimi f'miżbla u l-inċinerazzjoni tal-iskart.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu l-aqwa mmaniġġjar possibbli tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' tali tipi ta' materja prima, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.

(23)  Ċerti tipi ta' materja prima huma ta' importanza kbira għall-ekonomija tal-Unjoni, u l-provvista tagħhom hija marbuta ma' riskju għoli. Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista ta' dawk it-tipi ta' materja prima, u bi qbil mal-Inizjattiva tal-Materja Prima u l-għanijiet u l-miri tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu l-aqwa mmaniġġjar possibbli tal-iskart li jkun fih ammonti sinifikanti ta' tali tipi ta' materja prima, billi jevitaw ir-rimi f'miżbla u l-inċinerazzjoni tal-iskart mhux ittrattat, filwaqt li jqisu l-vjabbiltà ekonomika u teknoloġika kif ukoll il-benefiċċji ambjentali u dawk tas-saħħa. Il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' materja prima kritika għall-UE. Din il-lista hija soġġetta għal rieżami regolari mill-Kummissjoni.

__________________

__________________

18 COM(2014) 297 finali.

18 COM(2014) 0297

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Ir-rimi taż-żibel għandu impatti ħżiena diretti fuq l-ambjent u fuq il-benessri taċ-ċittadini, u l-kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà. L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema.

(25)  Ir-rimi ħażin tal-iskart għandu impatti ħżiena diretti fuq l-ambjent u fuq il-benessri taċ-ċittadini, u l-kostijiet għoljin tat-tindif huma piż ekonomiku mhux meħtieġ għas-soċjetà. Ir-rimi ħażin tal-iskart irid jitqies bħala problema soċjetali tal-individwi li qed jimmaniġġjaw l-iskart b'mod mhux xieraq jew illegali. L-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, u l-infurzar tajjeb mill-awtoritajiet kompetenti, għandhom jgħinu biex ineħħu din il-problema.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Għalhekk, meta jiġu biex jirrappurtaw dwar l-ilħiq tal-miri stipulati fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti li jkunu żviluppaw il-Kummissjoni u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

(28)  Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi tiġi stabbilita metodoloġija armonizzata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, li għandu jkun l-Eurostat, u billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta li għandu jiġi bbażat fuq format armonizzat. Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika paragunabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jkunu qed iħejju r-rapporti ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali għall-appoġġ tat-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn ekonomija ċirkolari fejn l-iskart jitqies bħala riżorsa. Għal dan il-għan, il-kontribut, fil-qafas tal-Orizzont 2020, għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni li jistgħu juru u jittestjaw fil-qasam is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali ta' ekonomija ċirkolari, huwa neċessarju. Filwaqt li jadottaw approċċ sistemiku, dawn il-proġetti jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni li tiffavorixxi l-innovazzjoni u li fl-istess ħin tista' tiġi implimentata faċilment, prinċipalment permezz tal-identifikazzjoni ta' inċertezzi regolatorji, ostakoli u lakuni li possibbilment ifixklu l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju bbażati fuq l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ibbażat fuq id-dejta u l-informazzjoni rrappurtati mill-Istati Membri sabiex tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progess miksub fl-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ u fl-implimentazzjoni ta' obbligi ġodda stabbiliti b'din id-Direttiva.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw livelli għolja ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-setturi tal-produzzjoni, tar-riċiklaġġ, tat-tiswija, tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tal-iskart, b'kunsiderazzjoni tar-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw il-ħaddiema f'dawn is-setturi, u għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam tiġi implimentata u infurzata sew.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)  Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iskart tiġi implimentata u infurzata b'mod korrett.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 33c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)  Din id-Direttiva ġiet adottata b'kunsiderazzjoni tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u għandha tiġi implimentata u applikata skont il-gwida li tinsab f'dan l-istess Ftehim.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 2(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"b)   prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f’impjant ta’ bijogass jew ta’ kompostaġġ;

"b)   prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni jew għar-rimi f'miżbla;"

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1a – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Skart muniċipali kif definit f'din id-Direttiva għandu jitqies bħala newtrali fir-rigward tal-istatus privat jew pubbliku tal-operatur li qed jimmaniġġja l-iskart.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"1b.  "skart kummerċjali u industrijali" tfisser skart imħallat mhux perikoluż u skart miġbur b'mod separat ta' kwantitajiet akbar minn skart muniċipali li joriġina minn attivitajiet u/jew stabbilimenti kummerċjali u industrijali, inklużi karti u kartun, ħġieġ, metall, plastik, bijoskart, injam u skart goff.

 

L-iskart kummerċjali u industrijali ma jinkludix skart muniċipali, skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u skart min-netwerk u mit-trattament tad-drenaġġ, inkluża l-ħama tad-drenaġġ;"

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt ab (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"1c.  "rimi ħażin tal-iskart" tfisser kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni, minn individwu, intenzjonata jew le, li twassal għar-rimi taż-żibel."

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt ac (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"1d. "skart tal-ikel" tfisser ikel imneħħi u mormi fil-livelli tal-manifattura, tal-ipproċessar, tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumaturi u telf tal-ikel tul il-katina kollha tal-produzzjoni u l-provvista tal-ikel, inklużi telf fil-produzzjoni, fit-trasportazzjoni u fil-ħżin u telf fil-produzzjoni agrikola mhux maħsuda u wara l-ħsad;"

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà li huwa paragunabbli fin-natura, fil-kompożizzjoni u fil-kwantità tiegħu;";

4.  "bijoskart" tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart agrikolu mhux mill-annimali (inkluż telf wara l-ħsad), skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-restorants, mill-caterers u mill-ħwienet bl-imnut, skart paragunabbli minn impjanti ta' produzzjoni u pproċessar tal-ikel, u skart ieħor b'karatteristiċi simili ta' bijodegradibbiltà u ta' kompostabbiltà li huwa paragunabbli fin-natura u fil-kompożizzjoni;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt d

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  "skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni" tfisser l-iskart li jaqa' fil-kategoriji ta' skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni msemmija fil-lista ta' skart adottata skont l-Artikolu 7;";

4a.  "skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni" tfisser l-iskart li jaqa' fil-kategoriji ta' skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, inklużi materjali ħfief, imsemmija fil-lista ta' skart adottata skont l-Artikolu 7;"

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt da (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)   jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"4b.  "materjali permanenti" tfisser materjali li jistgħu jiġu klassifikati bħala materjali li ladarba jiġu prodotti jistgħu jiġu riċiklati mingħajr telf ta' kwalità, irrispettivament minn kemm-il darba jiġi riċiklat il-materjal."

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt db (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"9a.  "ir-responsabbiltà estiża tal-produttur" tfisser ir-responsabbiltà operazzjonali u/jew finanzjarja sħiħa jew parzjali tal-produttur għal prodott estiża għall-istadju ta' wara l-użu mill-konsumatur ta' ċiklu tal-ħajja ta' prodott bħala mezz sabiex l-Istati Membri jilħqu l-miri tal-Unjoni dwar l-iskart u jżidu r-rati ta' użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;"

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt e

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija tal-operati ta' rkupru, li permezz tagħhom l-iskart, il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li jkunu nġabru minn operatur rikonoxxut ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid jew minn skema ta' rifużjonijiet tad-depożitu, jiħejjew sabiex jiġu użati mill-ġdid mingħajr xi preproċessar ieħor;";

16.  "tħejjija għall-użu mill-ġdid" tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija tal-operati ta' rkupru, li permezz tagħhom il-prodotti jew il-komponenti ta' prodotti li saru skart jitħejjew sabiex jiġu użati mill-ġdid mingħajr xi preproċessar ieħor;"

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)   jiddaħħal il-punt li ġej:

 

16a.  "Dilwizzjoni" tfisser it-taħlita ta' skart ma' materjal jew skart ieħor jew aktar għall-iskop li titbaxxa, mingħajr trasformazzjoni kimika, il-konċentrazzjoni tal-komponenti li huma preżenti fl-iskart, sabiex tippermetti li l-iskart dilwit jintbagħat għall-ipproċessar jew għar-riċiklaġġ li nkella jkun ipprojbit għall-iskart mhux dilwit." 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt f

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17a.  "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma jkun meħtieġ l-ebda operat ulterjuri ta' separazzjoni mekkanika, u l-materjal ta' skart jidħol fi proċess ta' produzzjoni u jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;

17a.  "proċess aħħari ta' riċiklaġġ" tfisser il-proċess ta' riċiklaġġ li jibda meta ma jkun meħtieġ l-ebda operat ulterjuri ta' separazzjoni mekkanika, u meta l-iskart u l-materjal ta' skart li jkun meqjus li ma jkunx għadu skart skont l-Artikolu 6(1) jidħol fi proċess ta' produzzjoni u jiġi effettivament riproċessat fi prodotti, materjali jew sustanzi;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt fa (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 17ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)   jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"17ba.  "riċiklaġġ organiku" tfisser it-trattament aerobiku (kompostjar), kemm fil-forma domestika kif ukoll taħt kundizzjonijiet kontrollati u bl-użu ta' mikroorganiżmi jew dud, tal-partijiet bijodegradabbli tal-iskart, li jipproduċi l-kompost. Ir-rimi f'miżbla ma għandux jitqies bħala forma ta' riċiklaġġ organiku;"

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt fb (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)   jiżdied il-punt li ġej:

 

"20a.   "dekontaminazzjoni" tfisser kwalunkwe operazzjoni li tikkonsisti fit-tneħħija jew it-trattament ta' komponenti perikolużi mhux mixtieqa jew sustanzi niġġiesa mill-iskart sabiex dawn jinqerdu."

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt fc (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)   jiżdied il-punt li ġej:

 

"20b.  "kundizzjonar mill-ġdid" tfisser il-proċess li permezz tiegħu prodott jerġa' jinġieb għal kundizzjoni tax-xogħol sodisfaċenti billi jinbnew mill-ġdid jew jissewwew komponenti ewlenin li jkunu qrib il-punt fejn ma jibqgħux jaħdmu;"

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2 – punt fd (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 3 – punt 20c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd)  jiżdied il-punt li ġej:

 

"20c.  "żjut użati li jinġabru" tfisser skart taż-żejt li huwa kapaċi li jinġabar, tipikament 50 % tal-konsum annwali tal-lubrikanti fl-Istati Membri;"

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart.

3.  Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva u biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa jew miżuri oħra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrumenti ekonomiċi jew miżuri oħra elenkati fl-Anness VIa.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dik id-data.";

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-istrumenti speċifiċi jew miżuri oħra previsti skont dan il-paragrafu sa [daħħal id-data ta' tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dik id-data.";

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a.   L-iskart għandu jintgħażel qabel l-irkupru tal-enerġija jew ir-rimi finali f'miżbla sabiex tiġi appoġġjata l-estrazzjoni effettiva ta' materjali riċiklabbli. Il-partijiet bijodegradabbli għandhom jiġu ttrattati wkoll.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bijoskart miġbur separatament jista' jintbagħat għal diġestjoni anaerobika jew installazzjonijiet oħra ta' proċess li jużaw l-iskart bijodegradabbli bħala l-input esklussiv tagħhom, sakemm il-kwalità tal-bijoskart tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawk l-installazzjonijiet."

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.";

2.  Il-Kunsill u l-Parlament għandhom, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jistabbilixxu kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5 – punt a – punt i

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt -a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-iskart ikun għadda minn tħejjija għall-operat għall-użu mill-ġdid;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta' skart. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ambjentali ħażin possibbli li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta' skart. Għandhom jiġu kkunsidrati kriterji li jkunu speċifiċi għat-tmiem tal-iskart għal ċerti materjali bħal pereżempju l-aggregati, il-karti, il-ħġieġ, il-metall, il-plastik, it-tajers u t-tessuti. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-kriterji ddettaljati għandhom jinkludu valuri ta' limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u għandhom iqisu kull effett ambjentali ħażin possibbli li jista' jkollhom is-sustanza jew l-oġġett.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta' l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur."

"1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur."

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur li jiddefinixxu obbligi operattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti.";

"Tali miżuri għandhom jinkludu wkoll l-istabbiliment ta' skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur li jiddefinixxu obbligi operattivi, organizzattivi u finanzjarji speċifiċi għall-produtturi ta' prodotti li fihom ir-responsabbiltà tal-produttur hija estiża għall-istadju ta' wara l-użu mill-konsumatur ta' ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Ir-responsabbiltà tal-produttur għandu jkollha l-għan li tkopri l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq."

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Tali miżuri jistgħu jħeġġu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli, u li meta jsiru skart ikunu adattati għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.";

"Tali miżuri għandhom iħeġġu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti adattati għal użu multiplu, li teknikament ikunu durabbli u jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart u jkunu tħejjew għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, ikunu adattati għat-tqegħid fis-suq jew jitqiegħdu fis-suq sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, il-ġerarkija tal-iskart u leġiżlazzjoni u standards tal-Unjoni rilevanti diġà applikabbli għall-prodotti."

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi, u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni.";

5.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti ddefinita fl-Artikolu 8a, u dwar l-aqwa prassi biex jiġu żgurati governanza xierqa u kooperazzjoni transfruntiera tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, l-iskambju ta' informazzjoni dwar karatteristiċi organizzattivi, u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet ta' responsabbiltà tal-produtturi, kif ukoll l-għażla tal-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni u tista' tipprovdi linji gwida dwar aspetti rilevanti.";

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu merkanzija fis-suq tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;

-  jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-produtturi ta' prodotti li jqiegħdu prodotti fis-suq tal-Unjoni (jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti fuq bażi professjonali), l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw f'isimhom ir-responsabbiltà estiża tal-prodottur, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, id-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut, l-utenti finali u l-konsumaturi, in-netwerks għall-użu mill-ġdid u t-tiswija, u l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid;

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  jiddefinixxu miri ta' mmanniġjar tal-iskart li jistgħu jitkejlu, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE;

-  jiddefinixxu miri ta' prevenzjoni, użu mill-ġdid, tħejjija għall-użu mill-ġdid, u riċiklaġġ tal-iskart li jistgħu jitkejlu kif ukoll miri ta' kontenut minimu riċiklat għall-plastik, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema kif stipulati f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE u objettivi oħra meqjusa rilevanti għall-iskema;

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 2008/98/KE

Artikolu 8a – paragrafu 1 – inċiż 3