Proċedura : 2016/0823(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0035/2017

Testi mressqa :

A8-0035/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2017 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0023

RAPPORT     *
PDF 620kWORD 58k
9.2.2017
PE 597.541v02-00 A8-0035/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

(15778/2016 – C8-0007/2017 – 2016/0823(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

(15778/2016 – C8-0007/2017 – 2016/0823(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15778/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(1)(a) tiegħu, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0007/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(2), b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(3), kif emendati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/269/UE,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni u mill-Prim Ministru tad-Danimarka tal-15 ta’ Diċembru 2016, li enfasizzat il-ħtiġijiet operazzjonali, iżda wkoll in-natura eċċezzjonali u tranżitorja, tal-arranġament previst bejn l-Europol u d-Danimarka,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, li enfasizzat li l-arranġament previst huwa kundizzjonali fuq is-sħubija kontinwa tad-Danimarka mal-Unjoni u maż-żona Schengen, l-obbligu tad-Danimarka li timplimenta b’mod sħiħ fid-dritt Daniż id-Direttiva (UE) 2016/680/UE(4) dwar il-protezzjoni tad-data fi kwistjonijiet marbuta mal-pulizija sal-1 ta’ Mejju 2017 u l-approvazzjoni tad-Danimarka għall-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-kompetenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-eżitu r-referendum Daniż tat-3 ta’ Diċembru 2015 b’rabta mal-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0035/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex, fi ħdan id-dispożizzjonijiet tal-arranġament futur bejn l-Europol u d-Danimarka, jipprovdi data ta’ skadenza ta’ ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex tiġi żgurata n-natura tranżitorja tiegħu bil-ħsieb ta’ sħubija sħiħa jew tal-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

(4)

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


NOTA SPJEGATTIVA

Attwalment id-Danimarka qiegħda tipparteċipa b’mod sħiħ fl-Europol, li jopera taħt id-Deċiżjoni eżistenti tal-Kunsill (2009/371/ĠAI). Skont it-termini tal-Protokoll Nru 22 għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma setgħetx tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament il-ġdid tal-Europol u mhijiex suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ir-Regolament il-ġdid tal-Europol se jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 2017, f’liema data id-Deċiżjoni eżistenti tal-Kunsill dwar l-Europol ser tiġi awtomatikament irrevokata. Dan ifisser li sal-1 ta’ Mejju 2017, id-Danimarka mhux se tibqa’ tkun parti mill-Europol u mhux ser tkun tista’ tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu, tikkonsulta l-bażijiet tad-dejta tiegħu jew tiskambja dejta miegħu.

Fit-3 ta’ Diċembru 2015, id-Danimarka organizzat referendum fuq il-konverżjoni inflessibbli attwali tagħha li ma tipparteċipax fi kwistjonijiet relatati mal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-Protokoll Nru 22 f’apparat selettiv aktar flessibbli ta’ parteċipazzjoni, simili għal dik li attwalment jappartjeni lill-Irlanda u r-Renju Unit. Madankollu, l-eżitu tar-referendum kien negattiv (53.1 fil-mija ivvotaw “Le”, kontra 46.9 fil-mija “Iva”).

Wara r-riżultati negattivi ta’ dan ir-referendum, twettqu diskussjonijiet informali bejn l-awtoritajiet Daniżi u l-Istituzzjonijiet Ewropej biex ifittxu modi biex id-Danimarka tkun assoċjata kemm jista’ jkun mal-Europol.

Dawn id-diskussjonijiet informali wasslu għal dikjarazzjoni konġunta fil-15 ta’ Diċembru 2016 mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Prim Ministru tad-Danimarka. F’din id-dikjarazzjoni konġunta huwa propost, sabiex jiġu minimizzati l-effetti negattivi ta’ tbegħid Daniż mill-Europol, li d-Danimarka tkun assoċjata mal-Europol fil-forma ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni operattiva. Sabiex jiġu evitati kwalunkwe nuqqasijiet operazzjonali, dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni jeħtieġ li jiġi konkluż bejn l-Europol u d-Danimarka qabel l-1 ta’ Mejju 2017.

Ir-rotta legali għal dan tkun tinvolvi 2 proċeduri leġiżlattivi konsekuttivi, fejn l-ewwel nett id-Danimarka se titpoġġa fuq il-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali, u mbagħad ser jiġi konkluż il-ftehim ta’ kooperazzjoni operattiva bejn l-Europol u d-Danimarka. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar iż-żewġ proposti.

Dan ir-rapport jikkonċerna l-ewwel konsultazzjoni, jiġifieri li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI sabiex id-Danimarka titqiegħed fuq il-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali.

Ir-rapporteur jirrakkomanda li tiġi approvata din il-proposta. Il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata u t-terroriżmu internazzjonali fi ħdan l-Unjoni tenħtieġ kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta’ dejta bejn il-pajjiżi Ewropej kollha. Tluq f’daqqa tad-Danimarka mill-Europol mingħajr reġim tranżitorju bla xkiel f’xi forma ta’ assoċjazzjoni bejn id-Danimarka u l-Europol jista’ jwassal għal nuqqasijiet operazzjonali u tnaqqis tal-kapaċità tal-UE li tiġġieled b’mod effettiv kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Huwa għalhekk importanti li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ kooperazzjoni operattiva bejn id-Danimarka u l-Europol, inkluż l-iskambju dejta personali rilevanti, soġġett għal salvagwardji xierqa u l-protezzjoni tad-dejta.

Fl-istess ħin, għandu jkun ċar li tali ftehim ta’ kooperazzjoni mad-Danimarka għandu jkun ta’ natura tranżitorja u ma jista’ bl-ebda mod ikun ugwali għal sħubija sħiħa mal-Europol, inkluż billi jiġi provvist aċċess dirett għall-bażijiet tad-dejta tal-Europol, tiġi permessa parteċipazzjoni sħiħa fil-ħidma operattiva tal-Europol jew jingħataw drittijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fil-korpi governattivi tal-Europol. Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jinnota b’sodisfazzjon li, skont id-dikjarazzjoni konġunta l-arranġament propost ikun ikkundizzjonat fuq id-Danimarka li tkompli tkun parti miż-żona Schengen, l-obbligu tad-Danimarka li timplimenta b’mod sħiħ fid-dritt Daniż id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta mill-1 ta’ Mejju 2017 u li d-Danimarka taqbel dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-kompetenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Ref.: D(2017)5673

Is-Sur Claude Moraes

President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili,

il-Ġustizzja u l-Intern

ASP 13G205

Brussell

Suġġett:  Opinjoni tal-Kumitat AFCO f’forma ta’ ittra dwar it-talba għal konsultazzjoni tal-Parlament fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/... li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

Sur President,

F’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, għandi l-pjaċir nippreżenta lill-Kumitat li inti tippresjedi l-opinjoni tal-Kumitat AFCO dwar talba inkwistjoni f’forma ta’ ittra.

Dan il-format huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ urġenza. Fil-fatt, it-talba għal konsultazzjoni tal-Parlament għandha limitu ta’ żmien strett ħafna li l-Kunsill iffissa għal tliet xhur, iżda minħabba l-applikazzjoni imminenti tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol fl-1 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill talab lill-Parlament biex jissottometti l-opinjoni tiegħu dwar dan preferibbilment fi żmien xahar

Il-Parlament Ewropew qed jiġi kkonsultat mill-Kunsill, li permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Jannar 2017 issottomettielu abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI li tiddetermina l-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol (l-“Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija” sal-1 ta’ Mejju 2017) għandu jikkonkludi ftehimiet.

Id-Deċiżjoni attwali tal-Kunsill 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ser tiġi imħassra mill-1 ta’ Mejju 2017 mir-Regolament il-ġdid 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u d-dħul fis-seħħ tiegħu f’dak il-jum. L-istess Regolament ser jissostitwixxi u jirrevoka wkoll l-hekk imsejħa implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAIu 2009/968/ĠAI, dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni, il-lista ta’ Stati terzi u l-iskambju ta’ dejta personali.

Id-Danimarka bħalissa tipparteċipa fl-Europol bħall-Istati Membri l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2009. Madankollu, peress li d-Danimarka għandha esklużjoni fakultattiva fuq it-Titolu V tat-Trattat ta’ Lisbona u b’mod partikolari dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, li tistabbilixxi li kwalunkwe miżura adottata f’dan il-qasam mill-Unjoni mhux ser tkun applikabbli għaliha, id-Danimarka se tkun eskluża mill-parteċipazzjoni tagħha fl-Europol hekk kif ir-Regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ. Id-Danimarka għalhekk se ssir Stat terz fil-konfront tal-Europol. Min hawnhekk il-ħtieġa li d-Danimarka tiġi miżjuda mal-lista ta’ Stati terzi li jkomplu jikkollaboraw mal-Aġenzija.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ma jesprimi l-ebda oġġezzjoni għaż-żieda tad-Danimarka mal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet, peress li l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha tal-Europol jeħtieġu li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fil-qafas tal-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu.

Fl-istess ħin dan huwa vitali li tiġi evitata l-possibilità ta’ frammentazzjoni mhux mixtieqa fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jiġi pprovdut qafas ġuridiku li jissalvagwardja l-parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-Europol flimkien mal-Istati Membri l-oħra, minkejja n-numru dejjem jikber ta’ esklużjonijiet fakultattivi li jipperikolaw il-koeżjoni tal-Unjoni.

Dejjem tiegħek,

Prof. Danuta Hübner


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

List of third States and organisations with which Europol shall conclude agreements

Referenzi

15778/2016 – C8-0007/2017 – 2016/0823(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.1.2017

CONT

16.1.2017

AFCO

16.1.2017

 

Opinjonijiet mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

26.1.2017

CONT

24.1.2017

AFCO

30.1.2017

 

Rapporteurs

       Date appointed

Agustín Díaz de Mera García Consuegra

30.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2017

30.1.2017

9.2.2017

 

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petr Ježek, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer

Data tat-tressiq

9.2.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Morten Helveg Petersen

ECR

Monica Macovei, Helga Stevens, Anders Primdahl Vistisen, Branislav Škripek

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Josu Juaristi Abaunz, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali